12 minute read

IL-ĠAPPUN

Next Article
TRINIDAD u TOBAGO

TRINIDAD u TOBAGO

TURIJA ĊARA TA’ RUĦ SOĊJALI

Michael Falzon Ministru

Advertisement

Jekk qatt xi darba kien hemm bżonn prova ċara ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-interess u l-ġid nazzjonali, il-familji, il-pensjonanti, l-impjegati u l-ekonomija, kien proprju issa, f ’dan il-mument diffiċli li ħakem lid-dinja kollha. Gvern li se jkun qed jagħmel tajjeb għall-pagi t’eluf kbar ta’ ħaddiema, li ntlaqtu ħażin minħabba l-Coronavirus.

Kull wieħed minn dawn se jibbenefika minn €800 fix-xahar. Intervent dirett u b’saħħtu sabiex dawk li sofrew impatt ekonomiku jibqgħu jitħallsu b’mod regolari.

Miżura li saret b’kuraġġ u b’determinazzjoni, iżda fuq kollox studjata b’reqqa u li tista’ ssir grazzi għall-ekonomija b’saħħitha li lkoll flimkien irnexxielna nibnu f ’dawn l-aħħar seba’ snin.

Dawn l-interventi kellhom jittieħdu kontra l-effetti negattivi li seħħew mit-tixrid talCOVID-19. Huma għażla ta’ x’inhu l-aħjar għall-pajjiż u l-familji tagħna. Kulħadd jixtieq illi qed ngħixu fir-rutina tassoltu u x-xejra pożittiva li konna drajna biha, iżda dan huwa l-mument tal-prova għal pajjiżna. Wara kull impjieg, hemm familja, tfal, kontijiet, loans u kull piż ieħor li l-familji jiffaċċjaw. Għalhekk f ’dan il-mument tant delikat, il-Gvern qed jiffaċilita u jassisti kemm jiflaħ biex ir-rota tkompli ddur.

Din il-miżura weħidha se tiswa lill-Gvern madwar €45 miljun fix-xahar, u se tgħodd ukoll għal dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom mid-9 ta’ Marzu ’l hawn.

Sfortunatament, bil-għan li ma jkunx hemm aktar tixrid tal-Coronavirus, bosta ġenituri kellhom jibqgħu id-dar biex jieħdu ħsieb it-tfal. Illum nifhmu aħjar kemm kienu ta’ benefiċċju ċ-childcare centres li bis-saħħa tagħhom twettqet revoluzzjoni fid-dinja tax-xogħol f ’Malta, speċjalment għan-nisa. Hawnhekk ukoll se nkunu qed inwieżnu s-sehem ta’ dawn il-persuni bieżla li wkoll se jkunu qed jieħdu €800 fix-xahar, peress illi kienu kostretti jieqfu mill-impjieg.

Irridu nkomplu nimxu mas-sistema ta’ pro-market fejn ninċentivaw ix-xogħol, anke f ’dawn l-iktar mumenti diffiċli, biex nevitaw li nerġgħu mmoru

lura għal sitwazzjoni ta’ qgħad.

Fil-mument preżenti nifhem li dawk l-iktar vulnerabbli jistgħu jsofru aktar, iżda ma tistax ma tfaħħarx il-mod li bih indirizzajna dan is-settur ukoll. Fil-fatt, il-Gvern se jkun qed iħallas iżjed minn 100% għal dawk li sal-lum qed jirċievu paga minima nazzjonali.

Norbot ma’ dawn, il-persuni b’diżabilità li jaħdmu mal-privat, li wara t-8 ta’ Marzu 2020 u minħabba l-impatt tal-COVID19 ma jkunux qed imorru għax-xogħol fuq parir mediku u ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar, hawn ukoll se nassistu lil dawn il-persuni li se jirċievu ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk taħdem full-time jew inkella €103.85 fil-ġimgħa jew l-impjieg huwa part-time.

