PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
1
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
2
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
WERREJ Messaġġ tal-Isqof Mario Grech ......................................................4
Kelmtejn mill-Kappillan
......................................................6
Awguri għall festa ......................................................8
Ngħixu l-vokazzjoni tagħna flimkien bħala talba waħda lil Alla ......................................................10
Il-voluntiera mhux biss għandhom il-ħin, imma għandhom qalb li taf tħobb
.....................................................14
Is-simbolu tal-lejl fil-Bibbja .....................................................18
PROGRAMM TAL-FESTA
.....................................................22
Ngħixu kuljum il-ħajja tagħna nserrħu fuq xulxin .....................................................25
God’s prensence in life .....................................................27
Sirt abbatina biex inkun aktar qrib m’Alla .....................................................28
San Ġwann tas-Salib u Edith Stein. Żewġ filosfi u żewġ mistiċi.
.....................................................32
Messaġġ mis-Sindku .....................................................39
Ċelebrazzjonijiet ta’ żmien il-Milied .....................................................43
Feast of Saint John of the Cross
.....................................................44
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
1
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
2
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
3
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib Ta’ Xbiex Il-parabbola tas-Sultan li ried jagħmel ikla għal ibnu, fil-verżjonijiet ta’ Mattew (22, 1-14) u Luqa (14, 15-24), minkejja d-diffikultajiet fl-interpretrazzjoni, tfisser ix-xewqa ta’ Alla li daru timtela. Id-dar tal-Mulej hija l-preżenza tiegħu, l-imħabba tiegħu li hu jixtieq jaqsam mal-bnedmin kollha. Biex din id-dar tikber u timtela hu jagħmel stedina lil kulħadd, saħansitra jibgħat lill-qaddejja tiegħu “jġiegħlu” n-nies jidħlu, imma donnu hemm is-sensazzjoni li dawk li se jwieġbu għal din is-sejħa se jkunu l-foqra, il-magħtuba, l-għomja u z-zopop. Il-kategoriji l-oħra, għal xi raġuni jew oħra, iwarrbu din is-sejħa. Id-dar tas-Sid timtela b’dawn in-nies. Dwar dan tkellem ukoll Papa Franġisku f’ittra li fid-29 ta’ Ġunju li għadda bagħat lill-Isqfijiet tal-Ġermanja. Jikteb dwar kif l-identità Kristjana tikkonsisti f’li wieħed jiskopri l-preżenza ta’ Alla fit-talb, fil-penitenza, u fl-adorazzjoni, u mbagħad jaqsam din il-preżenza ma’ dawk li huma l-iktar għatxana għaliha: “li tkun Kristjan hu li tkun tagħmel parti mill-Knisja tal-beatitudnijiet, għal dawk li llum huma mberkin: il-foqra, l-imġewħin, dawk li qed jikbu, dawk li huma vittmi tal-mibegħda, insultati, esklużi”. Huwa fil-“ħruġ” u fl-istedina li ssir lil dawn in-nies li l-Knisja u l-Kristjani jiskopru huma min huma. Għalhekk fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib f’Ta’ Xbiex dan hu l-awgurju tiegħi: li ma tħarsux biss lejn l-imgħoddi tagħkom, imma wkoll titħeġġu biex issiru parroċċa tassew missjunarja li toħroġ tiltaqa’ mal-bniedem tal-lum u toffrilu l-opportunità li jagħmel esperjenza ta’ Alla. Nitlob fuqkom il-barka ta’ Alla, 5 t’Awwissu 2019, Tifkira tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore.
Mario Grech Isqof ta’ Għawdex
4
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
5
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Kelmtejn mill-Kappillan Ix-xahar ta' Novembru reġa’ magħna u bħalma tafu, għeżież parruċċani, Novembru huwa x-xahar li fih niċċelebraw il-festa tal-Padrun tagħna San Ġwann tas-Salib missierna. Din is-sena hija sena specjali għall-komunità ta' Ta’ Xbiex li fiha qed infakkru l-ħamsin sena minn mindu l-knisja tagħna saret parroċċa. Kienu bosta l-attivitajiet li organizzajna biex infakkru din il-ġrajja sabiħa u għażiża. Il-ftuħ tal-festi mill-Eċċellenza tiegħu Mons. Joe Galea Curmi nhar it-18 ta' Novembru 2018, quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul il-ħamsin sena parroċċa, healing service minn Dr. John Bonnici Mallia, ġurnata ta' rtir matul ir-Randan, attività għall-anzjani u oħra għat-tfal, attività flimkien mal-parroċċi tal-Gżira u tal-Imsida li minnhom ħarġet il-parroċċa ta' Ta' Xbiex, fakkarna wkoll il-baruni Pietro Paolo Testaferrata Moroni Viani li tana l-art biex fuqha nibnu l-knisja u l-kunvent, iż-żjara pastorali tal-Mons. Joe Galea Curmi, żjara li nisslet ferħ fost kulħadd, u l-ġurnata tal-ewwel ta' Ġunju li fiha sirna parroċċa. Dakinhar onorana bil-preżenza tiegħu l-Arcisqof Mons. Charles. J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta, li ċċelebra l-Ewkaristija u kixef u bierek lapida kommemorattiva. Ħarġu wkoll sett ta' bolol kommemorattivi li jfakkru l-jum tal-ewwel ta' Ġunju 2019, il-jum li fih għalaqna l-ħamsin sena parroċċa. Dawn kienu ċelebrazzjonijiet li ġabu ħafna ferħ fost in-nies ta' Ta' Xbiex. L-attivitajiet ħa jkomplu kif tistgħu taraw mill-programm tal-festa ta' din is-sena. Fost l-oħrajn ser ikollna ċelebrazzjonijiet għal dawk li matul dawn l-aħħar ħamsin sena rċevew is-sagramenti tal-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof. Din is-sena Alla ta rigal lill-provinċja tagħna u l-Knisja ta' Malta u Għawdex: id-Djaknu Patri Elija Mifsud li ġie ordnat presbiteru Tereżjan mill-Eċċellenza tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex. Patri Elija ser ikun parti mill-komunità reliġjuza ta' Ta' Xbiex. Lejlet il-festa huwa ser imexxi t-translazzjoni u jiċċelebra l-quddiesa ta' San Ġwann Tas-Salib. Lil Patri Elija nifirħulu minn qalbna u nitolbu għalih. Nhar il-festa ħa jkollna fostna lill-Eċċellenza tiegħu Isqof ta' Għawdex, Mons. Mario Grech, li bil-ferħ laqa’ l-istedina tagħna biex jiċċelebra l-quddiesa tal-festa u jkellimna fuq San Ġwann tasSalib. L-aħħar attività ħa tkun fil-vġili tal-Milied, magħna ħa jerġa’ jkun fostna l-Arcisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona, li wara li jiċċelebra l-quddiesa ta' nofsillejl, ħa jinawgura u jbierek mużajk li ser jiddekora l-kamra tat-tfal, xogħol tal-artist Għawdxi Dun Roberto Gauci. 6
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Quddiem dan kollu ngħid grazzi lil Alla u lilkom. Grazzi lil Alla tal-grazzji li ta lill-parroċċa tagħna u grazzi lilkom għeżież parruċċani li lkoll tajtu s-sehem tagħkom, min b'mod u min b'ieħor, u naf li dan għamiltuh minn qalbkom u għalhekk nistedinkom mill-ġdid ħalli nerġgħu naraw lil xulxin fiċ-ċelebrazzjonijiet li ħa jsiru biex permezz tagħhom nikbru aktar fl-imħabba lejn Alla, lejn San Ġwann tas-Salib u fuq kollox lejn xulxin. Grazzi u kunu mberkin.
