

Ix xahar ta’ Novembru ifakkarna li l Festa tal Patrun Missier tagħna San Ġwann tas Salib waslet. Festa oħra li trid tħalli l-frott spiritwali fil-qalb u l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna li nagħmlu parti mill Komunità parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex.
L-Omm fundatriċi tagħna Santa Tereża ta’ Ġesù, li din is-sena qegħdin infakkru l erba’ mitt sena tagħha qaddisa, issaħħret minn ħajtu u rat fih saċerdot u reliġjuz, awtentiku fuq kollox bniedem li l Ispirtu t’Alla kien fih; mhux ta’ b’xejn li riditu li jkun is sieħeb ewlieni fir riforma tal ordni Karmelitan fost il patrijiet u għalkemm b’ħafna tfixkil u tbatija r riforma seħħet.

Ġwanni tas-Salib kien l-istrument li bih Tereża ta’ Ġesù riedet tasal fejn xtaqet. Dak li Alla ried minn Tereża u Ġwanni seħħ tassew. Kemm tkun ħaġa sabiħa li aħna l komunità parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex, li għandna bħala missierna dan il Qaddis kbir, inħalluħ imexxina lejn direzzjoni waħda li tagħtina l ferħ veru ; Ġesù Kristu.
Ġwanni għex għalih, esperjenzah f’ħajtu, daqu u ħabbu, skopra li Ġesù huwa l-imħabba li biha kull bniedem għandu jħaddan biex jgħix u jkun nisrani awtentiku qrib ta’ Ġesù li hu miġnun bl imhabba lejna.

Nitolbu lil Ġwanni biex bħalu nduqu ftit minn din l imħabba li kienet imħawwla fih Imħabba li wasslitu biex ħaddan is Salib ta’ Ġesù sal mewt.
Flimkien mal viċi, Fr. Alfred Vassallo, nixtiqulkom minn qalbna festa sabiħa, mhux biss taċ-ċelebrazzjonijiet li ħa jsiru fil-knisja imma fuq kollox festa li permess tagħha nsiru aktar ħbieb intimi ta’ Ġesù bħalma kien San Ġwann tas Salib Patri Salv u Patri Alfred


Paġna

Għeżież ħbieb, Insellmilkom. Bla dubju la qed taraw li ngħatajt din l opportunità annwali mill Parroċċa grazzi għal dan il-fuljett sabiħ, dak ifisser li reġgħet waslet il festa. Il festa tal Patrun Qaddis tagħna San Ġwann tas Salib. Nawgura lill Kappillan u l Viċi Kappillan l isbaħ xewqat għal din il festa li tant jaħdmu għaliha flimkien mal-volontiera, gruppi reliġjużi fi ħdan il-Parroċċa, residenti u l-komunità Tereżjana kollha.
Dis sena hija sena importanti. L ewwel sena tista' tgħid sħiħa ta' rkupru minn wara l perjodu xejn sabih tal pandemija. Sena li fiha erġajna bdejna nagħmlu l attivitajiet fuq barra, jispikkaw fost oħrajn l-attivitajiet Connecting Through Culture u Jum Ta' Xbiex. Erġajna bdejna norganizzaw ħarġiet li fihom irrikorrew bosta nies, mhux biss anzjani. Sena li fiha ma qgħadniex lura minn investimenti infrastrutturali ta' tisbiħ fosthom l ewwel latrina pubblika max-xatt ta' Ta' Xbiex, il-vann elettriku li qed jintuża minn ħafna anzjani u persuni fil-bżonn, ittranġar ta' bankini u bosta xogħol ieħor ta' tisbiħ.