Dawn il-miżuri kollha huma sostenibbli u kif qal il-Prim Ministru Robert Abela stess, jistgħu saħansitra jiġu reveduti skont l-esiġenzi tal-iżviluppi. L-im

portanti huwa li nżommu ponn wieħed: il-Gvern, l-Oppożizzjoni, in-negozji, il-familji, ilkoll kemm aħna bħala wlied Maltin u Għawdxin. Pajjiżna huwa magħruf storikament li dejjem qam għall-okkażjoni u l-istess jerġa’ jagħmel issa. Irridu niffaċċjaw dan il-mewġ, b’veloċità konstanti, b’ekonomija li tibqa’ tiflaħ għal iktar mewġ fil-ġranet li ġejjin.

Qed nagħtu lura dak li lkoll flimkien ksibna sakemm jerġa’ jitfaċċa l-bnazzi. Iktar minn qabel se naraw illi dawk l-iktar vulnerabbli jkunu parti kruċjali minn kull miżura mwettqa. Ħadd mhuwa iżolat, ħadd mhuwa waħdu. Ilkoll qegħdin abbord dan il-vapur li qed ibaħħar f ’ċaqliq. Flimkien se naslu, iżda huwa importanti li nibqgħu b’saħħitna kemm fiżikament u psikoloġikament.

Kuraġġ! Il-Gvern se jkun hemm għal kull wieħed u waħda minnkom!

PATT SOĊJALI ĠUST MAL-IMSIEĦBA SOĊJALI

GĦAJNUNA LILL-ĦADDIEMA TAS-SETTUR PRIVAT

Carmelo Abela Ministru

Il-kriżi bla preċedent li għandna llum fid-dinja hija agħar minn gwerra. Il-Gvern qed juri għaqal. Qed juri kemm hu responsabbli. Sa ftit żmien ilu kien hemm min jiddieħek bis-surplus. Issa ħareġ ċar kif is-surplus ma kienx sempliċi kelma li l-Gvern kien juża biex jippromwovi lilu nnifsu. Huwa s-surplus li qed isalvana f ’dan il-mument tant delikat għax ifisser li għandna pajjiż b’saħħtu mill-aspett finanzjarju u anke ekonomiku.

Kieku ma kellniex finanzi fissod u naqqasna d-dejn tal-pajjiż, kieku ma nistgħu nitkellmu fuq l-ebda pakkett finanzjarju, aħseb u ara fuq tlieta, f ’ġimagħtejn.

Il-Gvern se jibqa’ jsegwi kif tkun qed tiżviluppa s-sitwazzjoni ta’ kuljum ħalli jkompli jagħmel il-kunsiderazzjonijiet li jkunu meħtieġa. Biss huwa ironiku li l-Oppożizzjoni llum titlob għat-traħħis tal-kontijiet taddawl u l-ilma. Dan il-Gvern diġà raħħas il-kontijiet għall-familji u n-negozji. Ħaddieħor fi żmien ta’ kriżi li kienet seħħet fl-2008 mhux talli ma raħħasx dawn il-kontijiet, talli kompla jżidhom u kien għamel dan bil-qalb.

Imma lill hinn minn dan, għalina fejn is-saħħa ma joqgħod xejn. Qed nieħdu l-miżuri kollha mill-angolu tas-saħħa filwaqt li nieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa mil-lat ekonomiku. Bħala Gvern irridu ngħinu lill-komunità kummerċjali imma fuq kollox irridu nħarsu x-xogħol tal-ħaddiema. Huwa essenzjali li niggarantixxu xogħol u dħul adekwat għall-ħaddiema tagħna.

Il-Gvern għandu d-dmir li jiddiskuti imma fuq kollox dmir li jwettaq. Il-Gvern irid jippjana sew, huwa l-ġenitur f ’familja fejn l-ippjanar isir b’reqqa u b’għaqal. Permezz tat-tielet pakkett li ħabbar il-Prim Ministru, qegħdin ngħinu ’l fuq minn 110,000 ħaddiem li qegħdin fis-settur privat. Nirringrazzja lill-imsieħba soċjali. Din mhix responsabbiltà tal-Gvern biss, imma hija wkoll responsabbiltà tal-imsieħba soċjali u hekk għandna nibqgħu, flimkien. Jekk se nirnexxu, se nirnexxu flimkien imma jekk se negħrqu, se negħrqu flimkien. Irridu nkunu fuq l-istess naħa. B’għaqal kbir qed nitkellmu b’vuċi waħda.

