THE MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY


ID-DRITTIJIET
TAL-PASSIĠĠIERI TAL-AJRU
Dewmien ta’ titjiriet, kanċellazzjonijiet, u overbooking, huma sitwazzjonijiet komuni għal min jivvjaġġa bl-ajru.
F’każijiet bħal dawn, huwa importanti li l-passiġġieri jkunu jafu d-drittijiet legali tagħhom kif ukoll l-obbligi tal-linja tal-ajru.
Dawn id-drittijiet huma mħarsa mir-Regolament tal-Unjoni Ewropea (UE) 261/2004, li jistabbilixxi
l-kundizzjonijiet li fihom il-passiġġieri jistgħu jitolbu kumpens, kura, u assistenza mil-linja tal-ajru.




DEWMIEN TAT-TITJIRA
Jekk titjira tittardja aktar minn sagħtejn, il-passiġġieri għandhom id-dritt jirċievu kura u assistenza mil-linja tal-ajru. Il-livell ta’ assistenza jingħata skont it-tul ta’ stennija fl-ajruport. F’ċerti każijiet, il-passiġġieri jistgħu wkoll ikunu intitolati għal rifużjoni tal-biljett, bdil tar-rotta, jew kumpens finanzjarju.
KURA U ASSISTENZA
Meta titjira tittardja għal sagħtejn jew aktar, il-linja tal-ajru għandha tipprovdi lill-passiġġieri:

RIFUŻJONI TAL- BILJETT JEW BDIL TAR-ROTTA
Meta d-dewmien jaqbeż il-ħames sigħat, il-passiġġieri għandhom id-dritt jagħżlu bejn:
Rifużjoni sħiħa tal-ispiża tal-biljett, inkluża titjira lejn l-ewwel punt tat-tluq oriġinali jekk applikabbli.




KUMPENS FINANZJARJU
Il-passiġġieri huma intitolati għal kumpens finanzjaru meta titjira tittardja aktar minn tliet sigħat. L-ammont tal-kumpens jiddependi mid-distanza tat-titjira.
Titjiriet ta’ inqas minn 1,500km
€250
Titjiriet fl-Unjoni Ewropea ta’ aktar minn 1,500km u titjiriet oħra bejn 1,500km u 3,500km
Titjiriet ta’ aktar minn 3,500km
€400
€600
Id-distanza hija kkalkulata mill-ewwel punt tat-tluq sad-destinazzjoni finali.
TNAQQIS TAL-KUMPENS
Jekk il-linja tal-ajru to ri tibdil tar-rotta u l-passiġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali b’dewmien, il-kumpens jista’ jitnaqqas b’50% skont dawn il-kundizzjonijiet:
Kumpens jekk il-passiġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali fi żmien sagħtejn fuq titjiriet ta’ 1,500km jew inqas.
Kumpens jekk il-passiġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fi tliet sigħat jew inqas fuq titjiriet ta’ aktar minn 1,500km fl-Unjoni Ewropea u titjiriet oħra bejn 1,500km u 3,500km.
Kumpens meta l-passiġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fi żmien erba’ sigħat jew inqas fuq titjiriet ta’ aktar minn 3,500km.
€125
€200
€300
Skużana, it-titjira ġiet ridiretta!
ĊIRKUSTANZI STRAORDINARJI
Il-passiġġieri mhumiex intitolati għal kumpens finanzjarju jekk dewmien fit-titjira jkun ikkawżat minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-linja tal-ajru. Instabbilità politika.
Dawn jistgħu jinkludu:
Riskji tas-sigurtà jew kwistjonijiet mhux mistennija relatati mas-sikurezza.
Kundizzjonijiet severi tat-temp li jagħmlu t-titjir perikoluż. Strajks li ja ettwaw l-operat tal-linja tal-ajru.
Filwaqt li f’każijiet bħal dawn ma jingħatax kumpens finanzjarju, il-passiġġieri xorta huma intitolati għal kura u assistenza, skont ir-regolamenti.
KANĊELLAZZJONI TA’ TITJIRA
Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, id-drittijjiet tal-passiġġieri jiddependu minn meta tiġi kkomunikata l-kanċellazzjoni. Jekk titjira tiġi kkanċellata mingħajr avviż minn qabel, il-passiġġieri għandhom għażla bejn:
Rifużjoni sħiħa tal-ispiża tal-biljett.
Titjira alternattiva għad-destinazzjoni finali.
Barra minn hekk, il-passiġġieri huma intitolati għal:
Kura u assistenza, inklużi ikliet u xorb, u akkomodazzjoni jekk meħtieġ.
Kumpens finanzjarju, sakemm il-kanċellazzjoni ma tkunx dovuta għal ċirkustanzi straordinarji lil hinn mill-kontroll tal-linja tal-ajru jew il-linja tal-ajru ma tkunx infurmat lill-passiġġieri mill-inqas 14-il jum qabel it-tluq skedat.

IMBARK MIĊĦUD (OVERBOOKING)
Xi drabi, il-linji tal-ajru jistgħu jiċħdu l-imbark minħabba overbooking. F’każijiet bħal dawn, il-linji tal-ajru għandhom l-ewwel jagħmlu sejħa għal volontiera li jkunu lesti jċedu posthom.
Drittijiet tal-Volontiera
Il-passiġġieri li volontarjament iċedu posthom, huma intitolati għal:
Pakkett ta’ kumpens, li jista’ jkun flus jew benefiċċji oħra, skont ftehim mal-linja tal-ajru.
Għażla bejn titjira alternattiva jew rifużjoni tal-biljett mhux użat.
Drittijiet ta’ Passiġġieri Miċħuda Tlugħ fuq l-Ajruplan


Jekk ma jkunx hemm biżżejjed volontiera, il-linja tal-ajru tista’ tiċħad l-imbark lill-passiġġieri.
Il-passiġġieri, sakemm ikunu ppreżentaw ruħhom fil-ħin għaċ-check-in b’riservazzjoni valida u dokumentazzjoni tal-ivvjaġġar meħtieġa, huma intitolati għal rifużjoni sħiħa tal-ispiża tal-biljett, jew titjira alternattiva lejn id-destinazzjoni tagħhom u kumpens finanzjarju għall-inkonvenjent li jkunu esperjenzaw.
Jekk il-passiġġieri jiġu mċaħħda mill-imbark u jkunu obbligati jistennew titjira alternattiva, huma jkunu intitolati għal kura u assistenza proporzjonata għall-ħin ta’ stennija.
Dawn l-obbligi japplikaw għal-linji tal-ajru kollha li jitilqu minn stat membru tal-UE, kif ukoll għal titjiriet operati minn linji tal-ajru liċenzjati mill-UE li jaslu minn pajjiżi mhux fl-UE lejn stat membru tal-UE.
Barra minn hekk, dawn l-obbligi huma applikabbli sakemm il-passiġġieri jkollhom prenotazzjoni tat-titjira kkonfermata u jkunu ppreżentaw lilhom infushom għaċ-check-in fil-ħin speċifikat mil-linja tal-ajru. Jekk ma jkunx hemm indikat ħin speċifiku, il-passiġġieri għandhom jagħmlu check-in mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat.



RESSAQ ILMENT MAL-LINJA TAL-AJRU
Jekk il-linji tal-ajru jonqsu milli jipprovdu rimedju jew jikkumpensaw lill-passiġġieri a ettwati skont ir-Regolamenti tal-UE, il-passiġġieri għandhom l-ewwel jissottomettu t-talba tagħhom direttament mal-linja tal-ajru kkonċernata u jżommu kopja tal-korrespondenza kollha.
Jekk il-linja tal-ajru tirrifjuta t-talba, il-passiġġieri jistgħu jeskalaw il-kwistjoni billi jressqu ilment mal-korp tal-infurzar rilevanti fil-pajjiż fejn seħħ l-inċident.
Għal dewmien, kanċellazzjoni, jew overbookings li seħħew f’Malta, jew fuq titjiriet minn pajjiż mhux fl-UE lejn Malta, il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment mal-MCCAA billi jimlew il-formola tal-ilmenti online fuq il-websajt tal-MCCAA jew billi jibagħtu email.
www.mccaa.org.mt/home/complaint
airpassengerrights.mccaa@mccaa.org.mt
L-informazzjoni ppubblikata f’dan il-fuljett hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni biss. Kwalunkwe talba legali għandha tkun ibbażata fuq it-testi legali kkonċernati. Għal aktar informazzjoni jekk jgħoġbok ċempel l-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA fuq 23952000 jew żur is-sit elettroniku: www.mccaa.org.mt.