Nagħlaq b'messaġġ pożittiv ta' kuraġġ b'entużjażmu għal sena oħra. Ġejja l festa tagħna u ġejjin ftit wara l festi natalizji, u din is-sena, matul ix-xahar ta' Diċembru, f'Ta' Xbiex se jkollna bosta attivitajiet ġodda, ukoll b'temi innovattivi u spirtu reliġjuż, u li bihom nippruvaw ngħaqqdu aktar il-komunità sabiħa tagħna,

filwaqt li nferrħu lil min għal raġunijiet personali jew ta’ saħħa, ma tantx ikun jista’ joħroġ bogħod mid dar.
Nawgura l festa t tajba lil kulhadd, u nħarsu ’l quddiem għal ċelebrazzjonijiet oħrajn li ġejjin, li jgħinuna aktar sabiex inpoġġu lil Sidna Ġesù Kristu fiċ ċentru ta' ħajjitna u tal familji tagħna.

Dejjem tagħkom
Max Zammit
Sindku
Pa
It-Tagħlim Soċjali tal-Knisja
Fr. Charles Tabone O.P.


Ġesù Kristu li ġie fid dinja biex isalva l bniedem, wera interess mhux biss fil ħajja tal bniedem wara mewtu, imma wkoll fil ħajja tal bniedem sakemm ikun qed jgħix fid dinja. Għallem l imħabba, u ried li l bnedmin jgħinu lil xulxin ħalli kull wieħed u waħda minnhom jgħixu b’mod li jixraq lid-dinjità għolja taghhom li ġejja mill-fatt li l bniedem hu maħluq fuq xbiha t’Alla u mifdi mill Iben t’Alla.
Il Knisja sa mill ewwel waqt tat twelid tagħha għamlet l istess. Naqraw fl atti tal Appostli:
Il-kotra kbira ta' dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien. B'qawwa kbira l appostli kienu jagħtu xhieda tal qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna. Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l flus li jdaħħal minnhom kien imur iqegħedhom f'riġlejn l appostli. Imbagħad kien jitqassam kollox skont il ħtieġa ta' kull wieħed (Atti 4, 32 35).
Kif naqraw fil Kostizzjoni Pastorali tal Konċilju Vatikan II dwar ‘Il Knisja fid Dinja tal Lum’: “L hena u t tama, in niket u t tħassib tal bnedmin tal lum, fuq kollox tal foqra u ta' dawk kollha li jbatu, huma wkoll il-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tad-dixxipli ta' Kristu, u ma hemm ebda ħaġa li hi tassew tal bniedem li huma wkoll ma jħossuhiex f'qalbhom” (Gaudium et Spes, n 1). Dan ifisser li l-Knisja għandna għal qalbha il ġid tal bniedem fil ħajja tiegħu fuq din l art.
Mal medda tas snin beda jinġema’ t tagħlim tal Knisja dwar din il-missjoni tagħha li tħares id-dinjità umana u li tfittex il-ġid tal bniedem sħiħ fl aspetti kollha tiegħu: ekonomiku, politku, soċjali, ekoloġiku u spiritwali, kif ukoll tal bnedmin kollha. Dan it tagħlim huwa teżor kbir tal Knisja; flimkien mat tagħlim teoloġiku tagħha dwar il bniedem fir relazzjoni tiegħu m’Alla. Insibu dan it taghlim fil-kitbiet tal-Papiet u fid-dokumenti tal-Konċilji, u fit-tagħlim l-ieħor kollu li joħroġ f’isem il Knisja Kattolika.