Patri Salvino Spagnol O.C.D. Kappillan
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
7
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Awguri għall festa - 50 sena parroċċa. Għeżież parruċċani, qed nikteb dawn l-erba’ kelmiet f'għeluq l-50 sena minn meta l-knisja ta' Ta’ Xbiex saret parroċċa ddedikata lil San Ġwan tas-Salib. Inkitbu volumi u smajna ħafna prietki fuq dan il Qaddis, Missier taghna ... imma llum qed inħossha f'waqtha li nitkellem ftit fuq xi tfisser parroċċa Karmelitana u x’inhuma l-intenzjonijiet ta' parroċċa li tgħix il-Karmelu. Passaġġ dejjaq u wieqaf li jwassalna qrib il-Mulej Alla tagħna. Telgħa mimlija tħarbit u ostakli imma b'moħħna mistrieħ għax akkompanjati minn Ommna Marija. Marija ma twegħedniex li se nkunu kuntenti f'din id-dinja imma tassigurana li aktar ma jkollna problemi, aktar ma jkollna tiġrib, aktar ma jkollna sofferenzi u taħbit issa, aktar ħa ssabbarna u twegħedna li kollox hu għall-imħabba tagħna biex ngħixu l-eternità ma' binha Ġesù. Importanti li waqt din it-telgħa wieqfa aħna nkunu dejjem ġenerużi mal-proxxmu tagħna u nroddu ħajr lil Alla ta' kull ma jkun għaddej minna. Għalhekk għandna bżonn li nħarsu lejn Marija u nagħrfuha bħala dik l-Omm li dejjem moħħha fina. Hija dejjem attenta u tieħu kull okkażjoni biex tressaqna lejn Binha Ġesù. Huwa ħafna aktar diffiċli nifhmu lil Ġesù u nagħrfuh bħala Sidna u Alla tagħna mingħajr din ir-relazzjoni ma' Ommu Marija. Nimmaġinawha tgħidilna “ Ejjew għandi, uliedi, irrid nilqa’ lil kulħadd; irrid ngħannaq lil kulħadd miegħi, irrid inlaqqagħkom ilkoll ma’ Ġesù. Il-ħajja Karmelitana tgħallimna nħobbu wkoll meta niġu mġarrbin, redikolati, u mkasbrin minn ħaddieħor. Hawnhekk xieraq li nikkwota lill-Qaddis Patrun tagħna, San Ġwann tas-Salib, meta jgħidilna: "Fejn m'hemmx imħabba, qiegħed l-imħabba u tieħu l-imħabba. Nawguralkom il-festa qaddisa mimlija ferħ u barka. Patri Alfred Vassallo O.C.D. Vici Kappillan
8
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
9
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Ngħixu l-vokazzjoni tagħna flimkien bħala talba waħda lil Alla Kien mument ta’ grazzja u ħassejtni verament kuntent meta l-Provincjal għarrafni li d-destinazjoni tiegħi kienet qalb il-komunità parrokjali tagħkom. Nieħu mal-ewwel l-opportunità sabiex nirringrazzjakom tal-mod tant sabiħ li bih ġejt milqugħ fostkom. Nista’ ngħid li verament sibtni aċċettat bħal xi ħadd tant mistenni. Mal-ewwel jiem fostkom ħassejt li kienu bosta li staqsewni; xi tfisser tiġi ordnat saċerdot Karmelitan? Kif għext dan il-mument? Dawn il-mistoqsijiet ġagħluni nirrifletti dwar dan. Ħafna drabi fil-mixja tal-ħajja, inħarsu lejn il-ġejjieni b’entużjażmu, speċjalment quddiem avvenimenti importanti bħalma huma żwieġ jew ordinazzjoni presbiterali. Ngħid għalija, nibża’ li niżola dan l-avveniment mill-kuntest naturali tiegħu, cioè l-istorja kollha ta’ ħajti. Nibża’ li f’xi mument ninsa xi biċċa mit-triq li minnha kelli ngħaddi. Ikun gwaj kbir jekk jiġrili dan. Mhux jekk jiġri hekk lili biss iżda lil kull wieħed u waħda minna. Li n-nisrani jinsa l-passat, kemm sabiħ u kemm inqas, fil-mixja ta’ ħajtu, hija sfortuna, ħaġa kehra u gravi, għax ikun qed jinsa kif Alla, f’dawk u permezz ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, “għamel miegħu ħwejjeg kbar” b’konsegwenza, ma ikunx iżjed kapaċi jtenni li “qaddis hu l-isem Tiegħu”. Kull fejn hemm storja ta’ dnub u uġigħ, hemm storja ta’ ħniena u maħfra. Fejn hemm storja ta’ delużjoni u telfien, hemm storja ta’ salvazzjoni. Jintilef l-għarfien u titħassar l-memorja ta’ kif Alla wera ruħu miegħu fl-istorja ta’ ħajtu, b’konsegwenza li jintilef kriterju importanti biex jifhem u jiddeċifra kif ir-realtà eterna qed tmiss ma’ l-istorja preżenti tiegħu. L-istorja vokazzjonali tiegħi ma waqfitx mal-ordinazjoni presbiterali, iżda bħal kull vokazzjoni oħra ma tistax taspira, għall-anqas, milli għal dak l-“illum” etern, li għalih kemm jien u kemm intom ilkoll ġejna maħluqa. Inkunu boloh jekk f’xi mument naċċettaw li naspiraw għal anqas minn hekk. B’dan kollu f’moħħi u f’qalbi, naqsam magħkom dan il-ħsieb, għax bħala komunità parrokkjali ta’ Ta Xbiex intom, bir-rieda ta’ Alla, sirtu parti mill-istorja vokazzjonali tiegħi u dana sabiex magħkom inkompli nwieġeb u intom twieġbu miegħi għall-vokazzjoni komunitarja tagħkom. Fil-Knisja ma tistax teżisti vokazzjoni li mhijiex komunitarja għax m’hemmx vokazzjoni waħda li m’għandhiex bidu fi mħabba komunjali t’Alla Trinità u kompliment fl-istess imħabba eterna tiegħu għall-akbar glorja ta’ ismu. Għalhekk ma tezisti ebda tensjoni bejn il-ħajja tat-talb, li għaliha msejjaħ kull Karmelitan, u l-ħajja pastorali, speċjalment għal saċerdot. Infatti jekk xi ħadd jeskludi il-ħajja tat-talb mill-azzjoni pastorali tiegħu, ikun bħal ġarra tal-fuħħar li trid tqassam l-ilma frisk iżda wara ftit tiżvojta u tixxotta. Ma jkunx baqgħalha dik il-kuntatt eżistenzjali mal-għajn tal-ilma ħaj li hi msejħa ġġorr u twassal lill-oħrajn. 10
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Min-naħa l-oħra dak li f’isem il-ħajja tat-talb jeskludi kull forma ta’ riversament ta’ dak li bi grazzja ingħatalu, jiġrilu bħall-ġarra tal-fuħħar li l-ilma fiha jsir bil-mod il-mod ilma qiegħed, b’riħa ta’ putrifazzjoni, u jitlef kull freskezza ta’ dik l-għajn ta’ ilma ħaj li għaliha ġie msejjaħ. Infatti San Ġwann tas-Salib, li ħadd ma jista’ jakkuża li kien nieqes mill-ħajja mogħtija għat-talb u l-kontemplazzjoni, naraw kif fih, il-ħajja tat-talb kontinwu kienet tiġi kompluta bil-ħajja komunitarja, bix-xogħol, bħal studju kontinwu, bini tal-kunventi, xogħol f’għelieqi tal-kunvent, u b’azzjoni pastorali li kienet tikkonsisti ħafna drabi fi qrar, direzzjoni spiritwali, konferenzi u rtiri. Għalhekk f’isem il-‘qadi tal-aħwa’ għal patri Karmelitan li jiġi mitlub minnu jservi f’parroċċa huwa ma jistax ifittex lil Alla jekk mhux mal-poplu t’Alla, għalih u bih. Magħkom, minn issa u sa ma jibqa’ jiġi mitlub minni, hi l-mixja ta’ tfittxija t’Alla, mixja li b’xi mod jew ieħor ilkoll ħa nkomplu sal-aħħar nifsijiet tagħna. Kull storja ta’ sejħa vokazzjonali hija storja ta’ sejħa għall-imħabba totali ta’ Alla. Ma teżistix sejħa li mhix storja ta’ salvazzjoni u