Imma fuq kollox l-azzjonijiet tagħna huma indirizzati għall-ħaddiem. Huwa importanti li l-ħaddiem ikollu dħul diċenti. Il-Gvern f ’dan iż-żmien mhux biss qed jiggarantixxi €800 lill-ħaddiema, imma tista’ tgħid li żied il-paga minima, bi €23. Biex b’hekk f ’dan iż-żmien diffiċli ta’ limitazzjonijiet, instabbilità, tibdil u forsi anke qtugħ il-qalb għal xi wħud, il-Gvern qed jagħti ċertezza u joffri ħajt ta’ kenn. Insemmi wkoll il-leave tal-kwarantina. Kien hemm min ikkritika li l-Gvern ħareġ avviż legali dwar leave tal-kwarantina u dan wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. Madanakollu, inserraħ ras kulħadd li dan il-Gvern jimxi fuq boxxla morali ċara. Il-ħaddiem kien f ’riskju u l-ħaddiem kellu bżonn appoġġ. Huwa l-irwol tal-Gvern li jintervjeni fi kwistjonijiet bħal dawn; naqilgħu kemm naqilgħu kritika.

Dan hu Gvern li iva jiddiskuti imma li fl-aħħar mill-aħħar deċiżjoni jeħodha, u jġorrha. Imma anke f ’dan il-każ, ikkonsultajna. Il-Gvern permezz tal-MCESD kien għadu kemm iltaqa’ b’mod informali mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Profs. Charmaine Gauci li spjegat l-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu inkluża l-kwarantina li wara saret waħda mandatorja. Quddiem dan kellna nagħmlu emendi fil-liġi.

Wara l-laqgħa tal-MCESD saret laqgħa tal-Employment Relations Board. Hawn l-imsieħba soċjali talbu li dak li kien ingħata lill-ħaddiema talGvern jingħata wkoll lis-settur privat. Hekk għamilna. Il-leave tal-kwarantina mandatorja daħal fil-liġi tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali u wara tajna wkoll €350 lil min iħaddem għal kull ħaddiem li jieħu leave obbligatorju tal-kwarantina. Flaħħar mill-aħħar ipproteġejna lill-ħaddiem mingħajr ma tfajnieha fuq min iħaddem.

Id-dipartiment tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, qiegħed wkoll jilgħab rwol importanti ħafna bħala r-regolatur fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Id-Dipartiment bħalissa qed jagħmel il-preparamenti sabiex jilqa’ għall-mistoqsijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem fejn jidħlu permessi fejn ikun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol inqas. L-iskemi ser jitħaddmu mill-Malta Enterprise.

Finalment, din hija sitwazzjoni bla preċedent fejn qegħdin nieħdu miżuri bla preċedent. Però, irridu naraw ukoll is-sostenibbiltà. Dan sabiex kif ngħaddu minn dan iż-żmien, nerġgħu nitilqu biex nilħqu stabbiltà, serħan il-moħħ u tkabbir ekonomiku li jiggwadanja minnu kulħadd.

IL-BENEFIĊĊJI TAL-PAKKETT MAQBUL

James Grech

Il-virus COVID-19 li qiegħed jinxtered mad-dinja kollha b’rata allarmanti qiegħed iwassal għal kriżi ta’ saħħa pubblika f ’diversi pajjiżi u din il-pandemija, kif ukoll il-miżuri li qegħdin jittieħdu sabiex titħares is-saħħa tan-nies, qegħdin ikollhom ukoll impatt negattiv fuq l-ekonomija globali. Għalkemm dan mistenni jkun xokk temporanju, hemm inċertezza fuq kemm se jtul u żgur li l-impatt ekonomiku xorta se jkun wieħed qawwi ħafna. Malta wkoll hija milquta minn dawn l-iżviluppi u l-Gvern qiegħed jieħu miżuri drastiċi sabiex nilqgħu għall-isfida ta’ din il-pandemija. Dawn qed ikollhom impatt ekonomiku kbir, l-aktar fuq is-settur tat-turiżmu, tad-divertiment, f ’ċerti oqsma tal-bejgħ u s-servizzi, fost l-oħrajn, filwaqt li setturi oħra mil-lat ekonomiku, il-Gvern ukoll qed jieħu azzjoni biex jilqa’ għal din l-isfida u tħabbru diversi miżuri f ’dawn l-aħħar ġimgħat. Din il-ġimgħa tħabbar pakkett ta’ għajnuna aġġornat li ġie maqbul mal-imsieħba soċjali kollha.