Biex ikollna stampa ġenerali dwar x’jiġbor fih it tagħlim soċjali tal Knisja ser nieħdu 7 temi prinċipali li jispikkaw fl istorja tiegħu:
1. Il-Ħajja u d-dinjità tal-Persuna Umana, u l-Ġid Komuni.
2. Il Familja u l komunità tal bnedmin.
3. Il-Politika għall-ħarsien tal-Ġid Komuni u l-parteċipazzjoni.
4. L-Għażla preferenzjali tal-foqra.
5. Id Dinjità tax xogħol u d drittijiet tal ħaddiema.
6. Is-Solidarjetà u s-sussidjarjetà.
7. Il-Ħarsien tan-natura u l-ambjent.
1. Il-Ħajja u d-dinjità tal-Persuna Umana, u l-Ġid Komuni.
Il Knisja tqis il ħajja tal bniedem bħala sagra għax il bniedem hu ħolqien t’Alla u għalhekk għandu dinijità illimitata li minnha joħorġu
drittijiet fundamentali inaljenabbli. Minħabba li din id dinjità teżisti intrinsikament f’kull bniedem, dan jissejjah il-Ġid Komuni. Kull bniedem huwa uniku u irripetibbli (individwu), mogħni bid dehen hekk li jista’ jiddeċiedi għalih innifsu. Kull bniedem, min natura tiegħu hu ħieles (liberu) li jfassal hu d destin tiegħu nnifsu, fid dawl tar rieda t’Alla, u mhux jiddeterminah għalih ħaddieħor. Kull bniedem għandu dritt li jgħix ħajtu skont ma jaħseb li hu l aħjar għalih, sakemm iħares il-Ligi t’Alla u ma jirfisx fuq id-drittijiet ta’ ħaddieħor. Din hija d dinjità umana, li kull individwu għandu dritt sagrosant għall ħarsien tagħha. In nazzjonalità, is sess, il ġeneru, ir razza , il qagħda soċjali, it twemmin politiku, ir reliġjon u kull forma ta’ differenza oħra, ma għandhom jżidu jew inaqssu xejn ma’ dan il ġid intrinsiku ta’ kull individwu. Il valur tal ħajja jfisser ukoll, il ħarsien tagħha sa mill ewwel waqt tat tnissil tagħha, sakemm din il ħajja tintemm b’mod naturali.
2. Il-Familja u l-komunità tal bnedmin.
Il bniedem li biex jitnissel għandu bżonn bnedmin oħra, il-ġenituri bijoloġiċi tiegħu, ma jistax jgħix waħdu. Biex l individwu jkun jista’ jfendi għal rasu, irid l-ewwel jitrabba. Jekk ħadd ma jieħu ħsiebu, imut. Għalhekk il familja hija dik l istituzzjoni naturali li fiha, ġeneralment u universalment, jiġi mnissel, jitwieled u jgħix il bniedem, sakemm jiddieċiedi li jifforma familja ġdida u jibda jgħix fiha.

Għalhekk il Knisja tħares, tiddefendi u tippromovi ż żwieġ u l familja, għax taf li mingħajrha l-bniedem la jista’ jkollu eżistenza u lanqas futur. Lanqas ma jistgħu l familji jgħixu weħidhom iżolati minn xulxin, imma jifformaw komunitajiet jew soċjetajiet fejn ikunu jistgħu jagħtu appoġġ lil xulxin biex il ġid ta’ wliedhom jiġi mħares. Hekk per eżempju is soċjeta tipprovdi għall edukazzjoni komuni, li aktar faċli issir milli kieku kull familja tipprova tagħmilha hi weħidha, u żgur li ssir ferm aħjar.

3.Il Politika għall ħarsien tal Ġid Komuni u l-parteċipazzjoni.
Is soċjetà, li fiha ngħixu flimkien, tiswa biex jiġi mħares il ġid komuni. Il Politika, li tirrealizza l-organizzazzjoni soċjali, hi strumentali fil ħarsien tal Ġid Komuni. L-ewwel u qabel kollox, il Politika trid tassigura l libertà umana, għax jekk lill-bniedem iċċaħħdu mil-libertà tiegħu tkun qed tneżżgħu minnatura tiegħu u tkasbarlu d dinjità tiegħu. Hija l Politika li tagħmel possibbli li l bnedmin jgħixu flimkien f’soċjetà organizzata biex jikkollaboraw għal ġid ta’ xulxin. Id demokrazija hija fost l aħjar tentattivi, bħala Sistema Politiku, biex jiġi mħares il-Ġid Komuni.
Il Politika toħloq, torganizza u tqassam il ġid pubbliku li jassigura kwalità ta’ ħajja li tixraq lid dinjità tal bniedem. Dan jikkonsisti fid diversi servizz soċjali, bħalma huma l ekonomija li tipprovdi l-għajxien, il-kennta’saqaffuqrasek,ambjentf’saħħtuusostenibbli, is saħħa pubblika, is-servizzi tas saħħa, l-appoġġ ta’ dawk li ma jistgħuxjgħixuħajjaindipendenti, l-edukazzjoni u t-taħriġtaċ-ċittadini.