ma hemmx storja ta’ salvazzjoni li ma teħtieġx tiġi mgħejxa mal-komunità u għaliha. L-għejxien vokazzjonali tagħna jagħmel mod li jiġi ffurmat kuntest fejn fih insiru koperaturi ma’ Alla u ħaddiema fl-għalqa tiegħu. Aħna nikkontribwixxu billi nsaqqu dak li Alla żera’ fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna, jiġifieri li f’qalbna tikber ix-xewqa u l-imħabba lejn Alla u b’hekk l-imħabba lejn il-proxxmu. Il-komunità parrokkjali ssir l-estensjoni tal-familja. Ngħid dan kollu biex infisser li mil-lum ’il quddiem l-istorja vokazzjonali tiegħi hi parti mill-istorja vokazzjonali tagħkom: li ma’ tagħkom titnisseġ biex l-‘iva’ tiegħi u l-‘iva’ tagħkom lil Alla ssir talba waħda. Alla tagħna mhux alla astratt imma inkarnat, ħa ġisem u sar bħalna. Ġesù Kristu ħa s-sura tagħna biex fih nerġgħu nsibu dak ix-xebh li konna tlifna. Alla ħoloqna biex jippassiġġja fil-ġnien magħna, biex ikellimna wiċċ imb wiċċ u hekk fina jerġa’ jinkarna meta nħallu l-grazzja tiegħu taħdem fina. B’dana nkunu qegħdin insiru għall-proxxmu estensjoni t’idejn Alla li jixxutaw id-dmugħ minn għajnejn l-imnikta u ssostnu lil min jogħtor. Inħallu l-opra tal-ħniena ta’ Alla ssir preżenti fina. Dan mhux possibbli mingħajr ħajja ta’ talb komunitarja u hu b’hekk li din il-komunità tkompli timxi ’l quddiem, lejn Alla. Ma jfissirx, li fejn hemm komunità miftuħa għar-rieda t’Alla kollox jimxi ward u żahar, imma li, fi Kristu nħarsu lejn il-passat tagħna u naraw storja ta’ salvazzjoni mhux ta’ dnub, dgħjufija u falliment. Bi Kristu nkunu kapaċi nħarsu lejn il-futur u ma nibżgħux għax fih li nsibu tama ċerta ta’ salvazzjoni eterna, u mhux biża’, inċertezza u qtugħ ta’ nifs. Ma’ Kristu nħarsu lejn il-preżent li permezz tiegħu ma jibqax tensjoni fiergħa biex timla vojt imma preżenza eterna ta' Alla. Din hi l-istorja vokazzjonali ta’ kull wieħed u waħda minna, iżda l-importanti hu, li tkun storja vokazzjonali ta’ komunità miexja lejn dar il-Missier. B’dan is-sentiment t’apprezzament lil Alla għad-don tas-saċerdozju u tal-ħbiberija tagħkom, nixtieq nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom festa qaddisa. Patri Elija Mifsud O.C.D. FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
11
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
12
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
13
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Il-voluntiera mhux biss għandhom il-ħin, imma għandhom qalb li taf tħobb. Huwa ta' pjacir ghalija li, fuq talba tal-kappillan Patri Salv, nikteb kelmtejn dwar is-sehem tiegħi fil-volontarjat mal-Missio Malta. Is-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji, magħrufa f'ħafna pajjiżi bħala Missio, huwa l-isem ta' grupp ta' soċjetajiet missjunarji Kattoliċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Papa. Sa mis-sena 1922, Missio kien u għadu organizzazzjoni li joffri l-appoġġ uffiċjali tal-Knisja Kattolika lill-missjonijiet barranin. Il-Papa speċifikament jitlob lill-Missio sabiex jgħin iwassal il-messaġġi tal-Knisja lid-dinja. Missio Malta, bħal kull uffiċċju ta' Missio madwar id-dinja kollha, għandu bżonn l-għajnuna ta' ħafna u ħafna voluntiera li jagħtu ftit mill-ħin tagħhom u jsarrfuh f'għajnuna sew fl-uffiċini tal-Belt Valletta u l-Mosta, kif ukoll fil-parroċċi bħala animaturi. Bħalissa Missio Malta għandu 55 animatur li jirrappreżentaw il-parroċċa rispettiva tagħhom. Fil-parroċċa tagħna ta' Ta' Xbiex, ilni għal dawn l-aħħar 5 snin inkarigata li nwassal il-messaġġi u l-aħbarijiet tal-Missio lilkom il-parruċċani. Bdejt b'din l-attività wara li t-tfal ħadu l-istat tagħhom u sibt li kelli aktar ħin liberu. Ħafna bħalna ġew f'Ta' Xbiex fis-sebgħinijiet, ġejna hawn b'familji zgħar, fejn rabbejna t-tfal, għexna bħala komunità u issa wara l-mixja taż-żmien, sirna anzjani flimkien! Ridt nokkupa ftit ħin b'xogħol volontarju waqt li nkun ta' għajnuna lil xi organizzazzjoni karittativa. Għalhekk xi 5 snin ilu mort l-uffiċċju tal-Missio l-Belt Valletta u bdejt nagħti l-għajnuna tiegħi f'dan l-uffiċċju flimkien ma’ numru ta' voluntiera oħra minn kull rokna ta' Malta. Primarjament ix-xogħol tiegħi jikkonsisti filli nqassam kemm nista’ karusijiet tal-Missio fil-ħwienet u stabbilimenti f'Ta' Xbiex, niġborhom meta jkun hemm bżonn u nara li jkollhom ieħor vojt. Nieħu ħsieb ukoll li fil-parroċċa jaslu l-avviżi li Missio Malta joħroġ tal-attivitajiet li jorganizza minn żmien għal żmien, u nara li jitwaħħlu l-powsters tal-attivitajiet man-notice board tal-knisja. Xi drabi wkoll jiena nkun imsejħa f'xi wieħed mill-uffiċini biex ngħin f'xogħol manwali ħafif (li ġeneralment jikkonsisti f'ippakkjar ta' pubblikazzjonijiet, bħar-rivista 'Malta Missjunarja', għat-tqassim bil-posta f'Malta u barra minn Malta) kif ukoll fejn ikun hemm bżonn matul is-sena f'xi parroċċa partikulari jew f'okkażjoni speċjali, bħal per eżempju l-Ġurnata Missjunarja li din is-sena kienet fl-20 ta' Ottubru. Dan ix-xoghol jiena naghmlu għal qalbi ħafna u nħossni kuntenta li qed noffri ftit mill-ħin tiegħi għal għan hekk ġenwin. Inħeġġeġ lilkom qarrejja biex intom ukoll titħajru tagħtu ftit mill-ħin tagħkom u toffruh lill-parroċċa tagħna jew lil xi għaqda tal-Knisja. Min huwa interressat fix-xogħol involut fil-Missio jista’ jkellem lili jew iċempel lil Missio Malta fuq in-numri tat-telefown – 21236962/20330015, inkella jżur il-websajt www.missio.org.mt għal aktar informazzjoni. 14
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Nixtieq nirringrazzja lill-habib taghna Pullu tal-koperazzjoni li dejjem wera kif ukoll lill-Kappillan Patri Salvinu Spagnol o.c.d. ta' l-opportunita li taghni biex nikteb fuq il-voluntarjat mal-Missio Malta. Nawgura l-festa t-tajba tal-patrun taghna San Ġwann tas-Salib lill-parruccani kollha ta' Ta' Xbiex. Irene Portelli
Mons. Valentino Borg, Direttur Nazzjonali Missio Malta), Irene Portelli (1&2 lemin), Natasha Farrugia Bason, Koordinattrici Voluntarjat (2 xellug), ma’ voluntiera ohra
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
15
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
16
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
17
