KullĦadd_29.03.2020

Page 12

12

29.03.2020

kullhadd.com

TURIJA ĊARA TA’ RUĦ SOĊJALI

Michael Falzon Ministru

Jekk qatt xi darba kien hemm bżonn prova ċara ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-interess u l-ġid nazzjonali, il-familji, il-pensjonanti, l-impjegati u l-ekonomija, kien proprju issa, f ’dan il-mument diffiċli li ħakem lid-dinja kollha. Gvern li se jkun qed jagħmel tajjeb għall-pagi t’eluf kbar ta’ ħaddiema, li ntlaqtu ħażin minħabba l-Coronavirus. Kull wieħed minn dawn se

jibbenefika minn €800 fix-xahar. Intervent dirett u b’saħħtu sabiex dawk li sofrew impatt ekonomiku jibqgħu jitħallsu b’mod regolari. Miżura li saret b’kuraġġ u b’determinazzjoni, iżda fuq kollox studjata b’reqqa u li tista’ ssir grazzi għall-ekonomija b’saħħitha li lkoll flimkien irnexxielna nibnu f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Dawn l-interventi kellhom jittieħdu kontra l-effetti negattivi li seħħew mit-tixrid talCOVID-19. Huma għażla ta’ x’inhu l-aħjar għall-pajjiż u l-familji tagħna. Kulħadd jixtieq illi qed ngħixu fir-rutina tassoltu u x-xejra pożittiva li konna drajna biha, iżda dan huwa l-mument tal-prova għal pajjiżna. Wara kull impjieg, hemm familja, tfal, kontijiet, loans u kull piż ieħor li l-familji jiffaċċjaw. Għalhekk f ’dan il-mument tant delikat, il-Gvern qed jiffaċilita u jassisti kemm jiflaħ

biex ir-rota tkompli ddur. Din il-miżura weħidha se tiswa lill-Gvern madwar €45 miljun fix-xahar, u se tgħodd ukoll għal dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom mid-9 ta’ Marzu ’l hawn. Sfortunatament, bil-għan li ma jkunx hemm aktar tixrid tal-Coronavirus, bosta ġenituri kellhom jibqgħu id-dar biex jieħdu ħsieb it-tfal. Illum nifhmu aħjar kemm kienu ta’ benefiċċju ċ-childcare centres li bis-saħħa tagħhom twettqet revoluzzjoni fid-dinja tax-xogħol f ’Malta, speċjalment għan-nisa. Hawnhekk ukoll se nkunu qed inwieżnu s-sehem ta’ dawn il-persuni bieżla li wkoll se jkunu qed jieħdu €800 fix-xahar, peress illi kienu kostretti jieqfu mill-impjieg. Irridu nkomplu nimxu mas-sistema ta’ pro-market fejn ninċentivaw ix-xogħol, anke f ’dawn l-iktar mumenti diffiċli, biex nevitaw li nerġgħu mmoru

lura għal sitwazzjoni ta’ qgħad. Fil-mument preżenti nifhem li dawk l-iktar vulnerabbli jistgħu jsofru aktar, iżda ma tistax ma tfaħħarx il-mod li bih indirizzajna dan is-settur ukoll. Fil-fatt, il-Gvern se jkun qed iħallas iżjed minn 100% għal dawk li sal-lum qed jirċievu paga minima nazzjonali. Norbot ma’ dawn, il-persuni b’diżabilità li jaħdmu mal-privat, li wara t-8 ta’ Marzu 2020 u minħabba l-impatt tal-COVID19 ma jkunux qed imorru għax-xogħol fuq parir mediku u ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar, hawn ukoll se nassistu lil dawn il-persuni li se jirċievu ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk taħdem full-time jew inkella €103.85 fil-ġimgħa jew l-impjieg huwa part-time. Dawn il-miżuri kollha huma sostenibbli u kif qal il-Prim Ministru Robert Abela stess, jistgħu saħansitra jiġu reveduti skont l-esiġenzi tal-iżviluppi. L-im-

portanti huwa li nżommu ponn wieħed: il-Gvern, l-Oppożizzjoni, in-negozji, il-familji, ilkoll kemm aħna bħala wlied Maltin u Għawdxin. Pajjiżna huwa magħruf storikament li dejjem qam għall-okkażjoni u l-istess jerġa’ jagħmel issa. Irridu niffaċċjaw dan il-mewġ, b’veloċità konstanti, b’ekonomija li tibqa’ tiflaħ għal iktar mewġ fil-ġranet li ġejjin. Qed nagħtu lura dak li lkoll flimkien ksibna sakemm jerġa’ jitfaċċa l-bnazzi. Iktar minn qabel se naraw illi dawk l-iktar vulnerabbli jkunu parti kruċjali minn kull miżura mwettqa. Ħadd mhuwa iżolat, ħadd mhuwa waħdu. Ilkoll qegħdin abbord dan il-vapur li qed ibaħħar f ’ċaqliq. Flimkien se naslu, iżda huwa importanti li nibqgħu b’saħħitna kemm fiżikament u psikoloġikament. Kuraġġ! Il-Gvern se jkun hemm għal kull wieħed u waħda minnkom!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_29.03.2020 by Kullħadd Editor - Issuu