L-Erbgħa 9 ta’ Novembru – L-Ewwel jum tat-tħejjija għall-Festa
Jum l-Anzjani, il-Morda u l-Familja.
9.30am Quddiesa ċċelebrata minn Patri Marcellino Micallef O.F.M. Fiha jiġi amministrat is sagrament tal Griżma tal Morda. Mistiedna l-anzjani u l morda tal parroċċa tagħna, kif ukoll residenti fi djar tal-anzjani.
5.30pm Rużarju.
6.00pm

Quddiesa ċċelebrata minn Patri Martin Micallef O.F.M. Cap, bi ħsieb fuq San Ġwann tas Salib.
Il Ħamis 10 ta’ Novembru – It-Tieni jum tat-tħejjija għall-Festa
Jum it-Tfal.
5.00pm Ċelebrazzjoni ta’ ferħ mit-tfal tal-parroċċa u mit-tfal kollha li jattendu l klassijiet tal Katekiżmu. Issir il purċissjoni bl Istatwa ta’ San Ġwann tas Salib bis sehem tal banda. Fl aħħar taċ celebrazzjoni t tfal kollha jingħataw tifkira sabiħa.
Wara Quddiesa ċċelebrata minn Patri Martin Micallef O.F.M. Cap, bi ħsieb fuq San Ġwann tas-Salib.
Il Ġimgħa 11 ta’ Novembru – It Tielet jum tat tħejjija għall Festa
5.30pm Rużarju.
6.00pm Quddiesa ċċelebrata minn Patri Martin Micallef O.F.M. Cap, bi ħsieb fuq San Ġwann tas Salib.
Is Sibt 12 ta’ Novembru – Lejlet il-Festa
Jum il Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi
5.30pm Rużarju.
5.55pm Translazzjoni Solenni bir Relikwija tal Missier tagħna San Ġwann tas Salib li titmexxa minn Patri Emmanuel Aquilina O.C.D. ordnat presbiteru din is sena.
6.00pm

Quddiesa ċċelebrata minn Patri Emmanuel Aquilina O.C.D. bis sehem tad diretturi tal Vokazzjonijiet Tereżjani Patri Karm Spiteri O.C.D., F’din l-Ewkaristija, Patri Emmanuel Aquilina O.C.D. jagħtina l-esperjenza personali tal vokazzjoni tiegħu. Il-kant isir mill-kor tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Gino Mulè Stagno
Il Ħadd 13 ta’ Novembru – Jum il-Festa.
7.00am
Quddiesa mill Kappillan Patri Salv Spagnol O.C.D.
8.30am Quddiesa mill-Arċipriet tal-Imsida Dun Mario Mifsud.
10.00am Quddiesa bl Ingliż minn P. Henry Muscat O.C.D.
11.30am Quddiesa mill Kappillan tal Gżira Dun Gordon Refalo.
Bis sehem tal komunità ‘Lejn Il Missier’.
5.25pm Rużarju.
6.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill Arcisqof Emeritus
Mons. George Frendo OP li jagħtina wkoll il messaġġ tiegħu fuq San Ġwann tas Salib. Il mużika titmexxa minn Mro. Ray Sciberras.
Wara jsir riċeviment għal kulħadd fis sala tal Kunvent.