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Is-simbolu tal-lejl fil-Bibbja Ma tistax titkellem fuq San Ġwann tas-Salib mingħajr ma ssemmi l-lejl mudlam, tema simbolika li tispikka fil-kitbiet ta’ dan il-qaddis mistiku. Is-simbolu tal-lejl jesprimi l-esperjenzi tal-agunija li għadda minnhom dan il-qaddis li ismu jorbtu direttament mas-salib u li ħalla marka qawwija fl-ispiritwalità tal-ħajja nisranija. Il-lejl mudlam iżda huwa tema qawwija wkoll fl-Iskrittura kif ser naraw f’dan l-artiklu li ser naqsam fi tliet partijiet sabiex jgħinna napprezzaw aktar l-isfond tat-tema tad-dlam tal-lejl fl-Iskrittura. Id-dlam fit-Testment il-Qadim Fl-esperjenza tal-poplu ta’ Alla, il-lejl huwa ġrajja mimlija tifkiriet, wegħdiet u tamiet. Hemm tal-inqas tliet elementi li jiffurmaw it-tifsira tal-lejl fil-paġni tat-Testment il-Qadim: il-lejl bħala ħolqien, passaġġ u talb. Ħa naraw x’ifissru dawn it-tliet elementi marbuta mat-tifsira tal-lejl fit-Testment il-Qadim. Ħolqien: Id-dlam jagħmel parti mill-pjan tal-ħolqien ta’ Alla kif naqraw fl-ewwel paġna tal-ktieb tal-Ġenesi. “U Alla qal: ‘Ħa jkun id-dawl.’ U d-dawl sar. U ra Alla d-dawl li kien tajjeb. U Alla fired id-dawl mid-dlam. U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam sejjaħlu lejl” (Ġen 1:3-5). Id-dlam mela kellu jservi sabiex jiddistingwi: ma nistgħux nifhmu l-jum mingħajr id-dlam. Passaġġ: L-akbar ġrajja tal-poplu ta’ Alla fil-paġni tat-Testment il-Qadim aktarx li hija dik tal-eżodu jew tal-ħruġ mill-Eġittu li sseħħ bil-lejl. Hekk jgħid il-Mulej lil Mosè: “Għal xi nofsillejl, illejla jiena noħroġ f’nofs l-Eġizzjani, u jmut l-iben il-kbir fid-djar tal-Eġizzjani” (Eż 11:4). Il-Mulej ikompli jispjega lil Mosè: “Għax dak il-lejl jiena ngħaddi mill-art tal-Eġittu u nidrob ’il kull min hu l-ewwel fost l-imweldin fl-art tal-Eġittu” (12:12). Imbagħad naqraw kif seħħ dan: “Ġara li f’nofs ta’ lejl il-Mulej darab ’l ulied il-kbar fl-art ta’ l-Eġittu” (12:29). Dan kollu hu spjegat mill-ġdid b’mod tassew straordinarju meta ftit versi ’l isfel nerġgħu naqraw nota fuq id-dlam tal-lejl: “Kienet lejla ta’ sahra għall-Mulej biex ħariġhom mill-Eġittu; għalhekk dan l-istess lejl hu lejl ta’ sahra tal-Mulej għal ulied Iżrael, minn nisel għal nisel” (12:42). Talb: Il-lejl isir il-waqt tat-talb li jesprimi s-sentimenti fil-qalb tal-bnmiedem. Is-salmista jqum f’nofs-il lejl sabiex jirringrazzja lil Alla għall-ġudizzji ġusti tiegħu kif naqraw fis-Salm 119:62 – “F’nofs il-lejl inqum imfaħħrek minħabba d-digrieti ġusti tiegħek.” F’dan id-dlam tal-lejl is-Salmista jxebbah lilu nnifsu ma’ għassies li jkun għassa bil-lejl u jgħid: “Tistenna ruħi lil Sidi, aktar milli 18
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
l-għassiesa s-sebħ; aktar milli l-għassiesa s-sebħ jistenna Iżrael lill-Mulej!” (Salm 130:6). Il-bniedem ġust iqum billejl sabiex jadura s-silenzju ta’ Alla għaliex jaf li l-Mulej ikun qed jisimgħu. Fil-ħajja ta’ Abraham, per eżempju, naqraw: “Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan, u lsien nar, iŻiġġ qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam. Dakinhar il-Mulej għamel patt ma’ Abram” (Ġen 15:17-18). Fil-ħajja ta’ Iżakk naqraw esperjenza oħra li sseħħ bil-lejl: “U deherlu l-Mulej billejl stess u qallu: ‘Jiena Alla ta’ Abraham, missierek. La tibżax, għax jiena miegħek, u jiena nbierkek, u nkattar nislek minħabba Abraham missierek” (Ġen 26:24-25). Fil-ħajja ta’ Ġakobb naqraw il-ġrajja meta huwa ġġieled ma’ Alla matul lejl sħiħ (ara Ġen 32:23-33), ġrajja li tirrappreżenta l-ġlieda spiritwali u tal-qawwa tattalb. Il-profeta Elija “daħal fl-għar u għadda llejl ġo fih” sakemm waslitlu l-kelma tal-Mulej (ara 1 Slat 19:9-18). Il-Mulej sejjaħ lil Samwel billejl (ara 1 Sam 3:1-18). Kien billejl ukoll li lMulej għarraf il-pjan tiegħu għal David (2 Sam 7:4-16). Permezz ta’ dawn is-siltiet u oħrajn naraw li t-talb fil-kuntest tad-dlam tal-lejl jieħu sfumaturi ta’ tifsir differenti: tifħir lil Alla ħallieq tal-jum u tal-lejl (ara Ġen 1:5; Sal 19:3; 74:16); protezzjoni għall-ħajja u dipendenza sħiħ fuq Alla li jaf x’hemm fil-qalb oskura tal-bniedem (Sal 139:11-18); it-tifkira tal-intervent ta’ Alla fl-istorja tal-poplu (Sal 42:4-9; 77:1-7); is-sejħa waqt il-prova fejn il-lejl isir bħal deżert li fih il-bniedem jiġi ittentat mill-qawwa tax-xitan (Sal 77:3; Is 8:21-23). Ma’ dawn irridu nżidu r-relazzjoni tal-imħabba bejn Alla u l-poplu rappreżentata b’mod simboliku fl-Għanja tal-Għanjiet permezz tal-għarus u l-għarusa fi tfittxija li ssir billejl. Il-lejl fit-Testment il-Ġdid It-tema tal-lejl mudlam ma tieqafx mat-Testment il-Qadim imma tkompli wkoll fil-paġni tat-Testment il-Ġdid. Il-ħajja ta’ Ġesù mill-bidu sat-tmiem tiegħu hija marbuta mal-lejl. L-Evanġelisti donnhom li riedu juruna li l-Iben ta’ Alla daħal fid-dinja billejl. Għalhekk ir-rgħajja jirċievu l-aħbar tat-twelid fis-satra tal-lejl (ara Lq 2:8-20), filwaqt li l-Maġi ħallew id-dawl tal-kewkba jiddi fid-dlam li fih kienu qed jivvjaġġaw (ara Mt 2:9-12). Hekk ukoll Ġużeppi r-raġel ġust ta’ Marija ġie msejjaħ billejl kemm-il darba sabiex iwettaq dak li Alla kien qed jitlob minnu fid-diversi ħolm li kellu billejl (ara Mt 1:20; 2:13-14;19-20). Il-ħajja pubblika ta’ Ġesù ma tibdiex qabel ma huwa jiġi ttantat fl-erbgħin jum u erbgħin lejl li huwa għadda fid-deżert (ara Mt 4:2). Il-ħajja ta’ Ġesù mbagħad hija mmarkata b’waqtiet ta’ talb li Ġesù kien jagħmel waħdu matul il-lejl (ara Mk 1:35) bħalma naqraw ukoll fl-agunija tiegħu fil-ġnien tal-Ġetsemani (ara Mt 26:36-46). Mhux biss, imma lil Ġesù nsibuh ukoll jaġixxi billejl bħalma
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
19
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
jagħmel fil-laqgħa tiegħu ma’ Nikodemu “wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù bil-lejl” (Ġw 3:2-3). Minbarra hekk numru ta’ parabboli li ħallielna Ġesù huma ambjentati wkoll bil-lejl. Hekk, pereżempju naqraw fil-parabbola dwar it-talb li fiha Ġesù jippreżenta ħabib li wasal għandu ħabibu f’nofs ta’ lejl u tal-ewwel kellu jmur għand ieħor “f’nofs ta’ lejl u jgħidlu: ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet’” (Lq 11:5 ). Hekk ukoll il-parabbola li titkellem fuq għalqa li fiha s-sid żera żerriegħa tajba imma “xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq” (Mt 13:25).