L-għan ewlieni ta’ dan ilpakkett ta’ għajnuna huwa li jiġu salvagwardjati l-impjiegi u biex niżguraw li xħin tgħaddi din il-pandemija, l-ekonomija Maltija tkun tista’ terġa’ taqbad ir-ritmu ta’ tkabbir qawwi li kellha fl-aħħar snin.

Meta l-attività tonqos jew saħansitra tispiċċa fix-xejn, il-pagi li ħafna drabi huma l-ispiża ewlenija għall-intrapriżi, jispiċċaw ta’ piż kbir u għalhekk jibdew jitkeċċew l-impjegati. Minbarra telf ta’ dħul ta’ ħaddiema, dan iwassal sabiex hekk kif ix-xokk jgħaddi, l-ekonomija ddum biex tirranka għaliex l-intrapriżi jkunu jridu jfittxu ħaddiema ġodda u jħarrġuhom. Għalhekk miżura ewlenija hija li f ’dawk is-setturi li prattikament l-attività waqfet, ilGvern se jkun qiegħed jissussidja l-paga tal-ħaddiema fuq bażi ta’ ħamest ijiem fil-ġimgħa u paga ta’ €800 fix-xahar. Tajjeb li wieħed jinnota li dan is-sussidju jgħodd anki għal dawk li jaħdmu għal rashom u wkoll għall-ħaddiema part-time (fuq bażi ta’ paga ta’ €500 fix-xahar). F’setturi oħra fejn l-attività baqgħet għaddejja, imma r-ritmu ta’ xogħol naqas sewwa, il-Gvern qiegħed joffri sostenn billi jissussidja ekwivalenti ta’ ġurnata paga fil-ġimgħa, li tista’ titla’ wkoll għal jumejn. IlGvern għaraf ukoll il-vulnerabbiltà tal-ekonomija Għawdxija u d-dipendenza tagħha fuq is-settur tat-turiżmu u għalhekk dan is-sussidju se jinħadem fuq bażi ta’ jumejn għall-intrapriżi Għawdxin u tlett ijiem għasself-employed Għawdxin. Din hija miżura qawwija li turi kemm il-ħarsien tax-xogħol huwa prijorità għal dan il-Gvern.

Minbarra l-pagi, intrapriżi jkollhom spejjeż oħra li fi żminijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal diffikultajiet finanzjarji u saħansitra falliment ta’ xi wħud. Għalhekk, biex joffri likwidità lill-intrapriżi li tant hija meħtiega fi żminijet bħal dawn, il-ħlas ta’ taxxa proviżorja, dik tal-VAT u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq il-pagi tal-ħaddiema se jiġu posposti għal xahrejn.

Il-Gvern qiegħed ukoll joffri garanziji bankarji sabiex intrapriżi jkunu jistgħu jissellfu b’rati ta’ interessi baxxi u fuq medda itwal ta’ żmien. Il-banek kummerċjali qegħdin joffru wkoll moratorju fuq self personali u kummerċjali matul dan il-perjodu, li wkoll se jagħti iktar nifs lill-intrapriżi.

Il-Gvern qiegħed joffri wkoll għajnuna biex jiffaċilita t-teleworking ħalli ċerta attività ekonomika tkun tista’ tibqa’ għaddejja, u b’hekk ikompli jsostni l-impjiegi. Qed tingħata wkoll somma ta’ €350 għal kull impjegat li jingħata leave ta’ kwarantina.