Id demokrazija hija bbażata fuq il libertà, l ugwaljanza u l-parteċipazzjoni, prinċipji li jagħmlu reali l-ġid komuni. Il parteċipazzjoni tfisser li kull ċittadin jkun attiv fil ħarsien tal ġid komuni, u fil ħolqien tal ġid pubbliku li jagħmel dan possibbli, għalhekk l edukazzjoni hi fundamentali.

4. L-Għażla Preferenzjali tal-foqra. L-iżvilupp uman, kif naqraw fl Enciklika ‘Popolorum Progressio’ tal-Papa Pawlu VI, jikkonsisti fil-ġid tal bniedem sħiħ (kollu) u fil ġid tal bnedmin kollha. Dan ifisser li ma jkunx hemm tassew żvilupp uman jekk ikun hemm min jitħalla barra. B’xorti ħażina, hemm hafna li jitħallew barra, hekk li jew m’għandhomx biżżejjed biex jgħixu u jmutu bil ġuħ, jew m’għandhomx access għas servizzi bażiċi li jggarantixxu ħajja li tixraq lid-dinjità umana. Fid-dinja hemm biżżejjed għall-kulħadd, għax il providenza t’Alla ħasbet sew għal dan.
Imma, imqanqal mir regħba, hemm min jaħtaf ħafna u jkollu aktar miż-żejjed, u ma jħallix biżżejjed għall-ħaddiehor, hekk li hemm min hu mejjet fis sakra u min hu mejjet għall qatra. Din is sitwazzjoni qiegħda tmur dejjem għall agħar, u l-għonja qegħdin jistgħanew dejjem aktar u l-foqra jkomplu jiftaqru u jiżdiedu fin-numru. Għalhekk il-Knisja tħeġġeġ lill Insara u l bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex jagħmlu dak li hemm bżonn isir, biex din l inġustizzja universali tintemm u fid dinja ssaltan il ġustizzja li tiggarantixxi l paċi.
5.Id-Dinjità tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema.

Il bniedem għandu d dover li jaħdem biex jipprovdi għall għixien tiegħu u ta’ dawk li jiddependu minnu. Ix-xogħol huwa parti mill pjan ta’ Alla għall ħolqien. Naqraw fil Ġenesi li l-Mulej Alla meta ħalaq lill bniedem raġel u mara berikhom u tahom dan l-għamar: “Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha; u saltnu fuq il ħut tal baħar u t tajr ta' l ajru u l ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l art (Ġen:1:28)”. “Il Mulej Alla ħa lill bniedem u qiegħdu fil ġnien tal Għeden biex jaħdmu u jħarsu (Ġen:2:15)”.
Għalhekk ix xogħol mhuwiex biss mezz biex il bniedem jaqla’ l-għajxien tiegħu, imma l ewwel u qabel kollox, il bniedem permezz tax-xogħol tiegħu jissieħeb m’ Alla fil-pjan tal-ħolqien. Alla lill-bniedem fdalu l iżvilupp li jfisser li jfittex li joħloq dinja dejjem aħjar u ġusta li fiha l bnedmin kollha jistgħu jkollhom ħajja li tixraq lid dinjità għolja tagħhom. Hija din il kollaborazzjoni tal bniedem m’ Alla li taghmel ix-xogħol daqshekk dinjituż. Ix-xogħol huwa wkoll mezz biex il bniedem jiżviluppa l personalità u l ħliet tiegħu u biex jissieħeb mal-oħrajn (jissoċjalizza).
II-ħarsien tad-dinjità tax-xogħol jitlob ir-rispett ta’ diversi drittijiet marbutin max xogħol. Fost l oħrajn, id dritt li l bniedem isib xogħol li għalih jitħallas kemm jixraqlu u li jaħdem f’kondizzjonijiet tajbin, li jkollu l-opportunità li jiżviluppa lilu nnifsu u li jigi ssussidjat f’kaz ta’ bżonn minħabba mard jew età. Il ħaddiem għandu d dritt ukoll li jissieħeb f’assoċjazzjonijiet tal ħaddiema bl iskop li jiddefendi dawn id drittijiet.
6. Is-Solidarjetà u s-sussidjarjetà.

