



L-indikazzjoni tal-prezzijiet hija regolata mir-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati taħt l-Att dwar l-A arijiet tal-Konsumatur. Dawn ir-Regolamenti jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-prezz ta’ prodott mingħajr il-bżonn li jiġu assistiti mill-bejjiegħ.
Dan jippermetti lill-konsumaturi jqabblu faċilment il-prezzijiet u jagħmlu għażliet ta’ xiri infurmati.
Juru b’mod ċar u korrett il-prezz tal-oġġetti o ruti għall-bejgħ.
Jeżebixxu fil-post tan-negozju kampjun ta’ kull xorta, daqs, tip jew ditta tal-prodott, b’tikketta li turi l-prezz.
Juru l-prezz fil-munita Ewro.
Juru l-prezz finali, inkluż il-VAT, u kwalunkwe taxxa jew ħlas ieħor.
Prodotti eżibiti għall-bejgħ fil-vetrini tal-ħwienet, għandhom ukoll ikunu indikati bi prezz.
Meta iktar minn oġġett wieħed tal-istess xorta, daqs, tip jew ditta jkunu għall-bejgħ, il-bejjiegħa jistgħu jindikaw il-prezz fuq wieħed mill-prodotti jew ħdejhom.
IPPREZZAR TAL-UNITÀ
€0.58
għal kull 100g (€5.80/kg)
L-ipprezzar tal-unità jippermetti lill-konsumaturi jqabblu faċilment il-prezz ta’ prodotti simili, u jgħinhom jagħmlu għażliet ta’ xiri aktar infurmati.
Għal prodotti mibjugħa skont il-piż jew il-volum, għandhom jiġu murija żewġ prezzijiet:
Il-prezz attwali: il-prezz għall-kwantità stabbilita.
Il-prezz tal-unità: il-prezz għal kull kilogramma, litru, metru jew metru kubu tal-prodott.
PRODOTTI PPAKKJATI MINN QABEL
Il-bejjiegħa li jbigħu oġġetti ppakkjati minn qabel, inklużi oġġetti tal-ikel, għandhom jindikaw fuqhom:
Il-prezz tal-prodott skont il-piż stabbilit (il-prezz totali tal-prodott).
Il-prezz tal-unità ta’ kejl (prezz għal kull kilogramma, litru, metru, jew metru kubu).
Fil-każ tal-prodotti tal-ikel solidu li jkun ippakkjat f’xi likwidu, il-prezz tal-unità tal-kejl għandu jirreferi għal piż nett imnixxef tal-prodott jew il-piż nett totali.
Filwaqt li l-prezz tal-unità jista’ jintwera b’tipa iżgħar mill-prezz tal-bejgħ, xorta waħda għandu jkun ċar u faċli biex jinqara mill-konsumaturi.
Meta l-bejjiegħa jħabbru tnaqqis fil-prezz, iridu juru b’mod ċar il-prezz preċedenti, li għandu jkun l-inqas prezz li bih kien qed jinbiegħ l-oġġett fit-tletin (30) jum qabel ir-roħs.
Pereżempju, jekk ġakketta kienet ipprezzata €50 għall-biċċa l-kbira tax-xahar, iżda waqt o erta promozzjonali din tnaqqset għal €40 għal perjodu ta’ żmien qasir, il-prezz preċedenti għal kull skont ġdid irid ikun €40, mhux €50.
Barra minn hekk, jekk il-ħanut jirreklama roħs ta’ 20%, it-tnaqqis irid jiġi kkalkulat fuq l-orħos prezz preċedenti, li f’dan il-każ huwa €40.
Oġġetti li jitħassru (eż. ikel frisk): il-prezz preċedenti huwa l-aħħar prezz applikat qabel ir-roħs.
Prodotti ġodda fis-suq (inqas minn 30 jum): il-prezz preċedenti huwa l-inqas prezz li bih il-prodotti inbiegħu matul dan il-perjodu.
Skontijiet progressivi (eż. l-ewwel 10%, imbagħad 20%): il-prezz preċedenti huwa l-prezz oriġinali qabel l-ewwel tnaqqis.
Dawn ir-regoli jiżguraw li r-riklamar tat-tnaqqis fil-prezz ikun ġenwin, u jippermettu lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet ta’ xiri infurmati.
Fejn qiegħed il-prezz ta’ dan il-prodott?
Il-bejjiegħa m’għandhomx obbligu li jindikaw il-prezzijiet fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
Meta l-oġġetti fornuti jinxtraw bi skop li jerġgħu jinbiegħu, bħal meta distributur jbigħ lil ħanut bl-imnut.
Oġġetti jinbiegħu waqt li jkun qed jiġi pprovdut servizz, pereżempju prodotti tax-xagħar użati f’ħanut tax-xagħar jew parts użati waqt tiswija ta’ karozza.
Oġġetti mibjugħa waqt irkant jew bejgħ ta’ xogħlijiet artistiċi jew antikitajiet.
Reklamar ta’ oġġetti. Madankollu, jekk il-bejjiegħa jagħżlu li juru l-prezz fir-riklam, dan għandu jkun il-prezz finali, bit-tari kollha inklużi.
Il-bejjiegħa għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati. Ksur ta’ dawn ir-regolamenti huwa meqjusa bħala reat. Il-bejjiegħa huma wkoll responsabbli għall-ksur tal-liġi li jsir minn persuni impjegati magħhom.
Nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ prezzijiet hekk kif stipulat fil-liġi jista’ jirriżulta f’multi:
L-ewwel kundanna:
It-tieni kundanna jew aktar:
Wara li tinqata’ sentenza kontra bejjiegħ, il-qorti tordna l-pubblikazzjoni tas-sentenza f’waħda jew aktar gazzetti ta’ kuljum. Id-Direttur Ġeneral tal-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur tippubblika wkoll id-deċiżjoni tal-qorti fil-websajt tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-A arijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Jekk il-prezzijiet ma jintwerewx jew ikunu indikati ħażin, il-konsumaturi jistgħu jirrappurtaw dan il-ksur lill-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA.
mccaa.org.mt/home/infringement
L-informazzjoni ppubblikata f’dan il-fuljett hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni biss. Kwalunkwe talba legali għandha tkun ibbażata fuq it-testi legali kkonċernati. Għal aktar informazzjoni jekk jgħoġbok ċempel l-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA fuq 23952000 jew żur is-sit elettroniku: www.mccaa.org.mt.