KullĦadd_29.03.2020

Page 1

ATTENZJONI Tinsiex li l-lejl li għadda dawwarna l-arloġġ għall-ħin tas-sajf u mis-02:00 għamilnieh it-03:00

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu, 2020

Ħarġa Nru 1,394

Prezz €1

FL-2019 KIENU QISUNA MAL-AKTAR STATI SIGURI F’KAŻ TA’ PANDEMIJA Ara r-rapport f’paġna 9

REKORD DOPPJU …l-akbar rata t’impjiegi u l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja fi tmiem l-2019 Skont il-Labour Force Survey, fl-aħħar kwart tal-2019, pajjiżna rreġistra żewġ rekords relatati mal-qasam tax-xogħol. Ir-rata t’impjiegi laħqet l-74%, li hi l-ogħla rata qatt irreġistrata mindu bdiet tinġabar din l-istatistika u li tfisser ukoll żieda ta’ 15-il punt perċentwali mill-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. B’hekk ir-rata t’impjiegi f ’pajjiżna kompliet tkun aqwa minn dik fl-Unjoni Ewropea. Qabel il-bidla fil-Gvern fl2012 kien hemm distakk ta’ kważi 5% bejn Malta u l-UE, distakk li dak iż-żmien l-esperti kienu bassru li kellu jibqa’ għal diversi diċennji li kien imiss. Minflok issa, wara seba’ snin ta’ amministrazzjoni­jiet Laburisti, dan inqaleb f ’distakk favur Malta ta’ madwar 5%. Fir-raba’ kwart tal-2019, l-impjiegi komplew jiżdiedu għal rekord ta’ iżjed minn 258,000 persuna jaħdmu, jew żieda ta’ 86,000 persuna (+50%) fuq l-2012. B’kuntrast ukoll għal dak li kien jiġri taħt il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi, din iż-żieda rreġistrata s-sena l-oħra kienet kważi kollha f ’impjiegi fulltime u fost l-aktar li bbenefikaw minnha kienu n-nisa. Tkompli f’paġna 5

S’ISSA GĦADNA TAĦT IN-NORMA

(…ejjew naraw li nibqgħu hemm!) ID-DEĊIŻJONIJIET, IL-MIŻURI U L-KOLLABORAZZJONI MINDU PAJJIŻNA BEDA JIFFAĊĊJA L-PANDEMIJA TAL-COVID-19 JIDHRU LI QED JIRNEXXILHOM IQARRQU BIR-RATI MEDJA GLOBALI Taħlita ta’ affarijiet, li jinkludu b’mod partikolari l-miżuri li ttieħdu s’issa mill-awto­ritajiet u l-kollaborazzjoni wiesgħa tal-poplu, aktarx hi l-kaġun ta’ livell moderat ta’ każi rrapportati f’pajjiżna sal-lum. Inqas min-norma ta’ rati mbassrin mit-tobba u l-fatt li numru ta’ pajjiżi anke qribna jinsabu prattikament għarkupptejhom, Malta qed jirnexxilha tissor­ pren­­di anke lill-ispeċjalisti. Fil-bulettin ta’ aġġornament tagħha ta’ kuljum, is-­Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci nhar il-Ġimgħa saħansitra indi­kat li l-għadd ta’ pazjenti llum, li wkoll għandhom livell tajjeb ta’ saħħa, jista’ jkun qed jaħbu storja oħra. Hu essenzjali li, bħala poplu, nibqgħu nwieġbu pożittivament għall-passi tal-awtoritajiet, inkluż l-aħħar miżura li tipproteġi lill-iżjed vulnerabbli. Tkompli f’paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_29.03.2020 by Kullħadd Editor - Issuu