Id-dlam fil-ħajja tal-Ewlenin Dixxipli It-tema tal-lejl mudlam tkompli wkoll fil-ħajja tal-ewwel insara kif inkomplu naqraw fil-paġni tat-Testment il-Ġdid. Marija ta’ Magdala nsibuha ħdejn il-qabar ta’ Ġesù tibki “filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam” (Ġw 20:1). Imma l-qawmien ta’ Kristu kellu jispikka bħal dawl f’dan id-dlam fil-ħajja tad-dixxipli. Huwa għalhekk li fil-ktieb tal-Apokolissi naqraw il-wegħda: “Lejl ma jkunux hemm iżjed, u ma jkunx jeħtieġu dawl ta’ musbieħ u dawl tax-xemx, għax il-Mulej Alla jkun jiddi fuqhom” (Apok 22:5). Huwa għalhekk li l-lejl fil-ħajja tal-Knisja jsir iż-żmien tal-ħelsien u ta’ missjoni: mid-dlam tal-ħabs joħroġ il-messaġġ ta’ Alla fil-ħajja tal-appostli kif naqraw fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli. GĦalhekk meta d-dixxipli kienu mixħuta l-ħabs “billejl anġlu tal-Mulej fetaħ il-bibien tal-ħabs; ħariġhom barra u qalilhom: ‘Morru fit-tempju u xandru lill-poplu kull ma għandu x’jaqsam ma’ din il-ħajja’” (Atti 5:19-20). Hekk ukoll Pietru jiġi meħlus mill-ħabs mill-anġlu fis-satra tal-lejl (ara Atti 12:5-7). Fit-tagħlim tagħhom l-appostli wkoll ikomplu b’din it-tema tad-dlam tal-lejl. Hekk jitkellem mill-insara San Pawl: “Intom ilkoll ulied id-dawl u wlied il-jum; aħna m’aħniex ulied il-lejl, anqas ulied id-dlam” (1 Tess 5:5), filwaqt li l-awtur tal-Ittra lill-Efesin jikteb: “Intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl” (Efes 5:8), filwaqt li fl-Ittra lir-Rumani Pawlu jikteb: “Il-lejl għoddu għadda, u qorob il-jum” (Rum 13:12; ara 1 Ġw 2:8). Dawn il-kwotazzjonijiet kollha flimkien ma’ ħafna oħra jgħina napprezzaw aktar x’kien ifisser id-dlam għal San Ġwann tas-Salib li tiegħu ser niċcelebraw il-festa. Nitolbu sabiex fid-dlam ta’ ħajjitna, nibqgħu naraw id-dawl li hu Kristu l-Mulej. Rev Dr Martin
20
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
21
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
22
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019 FESTA 2019 F’ĠIEĦ SAN ĠWANN TAS-SALIB
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
L-Erbgħ 13 ta’ Novembru 5.30pm Rużarju. 6.00pm Fl-okkazjoni tal-50 sena parroċċa quddiesa bis-sehem tar-Reliġjużi tal-Provinċja tagħna, imexxi l-provinċjal Patri Juan DeBono O.C.D. Il-kant isir minn Sonia u Paul Salerno. Il-Ħamis 14 ta’ Novembru 5.30pm Rużarju. 6.00pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Familja li għaliha huma mistiedna dawk kollha li matul dawn il-50 sena rċevew is-sagrament tal-Magħmudija fil-parroċċa tagħna. Iqaddes Patri Alfred Vassallo O.C.D., Viċi-Kappillan bis-sehem tal-kor “The New Choral Singers” taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Mauro Farrugia. Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru 5.30pm Rużarju. 6.00pm Quddiesa li għaliha huma mistiedna dawk kollha li matul dawn il-50 sena rċevew l-Ewwel Tqarbina u s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna. Iqaddes Dun Gordon Refalo, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq bis-sehem tal-kor “ITE AD IOSEPH” taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Alfred Camilleri. Is-Sibt 16 ta’ Novembru - Lejlet il-Festa 5.30pm Rużarju. 5.55pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwija tal-Missier tagħna San Ġwann tas-Salib. 6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Patri Elija Mifsud ocd b’omelija fuq il-qaddis. Il-kant isir mill-kor tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Gino Mulé Stagno. Il-Ħadd 17 ta’ Novembru - Jum il-Festa 7.00am Quddiesa. 8.30am Quddiesa mill-kappillan tal-Imsida Dun Simon Sciberras. 10.00am Quddiesa bl-Ingliż minn P. Henry Muscat O.C.D. 11.30am Quddiesa mill-kappillan tal-Gżira Dun Karm Tanti. 5.30pm Rużarju. 5.55pm Tingħata l-Barka Sagramentali. 6.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, li jwasslilna l-messaġġ tiegħu fuq San Ġwann tas-Salib. Il-kant isir mill-kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Ray Sciberras. Wara jsir riċeviment għal kulħadd fis-sala tal-kunvent. FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
23
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
24
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Ngħixu kuljum il-ħajja tagħna inserrħu fuq xulxin Aħna koppja, Austin u Anna, it-tnejn għandna 65 sena u ilna miżżewġin 39 sena u ngħixu bħala familja Kristjana. Għandna tlett itfal – 2 bniet u tifel li llum huma kbar u jgħixu għal rashom. Il-ħajja tagħna meta żżewwiġna kienet differenti minn tal-lum. Jiena Anna waqaft naħdem ftit wara ż-żwieġ tagħna għax għeluq is-sena miż-żwieġ il-Bambin tana rigal tat-tifla l-kbira. Din ġabet ħafna ferħ fil-familji tagħna t-tnejn għax dak iż-żmien in-nanniet kollha kienu għadhom magħna u konna niltaqgħu dejjem fi tmiem il-ġimgħa jew għand naħa jew oħra. Konna koppja bil-għaqal u qatt ma ħriġna barra mill-friex tagħna għax dejjem hekk għallmuna l-ġenituri għaqlija tagħna t-tnejn. Sitt snin wara twieldet it-tieni tifla tagħna u din ġabet ferħ magħha u kumpanija wkoll lil oħtha. Fis-sena 1989 tlaqna minn Malta bħala familja lejn Ruma minħabba esiġenzi ta’ xogħol ta’ Austin. Fl-1990 twieled hemmhekk it-tifel iż-żgħir tagħna li kien xi ftit ‘imfissed’ minn kulħadd!! Kien żmien sabiħ għalkemm diffiċli wkoll għalina lkoll għax ambjent u lingwa differenti imma ta’ esperjenza kbira. Ġo Ruma qattajna sentejn u nofs. Ġejna lura Malta minħabba l-iskola tat-tfal u kienet deċiżjoni tajba, għax bħal Malta ma hawn imkien! It-trobbija tat-tfal tagħna kienet waħda tajba imma bħal kull familja dejjem tiffaċċja diffikultajiet ta’ kuljum. Ferħ ma naqas qatt, bħal okkażjonijiet ta’ preċetti, birthdays u anke gradwazzjonijiet. L-importanti f’din il-ħajja ta’ koppja huwa li titkellem u tiddiskuti kull ċirkostanza, tieħu paċenzja u taċċetta d-deċiżjonijiet anke dawk differenti ta’ wliedek ukoll. Kull tifel u tifla xi darba jridu jrabbu il-ġwienaħ u aħna bħala ġenituri għandna nagħtu l-opinjonijiet u pariri tagħna tal-ħajja imma fl-aħħar mill-aħħar il-futur huwa tagħhom. Dawn l-aħħar sitt snin jiena u r-raġel ġejna noqogħdu Ta’ Xbiex u ninsabu kuntenti hafna li nagħmlu parti minn din il-parroċċa. Waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajjitna kienet iż-żwieġ ta’ waħda mill-bniet tagħna ġewwa l-knisja ta’ San Ġwann tas-Salib, xi sena ilu. Ferħ kbir, wara ħafna ġiri u preparazzjonijiet tal-familja kollha, li żgur ma ninsew qatt. Ngħixu kuljum il-ħajja tagħna bħala koppja billi nserrħu fuq xulxin u naċċettaw dak li jiġi fuqna kull ġurnata sabiħa li jogħġbu jagħtina l-Mulej!! Inħeġġeġ lill-familji ta’ din il-parroċċa biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzonijiet fil-knisja tal-għeluq il-50 sena minn mindu twaqqfet il-parroċċa u b’hekk inkunu qegħdin ngħixu skont it-tagħlim nisrani li għallimna San Ġwann tas-Salib, il-patrun tagħna. Nixtiequ nawguraw il-festa it-tajba lill-familji kollha ta’ Ta’ Xbiex. Familja Calleja FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