Fl-aħħar nett, il-Gvern ħabbar ukoll miżuri soċjali li joffru safety net għal dawk il-ħad

diema li xorta se jiġu ssensjati permezz ta’ benefiċċju speċjali tal-qgħad ta’ €800 fix-xahar. Is-sussidju tal-kera wkoll se jiġi rivedut għal dawk milquta minn din il-kriżi. Il-Gvern ħaseb ukoll f ’dawk il-ġenituri li sabu diffikultà biex ikomplu jaħdmu peress li l-iskejjel u ċ-childcare centres ingħalqu – dawn se jingħataw leave mħallas fuq bażi ta’ €800 fix-xahar. Persuni b’diżabilità li ma setgħux ikomplu jaħdmu minħabba riskji għal saħħithom ukoll se jirċievu għajnuna simili.

Il-Gvern seta’ jagħti din l-għajnuna għaliex tlaqna minn pożizzjoni fiskali soda, b’surplus fil-baġit għal dawn l-aħħar snin u livell ta’ dejn tal-Gvern baxx. Dan il-pakkett ta’ għajnuna se jgħin biex hekk kif tgħaddi din il-kriżi l-ekonomija Maltija tirpilja malajr u jerġgħu jibdew jinħolqu l-impjiegi.

Minbarra hekk, fid-dawl tal-inċertezza li qed niffaċċjaw, il-Gvern se jkompli jħares millqrib kif tevolvi s-sitwazzjoni u f ’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali lest li jieħu miżuri oħra skont kif ikun meħtieġ.

INDOKRAR TAL-BIEDJA U SAJD

Ftit aktar minn xahrejn ilu nħatar bħala Ministru responsabbli mill-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Settur li huwa parti millidentità Maltija. Huwa settur li wkoll jaffaċċja l-isfidi tiegħu, li l-Ministeru qed jaħdem fuqhom u wkoll iħares ’il quddiem biex isaħħaħ dawn is-setturi. Tkellimna mal-Ministru Anton Refalo dwar il-ħidma tiegħu u wkoll kif iħares lejn l-isfidi li għandu quddiemu dan il-protafoll.

Xahrejn ilu ġejt appuntant Ministru responsabbli mill-Ministeru tal-Biedja, Sajd u Drittjiet tal-Annimali. X’kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek wara din il-ħatra u x’inhi l-opinjoni tiegħek tas-sitwazzjoni ta’ dawn is-setturi fil-preżent?

Kont sorpriż, imma oronat ħafna meta l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jaħtarni responsabbli minn dawn is-setturi li direttament jinvolvu eluf ta’ bdiewa, sajjieda, raħħala, bejjiegħa, konsumaturi flimkien ma’ agro-imprendituri fl-oqsma tal-iproċessar ta’ prodotti agrikoli bħall-ħalib, tadam, inbid, laħam u ħut. Minbarra dan, il-Ministeru tiegħi huwa involut indirettament f ’setturi oħra ferm importanti għallekonomija u l-futur ta’ pajjiżna, bħat-turiżmu, l-industrija talospitalità, il-ħarsien tal-ambjent u l-kontroll tal-klima.

Fil-portafoll tal-Ministeru għandi wkoll ir-responsabbiltà għall-ħarsien tad-drittjiet tal-annimali. Settur li f ’dawn l-aħħar snin kiseb għarfien u rikonoxximent minn eluf ta’ nies li verament iħobbu l-annimali u li jixtiequ li l-Ministeru jkompli jagħti sostenn u impenn biex tkompli tiżdied l-imħabba lejn l-annimali.

L-objettiv prinċipali tiegħi huwa li mhux biss niżgura u nissalvagwardja l-eżistenza tas-setturi tal-biedja u s-sajd, iżda li nagħtu l-għodda lil min huwa fis-settur biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-prodotti tiegħu u fl-istess ħin nassiguraw illi l-konsumatur jagħraf u japprezza x-xogħol u l-kwalità milħuqa minn bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin.

Nemmen illi s-settur tal-biedja u sajd huwa tassew importanti. Għalkemm wieħed jista’ jargumenta li dawn is-setturi ma jikkontribwixxux ħafna lejn l-ekonomija Maltija, ta’ min jgħid illi l-agrikoltura tokkupa 33% tat-territorju tagħna u għalhekk tikkontribwixxi lejn l-identità Maltija. Fil-fatt ħafna mit-tradizzjonijiet u mid-drawwiet insibuhom marbuta ma’ dan is-settur. Biss biss jekk naraw l-ikel tradizzjonali u l-istaġjonalità tal-ikel wieħed mal-ewwel jista’ jabbinah ma’ dan is-settur.