Il bnedmin kollha jiffurmaw ‘familja’ waħda, għaliex ilkoll ulied Alla.
Il bnedmin huma lkoll aħwa u għalhekk huma fid-dmir li jaħsbu f’xulxin. Il grupp etniku, is-sess, il ġeneru, ir-razza, in-nazzjonalità, id diversi pajjizi fejn jgħixu, l-ekonomija, it-twemmin reliġjuż jew dak politiku, u differenzi oħra li jsawru s sbuħija tal umanità, m’għandhom bl ebda mod iservu biex jifirdu lill bnedmin minn xulxin. Għall kuntrarju, minkejja li differenti, għandhom jagħrfu li hemm xi ħaġa komuni li tgħaqqadhom, l-umanità tagħhom (il Ġid Komuni) u għalhekk għandhom jieħdu ħsieb xulxin. In Nazzjonijiet Uniti jisħqu li jekk fl isforz globali għall iżvilupp tal bniedem ikun hemm min jitħalla barra, dan ma tistax issejjaħlu żvilupp, għax: “It is either development for all, or not development at all (United Nations Development Programme, Human Development Report – 1990).”
Dan hu l-prinċipju tas-solidarjetà li minn dejjem saħqet fuqu l-Knisja fittagħlim soċjali tagħha. Marbut miegħu hemm il prinċipju tas sussidjarjetà li jfisser li pajjiżi żviluppati ma jistgħux jagħlqu għajnejhom għal dawk li għadhom sottożviluppati jew li għadhom qegħdin jiżviluppaw, u għandhom jagħmlu minn kollox biex jgħinuhom. Importanti li filwaqt li jagħmlu dan, għandhom joqogħdu attenti li ma jiddominawhomx b’tali mod li jxekklulhom il libertà tagħhom, hekk li jiddeċiedu għalihom. Imma l-pajjiżi żviluppati għandhom iħallu lill oħrajn jieħdu d deċiżjonijiet tagħhom skont kif jidhrilhom huma u jassistuhom fejn meħtieġ.
7. Il-Ħarsien tan-natura u l-ambjent.
L-Assemblea Ġenerali tan Nazzjonijiet Uniti, fit 28 ta’ Lulju tal 2022 iddikjarjat bħal dritt universali tal-bniedem: li jkun jista’ jgħix f’ambjent nadif u ta’ saħħa u li dan ikun sostenibbli. Il Knisja fit tagħlim soċjali tagħha tisħaq fuq dan l aspett importanti fil ħajja tal-bniedem (il-ħarsien tal-ambjent), aktar u aktar għax temmen li Alla, lill bniedem fdalu f’idejh il ħolqien biex iħarsu u jkompli jiżviluppah flimkien miegħu.
Id-dinja, bir-riżorsi kollha tagħha, Alla ħalaqha għall-użu u l-ġid tal bnedmin uliedu. Imma filwaqt li jagħmel użu minn dawn ir-riżorsi, ma jistax il bniedem jagħmlilhom ħsara li ’l quddiem tista’ isservi ta’ dannu għalih innifsu, għal dawk ta’ madwaru jew għal dawk li għad iridu jiġu warajh. L anqas ma jista’ l bniedem jisfrutta dawn ir riżorsi b’tali mod li jċaħħad mill-użu tagħhom bnedmin oħrajn. Il-bniedem li hu kollaboratur t’ Alla fil pjan tal ħolqien, hu fid dover morali li jħalli dinja aħjar milli sabha għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Minn din il ħarsa ġenerali nistgħu nagħrfu kemm hu għani t tagħlim soċjali tal Knisja u li min irid jgħix b’mod awtentiku l Vanġelu ta’ Sidna Ġesù Kristu ma jistax jgħaddi mingħajru, għax huwa t-twettiq fil prattika tal kmandament tal imħabba.