25
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
26
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
God’s presence in life I was brought up in a Catholic family. I was taught to have faith in God. As years passed on, I came to realize more and more that God is truly present in my life. When growing up one passes through many challenges in life. As a child I went to church every Sunday with my parents, but as I got older (my teenage years) things changed and I started to distance myself from the church, not because I did not want to go, but because I become influenced by some friends and succumbed to teen culture. Nowadays, life is a challenge. Society has changed. People’s priorities have changed and have put their needs first before God. Today society has everything but is still not content. This is because they do not find the time to pray and reflect and go to Mass. Unfortunately, today society is all about greed, selfishness and forgetting to share life with others. Respect and love to one another has faded away. My faith became stronger after my grandparents passed away, who were both very faithful to God and the Church teachings. I felt the need to go to Mass and then the need to go daily to pray for them. After praying in church and attending Holy Mass I used to feel a sense of calm. I felt that God was listening to me. The more I went to church the closer I became to God. I felt God’s presence in my life again. Although we are free to choose our way of life, I strongly believe that God is always there for everyone at anytime. Life is never going to be easy, full of challenges and Jesus told us so, as no one is perfect. We are all sinners and might be tempted to do wrong things. This is the reality and truth. Life is a struggle, only because you have no faith in God. Having faith and strongly believing in God, changes one’s thoughts and way of life. As a priest once told me “God will lead us and we must follow him” Zaghzugh fis-socjeta ta’ llum
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
27
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Sirt abbatina biex inkun aktar qrib m’Alla Nixtieq nirringrazzja lill-patrijiet tal-parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib talli tawni din l-opportunità sabiex nikteb fil-programm tal-festa tant għal qalbna, il-festa ta’ San Ġwann tas-Salib. Jien jisimni Monique u allavolja niġi mill-Mosta dejjem qist lil din il-parroċċa bħala l-parroċċa tiegħi u għalhekk sirt abbatina fil-parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib. Din il-parroċċa offrietli ħafna tul ħajti, minn mindu kont għadni ta’ età żgħira, kull nhar ta’ Ħadd kont niġi hawnhekk flimkien ma’ familti sabiex nisimgħu l-quddiesa tal-ħdax u nofs. Kont inkanta flimkien ma’ ommi li kienet iddoqq il-kitarra u jiena minn dejjem xtaqt li nsir abbatina f’din il-parroċċa sabiħa. Fil-11 ta’ Novembru, 2014 kelli l-unur li nsir abbatina. Għaddew ħames snin sbieħ minn dakinhar ’l hawn u issa għandi tlettax-il sena, tgħallimt ħafna tul dawn is-snin u qatt ma jkun hemm mument f’ħajti fejn nixtieq li ma sirtx abbatina. Jiena sirt abbatina biex inkun aktar qrib m’Alla u għandi ngħid li tul dawn il-ħames snin ħadt pjaċir ngħin fil-quddisat tal-Ħadd, fil-festi, okkażjonijiet speċjali u anke fit-tberik flimkien ma’ ħija l-kbir, Saviour, u l-kuġini tiegħi, Isabelle u Chantelle. Verament nieħu pjaċir niltaqa’ ma familji, koppji u nies oħra f’din il-parroċċa u nieħu pjaċir ukoll naqsam l-esperjenza tiegħi ma’ nies oħra, speċjalment abbatini ġodda. L-abbatini flimkien ma’ xi nies u familji oħra jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ xulxin kull nhar ta’ Sibt għall-Family Movie organizzat minn Lawrence u Maria Zahra, membri tal-Kummissjoni Familja tal-parroċċa. Wara l-film immorru f’sala u nieklu pastizzi u pizza u nieħdu te, kafe jew xi bibita; wara t-tfal jkunu jistgħu jilagħbu fil-games room.
28
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Patri Elija, li għadu kemm ingħaqad mal-parroċċa beda jieħu ħsieb il-grupp tal-abbatini billi jorganizza xi laqgħat formattivi u xi attivitajiet ta’ divertiment. Nixtieq ukoll insemmi l-opportunitajiet li kelli f’dawn l-aħħar snin, meta ltqajt mal-Eċċellenza tiegħu l-Isqof Charles J. Scicluna u l-Eċċelenza tiegħu l-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi.
‘Fejn m’ hemmx l-imħabba, qiegħed l-imħabba, u tieħu l-imħabba’ kwotazzjoni minn San Ġwann tas-Salib. Għandna nieħdu eżempju minn Ġesù li tana kmandament ġdid, dak li nħobbu l-proxxmu bħalna nfusna. Aħna wkoll għandna nuru mħabba lejn xulxin ġewwa din il-parroċċa u b’ hekk nirċievu l-imħabba lura. Jiena nuri l-imħabba tiegħi lejn il-parroċċa billi nagħti s-servizzi tiegħi bħala abbatina. Ninkoraġġixxi lit-tfal li jiġu l-parroċċa ta’ Ta Xbiex biex isiru abbatini u nitlob ukoll lill-ġenituri, nanniet u kustodji tat-tfal sabiex iħeġġu lit-tfal tagħhom sabiex jsiru abbatini f’ din il-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex. Jiena nemmen illi din il-paroċċa għandha ħafna x’toffrilkom u intom għandkom ħafna x’toffru lil din il-parroċċa. Monique Azzopardi Cachia Castelletti FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
29
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
.
30
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
31
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
San Ġwann tas-Salib u Edith Stein. Żewġ filosfi u żewġ mistiċi. Għexu fi żminijiet differenti. F'Ewropa differenti. San Ġwann tas-Salib u Edith Stein, illum iddikjarata qaddisa hi wkoll, bl-isem ta' Swor Tereża Benedetta tas-Salib li hi ħadet meta ħaddnet l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi. It-tnejn filosfi, teoloġi, u t-tnejn kittieba. It-tnejn mistiċi. It-tnejn ħaddnu d-duttrina tas-Salib u għamluha l-għan ta' ħajjithom. It-tnejn b'demm Lhudi fihom. San Ġwann tas-Salib. Il-qaddis ta' żmienu u żmienna. San Ġwann tas-Salib twieled f'Fontiveros, qrib Avila, fl-1542, minn familja ta' dixxendenza Lhudija li ħaddnet il-fidi Kattolika. Meta ssieħeb l-Ordni Karmelitan tal-Osservanza Antika, mar jistudja l-filosofija u t-teoloġija f'Salamanca, waħda mill-akbar universitajiet ta' żmienu. Hemm ġie f'kuntatt ma' Fray Louis de Leon, wieħed mill-akbar akkadameiċi ta' żmienu, l-aktar fl-istudji bibbliċi u kellu jħalli influss kbir fuq Fray Juan. Beda jaħseb biex iħaddan ordni aktar strett, tal-Kartużjani, iżda Tereża ta' Ġesù li kienet qed tirriforma l-Ordni u kienet diġà bdiet din ir-Riforma fost is-Sorijiet, ħajjritu jissieħeb magħha fir-riforma tal-ordni għall-irġiel. Hu u ieħor, Fray Antonio, kienu l-ewwel patrijiet ta' din ir-Riforma. Billi Fray Huan kien aktarx qsajjar, Tereża kienet tgħid li bdiet ir-Riforma tagħha b'raġel u nofs! Kien f'dan iż-żmien li ħa l-isem ta' Fray Juan de la Cruz. Isem li kellu jsir programm ta' ħajtu. Kiteb għadd ta' kotba ta' teoloġija mistika li llum huma meqjusa kapulavuri ta' teoloġija mistika u ta' letteratrua. Kull ktieb hu bbażat fuq poeżija li kiteb l-istess qaddis u hi mfissra b'mod teoloġiku fil-ktieb. Hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa poeti ta' żmienu (u ta' kull żmien) minkejja li kiteb biss xi ħamsa u għoxrin poeżija u wħud minnhom ispirati minn poeżiji oħra li kien ikollhom tema aktar amoruża u profana. Fray Juan kien jagħtihom bidla u tifsira reliġjuża fi proċess letterarju li dak iż-żmien kien imsejjaħ a religioso. Kien iddikjarat Duttur tal-Knisja fl-1926 mill-Papa Piju XI. Santa Tereża Benedetta tas-Salib. Il-qaddisa ta' żmienna u l-futur. Edith Stein twieldet f'familja 0sservanti tar-reliġjon Lhudija, fis-sena 1891 fi Breslau, dak iż-żmien parti mill-Ġermanja Imperjali, illum parti mill-Polonja. Bdiet l-istudji universitarji tagħha f'Gottingen ma' wieħed mill-aqwa filosfi ta' dawk iż-żmininijiet, Edmund Husserl, u eventwalment laħqet l-assistenza tiegħu wara li serviet bħala infermeira fl-ewwel gwerra dinjija. Ċerti studjużi jaslu biex jgħidu li hi kient li hi inflwenzat ħafna lil Husserl aktar milli hu influwenza lilha. 32
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Minkejja li ż-żewġ teżijiet tagħha ġabithom Summa cum Laude, hi sabet diffikultajiet kbar biex tikseb karigi importanti f'universitajiet għall-fatt biss li kienet mara, minkejja li kienet l-aktar kwalifikata. Kient mara determinata, imnmexxija mit-tfittxija tal-verità. Għatxana għal ħajja spiritwali. Kienet temmen li l-għerf fih innifsu ma jiswa xejn jekk ma jipprovokax il-moħħ u l-ispirtu. B'dan il-mod. Hi saret midħla mal-kitbiet ta' Teraża ta' Avila u Fray Juan de la Cruz u bdiet tersaq lejn il-fidi Kattolika bil-għajnuna ta’ Patri Benedettin. Tgħammdet fl-1 ta' Jannar, 1922. U bdiet tgħallem f'Istituti Superjuri mmexxija minn Kattolċi. Iżda kella tieqaf ħesrem meta r-reġin Nażista pprojbixxa lil nies ta' nisel Lhudi li jkollhom xi kariga pubblika. Kitbet lill-Papa Piju XII titolbu biex jikkundanna n-Nażiżmu. Ħassitha offiża kemm bħal mara ta' nisel Lhudi u fuq kollox bħala Kattolika li fost in-Nażisti kien hemm min jiftaħar li kien Nisrani u kien ixerred ideat ta' firda u mibegħda kontra l-Lhud. Fl-1933 daħlet soru tal-klawsura fil-Monasteru tal-Madonna tal-Karmnu ta' Kolonja. Ħadet l-isem ta' Tereża Benedetta tas-Salib, Isem li kellu jkun programm ta' ħajjitha kontemplattiva u ta' studjuża. Fuq kollox dak l-appellativ Tas-Salib, ħaddnitu mhux biss għall-imħabba li kellha lejn il-mistiku San Ġwann tas-Salib, imma għax fehmet li ħajjitha kien se jkollha sens fil-messaġġ tas-salib. Salib aktar minn simbolu reliġjuż imma fuq kollox impenn. Programm. U kważi għelm ta' profezija. Imqanqal mill-ispirtwalità tas-salib, sinjal ta fidwa, offriet ħajjitha - donnha kienet taf x'kellu jgħaddi minnha! - biex fl-Ewropa ikun hawn il-paċi. U biex il-poplu Lhudi ma jinħaqarx. Ma kellux ikun hekk. Imma l-offerta tagħha baqgħet sħiħa sal-aħħar. Minn Kolonja kellha tmur Utrecht fl-Olanda biex teħles mill-persekussjoni tan-Nażisti imma meta l-Olanda waqgħet taħt in-Nazisti u l-Knisja Kattolika ma baqgħetx siekta kotnra dan ir-reġim dittatorjali u anti-semitiku, l-għadab tal-mexxejja Nażisti kiber u ħrax. Spiċċaw vittma anke dawk il-Lhud ikkonverti għall-Kristjaneżmu. Fit-2 ta' Awwissu 1942, hi u oħtha Rosa, bħala kkonvertita għall-Kattoliċeżmu u li kient qed tgħix mas-sorijiet, ġew arrestati mill-Gestapo. Kien hemm min qed jipprova jeħlisha imma Swor Tereża Benedetta wissiet li ħadd m'għandu jqisha privileġġjata u kellha tieħu dak li sħabha l-Lhud kienu għaddejin minnu. Flmkien ma' għadd ta' Lhud ġiet trasferita lejn Aushwitz fejn kważi ċerti li nqatlet fit-9 ta' Awwissu. Il-qtil tagħha nistgħu nqisuh vendetta ċinika kontra l-imġiba tal-Isqfijiet Kattoliċi kontra r-reġim Nażista. Il-Knisja tqis lil Swor Tereża Benedetta tas-Salob bħal martri. Ġiet kanonizzata fil-11 ta' Ottubru, 1998. Il-Knisja pproklamata ko-patruna tal-Ewropa. Ix-xjenza tas-salib skont Edith Stein Meta Edith Astein daħlet fil-klawsura kompleit titkeb trattati filosfiċi u teoloġiċi. L-aktar trattat importanti f'dan il-qasam kien ktieb li fih ippruvat turi it-tqarriba tal-filosofija Toimisika, b'tonijiet medjovali, għal dik aktar kontemporanja ta' Edmudn Hussere; Imma meta marret Utrecht, ingħatat aktar għall-ħajja kontemplattiva, tistudja u timmedita l-kotba tal-qaddisin Tereża ta' Avila u San FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
33
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Ġwann tas-Salib għalkemm b'talba tal-Madre tagħha, kienet tagħti xi privat tal-Latin u l-Filosofija. Imma l-akbar dedikazzjoni tagħħa kienet lejn il-kitba ta' San Ġwann tas-Salib. Il-lejl mudlam tar-ruħ u r-rabta ta' dan il-qaddis mas-salib, kienu għaliha bħal dawl, paradossalment, li kienu jmexxuha. Kienu preludju għal dak li kient taf li kellha tgħaddi minnu. U l-programm li rabtet ma' ħajjitha. Kattolika kkonvertita mill-Ġudajiżmu, sori tal-klawsura. L-akbar xogħol li ħejjiet fuq din it-tema, kien ikkummissjonat lilha biex jitfakkar ir-raba ċentinarju mit-twelid ta' San Ġwann tas-Salib. Ir-riżultat kien il-ktieb ‘Ix-Xjenza tas-Salib’. Bil-ħila analitika tagħha u filosfika, Edith Stein tqarreb is-simboli Sanġwannistiċi, tal-lejl mudlam u s-salib fi proċess ta distakk biex iwasslu r-ruħ qrib Alla. Għaliha, il-lejl mudlam ta' tfittxija u purifikazzjoni tar-ruħ jitlef is-sens awtentiku tiegħu jekk ma tasalx biex tifhem is-sinfikat tas-sinjal ta' mħabba marbut ma' Kristu. Is-Salib. Il-ktieb hu mimli bi kwotazjonijeit tal-qaddis mill-kotba u l-poeżiji tiegħu u Edith Stein tagħtihom sens ta' applikazzjoni lil hemm miż-żmien, bil-ħila tipika tagħha li tirrendi l-qaddis Spanjol bħala qaddis attwali. Ta' żmienu u ta' żmienha. U aktar. Minkejja t-temi monotoni tal-lejl u s-salib, it-trattat tagħha hu mimli dawl tar-riżurizzjoni. Joħroġ mill-kitba tagħha dak il-lat pożittiv ta' mara u soru li kellha tara ma' wiċċha. Ir-Riżurezjoni għal Edith Stein issir l-akbar proklamazzjoni tal-fidi li ssir ċertezza, u d-dlam isir dawl u s-salib minn sinjal ta' għajb jinbidel f'sinjal ta' glorja. U rebħ. Mhux tant fuq l-għadu estern minna imma minn dak li hu tfixkil fina nfusna. Għal San Ġwann tas-Salib u kif imfisser minn Edith Stein, id-dlam u s-salib mhumiex aspetti negattivi li jirrendu l-ħajja mdejqa u ta' taqtigħ ta' qalb, imma għan u motiv ta' mixi 'l quddiem. Lejn bid-dawl. Fil-kitba tagħha hemm distinzjonijiet u riflesjonijiet sottili li jrid ikollok moħħ filosofiku ( nasal beix ngħid, kontemplattiv) biex tifhem il-qawwa tagħhom, imma hi taf tirrendihom fi provokazzjoni li ma tħallikx indifferenti. Fil-kitba tagħha, tħoss li mhux tant l-akkademiku li tikteb imma l-kontemplattiva. Il-kontemplazzjoni unita, ta' għaqda ma' Alla hija l-leit motiv tal-ktieb. L-istudju hu kapulavur u testment ta' soru li kient taf li d-dell tas-salib kien qed jgħattiha mill-qrib. Meta n-Nażi arrestawha, is-sorijiet sabu l-manuskritt miftuħ fuq l-iskrivanija ta' kamritha. Dak il-ktieb kellu jkun l-awtobijografija ta' ruħha. Meta l-Baruni Pietro Paolo Testaferrata Moroni Viani u l-Provinċjal tal-Komunità Tereżjana, Patri Anġeliku tal-Qalb ta' Ġesù fl-1948 taw bidu għall-proġett tal-kunvent u l-Knisja iddedikati lil san Ġwann tas-Salib, ftit forsi rrelizzaw, kemm din il-Knisja, barra l-qadi pastorali, tista' tkun benniena u art għammiela ta' tagħlim u studji fuq kitbiet ta' wieħed mill-akbar dutturi tal-Knisja u letterat u poeta mill-ifjen. Kif għamlet Edith Stein, bintu spiritwali fl-Ordni Tereżjan bl-isem ta' Tereża Benedetta tas-Salib. Ġorġ Peresso 34
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
35
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
36
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
37
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
38
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Messaġġ mis-Sindku Insellmilkom, Din hija l-ewwel darba li qed nagħmel din il-kontribuzzjoni tant importanti fil-programm tal-festa mindu bdiet il-leġiżlatura l-ġdida, għaldaqstant nixtieq nirringrazzjakom talli tajtuni l-fiduċja sabiex nibqa’ nirrappreżentakom bħala Sindku għal-leġiżlatura oħra. Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lil dawk kollha li servew fil-leġiżlatura tal-Kunsill li għaddiet u kif ukoll leġiżlaturi oħrajn, tal-kontribut siewi li taw lil-lokalità ta' Ta' Xbiex li tant inħobbu. Minn qalbi nawgura lil sħabi li ġew eletti miegħi fil-kunsill, fejn flimkien se nkunu qed niġbdu ħabel wieħed sabiex inkomplu naraw il-lokalità tagħna fost l-aqwa lokalitajiet f'Malta. Kienet sena importanti ħafna għalina l-parruċċani ta' Ta' Xbiex. Dan għaliex din hija l-ħamsin sena anniversarju mindu ġiet iffurmata l-parrocca ta' San Ġwann tas-Salib. Jien rajtha tikber din il-parroċċa tul is-snin u tassew ninsab sodisfatt nara fejn wasalna llum. Tajjeb li nirrimarka kemm kienu organizzati tajjeb l-attivitajiet li saru mill-istess parroċċa bl-għan li jiġi ċċelebrat dan l-avveniment tant importanti. Dan jixhdu l-preżenza tal-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju li ppartecipaw f'dawn l-attivitajiet. Il-knisja ta' San Ġwann tas-Salib hija d-dar taghna u kuntent li r-residenti ppartecipaw, attendew u taw sehemhom għal dawn l-attivitajiet. Bħalma dejjem insostni, nixtieq li f'dan il-lokal ikompli jikber is-sens ta' komunità u huwa propju r-rispons li r-residenti jagħtu għal inizjattivi varji, kemm mill-kunsill u kif ukoll mill-parroċċa li jgħin ferm biex dan iseħħ. Fil-qrib hemm ċans li nħabbru inizjattiva interessanti ferm li ha ssir b'kollaborazzjoni bejn il-kunsill u l-parroċċa, propju f'din is-sena tant importanti għal-lokal taghna. Dan barra numru ta' inizjattivi ġodda u proġetti fi ħdan il-lokalità li għandna ppreparati għalikom. Nagħlaq billi nirringrazzja lill-kappillan Patri Salv u l-komunità Tereżjana kollha, inkluż il-kummisjonijiet, tax-xogħol bi' mhabba u dedikazzjoni li tant jagħmlu għall-parroċċa taghna. Saħħiet.
Max Zammit
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
39
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
40
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
41
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
42
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX MILL-15 SAT-23 TA’ DIĊEMBRU 5.30pm 6.00pm
1969 - 2019
NOVENA TAL-MILIED
Rużarju. Quddiesa bi ħsieb fuq il-Milied minn P.Victor Mallia O.C.D..
IL-ĦAMIS 19 TA’ DIĊEMBRU 5.15pm
Purċissjoni bl-istatwa ta’ Ġesù Bambin bis-sehem tat-tfal li jattendu l-klassijiet tal-katekiżmu flimkien mal-Banda L’Isle Adam tar-Rabat li tgħaddi minn Triq Sir Augusto Bartolo, Triq L-Ambaxxati, Triq Antonio Nani u Vjal Sir Temi Zammit. Wara t-tfal ikollhom il-FESTIN TAL-MILIED.
6.15pm
Quddiesa bi ħsieb fuq il-Milied minn P.Victor Mallia O.C.D..
IT-TLIETA 24 TA’ DIĊEMBRU
LEJLET IL-MILIED
11.00pm
Velja bil-kant tal-Milied bis-sehem tal-Marivyan Quartet u l-organista Mro. Gino Mule Stagno.
12.00am
Quddiesa Solenni tat-twelid tal-Mulej Ġesù mmexxija mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona OP, li fiha ssir il-prietka tal-Milied minn Liam Derick Mizzi. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof Emeritu se jinawgura u jbierek mużajk li ser jiddekora l-kamra tat-tfal, xogħol tal-artist Għawdxi Dun Robert Gauci. Wara l-quddiesa jkollna refreshments imħejjija mill-Kummissjoni Djakonija fis-sala parrokkjali.
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
FESTA 2019
43
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
1969 - 2019
Wednesday 13th November 17.30 Rosary. 18.00 For the 50th Anniverasry of the Parish the Provincial Fr. Juan Debono O.C.D. will celebrate Mass with the participation of the Discalced Carmelite Fathers from our province. The singing during the Mass will be led by Sonia and Paul Salerno. Thursday 14th November 17.30 Rosary. 18.00 The Vice-Chaplain Fr. Alfred Vassallo O.C.D. will celebrate Mass. All those who in the last 50 years received the sacrament of Baptism in our Parish are invited to participate. Singing will be done by “The New Choral Singers” led by Mro. Mauro Farrugia. Friday 15th November 17.30 Rosary. 18.00 Rev. Gordon Refalo, Parish Priest of Ħal Għaxaq Parish dedicated to the Assumption of the Virgin Mary into Heaven, will celebrate Mass. All those who in the last 50 years received the sacraments of the First Holy Communion and Confirmation in our parish are invited to participate. The singing will be done by the Choir “ITE AD IOSEPH” led by Rev. Mons. Alfred Camilleri. Saturday 16th November - Eve of the Feast 17.30 Rosary. 17.55 Solemn Translation of the Relic of our Father St. John of the Cross to the main altar. 18.00 Concelebration led by Elija Mifsud O.C.D., with a homily about the Saint. The singing will be done by the Parish Choir led by Mro. Gino Mulé Stagno. Sunday 17th November - Feast Day 07.00 Mass. 08.30 Mass celebrated by Fr. Norman Zammit, parish priest of Msida. 10.00 Mass in English celebrated by Fr. Henry Muscat O.C.D. 11.30 Mass celebrated by Fr. Karm Tanti, parish priest of Gzira. 17.30 Rosary. 17.55 The Eucharistic Benediction is given. 18.00 A Concelebration led by his Excellency Mgr. Mario Grech Bishop of Gozo, who will also deliver a homily on St. John of the Cross. The singing will be conducted by the Choir under the direction of Mro Ray Sciberras. Afterwards, there will be a Reception for everyone in the Parish Hall. 44
FESTA 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA
1969 - 2019
FESTA 2019
45
PARROĊĊA SAN ĠWANN TAS-SALIB TA' XBIEX
46
FESTA 2019
1969 - 2019
FEJN M’HEMMX IMĦABBA QIEGĦED L-IMĦABBA U TIEĦU L-IMĦABBA