U jekk insemmu t-territorju u l-art agrikola ma nistgħux ma nassoċjawx ir-rwol tal-bdiewa fit-tisbiħ tal-gżejjer tagħna. Ma tridx tkun bravu ħafna biex tapprezza għelieqi maħdumin u miżmuma b’mod ordnat minn għelieqi żdingati. Għelieqi maħduma li juru l-kwalità tal-prodotti li kapaċi jipproduċu l-bdiewa jservu mhux biss ta’ ispirazzjoni għall-artisti iżda jservu wkoll ta’ attrazzjoni għall-poplu Malti, kif ukoll għat-turisti li jiġu jammiraw is-sbuħija ta’ dawn il-gżejjer.

Għalhekk, huwa importanti li l-agrikoltura u s-sajd jingħataw l-importanza mistħoqqa u li ma jiġux evalwati biss mill-aspett ta’ kontribut dirett lill-ekonomija.

X’inhuma l-isfidi li qed jaffaċċjaw dawn is-setturi li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Ministeru tiegħek?

Il-biedja f ’Malta u Għawdex minn dejjem kellha taffaċċja sfidi, primarjament minħabba l-insularità tal-Gżejjer Maltin li toħloq problemi u spejjeż żejda biex tiġi impurtata l-materja prima (bħall-għalf għall-bhejjem, inġenji u makkinarju għallbdiewa, żrieragħ u pestiċidi); iddaqs tal-art agrikola, minħabba ċ-ċokon tat-territorju tal-Gżejjer Maltin li jillimita l-livell ta’ investiment li wieħed jista’ jagħmel minħabba fatturi ta’ economies of scale; l-iskarsezza ta’ ilma għat-tisqija tal-uċuħ tar-raba kif ukoll nuqqas ta’ riżorsi umani. Ma’ dawn l-isfidi rridu nżidu wkoll il-kompetizzjoni minn pajjiżi Ewropej kif ukoll pajjiżi terzi kif ukoll il-fatt li dan is-settur mhux qiegħed jattira biżżejjed żgħażagħ.

Filwaqt li qabel il-prodott agrikolu Malti kien protett permezz ta’ kontroll fuq liċenzji ta’ importazzjoni, kwoti, u tariffi fuq prodotti impurtati, bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea daħlet fis-suq il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u dik ta’ Suq Wieħed u b’hekk infetħu l-bibien tal-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli minn pajjiżi Ewropej. Dan jgħodd kemm għall-prodotti ta’ ħxejjex u frott, kif ukoll prodotti proċessati bħall-inbejjed, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam u prodotti tal-laħam.

Irridu wkoll inħajru żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jagħżlu l-biedja u s-sajd bħala impjieg full-time bi qliegħ f ’dawn is-setturi. Qegħdin naffaċċjaw sitwazzjoni xejn feliċi fejn in-numru ta’ bdiewa u sajjieda full-time qiegħed dejjem jonqos u dawk li qegħdin fl-impjieg qegħdin dejjem jikbru fl-età. Iż-żgħażagħ tal-lum qegħdin ifittxu impjieg f’oqsma oħra tal-ekonomija li huma aktar attraenti u li jrendu aktar. Jekk tibqa’ din it-“trend” fi ftit snin oħra ħa nispiċċaw mingħajr bdiewa u sajjieda u b’abbandun komplet ta’ dawn iż-żewġ setturi. Għalhekk, irridu naħdmu biex din is-sitwazzjoni

L-objettiv prinċipali tiegħi huwa li mhux biss niżgura u nissalvagwardja l-eżistenza tas-setturi tal-biedja u s-sajd, iż

li nagħtu l-għodda lil min huwa fis-settur biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-prodotti tiegħu u fl-istess ħin nassiguraw illi l-konsumatur jagħraf u japprezza x-xogħol u l-kwalità milħuqa minn bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin

This article is from: