KullĦadd_19.03.2023

Page 1

JIDDESKRIVI LIL MINTOFF “MIĠNUN U

“EJJA, EJJA!”

FIRST-TIME

Niżvelaw ritratti tal-ħin li s-seduta kienet sospiża

Id-Deputat Albert Buttigieg jiġġustifika l-aġir

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Robert Abela jibqa’ jappella għall-kalma u dwar il-ħtieġa li nibqgħu naħdmu flimkien Rapport f’paġna 3

BUYERS F’UCA U

DJAR BATTALA B’€6M OĦRA

L-ammont ta’ għajnuna diretta li l-Gvern qed joffri lil dawk il-first-time buyers, li jagħżlu li jixtru proprjetà li tkun f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) jew li tkun ilha li nbniet għal iżjed minn 20 sena u abbandunata għal iżjed minn seba’ snin, se tkun qed taqbeż is-€6 miljun fiż-żmien li ġej. Dan joħroġ millfatt li hemm għadd ta’ applikazzjonijiet oħrajn ġodda fl-ewwel xhur ta’ din is-sena li ġew approvati jew inkella jinsabu fl-aħħar fażijiet tal-evalwazzjoni.

Skont l-iskema mnedija fit-12 ta’ Ottubru tal-2021, first-time buyers li jixtru djar f’UCA jew li ilhom battala huma intitolati għal €15,000 jekk ir-residenza

tkun f’Malta u €30,000 jekk tkun f’Għawdex.

Il-ġimgħa l-oħra l-KullĦadd żvelat kif matul l-2022 kien hemm 57 applikazzjoni, 50 f’Malta u 7 f’Għawdex, li ġew approvati u bejniethom ħadu ftit inqas minn €1 miljun.

Issa jirriżultalna li fis-sena l-ġdida hemm mal270 applikazzjoni oħra ta’ żgħażagħ li jridu jwettqu din il-ħolma f’ħajjithom li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom li tinsab fil-qalba tal-irħula u l-ibliet ta’ pajjiżna. Dawn diġà ġew finalizzati jew jinsabu filproċess li jiġu magħluqa fiż-żmien li ġej qabel eventwalment ikunu jistgħu jitqassmu l-fondi relatati.

Tagħrif mill-ewwel xhur tal-2023 juri kif, minbarra l-allokazzjoni tas-sena li għaddiet, hemm aktar minn €2.3 miljun li diġà ġew allokati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol biex jitqassmu għal applikazzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward, waqt li hu stmat li allokazzjoni addizzjonali ta’ madwar €2.9 miljun se tkun disponibbli fi ftit tax-xhur oħra.

B’hekk dan prattikament ifisser li l-allokazzjoni relatata, li se tkun qed titqassam sa ftit tax-xhur oħra, titla’ għal iżjed minn €6 miljun lill-first-time buyers.

Tkompli f’paġna 10

Ħarġa Nru 1,549 Prezz €1 Il-Ħadd, 19 ta’ Marzu, 2023 IKTAR GĦAJNUNA LIN-NEGOZJI maltaenterprise.com 144
MAĦMUĠ” Rapport f’paġni 4 u 5
Deputati tal-PN, inkluż Bernard Grech, jisfidaw għall-ġlied fil-Parlament

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 16°C

L-Inqas Temperatura: 10°C

L-Indiċi UV: 6

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran

It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab

Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk li jsir ħafif għal moderat

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif

L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

It-Tlieta

16°C 12°C UV 6

Il-Ġimgħa

19°C 12°C UV 6

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577

Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512

Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020

Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589

Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080

Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 21363244

Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635

Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar – 21412454

Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593

Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536

Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646

MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962

Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939

Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622

Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971

St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293

Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

Għawdex

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819

Nadur Pharmacy, Pjazza t-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

19.03.2023 02
It-Tnejn 16°C 19°C 17°C 18°C 12°C 12°C 12°C 12°C UV 7 UV 7 UV 9 UV 6 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt

ATTITUDNI LI PPROVOKAT IL-FOLLA

Fil-ħin li nhar il-Ħamis is-seduta Parlamentari kienet sospiża, deputati tal-Partit Nazzjonalista bdew jisfidaw għall-ġlied u saħansitra d-Deputat Chris Said kellu jinżamm milli jibqa’ sejjer għannaħa tal-Gvern. Fuq quddiem nett ta’ din l-attitudni konfrontattiva kien hemm ukoll il-Kap Bernard Grech, Karol Aquilina u David Agius.

Jikkonfermaw dan provi li għandha f’idejha l-gazzetta KullĦadd u ritratti li qegħdin nippubblikaw. Ir-ritratti juru li fost dawk li l-aktar bdew isaħħnu l-irjus kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, li meta ħareġ mill-Parlament imbagħad beda jinstiga lill-folla bl-istess mod billi jgħidilha “qumu minn hemm!”. B’reazzjoni għal dak li beda jagħmel Bernard Grech, il-folla bdiet tkun aggressiva, inkluż fil-konfront tal-ġurnalisti, tant li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) kellu joħroġ kundanna għall-aġir ta’ wħud minn dawk preżenti.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia kellu

jissospendi s-seduta Parlamentari waqt li kien qed jitkellem ilPrim Ministru Robert Abela fuq mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-isptarijiet. Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela beda jesponi qerq min-naħa tal-Oppożizzjoni, fil-Kamra qamet kommossjoni

sħiħa bid-Deputat Adrian Delia ma jħallix lill-Prim Minsitru jitkellem.

Dan wassal biex kellha tieqaf

għal xi ħin ix-xandira, u flok innaħa tal-Oppożizzjoni kkalmat aktar kompliet toħloq inkwiet

bid-Deputat Chris Said deher jipponta s-swaba’ u jkun aggressiv fil-konfront tal-membri tal-Gvern.

Saħansitra mar biex jaqsam

il-Kamra u kellu jkun il-Ministru Byron Camilleri li, bil-kalma kollha, żammu milli jagħmel dan. Fl-istess ħin beda jgħajjat il-kliem

“ejja ejja!”. Bħalu Bernard Grech u David Agius b’aġir aggressiv, ħafna għajjat u tixjir tal-idejn. F’mument minnhom il-Whip tal-Grupp Nazzjonalista Robert Cutajar deher imur jipprova jkellem lill-Kap Bernard Grech, x’aktarx konxju li dak mhux aġir ta’ Kap ta’ partit li jaspi-

ra li jsir Prim Ministru. Eventwalment is-seduta kompliet u ħareġ ċar li l-pjan tal-PN kien li jħarbat is-seduta tant li wara dawn l-interruzzjonijiet kollha min-naħa tiegħu, għamilha ċara li ma kienx lest idum jiddiskuti aktar mis-7:00 ta’ filgħaxija, għax ried jitlaq ’il barra. Dan minkejja li l-mozzjoni ressaqha hu. U xħin telaq ’il barra fost ħafna storbju, għajjat u tgħajjir lejn is-sedja, kompla bl-istess attitudni.

Intant, l-aġir tal-Oppożizzjoni fil-Parlament kien ġustifikat mid-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg li fuq il-midja soċjali rreaġixxa għall-kumment dwar iċ-ċirkostanzi tad-Deputat Whip tan-naħa tal-Gvern Naomi Cachia kif irrapportat minn Lovin’ Malta u qal li dak miktub “huwa biased”. Saħansitra qal li ħadd mhu se jwaqqaf lill-Oppożizzjoni jew isikkitha, anke jekk deher ċar li kienet l-Oppożizzjoni li pprovat issikket lill-Gvern tant li saħansitra ma riditux jemenda mozzjoni kif kellu kull dritt.

PM: MESSAĠĠ TA’ SERENITÀ U GĦAQDA NAZZJONALI

Quddiem dan l-aġir il-Prim Ministru Robert Abela tkellem fuq ONE Radio lbieraħ fejn qal li l-Gvern se jibqa’ jibgħat messaġġ ta’ serenità u għaqda nazzjonali. “Aħna tassew li nemmnu f’Malta Flimkien, u għalhekk nappella għall-kalma quddiem il-provokazzjoni li l-Oppożizzjoni wriet ġewwa l-kamra u wara li spiċċa d-dibattitu barra l-kamra wkoll. Għandna ħafna xogħol x’nagħmlu u dak ix-xog ħol nistgħu nibqgħu nwet tquh jekk il-pajjiż jibqa’ kalm u seren kif inhu,” qal il-Prim Ministru Robert Abela.

“Il-Ħamis filgħaxija kellna dibattitu fejn rajna Oppożizzjoni li rrappreżentat kif dibattitu

m’għandux ikun.

Oppożizzjoni li minn għaxar snin ilu ’l hawn baqgħet ma

nbidlet xejn.”

Il-Prim Ministru en fasizza l-arroganza tipika tal-Oppożizzjoni li baqgħet ma

nbidlet qatt minkejja l-messaġġ wieħed wara l-ieħor li bagħtilha l-poplu. Hu qal kif fid-diskors tiegħu fil-Parlament spjega l-fatti kif inhuma dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet u mhux l-ispin li qed tipprova tgħaddi l-Oppożizzjoni.

“Aħna tkellimna dwar is-soluzzjonijiet u t-triq ’il qud-

diem. Mill-Oppożizzjoni rajna tgħajjir, tisbit, konfront u xejn iżjed. Kont nippretendi li f’mozzjoni mqajma mill-istess Oppożizzjoni li tersaq imqar bi proposta waħda pożittiva dwar it-triq ’il quddiem,” tenna l-Prim Ministru, waqt li saħaq ukoll kif dan il-Gvern se jibqa’ jibgħat messaġġ ta’ serenità u għaqda nazzjonali u jibqa’

jappella għall-kalma quddiem il-provokazzjoni tal-Oppożizzjoni.

Noffru l-aqwa servizz tas-saħħa

“Se nibnu bi prijorità sptar ġdid f’Għawdex immexxi mill-Gvern ta’ Malta u s-servizzi ta’ natura

medika ta’ kura akuta għandu jmexxihom ukoll il-Gvern,” qal il-Prim Ministru meta ttratta l-kwistjoni tal-konċessjoni tal-isptarijiet. Hu saħaq ukoll li jekk saru xi pagamenti tul il-konċessjoni kemm lil Vitals jew lil Steward li ma ngħatax lura korrispettiv għalihom, se tkun qed issir azzjoni legali mill-Gvern biex nirkupraw dak l-ammont jekk Steward tirrifjuta li tħallsu. “Ktibt ukoll lill-Awditur Ġenerali u tlabtu jagħmel l-indaġni tiegħu. Diġà għamel żewġ rapporti u jinsab fit-triq lejn il-pubblikazzjoni tat-tielet rapport biex jagħmel din l-investigazzjoni u jara dak li qed tallega l-Oppożizzjoni li l-Gvern ta’ Malta ħallas €400 miljun li tiegħu ma ngħata lura xejn, issa l-Awditur Ġenerali se jara dawk isservizzi kollha li ngħataw, jara l-investiment li twettaq minn Steward u jekk jirriżultaw xi diskrepanzi, allura jsir kif għamilna fil-kwistjoni tattaxxa diġà, fejn kellek kwistjoni ta’ arretrati ta’ taxxi dovuti minn Steward, il-Kummissarju tat-taxxi ħa l-azzjoni meħtieġa fl-interess nazzjonali.”

Robert Abela semma wkoll kif għadu kemm għalaq it-terminu tal-appell wara rikors li kien għamel il-Gvern biex minn

30 jum, jonqos għal 20 jum biex tiġi stabbilita ċertezza dwar din il-konċessjoni u kif se tkun qed issir talba biex il-Qorti tisma’ dawn l-appelli b’urġenza.

“Is-serħan il-moħħ li tajt u li qed nerġa’ nagħti hu li l-awtoritajiet tas-saħħa jinsabu f’qagħda li mill-ewwel jieħdu lura s-servizz f’idejhom u meta jseħħ, se jkollna ‘a seamless transition’ u se jingħata servizz tas-saħħa ta’ eċċellenza li hu magħruf għalih is-settur mediku ta’ pajjiżna.”

Il-Prim Ministru assigura wkoll li l-Gvern se jkun f’pożizzjoni soda fil-konfront ta’ Steward, l-istess pożizzjoni li ntweriet mill-Gvern fl-aħħar tliet snin. Hu qal ukoll kif dan il-Gvern m’għamilx bħall-Gvern Nazzjonalista li fil-proġett tal-bini tal-Isptar Mater Dei ta ħelsien mill-obbligi lill-kumpanija li kienet qed tibni l-isptar fejn kellek kumpanija Żvediża bl-isem ta’ Skanska li rriżulta li bniet b’konkos li hu difettuż u bniet binja li ma kinitx tiflaħ piż strutturali ieħor fuqha u meta l-Gvern induna b’dawk in-nuqqasijiet kollha, flok ipproteġa l-interess nazzjonali, mar għall-iffirmar li bihom ta l-ħelsien lil Skanska milli qatt tista’ tiġi mfittxija u investigata fejn il-konsulent legali kien Adrian Delia (ara rapport f’paġna 4).

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ dak li mhux kredibbli u l-Gvern

wera kemm hu mħejji għat-triq ’il quddiem u mħejji b’soluzzjonijiet biex din il-kwistjoni tiġi magħluqa u jibqa’ jkun hemm servizz ta’ saħħa eċċellenti kif jixraq lill-Maltin u l-Għawdxin.

Kuraġġużi fit-teħid tad-deċiżjonijiet

Waqt l-istess intervista fuq ONE Radio, Dr Abela spjega kif saru l-aqwa deċiżjonijiet ta’ sapport li ngħataw lill-familji u lin-negozji fil-kontijiet tad-dawl, deċiżjonijiet biex inżammu stabbli l-prezzijiet tal-fuel fejn permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-ekonomija ta’ pajjiżna setgħet baqgħet tikber.

“Fl-aħħar sena kellna l-opportunità naħdmu kemm nifilħu biex inwettqu kull miżura tal-manifest Malta Flimkien li l-poplu tana l-fiduċja biex l-1,000 proposta nikkonvertuhom f’1,000 kisba għal pajjiżna. Dik hija d-direzzjoni li tajna lill-poplu, direzzjoni li llum qed naqtgħu ħafna frott pożittiv minnha.”

Il-Prim Ministru semma numru ta’ inizjattivi li wettaq dan il-Gvern fl-aħħar snin li għamlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Il-Prim Ministru semma wkoll kif dawn il-miżuri huma katina ma’ għadd ta’ miżuri oħrajn li diġà tħabbru fl-aħħar xhur.

19.03.2023 03

LIL MINTOFF “MIĠNUN

ADRIAN DELIA JIFTAĦAR BI RWOL LI KELLU MA’ SKANSKA

Għal għaxar snin kien konsulent legali tal-kumpanija responsabbli mill-konkos difettuż fl-Isptar Mater Dei u meta sparixxew mal-€466 miljun minn fondi pubbliċi … “dakinhar ma ħarqitux qalbu għall-poplu Malti!”

Fil-bijografija onlajn tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia ftaħar li għal snin twal kien il-konsulent tal-kumpanija Żvediża Skanska. “For years he advised Skanska, the multinational construction company which completed Malta’s State of the Art, Mater Dei Hospital, the largest procurement contract on the island to date”, jiftaħar l-Eks Kap Nazzjonalista.

Skanska kienet il-kumpanija inkarigata mill-bini tal-Isptar Mater Dei fi żmien Gvern Nazzjonalista u skansat minn kull obbligu li tirranġa l-ħsarat strutturali li kkawżat fl-istess proġett wara li nstab li dan kien inbena b’konkos difettuż, inferjuri iżjed minn dak li jintuża fil-bini tall-bankini. Fil-fatt, fl2014 meta l-Gvern ġdid Laburista kien beda bi pjani biex jibni żewġ sulari oħra fuq l-Emerġenza, minħabba n-nuqqas ta’ sodod disponibbli, kien instab li l-konkos kien difettuż f’diversi partijiet tal-proġett.

Minkejja dan, meta l-Istat ipprova jfittex lill-kumpanija Żvediża għad-danni, l-arbitraġġ internazzjonali tal-Ġnus Magħquda kien spiċċa eżonera lil Skanska minħabba r-rinunzja li kien iffirma l-Gvern Nazzjonalista biex din ma tibqax responsabbli għal dak li seta’ jinqala’. Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kien iffirma ftehim li fih ċeda d-dritt li ’l quddiem ifittex lil Skanska f’każ li joħorġu xi difetti fil-proġett f’Tal-Qroqq.

Analiżi li l-kumpanija internazzjonali Arup kienet għamlet fuq il-binja nstab li l-konkos fl-Emerġenza ma kienx biżżej-

jed b’saħħtu biex jiflaħ żewġ sulari addizzjonali. B’riżultat ta’ dan kienet ġiet stmata l-ispiża ta’ €150 miljun mit-taxxi tal-poplu biex dan il-konkos jitranġa u jiġi evitat kull periklu possibbli.

Meta nhar il-Ħamis filgħaxija fil-Parlament ġiet diskussa mozzjoni b’rabta mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet lil Steward Healthcare, il-Prim Ministru Robert Abela għamel aċċenn għal dan.

“Meta d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien mar biex ifittex lil Skanska ftit tas-snin ilu talli serqu sfaċċatament lill-poplu Malti, sibna ma’ wiċċna klawsola li kienet tagħti l-ħelsien, il-maħfra, lil Skanska għal dak kollu li naqsu lejn lill-poplu Malti. Immaġinak, Sur President, tiskopri li din il-kumpanija serqet lill-poplu Malti fil-proċess ta’ kostruzzjoni u l-Istat, il-Gvern, immexxi millPrim Ministru Gonzi, jagħtiha waiver.”

Kien hawn li l-Prim Ministru espona l-fatt li Adrian Delia kien il-konsulent legali ta’ din il-kumpanija. “Imma fatt ieħor, Sur President, li ħadd ma semmieh hawn, min illum qed ipinġi lilu nnifsu difensur tad-drittijiet tal-poplu … Skanska kellha għal għaxar snin sħaħ bniedem li ġewwa Malta kien jgħatti u jipproteġi d-drittijiet tagħha. Taf min kien, Sur President?! Qiegħed hawn f’din il-Kamra faċċata tiegħi. Għal għaxar snin sħaħ Adrian Delia kien il-konsulent legali ta’ Skanska. Ara dakinhar ma ħarqitux qalbu biex jipproteġi l-interessi tal-poplu Malti – għaxar snin sħaħ konsulent ma’ Skanska.”

Il-Prim Ministru ma waqafx hawn u kompla jikxef l-ipokrezija tal-PN meta

jitkellem dwar il-proġetti fil-qasam tas-Saħħa. “Mhux se noqgħod ngħid li l-proġett ta’ Mater Dei ħa 20 sena biex tlesta. Mhux se ngħid lanqas li, meta tlesta, irrealizzaw li kien żgħir wisq għal pajjiżna u li ma kienx idoneu għall-bżonnijiet li għandu l-pajjiż.”

Il-Prim Ministru wkoll irrimarka għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, li kien investiga l-bini ta’ Mater Dei. “Lanqas se ngħid li, b’mod oxxen, sparpaljaw flus il-poplu talli l-isptar mhux ġie jiswa darba, darbtejn u tlieta, u ma nafx kemm-il darba, iżjed minn kemm kienu pproġettaw li jonfqu għalih. Lanqas se ngħid li hemm Lm200 miljun, l-ekwivalenti għal €466 miljun dak iż-żmien, ara kemm kienu jiswew iżjed … li, meta saret l-investigazzjoni, qalu ‘ħeqq, dawn sparixxew’.”

Sadanittant, fl-istess seduta Parlamentari, waqt li l-Prim Ministru ħabbar li se jikteb lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-ħlasijiet li saru lil Steward Healthcare biex ikun jista’ jirkupra dawk li ma ngħatax il-valur tagħhom f’servizzi mediċi u servizzi relatati u investiment, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħolqot frattarija sħiħa fl-ogħla istituzzjoni u ġabet ruħha bl-aktar mod irresponsabbli.

Minbarra għajjat, tgħajjir u theżżiż tas-snien biex ifixklu lill-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, l-Oppożizzjoni attakkat ukoll lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada Ġimgħa, li kienet indirizzata mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u

Deputat Parlamentari Randolph Debattista, l-attitudni tal-Oppożizzjoni ġiet deskritta bħala inaċċettabbli.

Attard u Debattista saħqu li l-arroganza tal-Oppożizzjoni mhux biss hi bla limitu, iżda hi wkoll arroganza ta’ min jemmen li dak li jagħmel hu kollu tajjeb u dak li jagħmel ħaddieħor huwa ħażin.

Debattista sostna li, quddiem dan l-aġir, il-Gvern seta’ adotta attitudni popolista bħall-Oppożizzjoni, imma minflok għażel triq diferenti, b’referenza wkoll għall-investigazzjoni mitluba mill-Prim Ministru. “Bħala Gvern irridu nieħdu l-passi kollha meħtieġa fl-interess nazzjonali. Ilbieraħ (il-Ħamis) rajna attitudni arroganti mill-Oppożizzjoni u mhux ta’ b’xejn li ħafna nies dalgħodu qamu jgħidu ‘aħseb u ara kieku jkunu filGvern’,” tenna d-Deputat Laburista.

Min-naħa tiegħu, Dr Attard qal li mid-dibattitu Parlamentari ħarġet bliżjed mod ċara s-serjetà fil-mod kif qed jimxi l-Gvern, bil-maqlub tal-Oppożizzjoni. Hu rrimarka dwar l-importanza li l-Prim Ministru jesponi l-fatti veritieri b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti.

“Hemmhekk tara l-konfużjoni, l-inkonsistenza u l-qerq tal-PN, li jrid jiġi bilfors ifaċċjat bil-fatti. Hu dak li għamel il-Prim Ministru fil-Parlament: li faċċja lill-Oppożizzjoni bil-fatti biex verament nassiguraw li, fil-mument opportun, inkluż fil-fora opportuna, nieħdu d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess nazzjonali,” saħaq il-Ministru għall-Ġustizzja.

19.03.2023 04
JIDDESKRIVI

U MAĦMUĠ”

L-esponent ta’ Repubblika u l-Eks Chief of Staff tal-Ministru Austin Gatt, Manuel Delia, infexx jgħajjar lill-Perit Duminku Mintoff bħala miġnun u maħmuġ. Il-moħħ wara l-Arriva, ipprova jirredikola lill-Eks Prim Ministru Laburista u rrefera għalih bħala persuna mħawda … fi kliemu “a flailing walking stick”.

Fi sfond ta’ dawn l-aġġettivi dispreġġjattivi, l-eks kandidat Nazzjonalista qal li l-Perit Mintoff ma kienx denju bħala rappreżentant Malti fil-fora internazzjonali, l-istess bħalma qal għall-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici li kompla billi rrefera għalih bħala miġnun.

Ma kinitx l-ewwel darba li Delia, wieħed mill-ewlenin tal-establishment Nazzjonalista, jinfexx f’dawn l-attakki, sintomu tal-arroganza li tirrenja fil-Partit fl-Oppożizzjoni. Arroganza li wkoll qed twassal għal aġir inaċċettabbli, bħal dak li kien hemm quddiem il-Parlament nhar il-Ħamis filgħaxija minn partitarji u esponenti tal-Partit Nazzjonalista.

Fost oħrajn, wieħed fil-folla nfexx jobżoq f’wiċċ il-ġurnalisti ta’ ONE, inċident li ġiegħel lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) iħeġġeġ lill-Pulizija biex tieħu azzjoni.

ADRIAN DELIA: għaxar snin jiddefendi l-interessi tal-kumpanija Skanska, responsabbli mill-konkos difettuż fl-Isptar Mater Dei

Sejħa għall-Offerti għal 8 liftijiet

Rif. SPD4/2023/020

Sejħa mill-ġdid għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni u Kkummissjonar ta' tmien (8) Liftijiet inkluż iż-żarmar ta’ liftijiet eżistenti u disinn, manifattura, provvista u installazzjoni ta' tlett lift hoistway bi struttura tal-ħadid (Awtorita’ tad-Djar, EU funded).

Laqgħa ta’ kjarifika ser issir mill-Awtorita’ tad-Djar nhar it-Tnejn 20 ta’ Marzu 2023 fid-9 ta’ filgħodu fi Blokka A, Casa Floriani, Lewis Glanville room, Triq Pietro Floriani, Floriana.

L-offerta tagħlaq nhar it-Tnejn, 3 t’April 2023 fid-9:30 ta’ filgħodu.

Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS minn fuq is-sit eletroniku: http://www.etenders.gov.mt.

ATT TAL- 2016 DWAR IL- PROTEZZJONI TAL- AMBJENT

Regolamenti dwar il- Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46)

AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA ’VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI

Proposta għ al Kumpless Turistiku ikoniku mqassam differenti minn dak approvat fil-permess PA/2478/16. L-emendi proposti jinkludu gruppi ta ’appartamenti serviced [789 b ’kollox] b ’amenitajiet dedikati, 2 Lukandi ta ’Klassi 3B [Lukandi ta ’124 u 132 kamra], Uffiċċji ta ’Klassi 4A, Sala għal skopijiet varji, Ħwienet ta ’Klassi 4B u 4C, Faċ ilitajiet tal-Ikel u Xorb ta ’Klassi 4D u 3 Livelli ta' Spazju ta' Parkeġġ. Il -massa ġenerali proposta tvarja minn Lukanda li tinsab fil-baxx f’4 livelli taħt il-livell tat-triq għal 2 torrijiet ikoniċi ta' 27 u 34 livell rispettivament.

Villa Rosa, Cresta Quay, Dolphin House, Moynihan House, Triq Santu Wistin, ix-Xatt ta' San Gorg, Triq id-Dragunara, San Giljan.

PA 07254/22 (EA 00002/22)

B’dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b ’rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq.

Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa07254-22/

Il-pubbliku jista ’jara wkoll kopji digitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta ’ San Ġiljan u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur talAmbjent u r-Riżorsi, l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sal-11/04/2023

Data ta’ pubblikazzjoni: 12/03/2023

Disclaimer:

L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-ilsiegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f’certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

19.03.2023 05
MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI GVERN TA’ MALTA

MAD-900 AZZJONI TA’ INFURZAR F’SITI

Mindu twaqqfet l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fl-2021 ġiet irreġistrata żieda sinifikanti fir-regolarizzar

L-infurzar f’siti ta’ kostruzzjoni żdied b’mod sinifikanti fl-aħħar sentejn mindu l-Gvern waqqaf l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fis-sajf tal-2021, tant li fuq perjodu ta’ 26 xahar biss ittieħdu xejn inqas minn 897 azzjoni, bejn ħruġ ta’ penali jew saħansitra ordni ta’ twaqqif ta’ xogħol, kif joħroġ minn tagħrif li ngħata fil-Parlament din ilġimgħa.

Fil-fatt, jirriżulta li s-sena li għaddiet waħedha nħarġu xejn inqas minn 350 ordni ta’ twaqqif ta’ xogħol, jew 61% tal-ordnijiet kollha fl-aħħar sentejn. Dan kien ukoll kważi erba’ darbiet l-ammont ta’ stop works li nħarġu sena qabel fejn sa Awwissu 2021, l-entità responsabbli minn tali infurzar kienet għadha fil-livell ta’ aġenzija b’inqas riżorsi.

Dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li kien responsabbli mis-settur, kien stqarr li, permezz tal-awtorità l-ġdida, l-Uffiċċju u l-Bord tal-Bini u r-Regolamenti u l-Bord talBennejja tpoġġew taħt umbrella waħda biex jingħata servizz aktar ħolistiku lillpubbliku bħala wegħda oħra mwettqa mill-Gvern Laburista. Minn hawn, l-awtorità kienet diġà bdiet tissaħħaħ flgħadd ta’ ħaddiema biex twettaq aħjar il-funzjoni tagħha, waqt li dawn baqgħu jiżdiedu fl-aħħar żmien.

Fil-fatt fl-2022, l-ewwel sena sħiħa tagħha, il-BCA imponiet 53 multa iżjed mis-sena ta’ qabel, waqt li l-ispezzjonijiet żdiedu b’aktar minn 3,000.

Waqt li wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Katya De Giovanni, nhar it-Tnejn li għadda l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, elenka ċ-ċifri, bejn spezzjonijiet, penali imposti u stop works, li saru f’dan ir-rigward mill-bidu tal-2021.

Minnhom jirriżulta li bejn April 2021 u Frar 2023 kien hemm aktar minn 20,000 spezzjoni mill-uffiċjali tal-BCA, medja ta’ ftit inqas minn 900 spezzjoni kull xahar jew medja ta’ 45 spezzjoni kull ġurnata ta’ xogħol. Ma’ dawn kien hemm 573 ordni ta’ twaqqif ta’ xogħol u 324 penali imposti.

Dan it-tagħrif ukoll ħareġ fl-istess ġimgħa li fiha l-Ministru Zrinzo Azzopardi nieda konsultazzjoni pubblika dwar avviż legali li se joffri qafas għal-liċenzjar tal-kuntratturi, li għandu jagħmel “distinzjoni ċara bejn kuntratturi serji u responsabbli fil-mod kif jaħdmu u dawk li jridu jaħdmu b’metodi inaċċettabbli, b’nuqqas ta’ responsabbiltà u ta’ kwalità skadenti”.

Fl-ewwel reazzjonijiet għal din it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika, kemm l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA), il-General Workers’ Union (GWU) u l-Kamra tal-Periti laqgħu b’mod pożittiv din id-deċiżjoni tal-Gvern.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq li bid-dħul tar-regolamenti l-ġodda, ix-xogħol irid isir b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet ta’ terzi persuni u bl-inqas impatt fuq il-madwar u bl-inqas inkonvenjent possibbli. Din il-bidla deskritta radikali għandha tħalli impatt pożittiv u twassal għal kwalità ogħla fis-settur tal-kostruzzjoni, jissaħħaħ l-infurzar

Ritratti: CLIFTON FENECH u PIERRE SAMMUT/DOI

Ir-regolamenti l-ġodda se jġibu bidla radikali li għandha tħalli impatt pożittiv u twassal għal kwalità ogħla fis-settur tal-kostruzzjoni, jissaħħaħ l-infurzar u tiddaħħal aktar serjetà għall-ġid ta’ kulħadd

u tiddaħħal aktar serjetà għall-ġid ta’ kulħadd.

“Ix-xogħol irid isir minn min għandu l-ħiliet meħtieġa fil-kostruzzjoni. Il-pajjiż u l-pubbliku qed jistennew li dan is-settur jitħaddem minn min ikun serju fil-mod kif jaħdem, li juża l-aqwa standards u jkun responsabbli ta’ kull pass li jagħmel fix-xogħol tiegħu. Din

hi l-ewwel darba li se tiġi introdotta liċenzja għall-kuntratturi b’qafas ta’ regolamenti stabbiliti għal dawk li jridu joperaw fis-settur,” iddikjara l-Ministru fl-introduzzjoni tal-konsultazzjoni pubblika relatata.

Jirriżulta li fl-ewwel fażi l-liċenzji li se jinħarġu huma għal dawk li jwettqu xogħol ta’ twaqqigħ, skavar jew tqattigħ

u xogħol ta’ bini.

F’konferenza stampa għat-tnedija tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-BCA, Jesmond Muscat, fejn ta dettalji dwar kif qed ikun propost li taħdem is-sistema tal-Liċenzjar tal-Kuntratturi fejn, fost affarijiet oħrajn, kull min jaħdem fis-setturi tat-twaqqigħ, skavar u tqattigħ, jew bini jrid japplika bejn l-1 ta’

19.03.2023 06

INFURZAR F’SITI TA’ KOSTRUZZJONI S’ISSA

tas-settur importanti … medja ta’ 22 ordni ta’ twaqqif ta’ xogħol u 12-il penali kull xahar fl-aħħar sentejn

*perjodu April-Diċembru **perjodu

jimplimenta l-miżuri tal-estimi b’rabta mal-Baġit, din il-ġimgħa l-Ministru wkoll saħaq fuq il-ħtieġa tat-titjib fl-istandards b’rabta mal-iżvilupp f’pajjiżna. Hu aċċenna għall-importanza ta’ aġenda li tassigura investiment u żvilupp sostenibbli.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li l-iżvilupp mhux attività li tibda u tispiċċa fiha nnifisha, filwaqt li semma bosta miżuri biex jitjieb l-istandard tal-iżvilupp f’pajjiżna. Irrefera għall-proċess li għaddejja bih l-Awtorità tal-Ippjanar, li qed tagħmel studji dwar x’inhu l-iżvilupp li għandu bżonn il-pajjiż biex jimxi ’l quddiem. Hu tenna li, bħalma ssemma fil-Baġit għal din is-sena, l-estetika saret tema importanti li l-politika dwarha mhux biss għandha tiġi emendata, iżda wkoll inċentivata.

Meta rrefera għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi involuti fil-bini, fit-twaqqigħ u fl-iskavar fil-qasam tal-kostruzzjoni, fakkar li l-għan ta’ dan il-liċenzjar hu t-titjib tal-kwalità u tal-istandards. Hu semma l-fatt li l-akbar investiment f’ħajjet persuna huwa x-xiri ta’ residenza, u b’hekk dak li jinxtara għandu jkun tal-aqwa kwalità.

Fir-reazzjoni tagħha, l-MDA laqgħet b’sodisfazzjon ir-regolamenti li tħabbru mill-Gvern dwar il-liċenzjar fl-industrija tal-kostruzzjoni filwaqt li ħeġġet lill-membri tagħha biex jagħtu l-ħsibijiet tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika.

fikati skont il-kriterji ta’ limitu stabbiliti fir-regolamenti,” tenniet l-akbar trejdjunjin fi stqarrija. Qalet li taqbel li fost il-proposti hemm dik li tipprevedi wkoll li fejn applikant ikun qed iħaddem, għandha tiġi pprovduta polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà kontra danni fuq il-post tax-xogħol, inkluż saħħet il-ħaddiema.

Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU, ġie kkwotat fl-istess stqarrija jgħid li dawn ir-regolamenti huma ta’ bżonn urġenti għas-settur tal-kostruzzjoni hekk kif għandu jkun hemm aktar infurzar u responsabbiltà kif ukoll titjib fil-kwalità. Matul dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-GWU, wara diskussjoni interna, se tkun qed tressaq rapport dwar id-dokument sħiħ ta’ konsultazzjoni.

F’kummenti separati lil ONE News, il-President tal-Kamra tal-Periti, Andre Pizzuto, qal li “l-fatt li wasalna f’dan l-istadju u hemm abbozz juri biċ-ċar li l-Gvern hu on board mal-bżonn li ssir. Jiġifieri forsi kien hemm il-biża’ li ma kienx hemm l-aptit politiku biex dan isir. Però, din m’għadhiex ta’ tħassib għax il-Gvern ħareġ dan l-abbozz.”

Ġunju u l-31 ta’ Ottubru 2023 mal-awtorità biex tkun tista’ tinħariġlu l-liċenzja.

L-awtorità se tkun qed taħtar il-Kumitat għal-Liċenzji tal-Kuntratturi bissetgħa li joħroġ tali liċenzji, waqt li wara l-1 ta’ Novembru li ġej min ma jkunx applika għal-liċenzja ma jkunx jista’ jopera fis-settur.

Waqt li jkunu qed jiġu evalwati l-applikazzjonijiet, l-Awtorità se toħroġ clearance proviżorja jew liċenzja sħiħa jekk dawk li japplikaw ikunu laħqu l-kriterji mitluba mir-regolamenti. Min imbagħad japplika wara d-data tal-1 ta’ Ġunju 2024, irid jistenna l-proċess li tinħariġlu l-liċenzja qabel ikun jista’ jaħdem.

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru għal

aktar minn liċenzja waħda minn dawk li joperaw f’aktar minn settur wieħed minn dawn it-tlieta.

Fost il-kriterji mitluba hemm dawk li l-applikanti jridu jagħtu prova ta’ ħiliet fl-oqsma li għalihom ikunu qed japplikaw u fil-każ tal-bini, l-applikanti jridu jkunu bennejja liċenzjati huma stess jew ikollhom impjegat b’liċenzja ta’ bennej. Kriterji oħrajn importanti huma li l-applikanti jrid ikollhom polza ta’ assigurazzjoni li tkopri l-operat tagħhom u f’każ li jimpjegaw in-nies, irid ikollhom employers’ liability insurance.

Mill-1 ta’ Jannar 2025 dawk il-kuntratturi li ma jkollhomx Liċenzja għal Twaqqigħ, Skavar jew Bini mhux se jkunu jistgħu joperaw fis-settur.

Waqt it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li

L-MDA iddeskriviet dan il-pass bħala wirja tal-impenn biex dawk li ma jirrispettawx ir-regolamenti għandhom ibatu l-konsegwenzi. L-assoċjazzjoni stqarret ukoll li mhix se tħalli xi kuntratturi jibqgħu membri tagħha jekk ma jkollhomx il-liċenzji saż-żmien stipulat fil-liġi prospettiva, filwaqt li se tkeċċi lil kwalunkwe membru li jkollu l-liċenzja revokata mill-awtorità konċernata.

Michael Stivala, President tal-MDA, qal li huma ħerqanin għall-implimentazzjoni ta’ dan l-avviż legali, filwaqt li stqarr ukoll li hemm bżonn li l-mod kif isir il-bini jitjieb. Hu saħaq li l-assoċjazzjoni għandha tassigura livell ta’ servizz tajjeb u r-rispett lejn il-ġirien u l-pubbliku inġenerali.

Min-naħa tagħha, il-GWU qalet li hi ilha żmien twil tisħaq li l-kuntratturi għandhom ikollhom l-għarfien adegwat tal-istandards u r-regolamenti bażiċi tas-saħħa u s-sigurtà, speċjalment ilkodiċi tal-prattika.

“Il-kuntratturi liċenzjati għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha tagħhom ikollhom it-tagħmir kollu meħtieġ u ċċertifikat, u li jkunu ħaddiema kwali-

Hu esprima s-sodisfazzjon għall-fatt li, f’ċerti ċirkostanzi, tista’ tiġi revokata l-liċenzja. “Jekk, imbagħad, ma jkollokx il-ħiliet, il-fatt li għandek dak id-deterrent, int għandek ikollok interess li inti stess titgħallem u tgħallem lill-istaff tiegħek u tgħallimhom jagħmlu xogħol kif suppost, għax ma tridx titlef il-liċenzja … il-konsegwenzi finanzjarji ta’ dik it-telfa, apparti l-multi, eċċ... se jkunu sostanzjali. Għalhekk, importanti li din ir-riforma titwettaq,” temm Pizzuto.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Abigail Mamo, qalet li “l-abbozz ta’ liġi mressaq mhux l-ewwel darba li smajna bih, jiġifieri dan ix-xogħol ilu għaddej u aħna diġà konna parteċipi. Tajna l-ewwel reazzjoni u ngħatajna preżentazzjoni biex, ovvjament, illum hemm liġi proposta li tagħmel sens għal kulħadd. Aħna nilqgħuha ħafna, nilqgħu l-iskop tagħha u naħsbu li hi bżonjuża ħafna … min hu serju u jagħmel l-affarijiet sew għandu jikkompeti ma’ min hu serju bħalu”.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-avviż legali tagħlaq fil-21 ta’ April li ġej, waqt li aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit governattiv (www.gov.mt/mt/publicconsultation/ Pages/default.aspx) jew dak tal-BCA (bca.org.mt/licensing-of-contractors/).

Suġġerimenti dwar l-abbozz ta’ regolamenti jistgħu jintbagħtu wkoll b’email fuq consultation.construction@gov.mt.

19.03.2023 07 SENA SPEZZJONIJIET PENALI STOP WORKS 2021 7,159* 76 90 2022 10,298 129 350 2023** 3,089 119 133
Jannar-Frar

L-EKS MINISTRU LI “TA

KOLLOX LIL MALTA”

JMUT TA’ 94 SENA

L-Eks Ministru għas-Sigurtà Soċjali l-Professur Edwin Grech miet nhar l-Erbgħa li għadda fl-għomor ta’ 94 sena. It-Tabib Grech, li hu missier il-martri tal-politika lokali Karin Grech, li nqatlet b’ittra-bomba indirizzata lilu f’Diċembru tal-1977, ġie deskritt bħala l-politiku li “ta kollox għal pajjiżu”.

Hu kien irrappreżenta lillPartit Laburista fil-Parlament f’żewġ leġiżlaturi, bejn l-1992 u l-1996 u bejn l-1996 u l-1998. Fl-1999, il-Mexxej tal-Partit Laburista u dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni, Alfred Sant, kien innomina lill-Professur Grech għall-kariga ta’ President tarRepubblika, imma l-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Ada-

mi ma kienx aċċetta.

Fi tmiem l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta, Grech kien iggradwa bħala spiżjar u mbagħad bħala tabib, waqt li speċjalizza bħala Ġinekologu fir-Renju Unit.

F’Awwissu ta’ 46 sena ilu, f’Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba (MAM), meta l-Gvern Malti talab lill-Professur Grech jirritorna Malta biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija flIsptar San Luqa, karigi li żamm sal-1987.

Il-Professur kien inizjalment aċċetta li jgħin sakemm tintemm it-tilwima industrijali, iżda din twalet aktar milli maħsub, sakemm seħħet it-traġedja fid-dar tiegħu nhar it-28 ta’ Diċembru tal-1977.

Fl-istess jum kienet twasslet ittra-bomba simili lit-Tabib Paul Chetcuti Caruana, li kien Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981. Din, iżda, ma ħaditx bħal fil-każ tal-familja Grech. F’intervista fl-2007, Dr Chetcuti Caruana kien qal li, skont ma qalulu l-esperti, il-bomba indirizzata lilu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin.

Minkejja li għaddew ħafna snin, il-każi u l-qtil ta’ Karin Grech baqgħu mhumiex solvuti u qatt ma ġie stabbilit min seta’ wettaq iddelitt, għalkemm f’Novembru tal2010, il-Qorti ordnat kumpens ta’ €419,287 lill-familja tal-Professur Grech bħala kumpens għall-qtil politiku ta’ Karin.

fejn iddeskrivieh bħala bniedem li ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjenti li tant kellu għal qalbu. “Għamel dan mill-professjoni u mill-politika. Għamel sagrifiċċji kbar u, għax ġab lil ħaddieħor qablu, spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin,” saħaq Dr Abela.

Il-Partit Laburista qal li Grech jibqa’ mfakkar bħala t-tabib li ġab lil kulħadd qablu u li ħadem b’tant sagrifiċċju għall-pazjenti tiegħu u għal pajjiżu, waqt li bagħat il-kondoljanzi sinċiera lill-familja u lil qrabatu.

Il-President ta’ Malta George Vella qal li Grech kien politiku onest u ġentlom fejn dejjem poġġa l-interess tal-pazjent l-ewwel u qabel kollox. “Sfortunatament ħallas prezz ferm qares meta ried jaqdi l-missjoni tiegħu ta’ tabib. L-għomor lill-qraba u lill-għeżież tiegħu kollha,” qal Dr Vella.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia esprima sentimenti ta’ sogħba għall-aħbar, f’ismu u f’isem il-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati. Hu sellem il-memorja tiegħu, il-ħidma li wettaq fil-Kamra fis-seba’ u fit-tmien leġiżlaturi bejn l-1992 u l-1998, u s-sagrifiċċju li għadda minnu biex jara lill-pajjiż jimxi ’l quddiem.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Bernard Grech ukoll fakkar il-memorja ta’ zijuh, il-Professur Grech, u qal li kien bniedem li “għamel biss ġid u pattewhulu bl-agħar deni li seta’ jkun, ilqtil tal-għażiża bintu Karin … id-dawl t’għajnejh.”

Ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjent … u għax ġab lil ħaddieħor qablu spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin

Fl-1981, meta kien qed jibni sptar ġdid għattfal maġenb l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa, il-Gvern Laburista kien tah l-isem Sptar Karin Grech. F’San Ġwann, hemm ukoll Ġnien Karin Grech, b’monument tagħha fih, li ta’ kull sena fl-anniversarju talqtil brutali tagħha, tittella’ ċerimonja ta’ tifkira f’ġieħha mill-Partit Laburista.

Sadanittant, bosta sellmu l-memorja tal-Professur Grech.

F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tal-Professur Grech

Kollegi tiegħu, bħall-Eks Prim Ministru u llum Membru Parlamentari

Ewropew Alfred Sant, l-Eks Deputat Mexxej Charles Mangion u l-Eks Ministru Gavin Gulia, ikkummentaw ma’ ONE News dwar it-telfa ta’ dan il-politiku li spiċċa jħallas l-ogħla prezz għas-servizzi li ta lill-poplu Malti u Għawdxi.

Dr Sant ukoll semma kif “Edwin Grech ta kontribut enormi lejn l-iżvilupp tas-servizzi, ukoll fl-iżvilupp ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u saħħa sesswali, li llum neħduhom bħala normali, imma li fiż-żmien kienu meqjusa bħala mbiegħda mis-soċjetà tagħna.”

19.03.2023 08
Il-Professur Edwin Grech

Flyover Airport/Gudja to Luqa/Qormi

Luqa/Qormi to Marsa/Santa Lucija

Airport/Gudja to Marsa/Santa Lucija

Areas Under Construction

TriqDunĠużeppMicallef Triqil-Kunsilltal-Ewropa Vjal l-Avjazzjoni The sole responsibility of this production lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information therein. Opening of New Luqa Junction
direct routes available LUQA JUNCTION PROJECT
Flyover More
AIRPORT/GUDJA LUQA / QORMI
GUDJA LUQA QORMI Flyover to
GUDJA
MARSA SANTA LUCIJA MARSA SANTA LUCIJA Airport to Gudja

GĦADD TA’ SKEMI TAL-PROPRJETÀ

Tkompli minn paġna 1

Fl-aħħar ħarġa tal-gazzetta żvelajna kif sa tmiem l-2022 kien hemm b’kollox total ta’ 1,319-il xerrej li applikaw mal-Ministeru biex igawdu mill-iffrankar sħiħ tat-taxxa tal-boll, bl-ammont iffrankat jammonta għal kwazi €10.5 miljun.

Il-ġimgħa l-oħra semmejna wkoll kif, sa mill-2017, il-Gvern kien diġà qassam aktar miljuni ta’ ewro f’għotjiet fi skema simili għal din, intitolata “Irrestawra Darek”, fejn first-time buyers ta’ binjiet residenzjali skedati fi Grad 1 u Grad 2, setgħu japplikaw għar-rifużjoni ta’ 70% tal-ispejjeż tax-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-faċċata u l-intern sa massimu ta’ €100,000.

Sal-lum jirriżulta li fuq din l-iskema biss kien hemm aktar minn 2,245 applikazzjoni li ġew validati u b’aktar minn €8 miljun diġà tqassmu lil madwar 53% minnhom.

L-iskema tirrifondi nfiq li jsir fi proprjetajiet privati f’żoni urbani u djar li ilhom mibnijin aktar minn 20 sena u ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin. Fl-aħħar sejħa sidien jistgħu japplikaw għal spejjeż relatati li jsiru, bħal materjal, xogħol tas-sengħa, kiri ta’ apparat, ħlasijiet professjonali, applikazzjonijiet għall-permessi jew ħlasijiet oħrajn lill-Gvern.

Dawn huma biss uħud minn diversi skemi li tnedew fl-aħħar snin minn Gvernijiet Laburisti bl-iskop li jgħinu żgħażagħ fix-xiri tal-ewwel proprjetà tagħhom.

Mill-Baġit għal din is-sena, il-Gvern ukoll nieda l-miżura mwiegħda flaħħar manifest elettorali “Malta Flimkien”, li toffri l-għotja ta’ €10,000 fuq għaxar snin għal dawk il-koppji jew individwi kollha li jridu jixtru l-ewwel residenza. Din ma tissostitwixxix skemi oħrajn għall-first-time buyers, bħal dik tal-UCA, imma hi kumplimentari u jistgħu jitgawdew flimkien.

Din il-ġimgħa wkoll, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar waqt konferenza stampa li l-Gvern se jkun qed jgħolli l-ammont ta’ self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal10% lill-first-time buyers.

Hu spjega li ż-żieda fl-ammont, li kienet ukoll wegħda elettorali, tfisser li se jkunu qed jgħollu d-depożitu massimu li lesta tkopri l-Awtorità tad-Djar

L-ITS JIFTAĦ IL-“BIBIEN” IL-ĠIMGĦA

Dawn l-għajnuniet huma frott id-deċiżjoni tal-Gvern li jiddirezzjona s-suq tal-proprjetà, anke matul il-perjodu tal-pandemija

minn €17,500 għal €22,500. B’hekk il-first-time buyers li jibbenefikaw minn din l-għajnuna, issa se jkunu jistgħu jakkwistaw proprjetà li l-valur tagħha jitla’ sa €225,000.

L-għan tal-iskema, li tnediet fl2020, hu li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq proprjetà, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta’ 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju biex b’hekk isiru sidien ta’ darhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tadDjar Matthew Zerafa qal li l-ħidma tal-Awtorità tad-Djar ma tiqafx malintroduzzjoni ta’ skemi ġodda, iżda konsistentement tibqa’ tara kif dawn jibqgħu jissaħħu tul iż-żmien. Hu saħaq li sal-lum, din l-iskema diġà għenet aktar minn 200 familja jsiru sidien ta’ darhom u permezz ta’ dan ittisħiħ se jibqgħu jippremjaw il-bżulija u jassiguraw li din l-iskema tkun kapaċi tilqa’ għan-neċessitajiet tas-

snin li ġejjin.

Meta ftit tal-ġimgħat ilu indirizza attività tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll tkellem dwar l-għadd kbir ta’ għajnuniet li qed jagħti l-Gvern lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, għax jemmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali. Hu nnota li dawn l-għajnuniet huma frott id-deċiżjoni tal-Gvern li jiddirezzjona s-suq tal-proprjetà, anke matul il-perjodu tal-pandemija, mingħajr ma jitfa’ piż żejjed fuq ix-xerrejja.

“U nagħmluh dan, għax aħna m’aħniex il-Gvern tal-kastig, aħna l-Gvern tal-inċentiv, u l-poplu tagħna rridu neħduh fid-direzzjoni li fiha nemmnu li għandu jimxi dan il-pajjiż billi nagħtuh l-inċentivi li huma meħtieġa,” temm jgħid Dr Abela.

GIUFFRÈ FIL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS

Is-sinoloġista Salvatore Giuffrè se jattendi l-għaxar edizzjoni ta’ Kampus Kotba, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 fl-Università ta’ Malta li se jsir bejn nhar l-Erbgħa u l-Ġimgħa li ġejjin. Waqt li se jiffirma kopji tal-ktieb L-Analetti ta’ Konfuċju, li hu ttraduċa miċ-Ċiniż klassiku għall-Malti, fuq l-istand ta’ SKS Publishers fl-ewwel jum tal-festival bejn it-3:00 p.m. u l-4:00 p.m., Dr Giuffrè se jkun disponibbli biex jiltaqa’ ma’ studenti interessati fil-Konfuċjaniżmu u dawk li jixtiequ jistaqsu xi mistoqsijiet dwar il-kapolavur letterar-

ju li għadu kemm ipproduċa.

Dr Giuffrè, li fl-2018 kiseb il-PhD fl-Istudji tal-Asja tal-Lvant mill-Università ta’ Lyon III, fi Franza, hu riċerkatur, traduttur letterarju u għalliem tal-Ġappuniż u ċ-Ċiniż speċjalizzat fil-lingwa u l-letteratura Ċiniża kemm f’diversi istituzzjonijiet f’Malta, bħall-Università ta’ Malta, kif ukoll f’istituzzjonijiet f’pajjiżi barranin.

L-oqsma ta’ interess u riċerka tiegħu jinkludu studji letterarji komparattivi bejn il-letteratura Ċiniża u tal-Punent, il-poeżija Ċiniża tal-perjodu Repubbli-

kan (1912-49), il-filosofija klassika Ċiniża, u studji tat-traduzzjoni. Waqt li ppubblika għadd ta’ dokumenti ta’ riċerka dwar il-letteratura Ċiniża moderna, inkluża monografija dwar is-sunetti Ċiniżi ta’ Feng Zhi, bħalissa hu involut fi proġetti ta’ traduzzjoni ta’ rumanzi u poeżija miċ-Ċiniż għall-Ingliż, il-Malti u t-Taljan.

Mill-1982 sal-lum SKS Publishers ippubblikat mal-190 ktieb u biegħet madwar 400,000 kopja ta’ kotba varji, u L-Analetti ta’ Konfuċju hu wieħed millaħħar f’din is-serje twila.

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ħabbar li nhar il-Ġimgħa li ġej se jkun qed jorganizza avveniment bl-isem ta’ “Open Doors” bejn is6:00 p.m. u l-10:00 p.m. biex jilqa’ studenti prospettivi u l-familji tagħhom u jagħtihom l-opportunità unika li jitkellmu mal-career guidance u jsiru jafu aktar dwar il-korsijiet offruti fl-istituzzjoni edukattiva. Se jkun hemm ukoll preżentazzjonijiet minn diversi programmi ta’ studju li joffri l-ITS. F’kummenti lil ONE News din il-ġimgħa, il-lekċerer Helena Micallef, li flimkien mal-istudenti tagħha qed torganizza l-avveniment, spjegat kif dan hu parti mit-taħriġ tal-istudenti fil-kors tal-immaniġġjar li hi tgħallem.

“Permezz ta’ dan l-avveniment in-nies hemm barra jkunu jafu aħna x’qed noffru, għax għad hemm ċerta mentalità li l-ITS tgħallem biss kif isiru kokijiet. Eżempju, aħna hawnhekk għandna ħafna dipartimenti differenti. Għandna fakultajiet differenti u qed niftħu l-istitut biex kulħadd ikun jaf eżattament x’noffru,” qalet Micallef, waqt li spjegat li qed iħejju attivitajiet fejn il-pubbliku jkun jista’ jieħu sehem fit-tisjir u sessjonijiet ta’ wine tasting, fost oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv Pierre Fenech semma kif l-istitut għamel qabża kbira fl-aħħar snin, b’żieda fin-numru u fil-livell tal-korsijiet offruti, fl-istess ħin li l-għadd ta’ studenti interessati li jaqbdu karriera fl-istudji turistiċi kiber drastikament ukoll. “Illum noffru degrees u Master’s degrees ukoll. Rajna tibdil mhux biss f’korsijiet ta’ livelli għoljin, imma wkoll bdejna niftħu l-firxa tagħhom ukoll,” tenna Fenech.

Hu żied li l-iskola toffri korsijiet uniċi fid-dinja bħal Diving Safety Mangament Course u Diploma in Climate-Friendly Travel u issa l-istitut qed jespandi f’livell internazzjonali, grazzi għat-tagħlim uniku li joffri, immirat lejn l-industrija tat-turiżmu. “Wasalna għallqagħda li mhux aħna mmorru nsibu kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, iżda qed javviċinawna huma stess,” tenna l-Kap Eżekuttiv.

19.03.2023 10

4.5M PASSIĠĠIER B’TAL-LINJA FI FRAR

L-ammont jaqbeż il-medja tax-xahar fl-2022, bit-Tallinja Card tintuża 27.5% iżjed mill-2019

Ix-xahar ta’ Frar li għadda għal darba oħra ra 4.5 miljun passiġġier jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja, bin-numru medju ta’ passiġġieri kuljum jitla’ għal 159,000 passiġġier meta mqabbel mal-146,000 li kienu rreġistrati fix-xahar ta’ qabel, li jindika żieda ta’ 9% fix-xahar.

Is-sena l-oħra l-Malta Public Transport ġarret 49.6 miljun passiġġier, medja ta’ 4.1 miljun kull xahar. Ir-riżultati tas-sena l-oħra fissru żieda ta’ 40% fuq l-2021, waqt li fl-aħħar xahar tas-sena waħdu n-numru ta’ passiġġieri qabeż għall-ewwel darba ċ-ċifri ta’ qabel il-pandemija.

Mill-1 ta’ Ottubru li għadda bdiet tiġi attwata l-wegħda li t-trasport b’tal-linja jsir b’xejn għal kulħadd. Il-miżura għamlet lil Malta t-tieni pajjiż biss fid-dinja, wara l-Lussemburgu, fejn it-trasport pubbliku hu bla ħlas u hu stmat li ċittadini, li ta’ kuljum jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, qed jiffrankaw mill-inqas €400 fis-sena. Mittnedija tal-inizjattiva, jirriżulta li kien hemm kważi 50% aktar passiġġieri tat-Tallinja Card meta mqabbel mal-2021 u 8% aktar mis-sena rekord tal-2019. Sa April li ġej, il-kumpanija qed toffri promozzjoni speċjali għal studenti full-time, fejn qed tipprovdilhom opportunità esklussiva biex japplikaw għal Student Tallinja Card bla ma jħallsu l-miżata tal-applikazzjoni ta’ €15.

Dwar l-użu tat-Tallinja Card fi Frar, jirriżulta li kien hemm aktar minn 2.9 miljun darba, jiġifieri żieda ta’ 56% meta mqabbel ma’ Frar tas-sena

l-oħra u 27.5% mal-istess xahar fl-2019. F’termini ta’ utenti uniċi, Frar 2023 irreġistra 145,000 klijent tat-Tallinja Card.

Imqabbel mas-sena li għaddiet, dan fisser żieda ta’ 46.2% u 19.4% għall-istess perjodu fl2019. Meta mqabbla maċ-ċifri ta’ Jannar 2023, kien hemm ukoll żieda ta’ 3.6% minkejja li kien xahar iqsar.

Ir-reġistrazzjoni għatTallinja Card rat ukoll żieda qawwija fi Frar 2023 ta’ 103% meta mqabbla ma’ Frar 2019.

Meta kkummenta fuq ir-riżultati ta’ Frar li għadda, il-General Manager tal-Malta Public Transport, Konrad Pulé, qal li “l-kontinwazzjoni ta’ din ix-xejra pożittiva hi indikazzjoni importanti ħafna li aktar passiġġieri qed jagħżlu li jivvjaġġaw b’tal-linja. Madanakollu, il-passiġġieri tagħna qed jgħidulna li qed tieħu wisq żmien biex tasal minn post għal ieħor bil-karozza tal-linja u li jrid isir aktar minn diversi stakeholders biex ilpassiġġieri tal-linja jingħataw prijorità fit-triq.”

Hu temm jirringrazzja lillklijenti kollha li qed jikkontribwixxu għal ambjent aktar nadif u tnaqqis fil-konġestjoni billi għażlu li jivvjaġġaw b’tal-linja.

Sejħa għall-Applikazzjonijiet

L-Awtorità tax-Xandir qed tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Cleaner

Deskrizzjoni dettaljata tal-impjieg tinsab fuq is-sit elettroniku talAwtorità tax-Xandir: http://www.ba.org.mt

L-applikanti għandhom jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom flimkien ma’ CV dettaljata fuq administration.ba@ba.org.mt sa mhux aktar tard min-nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu 2023.

Applikazzjonijiet li jaslu tard, ma jiġux kkunsidrati

Permess tal-Jobs Plus 74/2023

L-Awtorità tax-Xandir hija korp kostituzzjonali li tirregola, tilliċenzja u tissorvelja s-servizzi kollha tar-Radju u t-Televiżjoni li joriġinaw mill-Gżejjer Maltin.

Awtorità tax-Xandir

7, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1719, Malta.

Telefown: +356 2201 6000

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

7, Mile End Road, HAMRUN HMR 1719, Malta. Telephone: +356 2201 6000, E-mail: info.ba@ba.org.mt www.ba-malta.org

19.03.2023 11

INKOMPLU NWETTQU FLIMKIEN

u n-negozji tagħna. Fl-ewwel Baġit wara l-Elezzjoni, rajna l-akbar allokazzjoni għall-investiment pubbliku fl-istorja. Baġit ieħor mimli inċentivi u mingħajr taxxi.

Apparti dawn ir-riżultati, il-wegħdiet ewlenin fil-manifest Malta Flimkien, bdew jieħdu l-ħajja biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna u nsaħħu l-investiment u l-fiduċja fin-negozji. Qed niksbu u se nibqgħu niksbu kisbiet importanti f’diversi oqsma.

ta’ tħaddir, b’investiment finanzjarju wkoll fil-Kunsilli Lokali u Reġjonali.

Dan il-Gvern kien u jibqa’ wieħed b’ruħ soċjali. Fl-ewwel Baġit ta’ dan il-Gvern, erġajna investejna biex il-familji tagħna jkunu jistgħu jimxu iktar ’il quddiem.

quddiem riformi importanti. Ħdimna fuq bidliet leġiżlattivi, bħat-tisħiħ tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-introduzzjoni tal-kunċett tal-femiċidju fil-kodiċi kriminali.

ità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ proġetti infrastrutturali, ambjentali u soċjali.

Fis-26 ta’ Marzu 2022, il-poplu reġa’ ta mandat b’saħħtu lill-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela. Mandat li ġab miegħu responsabbiltà ikbar bl-għajta Malta Flimkien.

Sena biss wara, il-ħidma sfiqa ta’ dan il-Gvern qed tħalli frott li biha qed nagħtu iktar serħan il-moħħ lill-familji tagħna. Gvern Laburista b’impenn qawwi biex itejjeb fuq il-ħafna tajjeb li għandu pajjiżna u jkompli jirriforma fejn hu meħtieġ.

Minkejja l-isfidi li ltqajna magħhom, pajjiżna baqa’ reżiljenti. Gvern li baqa’ jkabbar l-ekonomija, b’rati tajbin u fost l-ogħla minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Il-frott li qed iħalli dan it-tkabbir ekonomiku, qed jibqa’ jiġi investit fin-nies

Fil-qasam ambjentali, dan il-Gvern qed jibgħat messaġġi importanti bi prijoritajiet ġodda. Ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbar l-akbar investiment bittwaqqif tal-Aġenzija Project Green. Minnufih rajna l-bidu ta’ xogħol fuq numru ta’ spazji miftuħa ġodda u mtejba.

Bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, qed nara wkoll li nibqgħu nsebbħu l-lokalitajiet tagħna bi proġetti

Erġajna tajna żieda fil-pensjonijiet, fiċ-Children’s Allowance u fil-Carer’s Grant. Tħabbar ukoll mekkaniżmu addizzjonali sabiex jgħin lill-familji tagħna fl-isfidi relatati mal-għoli tal-ħajja. Se nibqgħu nkunu ta’ għajnuna għall-istudenti u fil-fatt żidna l-istipendji. Dan il-Gvern ħadem ukoll biex tiġi implimentata wegħda ta’ għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin lill-firsttime buyers, sabiex koppji jkunu sidien ta’ darhom.

Gvern Laburista huwa l-Gvern tar-riformi. Matul is-sena li għaddiet, urejna li aħna Gvern li nisimgħu l-għajta tal-familji tagħna u mexxejna ’l

Għas-seba’ sena konsekuttiva, pajjiżna klassifika fl-ewwel post fejn jidħlu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+. Bdilna wkoll il-protokoll tal-għoti taddemm, biex kulħadd ikun jista’ jagħti d-demm, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali. Riformi li jibqgħu jagħtu dinjità liċ-ċittadini kollha ta’ Malta u Għawdex.

It-tmexxija għaqlija u d-deċiżjonijiet strateġiċi li ħa dan il-Gvern wasslu wkoll biex nibdew immexxu ’l quddiem il-proġetti ffinanzjati mill-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej ta’ €2.2 biljun miksub minn pajjiżna, hekk kif innegozjat millPrim Ministru Robert Abela fl-2020. Dawn il-fondi Ewropej se jkunu qed jgħinu sabiex nibqgħu ninvestu għall-kwal-

Apparti dawn ir-riżultati, il-wegħdiet ewlenin fil-manifest

Malta Flimkien, bdew jieħdu l-ħajja biex inkomplu ntejbu

l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna u nsaħħu l-investiment u l-fiduċja fin-negozji

żgħir f’xi gazzetta lokali u kollox imut hemm. Kif qatt jista’ l-isports f’pajjiżna jingħata dik l-importanza li tant għandna bżonn jekk aħna stess ma nkunux kburin b’dak li qed niksbu?

ja sportiva. L-isports tal-lum m’għadux dak ta’ 30 sena ilu, iżda sar industrija ta’ negozju b’saħħitha, li parti minnha hija l-marketing. Nemmen li hawnhekk għad fadlilna ħafna x’naqdfu!

It-tmexxija għaqlija ta’ dan il-Gvern ukoll sarrfet biex Malta tkun tista’ tirkupra fi żmien rekord u toħroġ mil-lista l-griża b’riformi mill-ikbar fil-governanza. Ħabbarna wkoll trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd biex nindirizzaw l-isfidi relatati mat-traffiku filwaqt li bqajna ninvestu fl-infrastruttura talpajjiż.

Sena wara qed naraw li fuq prinċipji ta’ ċertezza u stabbiltà, dan il-Gvern se jkompli jipproteġi lill-familji u lin-negozji fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-għoli tal-ħajja. Se nkomplu nwieżnu lil dawk li jifilħu l-inqas u nkunu ta’ garanzija għattfal. Se nibqgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies permezz ta’ ambjent aħjar, ekonomija u infrastruttura b’saħħitha.

Bid-deċiżjonijiet strateġiċi li ħa dan il-Gvern ħriġna b’saħħitna minn pandemija u dħalna għal fażi ġdida ta’ tkabbir. Il-mandat li tana l-poplu rridu nsarrfuh f’iktar ħidma għaliex fadlilna ħafna iżjed xi nwettqu b’fiduċja f’pajjiżna. Sabiex inkomplu nwettqu flimkien irridu nibqgħu nħossu l-polz tal-poplu b’umiltà.

Huwa b’din il-fiduċja li l-1,000 wegħda li għandna fil-manifest elettorali ndawruha f’1,000 kisba.

RODRICK

Għandna ħabta ninsewhom u meta nsemmuhom, ma nagħtuhomx l-importanza li jixirqilhom, u dan m’għandux ikun! Qed nirreferi għall-isportivi Maltin li jagħmlu unur għal pajjiżna.

Minjaf kemm-il darba naraw f’xi profil tal-midja soċjali ta’ atleti Maltin li ġabu unur għal pajjiżhom u forsi xi jiem wara naraw xi paragrafu

Din hija mistoqsija li persuna li tħobb l-isports f’pajjiżna dejjem staqsiet lilha nfisha. Riżorsi bħalma għandhom pajjiżi kbar m’għandniex u ċertu livell f’ċerti dixxiplini mhux daqstant faċli li nilħquhom, però huwa nuqqas kbir li ma nagħtux it-tifħir u l-pjattaforma lil dawk li minkejja dawn id-diffikultajiet xorta waħda qed jibqgħu jgħollu isem pajjiżna.

Donnu l-uniku sport li jeżisti f’pajjiżna huwa l-futbol u dan qed ngħidu avolja jien, kif jafu ħafna, huwa sport għal qalbi ħafna. Però rridu nkunu konxji u jkollna strateġija b’saħħitha u qawwija ta’ promozzjoni f’dak li qed neċċellaw fih fid-din-

Sa ftit jiem ilu, aktar rekords għal Tenisha Thornton u Kim Camilleri Lagana fil-weightlifting, Chris Peplow fl-Isnooker rebaħ liċ-champion Ewropew ta’ taħt il-21 sena, riżultati storiċi fil-Judo hekk kif għall-ewwel darba Malta kisbet midalji f’kompetizzjoni kontinentali tal-Judo, fil-Para Darts Malti jirbaħ turnew fl-Ungerija, Kersten Mercieca jispikka f’turnew professjonali tal-Arm Wrestling u Valletta Subbuteo Klabb jirbħu turnew li huwa kkunsidrat l-akbar kompetizzjoni fit-Table Football mondjali fuq livell ta’ klabbs u individwali. Dawn huma biss uħud mill-aħbarijiet sportivi pożittivi f’inqas minn xahar.

Probabbilment intom li qed taqraw din l-opinjoni li ħejjejt qed tisimgħu b’dawn l-aħbarijiet għall-ewwel darba jew ftakartu li rajtu xi wħud minnhom xi mkien b’mod diskret. Hemm bżonn li l-isport għall-ewwel darba verament nagħtuh l-importanza li jixraqlu u fuq kollox lil dawn l-eroj nuruhom l-appoġġ li jistħoqqilhom.

Ilkoll nafu s-sagrifiċċju li ħafna minnhom qed jagħmlu, biex wara jew qabel ġurnata xogħol ta’ tmien sigħat jew aktar imorru jieħdu t-taħriġ li hemm bżonn biex jirrappreżentaw lil pajjiżna. Nemmen li hemm bżonn ta’ aktar diskussjonijiet bejn il-federazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet, il-membri tal-midja u l-Gvern biex naraw kif nistgħu nagħtu aktar appoġġ lil dawn l-atleti tagħna.

Iżda, inkun qed nonqos imbagħad jekk ma nsemmix dak li huwa tajjeb u fejn nemmen

li l-politika tal-Gvern Malti qed tagħti dak l-inċentiv li għandhom bżonn ir-rappreżentanti tagħna.

L-investimenti minn żmien għal ieħor f’faċilitajiet sportivi ġodda jew oħrajn li saret manutenzjoni qawwija fuqhom bħall-istadium tal-Marsa huma pass fid-direzzjoni tajba u għandhom jibqgħu jkunu ta’ prijorità. L-istess bħalma huwa l-investiment li qed isir minħabba l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Bħalma huwa l-inċentiv ta’ €10,000 għal kull atleta Malti li jikseb midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, fejn qed nuru l-appoġġ tagħna għall-isforzi li qed jagħmlu dawn ħutna.

Il-passjoni dwar is-suġġett iġġiegħlek qatt ma tkun kuntent b’dak li għandek iżda dejjem tkun trid iżjed biex l-eroj tagħna jkomplu jkunu rikonoxxuti għall-impenn tagħhom lejn Malta tagħna!

19.03.2023 12
EROJ
Segretarju Parlamentari ALISON ZERAFA CIVELLI AZZOPARDI ZERAFA

10 SNIN TA’ RIVOLUZZJONI SOĊJALI

na dawk eżistenti. Wara 10 snin ta’ Gvern Laburista, nagħmlu tajjeb illi nieqfu ftit u nirriflettu xi rnexxielna niksbu u x’nistgħu nagħmlu aktar, sabiex insaħħu x-xibka soċjali ta’ pajjiżna.

L-aħħar 10 snin kienu eżempju ċar ta’ kemm dan il-Gvern ma ddejjaqx jidħol għan-nies, u jsaħħaħ ċerti benefiċċji soċjali filwaqt li daħħal oħrajn ġodda bla preċedent, speċjalment fi żmien il-pandemija, sabiex jara li ħadd ma jaqa’ lura.

Dan kien akkwist ekonomiku li minnu gawda kulħadd, l-iktar dawk vulnerabbli fis-soċjetà, u fl-istess waqt rajna n-negozji jinvestu iktar, u jimpjegaw eluf ta’ persuni oħra. Daħħalna l-iskemi tat-tapering of benefits, u l-in-work benefit, sabiex ninċentivaw il-bżulija u nżommu lill-poplu tagħna kemm jista’ jkun ’il bogħod mid-dipendenza soċjali.

qed inressqu miżuri li jiswew spiża addizzjonali ta’ mill-anqas €86 miljun fuq is-sena li għaddiet.

Għexna dawn l-aħħar 10 snin imdawrin b’diversi bidliet soċjali, bidliet li taw nifs ġdid lill-familji, lill-pensjonanti, lill-persuni b’diżabbiltà u lil dawk l-aktar vulnerabbli. Setturi differeni fis-soċjetà li lkoll esperjenzaw imbuttatura ’l quddiem.

Ksibna ħafna, speċjalment fejn tidħol ġustizzja soċjali, implimentajna benefiċċji ġodda, filwaqt li żammejna u saħħaħ-

Dħalna għall-ħaddiema u għan-negozji waqt ix-xhur kiefra tal-pandemija, u li kieku dan ma seħħx kienu jintilfu eluf ta’ impjiegi, li warajhom hemm il-familji, it-tfal. Grazzi għall-politika meqjusa, m’esperjenzajniex xenarju ikrah bħal dan.

Tajjeb ukoll illi niftakru minn fejn tlaqna fl-2013, meta kellna l-Kummissjoni Ewropea tiġri warajna minħabba defiċit eċċessiv. Fi ftit snin, bdilna r-rotta ekonomika, u dawwarna dan id-defiċit f’surplus.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kontinwament jikkonferma l-anqas rati ta’ qgħad f’pajjiżna ta’ kull żmien. Fl-istess waqt komplejna inkabbru l-ekonomija Maltija, bl-estimi għas-sena 2022, juru li l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7% meta mqabbla mal2021. Dan it-tkabbir ekonomiku f’Malta huwa d-doppju tal-medja ta’ dak fiż-Żona Ewro.

Sal-lum il-ġurnata bis-saħħa ta’ ekonomija robusta u stabbli, qed nerġgħu nkunu solidali mal-pensjonanti, mal-anzjani, mal-familji u ma’ dawk li jifilħu l-anqas. Għal dawn, din is-sena

Grazzi għal dan kollu, stajna nibqgħu ninvestu fin-nies, fil-benefiċċji soċjali u f’dak kollu li jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja. Dan tant li llum il-Ministeru Soċjali għandu l-ikbar allokazzjoni finanzjarja ta’ kull żmien, li tlaħħaq iż-żewġ biljun ewro. Investiment massiċċ illi jkopri nefqa fuq il-familji, il-pensjonanti, persuni vulnerabbli u ma’ kull min għandu bżonn imbuttatura ’l quddiem.

Fl-istess ħin l-għadd ta’ nies li jiddependu mill-assistenza soċjali u mill-għajnuna għallqgħad kompla jonqos matul l-2022 u niżel għall-anqas livelli li qatt ġew reġistrati. Dan kollu m’aħniex qed niksbuh b’kumbinazzjoni, iżda qed jinkiseb permezz ta’ pjan ċar u sostenibbli. Dan il-pjan jara li jitfa’ l-iktar enerġija fejn hemm l-aktar bżonn u l-aktar finanzjament fejn hu meħtieġ.

PROTEZZJONI TAL-MINURI

tal-minuri qed tipproponi li jista’ jkun hemm aktar minn bord wieħed sabiex ix-xogħol jimxi b’aktar effiċjenza.

qegħdin nipproponu bħalissa.

Ħbieb, qegħdin hawn għal kulħadd. Ikun żball jekk xi darba nieqfu niġġeddu, jew li nkella ma nagħtux kas ta’ ċerti każijiet, għax m’hemmx mijiet jew eluf bħalhom. Wara kull każ, hemm persuna, hemm familja. Dan il-Ministeru Soċjali ser jibqa’ kommess li jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lil kulħadd. Irridu nkomplu nilqgħu għal realtajiet soċjali ġodda.

Perfetti m’aħniex, nirrikonoxxu li kien hemm fejn stajna għamilna aħjar. Quddiem dan kollu iżda, xorta nemmen li wettaqna ħafna, li tajna stimolu pożittiv lill-qagħda soċjali ta’ pajjiżna. Ma jistax jonqos li se nkomplu naraw fejn nistgħu ntejbu, għax nirrikonoxxu li fadal nies li mhumiex ilaħħqu mal-ħajja jew ma jistgħux jagħmlu kapriċċi. Dawn l-aħħar 10 snin huma l-pedament t’aktar xogħol u ġid soċjali, ġid illi dan il-Gvern kommess li jkompli jtejjeb sabiex jagħmel id-differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies.

Illum xtaqt niddiskuti magħkom din l-emenda tant importanti fil-liġi li proprju tħares lill-minuri, lil dawk it-tfal li m’għandhomx vuċi. Bla dubju t-tfal kollha huma l-mimmi ta’ għajnejna u waħda mir-raġunijiet li jiena ġejt eletta fil-Parlament, hija proprju sabiex inkun il-leħen ta’ dawk li m’għandhomx min jitkellem għalihom.

Din hija r-raġuni għalfejn jien qiegħda nirrappreżentakom. Inħoss sodisfazzjon kbir li nista’ nagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ min jeħtieġ l-għajnuna, u wkoll apparti l-ħidma tiegħi, irrid li nħalli legat għal dawk li għadhom iridu jmexxu lil pajjiżna fil-futur.

Fost l-emendi li qegħdin naħdmu fuqhom bħalissa, qed ikun propost funzjonament aħjar tal-Bord tar-Reviżjoni. L-emenda favur il-ħarsien

Permezz t’hekk nassiguraw li min qiegħed jiddependi fuq deċiżjonijiet tal-bord, ma jdumx aktar milli hemm bżonn minħabba ammont kbir ta’ xogħol f’popolazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied. Il-pjan ta’ ħarsien jew kif inhu normalment imsejjaħ bl-Ingliż fostna l-Maltin, il-care plan huwa hemm biex jassigura li d-deċiżjonijiet illi ttieħdu ser jitwettqu proprju għall-ġid ta’ dawn ittfal.

Minħabba ċirkostanzi li jista’ jkun jinsabu fihom dawn it-tfal, hemm il-bżonn li dawn il-careplans ikunu flessibbli u li għaldaqstant isiru reviżjonijiet perjodiċi kif u meta jkun meħtieġ. Sabiex isir dan kollu kif suppost hemm bżonn ir-riżorsi u għaldaqstant hemm bżonn li jiżdied l-ammont ta’ bordijiet li jagħmlu dan ix-xogħol sabiex kull deċiżjoni jew bidla li għandha ssir għall-ġid tat-tfal issir mingħajr dewmien u mingħajr ma jbati ħadd.

Għal dan il-għan ser inkomplu għaddejjin bid-devoluzzjoni tal-poteri, għaliex fl-emendi li kellna qabel f’din il-liġi konna għaddejna dawn il-poteri lid-Direttur għall-Ħarsien tatTfal flok il-Ministru kkoncernat. L-irwol ta’ dan id-Direttur issa ġie ċċarat f’din l-emenda li

Il-funzjonijiet huma bosta u nixtieq li nsemmilkom uħud, sabiex tkunu tafuhom u wkoll tanalizzaw il-ħidma tagħna f’dan ir-rigward. Fost dawn insibu li d-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal huwa fil-fatt ukoll ir-Reġistratur skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri. Dan ifisser illi d-Direttur irid iżomm b’mod sikur u aġġornat dan ir-reġistru.

Irid ukoll jaġġorna dan ir-reġistru skont l-ordnijiet mogħtija mill-Qrati u mit-Tribunali ta’ Malta kif ukoll kwalunkwe Qorti kompetenti oħra. Id-Direttur irid ukoll jipproċessa talbiet għar-rilaxx ta’ ċertifikati ta’ kondotta nadifa fir-rigward ta’ abbuż ta’ minuri.

Irid ukoll jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex iżomm ir-reġistru sikur skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Qegħdin ukoll nipproponu li d-Direttur ikollu s-setgħa li jitlob l-informazzjoni minn entitajiet fir-rigward taż-żamma tar-Reġistru. Kif qegħdin taqraw, tifhmu kemm hemm obbligi f’dan il-qasam u wkoll kemm hemm responsabbiltà f’dak li huwa ħarsien. Ukoll, f’dawn il-funzjonijiet, qegħdin naraw li hemm bżonn il-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet sabiex ix-xogħol ta’ dan id-Direttorat ikun iffaċilitat. Il-qofol u l-importanza

f’dan kollu huwa li nżommu t-tfal fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li nieħdu. Tajjeb illi ngħid li fl-iżvilupp tat-tfal, ftit jiem jafu jagħmlu differenza kbira. Għaldaqstant, il-ħin fejn jidħlu dawn il-kwistjonijiet huwa imprezzabbli u ma jistax jiġi kkalkulat bl-istess mod ta’ kif nikkalkulaw il-ħin fostna l-adulti.

Punt ieħor importanti f’dan ir-rigward huwa il-protezzjoni tad-data fejn jidħlu t-tfal. Dak kollu li huwa kunfidenzjali rridu naraw li jibqa’ kunfidenzjali. Huwa inutli li nkunu għamilna ħafna xogħol jekk ikun hemm informazzjoni li tasal fejn ma għandhiex tasal. Huwa essenzjali li dan il-punt ikun ċar ta’ kif tintuża u minn min għandha tintuża informazzjoni li hija tant sensittiva. Huwa importanti ferm li nidħlu fid-dettal tagħha u għaliex din il-liġi daħlet fis-seħħ.

Għalhekk huwa tajjeb li nifhmu x’inhi l-importanza tal-protezzjoni li toffri din illiġi fejn tidħol il-protezzjoni tad-data u informazzjoni oħra. Fejn jidħlu t-tfal m’hemmx kompromessi.

Il-bżonn ta’ taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu huwa essenzjali. L-importanza tattaħriġ f’dan ir-rigward huwa fundamentali. Huwa importanti li wieħed joqgħod attent ħafna u li jkun jaf jiddistingwi r-rwoli differenti tal-profess-

jonisti f’dawn l-oqsma.

Apparti dan id-dettall u l-fatti li ktibt sabiex ikollna għarfien f’dan kollu, irrid ukoll insemmi l-inċentivi b’saħħithom li qed jagħti l-Gvern fejn jidħlu t-tfal. Apparti minn żieda kontinwa fil-children’s allowance, u l-proviżjoni ta’ kull bżonn għat-tfal li għandhom bżonnijiet fl-iskejjel tagħna, rajna wkoll sinjal ċar li post it-tfal kemm jista’ jkun huwa fi ħdan il-familja.

Għaldaqstant, rajna żieda fl-allowances għall-foster carers li rrid ngħid jgħaddu minn skrutinju sewwa qabel ma dawn jiġu fdati b’dan l-inkarigu. Rajna wkoll żieda fl-allowances għal min jiddeċiedi li jaddotta t-tfal.

Minn qalbi nsellem b’mod partikolari lis-sorijiet li jagħmluha ta’ ġenituri għal bosta tfal fi djar residenzjali u nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu b’ tant u tant imħabba u għożża.

Minbarra dan kollu naċċenna li għandna nkunu aħna ta’ spalla sabiex lit-tfal nagħmluhom tassew iċ-ċentru tad-deċiżjonijiet illi jikkonċernaw lilhom. Ser inkunu aħna stess li nkomplu ntejbu l-liġijiet tagħna b’mod kontinwu kif qegħdin nagħmlu sabiex kulħadd iħossu parti minn din is-soċjetà tagħna, li fl-aħħar mill-aħħar huwa dritt ta’ kulħadd.

19.03.2023 13
Membru Parlamentari KATYA DE GIOVANNI Ministru MICHAEL FALZON

NOFSTANHAR FIL-PARK

Mijiet jiltaqgħu mal-Prim Ministru fil-Park ta’ San Klement, li minn żona abbandunata u t’abbuż ġiet ikkonvertita fi spazju miftuħ u ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha

Għad-dell tas-siġar, f’ambjent naturali qrib il-komunitajiet ta’ Ħaż-Żabbar u l-madwar, il-Park ta’ San Klement illum joffri spazju miftuħ sigur fejn wieħed imur jirrilassa u jgawdi ftit ħin tal-mistrieħ mal-familja tiegħu.

Il-post kompla jiġi rriġenerat u mkabbar fl-aħħar xhur bħala parti mill-impenn tal-Partit Laburista mill-Gvern li jinvesti aktar fi spazji miftuħa. Sal-2020 kien għadu suxxettibbli għal diversi abbużi, minn rimi irresponsabbli ta’ skart goff għal lok ta’ teħid tad-drogi, li allura kien jagħmlu post mistkerrah minn ħafna.

Iżda tliet snin ilu, il-Gvern ħaseb biex din iż-żona mitluqa u żdingata daqs erba’ grounds tal-futbol, magħrufa wkoll bħala l-Foss ta’ Ħaż-Żabbar, inbidlet f’park għall-familja b’investiment ta’ €600,000.

Dakinhar il-post ġie mgħammar minn Parks Malta b’sistema ta’ kameras tas-sigurtà biex ikun żgurat li ż-żona tibqa’ mħarsa, waqt li tħawlu madwar

2,200 siġra u pjanti indiġeni, b’sistema moderna ta’ tisqija.

Ix-xahar li għadda, imbagħad, sar investiment ulterjuri fuq il-post ta’ aktar minn 2,000 metru kwadru biex dan il-park, li sar popolari mar-residenti, ikompli jitgawda. Wara xogħol ta’ riġenerazzjoni minn Project Green, tħawlu aktar minn 250 siġra u arbuxell oħrajn, filwaqt li sar trattament mal-ħajt tal-ground tal-futbol biex jitħaddar ukoll. Minbarra hekk tneħħew l-ispeċi invażivi u tpoġġew bankijiet magħmulin minn materjal sostenibbli.

Bħala parti mill-wegħda l-ġdida tal-Gvern Laburista li jinvesti €700 miljun fi spazji miftuħa u t-twelid tal-aġenzija Project Green, ir-riġenerazzjoni tal-Park ta’ San Klement se jkunu qed igawdu minnu madwar 11,000 resident, li se jkollhom aċċess għalih f’inqas minn għaxar minuti mixi minn fejn jgħixu.

Sadanittant f’ambjent informali, nhar il-Ħadd li

għadda, il-Prim Ministru Robert Abela u l-familja tiegħu ltaqgħu u tkellmu ma’ dawk li żaru l-attività organizzata mill-Partit Laburista fl-istess park. Għar-rispons pożittiv dwar dan il-park, il-Prim Ministru nnota kif dan hu wieħed minn diversi proġetti li saru u mill-ħafna li għadhom iridu jsiru hekk kif il-Gvern qed jagħti prijorità akbar minn qatt qabel lill-ispazji fejn wieħed imur jgħaddi ftit tal-ħin ’il bogħod mill-ħajja impenjattiva ta’ kuljum. Inno ta kif ir-ritmu tajjeb li nqabad fl-aħħar xhur se jkun qed jiżdied fiż-żmien li ġej, hekk kif il-Gvern għadu biss fl-ewwel sena minn ħamsa ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida.

Din l-attività wkoll ippromwoviet l-artiġjanat Malti, is-sostenibbiltà u s-separazzjoni tal-iskart, fost oħrajn. Waqt li t-tfal setgħu jiddevertu f’attiv itajiet li ġew organizzati speċifikament għalihom, il-ġenituri u n-nanniet segwew jew ħadu sehem f’logħob tradizzjonali Malti, fost oħrajn.

19.03.2023 14
19.03.2023 15 l-familja l-attività il-Prim diversi jsiru qatt tal-ħin Innojkun għadu il-leġiżlatura l-artiġjanat tal-iskart, f’attivgħalihom, sehem

X’INHU GVERN LOKALI?

ħol tal-Assoċjazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġni diġitali www.lca.org.mt u www. ilkunsill.com.

Kif tista’ tkun kunsillier effettiv?

Uħud ilhom jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali għal diversi snin. Oħrajn jistgħu jkunu relattivament ġodda, filwaqt li wħud se jikkontestaw għall-ewwel darba f’Mejju tal-2024, meta pajjiżna jkollu l-elezzjonijiet lokali li jmiss.

Anki kunsilliera kurrenti jkun jeħtiġilhom li kultant jirrevedu ftit il-mod ta’ kif ħadmu fis-snin passati u jekk hemmx bżonn jibdlu l-approċċ tagħhom.

Sur Editur, Kemm ħadt gost nisma’ lill-Prim tagħna, il-Ħamis li għadda! Kemm kien b’saħħtu fi kliemu. Faqgħu l-Parlament. Hekk għedtilha lil Melda tiegħi, li kellna bżonnu diskors imqanqal hekk. U mela banana jew! X’kull waħda.

Prim, sewwa għamilt. Issa avolja diġà xbajt tispjega, imma ma’ dawn l-intamati, trid tispjega, tispjega u terġa’ tispjega. Għax anki s-sewwa magħruf idawru u jħarbtu. U tinduna li kont qed tikxfilhom il-qerq u l-gideb ta, għax seduta sħiħa jgħajtu għajjat isteriku għamlu. Ummi ma xi dwejjaq fihom.

Gvern Lokali huwa l-eqreb awtorità tar-resident. Jieħu deċiżjonijiet li bl-aktar mod dirett jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħna. Kunsill Lokali mhux biss kunsill għar-residenti iżda tal-kommunitajiet differenti, inklużi dawk tan-negozju, ta’ minoranzi u kulturi differenti. Irridu ngħidu li l-elezzjonijiet lokali huma l-akbar eżerċizzju demokratiku li jseħħ f’kull pajjiż demokratiku. Dan għaliex filwaqt li elezzjoni nazzjonali teleġġi 79 membru rappreżentattiv fuq bażi nazzjonali, l-istess numru ta’ votanti f’elezzjonijiet lokali jeleġġu aktar minn 460 rappreżentant lokali. Dan fi spirtu ta’ tħaddim tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni, hekk kif spjegat fid-dettall fiċ-Charter tal-Kungress Ewropew għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali.

Ir-rwol prinċipali tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali jibqa’ dak li jaħdmu ma’ stakeholders u msieħba soċjali oħra.

L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali

Il-membri tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali huma l-membri eletti lokali, filwaqt li l-Eżekuttiv tagħha jiġi elett fi proċess ta’ elezzjonijiet li fihom jipparteċipaw il-membri eletti lokali.

Ix-xogħol primarju tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali huwa li tassigura li l-Gvern Lokali f’pajjiżna jkun b’saħħtu, kredibbli u li jwassal il-vuċi kemm tal-Kunsilliera eletti kif ukoll tar-residenti li nirrappreżentaw. L-għan tagħna huwa li ninfluwenzaw l-aġenda politika lokali fuq materji li nistgħu naħdmu fuqhom u li nemmnu li jistgħu jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Fil-fatt, lura fl-2019, l-Assoċjazzjoni

Kunsilli Lokali nediet il-viżjoni tagħha, Resident First – Better Quality of Life, li hija bbażata fuq erba’ pilastri ewlenin. Dawn huma mobbiltà sostenibbli, spazji miftuħa, ambjent urban u bliet u rħula intelliġenti. Din hija xi ħaġa li llum qed jitkellem dwarha kulħadd.

L-impenn tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali jibqa’ dak li tagħti sostenn prattiku sabiex l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali jibqgħu jesploraw u japprofittaw minn opportunitajiet li jġibu progress fil-komunitajiet tagħna.

Għal aktar informazzjoni dwar ix-xog-

Dawk ġodda, ser jibdew jirrikonoxxu aktar id-diversi aspetti li wieħed irid jaħdem fihom sabiex ikun kunsillier effettiv. Speċjalment fil-bidu, kunsilliera ġodda jsibuha diffiċli sakemm isibu saqajhom. Anki għaliex il-partiti ewlenin, jonqsu milli jħarsu lejn il-kwalità u aktar iħarsu lejn in-numri ta’ voti li dak l-individwu jista’ jiġbed.

Anki għaliex hemm vojt fejn jidħol taħriġ għall-kandidati, sabiex jekk effettivament jiġu eletti, dawn ikunu jistgħu jibdew jaħdmu mill-ewwel. Għaldaqstant, l-istil ta’ approċċ li wieħed jaddotta, huwa strumentali sabiex jibda fuq sieq tajba mill-bidu.

X’inhu r-rwol ta’ kunsillier?

Kunsillier għandu numru ta’ responsabbiltajiet li jrid iżomm f’moħħu jekk verament irid jagħmel differenza pożittiva, Uħud huma:

(i) Imexxi u jiżviluppa strateġiji u pjan għal-lokalità tiegħu u jassikura bilanċ bejn il-bżonnijiet differenti tar-residenti u l-lokalità, filwaqt li jidentifika l-prijoritajiet li l-Kunsill Lokali għandu jaħdem fuqhom.

(ii) Jassikura li jkun hemm akkontabbiltà demokratika għas-servizzi pubbliċi offruti u li dawk li jipprovdu servizz lill-Kunsill, ikunu akkontabbli u jipprovdu l-aħjar valur miżjud għal dak li jkunu qed jitħallsu għalih.

(iii) Jinvolvi fil-ħidma tiegħu stakeholders ewlenin sabiex iġib lil kulħadd flimkien sabiex jiġu indirizzati sfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

(iv) Isegwi dak li jkun qed jiġri fil-Kunsill Lokali, partikolarment jassikura li jkun hemm skrutinju tajjeb fuq il-ħidma, il-pjanijiet, id-deċiżjonijiet, l-effiċjenza u l-infiq tal-Kunsill Lokali.

(v) Flimkien ma’ sħabu jaġixxi bħala mexxej lokali f’sens li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-residenti, tal-komunità tan-negozju, ta’ għaqdiet lokali u oħrajn, sabiex dawn ikunu parti mid-deċiżjonijiet meħuda u jirrenja aktar is-sens ċiviku fil-lokalità.

(vi) Jaħdem flimkien ma’ sħabu sabiex flimkien jassiguraw li joħolqu ambjent dejjem isbaħ u aħjar li l-komunità tkun tista’ tgħix fih.

Wieħed irid ifakkar li kunsillier għan

du dejjem jaġixxi b’mod trasparenti, responsabbli, inklużiv u ġust.

Dażgur li jkunu isteriċi. U jippruvaw itellfu lill-Prim tagħna milli jitkellem. Għax il-bużżieqa li nefħu fuq din tal-isptarijiet, infaqgħet f’wiċċhom. Għax nefħu, u nefħu u nefħu fiha ta! U ħadu rikba minn fuq dak li għamlulu bħal Ġulju Ċesri. L-ewwel daħħlulu l-istalletti f’dahru, u mbagħad daru miegħu jinċensawh. Ja qatta ipokriti li huma. Di natura u bil-pedigree.

Taf x’ħadt gost ukoll, Sur Editur? Meta l-Prim tagħna qal lil Adrian id-Delia biex joqgħod attent minn ta’ ħdejh. U sewwa qallu. U ħdejh min kien hemm? Dak li ma’ ħuh jaħsbu li huma l-Gran alla. Karol l-Aquilina. Insulta lill-Prim tagħna, ja patetiku li hu. Għandu biex jinsulta wkoll! Miskin. Ma nafx kif jissaportuh ta’ madwaru jien.

U xi tgħid għal Ġulju Adrian id-Delia Ċesri? Mela xħin il-Prim tagħna beda jikxef il-gideb tiegħu, dan id-Delia beda jgħajjat li l-Prim għandu jirtira dak li qal, qallu li gideb. Issa l-Prim beda jikkwota fejn gideb Delia fl-argumenti li għamel, u kull darba d-Delia beda jgħajjat u b’furja ma riedx iħalli lill-Prim tagħna jitkellem.

Dak li huma dawn in-Nazzjonalisti. Iridu jirbħu billi jipprovokaw. Għax hekk magħmulin, bla sustanza. U biex mingħalihom iġibuha favurihom, jipprovokaw biex ikun hemm xi ħadd minn tagħna jaqa’ għall-provokazzjoni. U ħallihom u mbagħad, ipeċilqu li aħna ħamalli, vjolenti u marmalja.

Taf min hu marmalja, Sur Editur? Min mexa wara l-Prim tagħna wara s-seduta Parlamentari, jipprovokah u jissottah. Bħalma għamel dak li qatt ma bbrilla meta kien segretarju ġenerali tagħhom, Pawlu l-Borg Olivier. Kiesaħ ieħor dan, li jekk jgħolli abtu, jistordi bir-riħa li jxomm. Mhux tal-għaraq ta, għax qatt ma qatta’ blat dan l-għaref.

U mbagħad kont qed inqalleb u rajt filmat li kexkixni, Sur Editur. Anzjani quddiem il-Parlament, jobżqu lill-ġurnalisti tal-istazzjon tagħna. Kelli narah darbtejn, tlieta l-filmat, għax lanqas ridt nemmen lil għajnejja. Issa nara jkunx hemm xi ħadd li jikkundannahom lil dawn! Għandhom għalfejn ukoll! Jafu ħajjithom lill-Gvern tagħna dawn. Għax kieku ma kienx il-Labour, kieku la għandhom pensjoni u lanqas kellhom żieda fuq żieda fil-pensjoni. Ġibniehom nies u minfuq jobżqulna. Puuu għal wiċċhom!

Ipokriti dak li huma. Bħall-ipokrisija grassa li ħarġet mal-mewt tal-mibki Edwin tagħna. Missier Karen. Ħallewh ħajtu kollha jittama li xi darba jkun magħruf is-sewwa dwar min qatel lil bintu. U miet mingħajr ma saret ġustizzja miegħu, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna.

Imbasta Eddie! Eddie! Eddie! kien qal li jaf min qatel lil bintu. Imma qatt ma’ sab il-boċċi biex jgħid il-verità. Issa too fakin late.

U wara mewtu, niftaħ it-tħarbixa ta’ gazzetta tagħhom u nsib ritratt ta’ Edwin tagħna u miegħu kitba li l-PeNe sellem il-memorja ta’ Edwin Grech. Ja oqbra mbajda!

U neputih, Bernard il-Grech qal li Edwin tagħna kien il-persuna li ispirah. Ispirah? Ma tgħallimx mill-umiltà u mill-imħabba li Edwin tagħna kellu għall-proxxmu tiegħu, imma ta!

Skużani Sur Editur illum! Imma ma niflaħx narahom quddiem għajnejja lil dawn l-intamati. Ħodor u vendikattivi ma’ tagħhom stess, aħseb u ara magħna. Alla jilliberana milli jerġgħu jkunu filgvern, Sed libera nos a malo. Amen.

Ħa mmur nibla’ waħda tal-pressjoni, ara.

Għad-dieħla!

-
19.03.2023 16
President Sezzjoni Kunsillier PL MARIO FAVA

MEDJA TA’ 50 PERSUNA RIKOVERATI B’ATTAKK TAL-ĠEBLA KULL XAHAR

F’Malta, il-ġebel fil-kliewi huma l-aktar problema uroloġika komuni fid-dipartiment ta’ l-emerġenza, fejn kull ġimgħa jkun hemm madwar 32 każ. Minn dawn, madwar 50 pazjent fix-xahar jiddaħħlu l-isptar għal aktar trattament fosthom intervent kirurġiku u b’kollox, f’Malta l-uroloġisti jwettqu madwar 600 proċedura fis-sena sabiex ineħħu l-ġebel mill-kliewi.

Dan ħareġ waqt konferenza organizzata minn Vivian Corporation li ddiskutiet it-trattament u l-immaniġġjar tal-ġebla fil-kliewi. L-attività saret sabiex ikun imniedi l-ewwel prodott ta’ Devicare f’Malta, prodott maħsub għall-prevenzjoni sekondarja tal-ġebla fil-kliewi kif ukoll għall-prevenzjoni wara operazzjoni.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġebla fil-kliewi, Malta tiffaċċja diversi sfidi, fosthom limitazzjonijiet fl-analiżi talġebla u nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva. Minħabba l-fatt li ċerti testijiet għadhom isiru barra minn Malta, hemm nuqqas ta’ data marbuta malepidemoloġija u l-ġenetika, waqt li kliniċi tan-nefroloġija u l-uroloġija diġà mħabbtin ħafna. Minbarra dan, għad hemm ħafna nuqqas t’għarfien dwar din il-kundizzjoni u kif tista’ tiġi evitata.

Għaldaqstant, teżisti statistika li turi kif 70% ta’ dawk li jbatu bil-ġebla fil-kliewi kellhom inaqqsu x-xogħol tagħhom b’50%, filwaqt li 32% esperjenzaw disfunzjoni sesswali. “Ħafna pazjenti għadhom ma jafux li sakemm il-ġebel fil-kliewi ma jkunx kbir tant li jkun hemm bżonn li jitneħħew b’operazzjoni, il-kumplikazzjoni ta’ ġebla fil-kliewi hi xi ħaġa li tista’ tkun immaniġġjata mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku,” spjegat Daniela Magro, Urology Business Unit Lead ta’ Vivian.

“Għalkemm dan in-numru mhuwiex daqshekk għoli meta mqabbel ma’ ċifri f’pajjiżi oħrajn, din il-kundizzjoni xorta

tfisser uġigħ għall-pazjent, meta dan jista’ faċilment ikun evitat, biex ma nsemmux il-kura u t-trattament fl-isptar li jkompli jkun ta’ iżjed piż fuq is-sistema tas-saħħa,” kompliet Magro.

Tajjeb tkun taf …

■ Xi kultant jiffurmaw bħal kristalli fid-demm u dawn jinġabru fil-kliewi. Biż-żmien, dawn jinġemgħu u jiffurmaw f’ħaġa solida li tissejjaħ ġebla tal-kliewi.

■ Il-ġebel fil-kliewi jistgħu jinġemgħu f’kilwa jew fit-tnejn u, ħafna drabi, jaffettwaw persuni ta’ bejn it-30 u s-60 sena, b’possibbiltà ta’ wġigħ kbir.

■ Ħafna mill-ġebel fil-kliewi jkun żgħir ħafna u jgħaddi mill-ewwel bla bżonn ta’ xi intervent, iżda meta jkunu kbar, ikollhom bżonn jitkissru bl-użu ta’ proċeduri differenti skont il-bżonn. Xi kultant ikun hemm bżonn ta’ keyhole surgery biex il-ġebliet jitkissru b’mod dirett.

■ Biex tevita l-ġebel fil-kliewi, ixrob kemm jista’ jkun ilma (2/3 litri kuljum) biex iżżid il-volum tal-awrina u traqqaqha kemm jista’ jkun. Naqqas l-ammont ta’ sodju, proteini u oxalate, billi żżomm ammont kostanti ta’ kalċju (madwar 1g kuljum) u b’eżerċizzju regolari.

Corporation. Devicare hi kumpanija bijoteknika Spanjola li diġà hi preżenti f’65 pajjiż fejn tiżviluppa trattamenti mediċi fil-qasam tal-uroloġija.

“Fi Spanja, il-patoloġija tal-uroloġija marbuta mal-ġebel fil-kliewi taffettwa lil iżjed minn 2.2 miljun persuna, minbarra t-325,000 każ ġdid kull sena skont ċifri maħruġa mill-Ministeru għasSaħħa Spanjol,” żied jgħid Rosendo Garganta, il-Fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Devicare li kien f’Malta għat-tnedija uffiċjali lokali tad-ditta.

iżjed tagħrif mediku u ħajja aħjar,” żied Garganta.

Il-prodotti ġodda għat-trattament tal-ġebel fil-kliewi, Lit-Control®, huma maħdumin b’mod speċjali skont it-tip ta’ ġebla li jista’ jkollu l-pazjent.

Lit-Control pH Balance inaqqas iċċans ta’ tkabbir ta’ calcium crystal fl-awrina, Lit-Control pH Up inaqqas it-tkabbir uric acid crystal u jżid il-pH fl-awrina, filwaqt li Lit-Control pH Down inaqqas l-iżvilupp ta’ struvite crystal u jnaqqas ukoll il-pH fl-awrina.

L-attività, li għaliha attendew grupp ta’ madwar 35 uroloġista, nefroloġista u esperti fid-dieta, serviet ta’ introduzzjoni għall-kumpanija Devicare li issa hi rappreżentata f’Malta minn Vivian

I ieħeb

“Kburin li qed nikkollaboraw ma’ Vivian għax iż-żewġ kumpaniji jħaddnu l-istess filosofija importanti fejn nibqgħu impenjati li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti permezz ta’ kura medika aħjar. Li nkomplu nedukaw u ngħarrfu lill-professjonisti u lill-pazjenti dwar il-fatt li l-kundizzjoni tal-ġebel fil-kliewi tista’ tkun evitata, iwassal għal

Devicare niedet ukoll prodott ieħor bl-isem ta’ Canoxidin®, soluzzjoni innovattiva maħsuba biex tevita r-riskju ta’ kumplikazzjonijiet assoċjati ma’ apparat uroloġiku, fosthom ureteral stents u bladder catheters.

Il-prodotti ġodda ta’ Devicare diġà jinsabu fl-ispiżeriji ewlenin madwar Malta.

www.partitlaburista.org

5160 2034 - €10

SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel

19.03.2023 17
isem, kunjom
tal-persuna)
Laburista
u ID
mal-Partit
Sakemm il-ġebel fil-kliewi ma jkunx kbir, il-kumplikazzjoni tista’ tkun immaniġġjata bla ħtieġa ta’ operazzjoni

L-EWWEL POST GĦAD-DIVERTIMENT FIL-FTUĦ

Hekk kif wieħed jaqbad it-telgħa tal-Birgu, bla ma jrid jiffaċċja l-binja li f’Malta tas-snin 30 kienet l-ewwel waħda li toffri spettaklu u rikreazzjoni fil-beraħ. Kienet isservi kemm bħala bar u restorant u kienet post ideali għan-nies ta’ dawk iż-żminijiet, fejn anki Għawdxin kienu jinżlu minn gżirithom biex jiddevertu b’mod li qatt ma kienu esperjenzaw. Qed nirreferi għal Café Riche, u għalhekk tkellimt ma’ ANNA MARIA CASSAR, il-proprjetarja preżenti fit-tielet ġenerazzjoni ta’ dan in-negozju.

Minn CHARLES B. SPITERI

Wieħed jista’ jimmaġina li l-maġġoranza l-kbira tan-nisa Maltin u Għawdxin tas-snin 30 kienu għadhom jemmnu li ħajjithom kellhom iqattgħuha: jew jgħinu lil żwieġhom f’xi għalqa, jew fid-dar iduru b’uliedhom jew inaddfu u jħitu. L-uniku sfog tagħhom barra mid-dar kienet tkun il-mixja għall-quddiesa u lura, jew biex jixtru l-ħtiġiet ta’ kuljum.

Min-naħa tagħhom, l-irġiel kienu joħorġu għall-quddiesa, imbagħad għax-xogħol u jirritornaw id-dar għall-ikel. Kien ikun hemm minnhom li jmorru f’xi titotla, jixorbu xi ħaġa ma’ ħbiebhom jew f’każin, l-aktar tal-banda.

Kienet għalhekk okkażjoni speċjali li wara li fis-sena 1930, Raphael Busuttil wettaq il-ħolma tiegħu meta ra art mimlija terrapien imdawra b’buskett sabiħ u minn art mimlija terrapien ħoloq post ta’ divertiment. Dan il-post tlesta fl-1933 u kellu joffri divertiment uniku li f’pajjiżna ma kienx għad hawn bħalu.

Ta’ min isemmi li Raphael kien ilu sa minn żgħożitu fil-qasam tal-catering. Kellu xi żewġ ristoranti żgħar f’Bormla, iżda xtaq jespandi n-negozju li kellu. Inqeda bil-ħila ta’ ħuh Patist, li kien kuntrattur prim u fi ftit żmien bnew l-art b’materjal prim, biex fis-sena 1933 infetaħ dan il-Café Riche.

Mill-Marokk għal Malta

L-isem Café Riche, Raphael ġabu miegħu mill-Marokk, wara li kien siefer f’dak ilpajjiż ma’ ħutu Balol u Joseph, li lill-familja ta’ dan tal-aħħar kienu jirriferu għaliha bħala ‘tal-Marokk’, ra ħanut mill-isbaħ bl-istess isem, u daħħalha f’rasu li jagħmel wieħed bħalu u jsemmih għalih.

Tant kien hekk, li l-ewwel kmamar oriġinali tal-post, jiġifieri l-kamra l-kbira li kienet isservi ta’ restorant u l-kċina, saru fl-istil Marokkin. Il-bqija kien kollu spazju miftuħ, u kien jibqa’ sejjer sal-ħajt tas-sur.

Fuq din l-art miftuħa, Raphael qatagħha li jibni palk għall-ispettaklu, fejn kienu jdoqqu bosta live bands magħmula minn artisti Maltin li saru magħrufa. Fosthom, jissemmew il-banda ta’ Vinnie Vella; it-tenur Oreste Kirkop, li skont Anna, ta’ tifel ċkejken kien imur jipprattika fuq il-pjanu peress li kien jitla’ għand xi familjari f’Bormla, u l-grupp Stage Commandos.

Minbarra għall-varjetajiet familjari differenti, l-ispazju miftuħ ta’ Café Riche kien għamel isem enormi bħala lok fejn ikunu ċċelebrati t-tiġijiet. Kienu bosta l-Maltin, u sa fizzjali Ingliżi li żżewġu hemm. Minn dawn il-Maltin għad fadal xi ftit li kull sena jagħmlu l-ikla tal-anniversarju tagħhom fl-istess post.

L-ewwel attivitajiet

Il-parti miftuħa kienet jintuża wkoll għall-ewwel rolling skating f’pajjiżna, li ħoloq furur fost iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien. Fi

żmien il-gwerra kienu jiddawru wkoll is-silent movies, waqt li l-mara tal-kuġin ta’ missierha, Mary Said, li kellhom ir-Rialto kienet tmur iddoqq il-pjanu, biex mhux kollox ikun fil-muta.

Anna Maria qaltli li filpost kien hemm bieb jagħti għax-xelters u n-nies kienu jitilgħu minnu biex isegwu. Nannitha kienet tirrakkuntalha kemm kienu jidħqu n-nies meta jaraw dawk il-filmati.

F’dawk iż-żminijiet sal-aħħar tal-ħamsinijiet, l-irġiel kienu jħallsu għad-dħul, filwaqt li n-nisa dejjem kienu jidħlu bla ħlas, l-istess bħan-nisa tal-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi.

Il-parti miftuħa ta’ Café Riche kienet iservi wkoll għal attivitajiet politiċi. Anna Maria qaltli li l-mexxejja tal-partiti, bħal Mintoff u Borg Olivier kienu ta’ sikwit imorru jixorbu u jitkellmu man-nies tal-partit tagħhom fil-ħanut, iżda meta jiġu għall-attivitajiet politiċi, fin-naħa tal-Kottonera kien

hemm it-tabù li n-Nazzjonalisti ma setgħux jersqu lejn dik in-naħa.

L-attivitajiet politiċi f’dawk iż-żminijiet kienu jikkonsistu f’serata b’wirjiet. Qaltli li tiftakar li lill-Partit Laburista kien jorganizzalhom Pawlu Tanti. Kien jieħu kantanti u artisti Maltin biex jippreżentaw xi reċta u fl-aħħar jingħata l-messaġġ tal-partit.

Organizzar ta’ meetings

Madanakollu, jingħad li darba sar mass meeting kbir tan-Nazzjonalisti minn George Borg Olivier, li għalih attenda wkoll l-Avukat Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross). Għalih inġemgħu ħafna nies imħalltin, anke fit-triq. Iżda sar kollox bil-kwiet u ma nqala’ l-ebda ġlied. Taf li nannuha kien tkellem ma’ Mintoff u qallu, biex jara li ħadd ma jweġġa’ fi ħwejġu.

Anna Maria tirrakkonta li fil-gwerra l-kbira, il-bini ma ntlaqatx. Kulma kien iġġar-

raf kien quddiem l-entratura tal-bieb ta’ barra u l-ġibjun, li sfronda b’kawża ta’ bomba li waqgħet fuqu.

Ġara mbagħad li fl-1947, il-Perit Duminku Mintoff, li kien Ministru responsabbli għar-rikostruzzjoni fil-Gvern tat-Tabib Pawlu Boffa, ried jiftaħ triq, peress li l-aċċess għall-Birgu, kien biss minn mina żgħira u fejn qabel kien hemm il-venda tal-karozzi tal-linja. Għalhekk lis-sidien ta’ Café Riche ħadilhom biċċa sewwa mill-parti miftuħa u rrikompensahom b’biċċa art oħra fuq quddiem, li kienet ferm iżgħar minn dik li ħadilhom.

It-teħid tal-art kien riżultat ukoll għall-fatt li f’Malta bdew deħlin it-trakkijiet, li ma setgħux jgħaddu mill-mina li kien hemm. Għalhekk kellha tinfetaħ triq. Ta’ min jgħid ukoll li l-mina u l-pont li nsibu llum biex tidħol għall-Birgu kienu ilhom ippjanati, iżda l-flus għall-mina ma nstabux. Dak iż-żmien, in-nies skantaw kif il-post ma ntlaqatx fil-gwerra, u bħal ħaduha bi kbira li kellha tinfetaħ it-triq u jitnaqqas l-ispazju li kien hemm fil-parti miftuħa. Dan peress li oriġinarjament, il-bini kien jasal u jmiss mas-sur, fejn kien hemm bieb bit-taraġ li jwassal għall-Għassa tal-Pulizija tal-Birgu f’Couvre Porte.

Għassa mal-ħanut

Għall-familja ta’ Anna Maria, dan il-bieb u l-qrubija tal-Għassa kienu ta’ għajnuna kbira, għax matul il-gwerra kienu jiffrekwentaw il-Café numru sew ta’ baħrin u ġieli kien ikun hemm xi diżgwid waqt iż-żfin u d-divertiment offrut. Għalhekk nannuha kien isaffar suffara u fil-pront jitilgħu l-pulizija.

In-nannu ta’ Anna Maria rtira qasir il-għomor kaġun ta’ marda li ħakmitu u għalhekk ibnu Joseph ħa t-tmexxija talpost f’idejh, fl-1957.

Mitluba tgħid x’taħseb li kienet l-aktar okkażjoni mer-

19.03.2023 18
Il-faċċata ta’ Café Riche

aviljuża ta’ żmien nannuha, Anna Maria qalet li bla dubju kienet l-introduzzjoni tar-rolling skating. Nannuha kien importa żraben tqal bir-roti mill-Italja u bdew ikunu organizzati kompetizzjonijiet għalihom f’Café Riche. Irrakkuntatli wkoll li r-raġel ta’ zijitha Carmen, Wenzu Mamo, kien jiġri fuq l-iskates, jinqata’ mill-art għal fuq mejda b’wiċċ żgħir talirħam u jdur fuq sieq waħda. Dan qalithuli biex turini kemm kienu professjonali n-nies antiki. Hu u zijitha, kienu wkoll tnejn minn dawk li żżewġu wara li ltaqgħu fil-post ta’ nannuha.

Fl-antik, il-familja kollha ta’ nannuha kienet taħdem fl-istess lokal. Missierha baqa’ salaħħar ta’ ħajtu, waqt li aktar tard fis-snin, zijuha siefer lejn l-Awstralja. It-tliet zijiet bniet kienu jitqassmu fil-cloak room u fil-kamra fejn jinkrew u jlibbsu r-rolling skates lin-nies.

Attivitajiet fis-sajf biss

taħ is-sajf kollu, iżda jagħlaq in-negozju fix-xitwa, minħabba li ma seta’ jkun organizzat xejn fil-parti miftuħa.

Mal-bdil tal-ġenerazzjoni, missierha introduċa ż-żfin rock’n’roll għall-kant ta’ Elvis Presley, li kien popolari immens.

Fis-snin 70, hi u missierha bnew parti fuq in-naħa ta’ barra tal-bitħa, biex ix-xogħol jibqa’ għaddej fix-xitwa wkoll u setgħu jorganizzaw id-discos.

Anna Maria hi l-kbira minn tliet aħwa. Għandha ħuha u oħtha, iżda ħadd ma kien inklinat għall-ħanut daqsha. Tant hu għal qalbha li tistqarr, li kieku tista’ torqod u tqum hemm ukoll.

Il-mewġa Elvis Presley

Meta missier Anna Maria ħa t-tmexxija tal-post f’idejh, reġa’ tah ħajja ġdida. Fil-fatt, kien l-ewwel persuna Maltija li introduċa d-diski ta’ Elvis Presley hawn Malta. Kien ġabhom miegħu mill-Ingilterra.

Hawn Malta kienu ċċensurati, għax ma rridux ninsew li l-kwalità taż-żfin għalihom setgħet tqieset bħala sfaċċata, u lin-nisa li kienu jiżfnuhom, kienu jittimbrawhom bħala nisa ħżiena, anke jekk ikollhom l-unuri kollha. Dan biex ma nsemmux ukoll iż-żfin li kien isir bir-rolling skates. Baqgħu jkunu organizzati wkoll it-teatrini minn kumpaniji Maltin. Bħala atturi li kienu jmorru jirreċtaw hemm, tiftakar lil Ġemma Portelli, Charles Clews, Johnnie Navarro u Vitorin Galea. Apparti dawn kienu jmorru wkoll kumpaniji tal-Karnival li jagħmlu l-provi fil-parti miftuħa tal-post u b’hekk jippreżentaw il-wirjiet tagħhom.

Jinqabżu fit-tberik Meta semmejtilha t-tberik, Anna Maria qalet li dik kienet xi ħaġa li tabilħaqq kienet

tagħtih ġewwa lil missierha, għax xi nies, li lanqas qatt daħlu fil-post, kienu jsostnu li kien ikun hemm il-prostituti. Jekk daħlet xi mara laxka, ħadd ma seta’ jkeċċiha, ladarba ma tagħmel xejn ħażin.

Li taf hu li nannuha kien bniedem kburi bil-post tiegħu, kien strett immens u ħadd ma kien jazzarda jagħmel xi ħaġa ħażina għax kien iqabbzu ’l barra. L-istess kien missierha. Għalhekk kien ħadha ferm bi kbira li l-Arċipriet tal-Birgu kien jaqbżu, kull meta jmur ibierek, tant li tħajjar jaqta’ milli jersaq lejn il-knisja.

Madanakollu, ta’ min isemmi li din is-sena kienet iċċelebrata quddiesa fil-parti miftuħa ta’ Café Riche. Seba’ saċerdoti barranin, qaddsu quddiesa għall-membri tal-Katekumenat, li attendew għaliha mijiet ta’ nies Maltin u barranin u tgħidx kemm kienet sabiħa, bid-daqq u l-kant tagħhom.

Għall-futur, Anna Maria tittama li anke wara li tiġi nieqsa hi, il-post jibqa’ fl-istat oriġinali tiegħu u jitmexxa minn xi ħadd minn uliedha, biex l-istorja ta’ dan il-post la tieqaf u lanqas tintnesa, biex jibqa’ jagħti pjaċir, divertiment, trankwil-

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Kemm ilu li Anna Maria ħadet it-treġija ta’ Café Riche, fis-sena 2000, qed tagħmel minn kollox biex tagħtih xi ftit mill-bixra l-antika, bil-live music,bil-jazz, funzjonijiet privati bħal tiġijiet; li kienu jsiru wkoll fi żmien missierha, kif ukoll festini tal-Preċetti, li llum inqatgħu.

ring tal-boxing, u saret ġlieda bejn boxers Maltin.

Mistoqsija jekk hux minnu li l-post kien iservi għal ċerti nisa li setgħu kienu jitlajjaw fih, Anna Maria rribattiet dan bil-qawwa. Qaltli li fil-bidu meta nfetaħ il-lokal, kull mara li kienet tattendi, kien ikollha x-chaperon; xi ħadd ikbar minnha li jindukraha. Jiġifieri qatt ma kienu jmorru x-xbejbiet weħidhom. U mhux hekk biss, talli bil-maqlub, numru sew ta’ żwiġijiet tlaqqgħu u mmaterjalizzaw wara li l-koppji kienu jiltaqgħu fl-istess Café Riche għaż-żfin jew roller skating.

Terġa’ ż-żfin li kien isir kien tat-tip ballroom u kulħadd kien ikun liebes għall-okkażjoni. In-nisa b’mod speċjali, kien ikollhom ilbies ta’ ġmiel liema bħalu, u għad hawn xi waħdiet li jirrakkuntawlha li kienu joqogħdu fil-gallarija biex jaraw lin-nisa lebsin il-ball gowns.

for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Santa Lucia

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Sa mis-snin 30, kull sajf kien ikun mimli bl-attività minn Ħadd sa Ħadd, għax kien isir żfin bil-kompetizzjonijiet filgħodu u filgħaxija. Imbagħad fi żmien missierha, baqa’ jif-

Monday to Friday - 9:00 till 17:00 hrs.

Ġrajjiet oħra li kienu jsiru kienu dawk tal-għana, li għalihom kienu jattendu nies bla għadd. Min-naħa tagħha tixtieq terġa’ trawwem l-għana. Tiftakar ukoll li darba ntramat

Fis-snin 30, in-nies kienu jaslu bi ħġarhom mill-gżira kollha għaż-żfin, għax kulma kien hawn kienu l-Café Riche u x-Chalet (li fetaħ wara) bħala spazju miftuħ. Dawn l-attivitajiet kienu jsiru biss fis-sajf, u fix-xitwa l-post kien jagħlaq.

Monday 20th March 2023 to Thursday 23rd March 2023, 9:00 to 17:00 and Friday 24th March 2023 from 9.00 to noon

Closing date for submissions:

Friday 24th March 2023 at 12:00pm

19.03.2023 19
Tieġ antik f’Café Riche L-ewwel sid ta’ Café Riche Joseph, it-tieni sid, fuq ir-rolling skate

AWTUR ĊELEBRI LI JĦOBB L-ARTISTI MALTIN

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

F’pajjiżna għandna bosta awturi u li maż-żmien, sirna napprezzaw iżjed dak li jħallu warajhom għaliex jitqies bħala wirt bil-miktub. Awtur kontemporanju li smajna bih u ser inkomplu nisimgħu dwaru huwa Emil Calleja Bayliss.

Emil Calleja Bayliss ... isem magħruf u sinonimu masserjetà fil-kapaċitajiet tiegħu fosthom dik talkitba. Xi tgħid meta tisma’ hekk? Kif bdejt tikteb? Xi tħoss u xi tkun tixtieq tesprimi?

Ikolli nistqarr li nħossni nistħi u umli b’introduzzjoni bħal din. Il-kitba minn dejjem kienet ferm għal qalbi. Bdejt minn fuq il-bank tal-iskola fil-Primarja, fejn l-ewwel niftakarni fis-sitt sena rbaħt premju għall-kitba tal-poeżija bl-Ingliż. Minn dejjem kont inħobb dak l-el-

ement ta’ kompetizzjoni. Kont intfajt bi ħġari nipprova nikteb l-ewwel poeżija tiegħi bl-Ingliż.

Fit-tielet sena tas-Sekondarja, l-għalliema tiegħi tal-Malti Annabel Desira mill-ewwel emmnet fija u rat potenzjal fil-kitba tiegħi. Kienet kompetizzjoni oħra li wasslitni biex nibda nikteb il-poeżiji bil-lingwa Maltija.

Minn hemm qatt ma ħarist lura u l-ħolm baqa’ jikber sena wara sena, iżda l-ħolma kienet li nibda nikteb il-kanzunetti. Missieri kien bniedem li jħobb il-kanzunetti bil-Malti, allura minn meta kont żgħir kont espost għall-kanzunetti Maltin u f’qalbi nibtet din l-imħabba. It-talent tal-kitba, nista’ possibbilment ngħid li nattribwixxih lil ommi, li mhux l-ewwel darba li kitbet xi poeżija ħelwa bl-Ingliż. Il-lingwi nħobbhom u nikteb kanzunetti kemm bil-Malti u

kemm bl-Ingliż. Il-lingwa Maltija għandha post speċjali immens f’qalbi għax inħoss li tagħtini lok biex nesprimi l-emozzjonijiet tiegħi, nagħmel riflessjonijiet ta’ dak li nara madwari u nidħol fiż-żarbun ta’ diversi sitwazzjonijiet. Kull meta nlesti xi lirika, inħoss sodifazzjon kbir u jibda l-eċitament biex naraha tieħu l-ħajja u bil-mod tifforma f’kanzunetta.

Ħafna suċċessi tul il-karriera tiegħek sa issa. X’hemm ippjanat?

Ikolli nistqarr li x-xogħol u l-attenzjoni għad-dettall li dejjem tajt wasslu biex kelli diversi suċċessi. Fil-verità li kanzunetta tasal fil-finali ta’ festival, diġà suċċess għax ix-xogħol li tkun ħadt biex ħloqt il-kanzunetta jasal għand in-nies.

Mument maġiku kien ċer-

tament il-Malta Eurovision Song Contest tas-sena 2017 meta ppreżentajt il-kanzunetta Kewkba fuq mużika ta’ Mark Scicluna u interpretazzjoni ta’ Janice Mangion. Dak li ħassejt xħin f’nofs il-kanzunetta tara s-sala sħiħa tqum bilwieqfa f’applaws kbir kien mument li ma ninsieh qatt.

Dakinhar veru ma rbaħniex il-kompetizzjoni, imma l-esperjenza tatni enerġija ġdida. Enerġija li wasslet biex il-lirika li ktibt jien irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision tal-2017, l-2018 u l-2020. L-ewwel sena kienet Dawra Tond ta’ Gianluca Cilia, is-sena ta’ wara kienet Marchin’ On ta’ Ela Mangion, u fl-2020 kienet Chasing Sunsets ta’ Chanel Monseigneur.

Barra minn dawn, irbaħt l-Għanja tal-Poplu tal-2018 bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb ta’ Michela Galea, u l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bil-kanzunetta Dwell ta’ Drakard u Eliana Gomez Blanco, kif ukoll Ħaġar Qim ta’ Gianluca Cilia.

Kont onorat ukoll li rbaħt il-Konkors Kanzunetta Indipendenza tliet darbiet, fl-2017 bil-kanzunetta Bħal

Fjura ta’ Nicole Falzon, fl2018 bil-kanzunetta Il-Pinna ta’ Sarah Bonnici u fl2021 bil-kanzunetta Nifs ta’ Cherylis. Filwaqt li l-festival tat-tfal irbaħtu bil-kanzunetti Burdati ta’ Nathaniel Attard, Tfixkluniex, Tħawduniex ta’ Rihana u Katryna, Marelli Ma ta’ Maria Curmi.

Pjanijiet u kollaborazzjoniet hemm fil-ġejjieni, iżda dawk nitkellem dwarhom ladarba jasal iż-żmien. Wara l-bieb, proprju din il-ġimgħa, insibu l-festival prestiġjuż Mużika Mużika li fih għandi l-unur ngħid li se nkun qed nippreżenta seba’ kanzunetti. Kanzunetti bi stili varji li kollha nemmen li għandhom xi ħaġa differenti x’joffru fix-xena lokali.

Il-kanzunetti li se nkun qed nippreżenta huma Jekk Mhux Int ta’ Drakard u Lisa Gauci, Wiċċ B’Ieħor ta’ Julie Pomorski ma’ Kapitlu Tlettax, Verdett ta’ Enya Magri flimkien ma’ Adrian Brincat Ir-Russu, Nistenniek ta’ Kelsey Bellante, Ġawhra ta’ Michela Galea, Ħaddanni ta’ Justine Shorfid u Ir-Rota Tibqa’ Ddur ta’ MARA.

Seba’ kanzunetti li kollha bl-istorja tagħhom, uħud mill-kantanti ili naħdem

19.03.2023 20

magħhom snin twal fosthom insemmi lil Drakard u Michela Galea, li kelli l-pjaċir narahom jiżviluppaw fl-artisti li saru llum. Kelli ċ-ċans li naħdem mill-ġdid mal-membri tal-grupp MARA, ma’ Julie Pomorski u Kapitlu Tlettax, kif ukoll ma’ Enya Magri.

Dan il-festival tani ċ-ċans li nikkollabora għall-ewwel darba ma’ Lisa Gauci, Justine Shorfid u Kelsey Bellante, tliet artisti b’vuċijiet mill-isbaħ li nittama li jkolli ċ-ċans li naħdem magħhom fil-futur ukoll.

Lil hinn mill-karriera, min hu Emil? Kif tqatta’ ħajtek meta ma tkunx imħabbat bil-pinna f’idejk? Forsi l-iktar mistoqsijiet li diffiċli nirrispondi. Ir-raġuni hi li ħafna jafuni bħala dak li jikteb il-kanzunetti, dak

li jħobb il-musicals, dak li

jħobb il-lingwa Maltija u jap -

prezza ħafna t-talent Malti

f’kull forma tiegħu. Sem-

mejt il-musicals u nistqarr

li l-palk jogħġobni immens.

Meta kont żgħir kont invo -

lut sew fih iżda l-ħajja ħa-

ditni f’direzzjoni oħra u ma jiddispjaċini xejn. Iżda nammetti li nieħu gost nattendi għal produzzjonijiet lokali u nara x’għandhom x’joffru. Inħobb il-ħoss tal-baħar iċafċaf f’xi ġurnata b’naqra riħ mhux ħażin, nieħu gost

fil-kampanja u nħobb il-kwiet. Inħobb immur niekol f’xi restorant tajjeb, għalkemm mhux xi wieħed avventuruż wisq. Meta jkolli ħin, nieħu gost nipprova xi riċetta u nħoss sodisfazzjon meta kollox imur ħarir. Kultant taqbiżli xi ftit malajr, għax dak li nagħmel, nagħmlu b’passjoni kbira. Tant hu hekk, li fil-karriera mużikali nipprova ninvolvi ruħi f’diversi aspetti, speċjalment mil-lat artistiku.

Safar u musicals. Naf li tħobbhom immens... Spjegali ftit.

Is-safar jaffaxxinani għax ilaqqgħek ma’ nies minn diversi postijiet. Għamilt kważi disa’ snin naħdem fi skola tal-Ingliż u hemm kelli ċ-ċans li niltaqa’ ma’ iktar minn 50 nazzjonalità differenti u din kompliet tiżra’ l-imħabba biex inżur pajjiżi differenti.

Fadalli ħafna pajjiżi xi nżur, għax fil-verità kulma żort 11-il pajjiż. Ir-raġuni prinċipali hi nispiċċa nagħżel li nitla’ Londra u nara numru ta’ musicals ġewwa l-Westend. B’kollox rajt 35 musical u dejjem insib xi ħaġa ġdida x’nara, kull darba li nitla’! It-talent li tiltaqa’ miegħu, il-mużika, il-kostumi, id-dawl – dinja sabiħa wisq li ma nixba’ qatt

minnha. Meta mmur Londra, ikolli aptit nibqa’ hemm ħa nara kull spettaklu li jkun għaddej f’dak il-perjodu. S’issa musical wieħed biss rajt darbtejn, dan kien Les Miserables u r-raġuni kienet waħda – biddlu l-palk u ridt nara l-addatament il-ġdid, barra mill-fatt li l-kanzunetti tiegħu huma meravilja.

It-televixin ... narak bniedem li kapaċi tmexxi programm televiżiv? Hemm ċans narawk?

Inkun onest, qatt ma għaddietli minn moħħi li mmexxi programm televiżiv. Qatt ma ngħid le, iżda għalissa żgur mhix xi ħaġa li nimmaġinani nagħmel. Ara kieku xi programm tar-radju, naħseb nispiċċa naħsibha sew. L-aqwa li jkun xi programm li jippromwovi l-kanzunetti ta’ artisti Maltin, speċjalment dawk bil-lingwa Maltija.

Inkun qed ngħid sew li inti rnexxielek tkun wieħed mill-ftit persuni lokali li lill-kantanti tipprova tagħtihom dimensjoni ta’ stilel lokali biex ikunu apprezzati kif jixirqilhom?

Pajjiż żgħir u għandna tant talent. Dejjem ħdimt biex nagħti spazju mill-aħjar li nista’ lill-kantanti Maltin. Kemm fuq bażi lokali u fejn possibbli anke fuq bażi internazzjonali.

Hemm il-limitazzjonijiet imma tajjeb li dejjem tipprova taħdem u tagħmel l-aħjar li tista’. Madwar erba’ snin ilu, ġietni l-opportunità li nibda naħdem bħala l-editur ta’ sit lokali, fejn nagħtu spazju li nesponu personalitajiet lokali għall-udjenza tagħna. Is-suċċess kien wieħed fenomenali li wera kemm kien hawnx għatx għal

xi ħaġa bħal din fis-suq lokali. Messaġġ finali għal dawk li jsegwuk. Huma min huma. Kemm artisti u anke l-pubbliku ġenerali. Messaġġ qasir. Issapportjaw dak li hu Malti u l-lingwa Maltija. Aħna pajjiż żgħir u għandna l-lingwa tagħna, xi ħaġa speċjali immens. Ejjew inżommuha ħajja u napprezzaw l-importanza tagħha. Intemm bil-kelma GRAZZI. Grazzi lil dawk li jsegwuni, dawk li dejjem għaddewli kummenti ta’ kuraġġ u anke li kienu lesti li jgħaddu xi kritika kostruttiva li minnha kbirt. Grazzi lill-artisti li fdawni u tawni ċ-ċans li naħdem magħhom. Inħobb naħdem ma’ nies differenti għax mingħand kulħadd titgħallem xi ħaġa ġdida. Nagħlaq b’din. Komplu agħtu s-sapport tagħkom lit-talent Malti, hu x’inhu!

19.03.2023 21

ELSA ROMEI IRTIRAT MIX-XOGĦOL U MID-DRAMA, U DDEDIKAT RUĦHA GĦALL-PITTURA

Il-personalità tal-lum, probabilment in-nies ta’ ċerta età jiftakruha żgur, kemm fuq id-drammi lokali bħala attriċi, kif ukoll fuq it-televixin u r-radju. Qed nirreferi għal Elsa Romei.

Għalkemm twieldet L-Eġittu għexet Malta minn meta kellha 11-il sena, l-ewwel il-Furjana u wara li żżewġet il-Fgura. Twieldet fid-29 ta’ Diċembru 1940 il-Kajr minn omm Maltija u missier Taljan li minnu ġej il-kunjom Romei.

Tgħid li diffiċli wieħed jiddeskrivi lilu nnifsu. “Għad li għandi 82 sena, inħobb nieħu ħsieb ta’ kif nidher, kif ukoll ta’ saħħti. Nipprova nkun pożittiva u nara t-tajjeb fil-bnedmin u fiċ-ċirkostanzi. Kultant mhux faċli, imma l-ħajja tant hi qasira u allura għaliex ma nippruvawx ingawduha,” bdiet tgħidli Elsa.

Mid-drama, televixin u radju, għall-arti biss

Fil-passat konna nsegwu lil Elsa bħala attriċi fuq diversi

drammi lokali, kienet ukoll preżentatriċi kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televixin, u forsi ftit li xejn jafu li hija wkoll artista. “Iva, hekk hu. Fil-passat kont attiva ħafna fit-teatru, televixin u radju. Ippreżentajt u pproduċejt kemm programmi ta’ divertiment kif ukoll kulturali. Dan kollu waqt li kont għalliema u rabbejt famil-

ja. Imma ftit jafu li l-pittura minn dejjem kienet ġo demmi.

Missieri kien pittur u għad li ma nafux għax il-ġenituri tiegħi isseparaw ftit wara li twelidt, l-arti kienet parti minni. Kont dejjem inpitter u wara li rtirajt mix-xogħol, kif ukoll mid-drama, iddedikajt ruħi għall-pittura. Attendejt korsijiet u ppru-

vajt diversi stili ta’ arti u għadni s’issa nesplora triqat ġodda. Għalkemm kollox jinteressani, nippreferi l-arti figurattiva. Uċuħ u iġsma li jgħidu storja u jistednuk biex tikkomunika magħhom.”

Fil-fatt, id-drama kienet dejjem tinteressha. Għamlet snin twal tirreċta u kienet prominenti f’uħud millaqwa produzzjonijiet li kienu

Fil-passat kont attiva ħafna fit-teatru, televixin u radju. Ippreżentajt u pproduċejt programmi kemm ta’ divertiment kif ukoll kulturali. Dan kollu waqt li kont għalliema u rabbejt familja. Imma ftit jafu li

l-pittura minn dejjem kienet ġo demmi

ttellgħu f’dawk is-snin. Fost id-diversi produzzjonijiet televiżivi li ħadmet fihom niftakru L-Ewwel Jien , Triq Waħda u Undercover . Illum il-ġurnata qed tiffoka biss fuq l-arti.

Esibizzjoni personali f’April li ġej

Tant hu hekk li f’April li ġej ser ittella’ esibizzjoni tal-arti tagħha fil-Kunsill Lokali talBelt Valletta, bl-isem Drama on Canvas. Ħallejt f’idejha sabiex tgħaddili aktar informazzjoni dwar din l-istess esibizzjoni tagħha.

“F’din il-wirja għaqqadt flimkien id-drama mal-arti, billi ħloqt xogħol li huwa kontinwazzjoni ta’ dak li forsi nikkunsidraw bħala drama, imma fuq it-tila. Fil-fatt, semmejtha Drama on Canvas Il-pubbliku jista jattendi mit2 sal-5 t’April, mill-għaxra sa nofsinhar filgħodu u mill-erbgħa sas-sebgħa ta’ filgħaxija. Din il-wirja fiha xogħlijiet ta’ xi snin ilu, kif ukoll l-iktar

19.03.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

riċenti li ħafna minnhom saru waqt il-pandemija.”

Peress li Elsa hija mwielda l-Eġittu, fit-tfulija tagħha kienet għamlet tliet snin il-Kajr sa ma kellha seba’ snin. Il-familja tagħha ġiet Malta għal ftit żmien imbagħad marru l-Italja. Minn hemm telqu lejn l-Urugwaj. Dan l-istess vjaġġar fi tfulitha kien wassalha biex titgħallem bosta lingwi. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan.

“Mil-lat personali xi nies jiskantaw meta ngħidilhom li minn tifla żgħira kont nitkellem erba’ lingwi - Malti għax

oriġini Maltija, Taljan għax

oriġini Taljana, Franċiż għax

l-Eġittu fejn twelidt u għext sa seba’ snin kienet mitkellma mill-Ewropej li kienu jgħixu hemm, u Ingliż għax in-nannu dejjem kellu f’moħħu li niġu Malta għalhekk kien jgħallimni hu.

Minn meta kelli tmienja sa ħdax-il sena għexna l-Urugwaj u hemmhekk tgħallimt l-Ispanjol. Kemm jiftħu orizzonti li tgħix u żżur diversi pajjiżi ta’

SKEDA ONE

età żgħira! Kont veru xortija tajba,” stqarret miegħi Elsa.

Eventwalment wara li rabbiet u kabbret lil uliedha, kienet qatgħet mid-drama u mit-televiżjoni u bdiet tiddedika aktar ħin għall-pittura u anke tellgħet xi wirjiet. Ħadet ukoll korsijiet fil-fotografija diġitali. U llum qed tiffoka fuq l-arti biss. “Iva, hekk hu. Illum qed niffoka fuq il-pittura biss. Wasal iż-żmien li nieħu l-affarijiet pass pass. L-età u problemi ta’ saħħa hekk jirrikjedu.

Wara din il-wirja personali, naħseb li ser inkun qed nipparteċipa f’xi wirja kollettiva biss. Ħadt sehem f’diversi wirjiet matul is-snin u użajt diversi mezzi għad li nippreferi dejjem iż-żejt fuq it-tila.”

Fl-aħħar nett, Elsa xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Taqtgħux qalbkom u ppruvaw affarijiet ġodda. Ma jkun ġara xejn li mhux dejjem tirnexxi, imma l-ħajja

08.11.2020 19.03.2023 23
tinsab hemm biex tesperjenzaha,” temmet tgħid.
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 PrimeTime 16:00 Attività Politika 16:55 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Malta’s Ultimate Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:45 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:25 Aroma Kitchen 11:25 Popcorn 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:40 Esperti 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 20-03 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 16:55 Ħajjitna Makkjetta 17:25 Esperti 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Traveller 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 22-03 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makjetta 07:26 PrimeTime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:30 Attività Politika 11:25 Telebejgħ 12:00 Ġbir ta’ fondiPartit Laburista 12:30 ONE News 12:40 Ġbir ta’ fondiPartit Laburista 15:30 ONe News 15:40 Ġbir ta’ fondiPartit Laburista 19:00 Primetime 19:30 One News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Attività Politika 20:55 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 One News 26-03 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Reboot Podcast 16:35 Ieqaf 20 Minuta 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 23:30 ONE News 24-03 ĠIMGĦA 23-03 21-03 25-03

reċensjoni tal-ktieb

ĠGANTI

L-ulied kienu jinġabru fl-isbaħ wied tal-gżira; xi wħud kienu jinxteħtu b’ruħhom u b’ġisimhom fuq il-ħaxix ifewwaħ bin-nida għodwija, oħrajn kienu jerħulha jħufu qalb il-qasab iqarmeċ. Imbagħad, fil-qiegħa umduża tal-wied, kienu jilagħbu bilħaġar – dak il-ħaġar kbir li kien jitrembel millġnub għoljin waqt xi lejl ta’ xita qliel.

Bil-ħaġar kien jirnexxilhom joħolqu kull sura ta’ logħba. L-għors tagħhom kien meta jpoġġu l-ħaġriet fuq xulxin, waħda fuq l-oħra, biex jaraw min minnhom kellu l-ħila jtella’ l-itwal torri. U meta l-qamar kien ikun sħiħ, il-logħba kienet tiħrax aktar mis-soltu. F’dak il-jum biss, il-Kbir tal-Ġemgħa kien jiġi, jara u jkejjel ... biex imbagħad idewwaq biċċa xehda tqattar l-għasel lill-bennej tal-itwal torri.

It-torrijiet tal-ħaġar, imferrxin matul il-wied kollu, kienu joffru spettaklu mill-isbaħ. Kull torri kien ipaxxi l-għajn – aktar ma jkun twil, aktar kien fih x’tammira. Ħaġra fuq ħaġra fuq ħaġra, bl-aktar waħda mdaqqsa fil-qiegħ sabiex it-torri jitla’ sod u kemm jista’ jkun dritt, u bl-iżgħar u l-eħfef waħda mpoġġija fuq nett bit-tama li ma titlifx il-bilanċ ta’ sħabha taħtha. Iżda l-ispettaklu mhux dejjem kien jitgawda fit-tul; ma kinitx tkun l-ewwel darba li meta wieħed mill-ulied kien ikun qed jiġġebbed fuq ponot subgħajh biex iżid saff ġdid fit-torri tiegħu, il-ħaġar kollu kien jibda jiġġenneb u jitmejjel bilmod il-mod sakemm, fost il-ħafna għajjat u storbju tal-ulied, kien jinżel b’tisbita qalila u jinxtered ma’ kullimkien ... U mhux l-ewwel darba li ħaġra minnhom laqtet xi skantat li fettillu ntasab fil-qrib!

Tanu kien isibha diffiċli ferm biex jibni torri twil – hu kien l-iqsar minn sħabu li dejjem kienu jilħqu jirbħu qablu. U biex tgħaxxaqha, siequ x-xellugija, ftit iqsar mil-leminija, kienet dejjem ittelliflu l-bilanċ – l-aktar meta kien jiġi biex ipoġġi l-ħaġar fl-għoli. Minkejja dan, Tanu kien baqa’ jinżel il-

wied jittanta xortih. Ried li xi darba – imqar darba – ikun imiss lilu li jgħaddas snienu fix-xema’ għasli tax-xehda u jħoss dak il-likwidu dehbi nieżel idellek ma’ geddumu. Iżda jipprova kemm jipprova, Tanu qatt ma kien jirnexxilu. Spiss, kien imur jibki għand ommu li kienet tfarrġu b’ħafna tmellis tal-qoffa nokkli ħomor li kellu fuq rasu. Suna kienet tħobbu daqs dawl għajnejha u ma riditu jsewwed qalbu għal ebda raġuni.

Darba waħda, wara li bil-ħlewwa ressqitlu b’idha n-nokklu mqareb li kien iħobb jiddendel quddiem għajnejh, qamet bilwieqfa u ħeġġitu biex jimxi warajha.

“Ħa mmorru nfittxu xehd’ għasel, ma?”

“Taf daqsi li dik ma nistgħux …”

“Naf, naf.”

“L-għasel qiegħed kollu fl-Għar il-Kbir u hemm ħadd ma jista’ jidħol ħlief …”

“U iwa naf ma, mela fej’ sejrin?”

Suna kienet tħobb itterraq waħedha madwar ilgżira, l-aktar f’dawk il-meded ma jispiċċaw qatt ta’ matul il-kosta. Mhux soltu li kien ikollha lil binha f’dawn il-mixjiet twal; beżgħet li se jegħja imma Tanu, minkejja li kellu jħaffef biex ilaħħaq mal-passi kbar tagħha, ma gergirx – għalkemm izappap, Tanu kien daħħalha f’rasu li ma jaqa’ lura f’xejn.

“Ħa nieħdok f’post ġdid fej’ se nagħmlu xi ħaġa mhux tas-soltu,” qaltlu ommu meta ratu miexi b’tant ħerqa imma fis-skiet. Fil-ħemda tal-bajja, li kienet tinkiser biss miċ-ċafċifa kajmana, Tanu ħassu fis-seba’ sema. U meta mbagħad rifes għall-ewwel darba fuq ir-ramel, Tanu ħassu bħal f’ħolma – qatt qabel ma mess dik l-irtubija kollha bil-paliet ta’ saqajh; għall-ewwel ħaseb li kien se jibqa’ nieżel bit-toqol tiegħu stess; imbagħad midd pass ieħor, imbagħad ieħor, sakemm telaq jiġri, ifaqqa’ d-daħk u jħares lura lejn ommu filwaqt li bil-paliet wiesgħa ta’ saqajh kien qed itajjar ir-ramel f’kull direzzjoni.

Mistoqsija: X’kienu jużaw biex joħolqu tipi ta’ logħob differenti?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠGANTI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu.

Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DIN XI PJANETA HI? hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Fix-xahar ta’ Frar kemm-il passiġġier ivvjaġġa bil-karozza tal-linja?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

19.03.2023 24
04
P. FALZON - KALKARA

THE IPSWICH MURDERS

Lorraine Thorpe – Ta’ 15-il sena toqtol żewġ persuni

Lorraine Thorpe hi l-iżgħar mara Ingliża li ta’ 15-il sena qatlet żewġ persuni f’temp ta’ ftit jiem. F’Awwissu tal-2009, Thorpe, flimkien ma’ Paul Clarke, ittorturat u qatlet lil Rosalyn Hunt u ftit wara qatlet lil missierha biex ma jikxifhiex fuq il-qtil ta’ Hunt. Dawn iż-żewġ omiċidji twettqu f’temp ta’ disat ijiem u l-pulizija ma setgħux jemmnu li tfajla ta’ 15-il sena kienet kapaċi twettaq dik il-brutalità.

Thorpe weħlet sentenza minn 14il sena sa għomorha l-ħabs filwaqt li Clarke weħel sentenza minn 27 sena sa għomru l-ħabs. Bħalissa tinsab fl-HM Prison Foston Hall u f’Settembru tas-sena d-dieħla tista’ tapplika għall-ħelsien kundizzjonali.

It-tfulija ta’ Lorraine Thorpe

Lorraine Thorpe twieldet fl-1994 f’Ipswich, f’Suffolk, fir-Renju Unit. It-trobbija tagħha ma kinitx waħda ferriħija hekk kif trabbiet ma’ missierha li kien iħobb il-qatra. Tant kienu foqra li kemm-il darba spiċċaw jorqdu barra fit-tined. Thorpe kienet tispiċċa tieħu ħsieb lil missierha iżda l-ambjent li trabbiet fih għamilha tfajla vjolenti u manipulattiva. Thorpe bdiet tagħmilha ma’ gruppi ta’ nies vjolenti li wkoll kienu jħobbu l-qatra. Dawn il-gruppi kienu magħmula minn nies ta’ mezza età, li kienu jisirqu u jsawtu nies oħrajn biex jixtru x-xorb. Meta bdiet tagħmilha ma’ dawn in-nies, is-servizzi soċjali pruvaw jaqbdu lil Thorpe iżda din kienet dejjem tiżgiċċalhom. Min-nies ta’ dawn il-gruppi, Thorpe ltaqgħet ma’ Paul Clarke ta’ 41 sena, li ’l quddiem jgħinha toqtol żewġ persuni.

Il-qtil ta’ Rosalyn Hunt

Fil-bidu ta’ Awwissu tal-2009, Thorpe u Clarke kellhom xi jgħidu ma’ Rosalyn Hunt, li wkoll kienet parti millgrupp ta’ xurbana, fuq kelb. Thorpe u Clarke ddeċidew li jingannaw lil Hunt billi marru magħha fejn kienet tgħix u hemmhekk ittorturawha għal jiem sħaħ. Thorpe sawtitha billi tatha daqqiet bis-sieq u qabżet fuq Hunt, saħansitra fuq rasha. Hekk kif rat li kienet għadha ħajja, hi u Clarke sawtuha sa ma mietet bil-ġrieħi li kkawżawlha.

Fid-9 ta’ Awwissu, xi ħadd ċempel lill-pulizija għax kien inkwetat fuq Hunt u kif daħlu fid-dar tagħha, sabu li kienet inqatlet bl-iktar mod krudili. Sadanittant, Thorpe u Clarke ddeċidew li aħjar jeħilsu minn missier Thorpe għax bdew jibżgħu li dan kien se jikxifhom mal-pulizija. Kien għalhekk li marru għand missierha, li kien diżabbli, u fgatu bi mħadda. Hekk kif waqa’ mal-art, hi kompliet tagħtih daqqiet bis-sieq. Il-katavru ta’ Desmond Thorpe, li kellu 43 sena, instab mill-pulizija fl-10 ta’ Awwissu

hekk kif ġew mgħarrfa li kien hemm raġel mejjet f’Limerick Close. Il-pulizija bdew jitħassbu hekk kif sabu żewġ katavri f’temp ta’ ftit sigħat u li l-attakki li saru fuqhom kienu bejn wieħed u ieħor simili. Kien għalhekk li l-investigazzjoni wasslet għall-arrest ta’ Thorpe u Clarke, fejn fil-25 ta’ Awwissu ġew mixlija bil-qtil ta’ Rosalyn Hunt u Desmond Thorpe. Il-ġuri beda fit3 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara u ż-żewġ akkużati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom mingħajr ma taw ebda evidenza li setgħet tneħħihom mid-dell ikrah. Waqt il-ġuri, ħabiba ta’ Thorpe qalet li din tal-aħħar ammettiet magħha li hi kienet qattiela u xi ħabsin oħrajn ukoll qalu li Thorpe

Min-nies ta’ dawn il-gruppi, Thorpe

ltaqgħet ma’ Paul Clarke ta’ 41 sena, li ’l quddiem jgħinha toqtol żewġ persuni

semmiet magħhom l-anniversarju mindu qatlet lil missierha.

B’din l-evidenza, Clarke weħel minn 27 sena sa għomru l-ħabs filwaqt li Thorpe weħlet minn 14-il sena sa għomorha l-ħabs. Clarke u Thorpe appellaw kemm-il darba biex tinbidel is-sentenza li ngħatatilhom iżda kull

talba ġiet miċħuda. F’Settembru tal-2014, Clarke nstab mejjet fl-HM Prison Whitemoor. Huwa maħsub li Clarke neħħa ruħu b’idejh. Sadanittant, Thorpe qed tiskonta s-sentenza tagħha fl-HM Prison Foston Hall. Hi tista’ titlob għall-ħelsien kundizzjonat f’Settembru tal-2024.

19.03.2023 25
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Paul Clarke - l-idolu ta’ Thorpe li għenha toqtol L-ewwel vittma - Rosalyn Hunt Lorraine Thorpe - Toqtol lil missierha biex ma jikxifhiex It-tieni vittma - missier il-qattiela, Desmond Thorpe

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

19.03.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

TISLIBA 478

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Għin ......... biex Alla jgħinek (5)

4. Mużika Mużika huwa festival ta’ dan (4)

7,20. Ibbrilla (7)

WEQFIN:

9,11. Baxxa? (5)

10. Il-kliem tad-diska (6)

12. Maqbud (6)

16. Ħares (3)

18.21W Jikteb il-kuntratti (5)

19,17. B’veloċità kbira (6)

6,23. Titlaq (7)

1. Rocket tal-insalata (6)

2. Jgħix fl-ilma (3)

3,12W Magħmula mill-ittri (5)

5. Isem (3)

8. Magħmula mill-kawkaw (9)

11. Ara 9

12. Ara 3

13,22. Nofs tond? (6)

20. Ara 7

21. Tony Taljana Jaccarini

14. Parti mill-intern tal-bniedem (6)

15. Nadif (6)

17. Ara 19

21. Ara 18

22. Ara 13

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Aħjar, 4.Bard, 7,6.Ibdel, 9,11.Mimli, 10. Ħabbel, 12.Mistur, 16.Tua, 18,15. Bikkerin, 19.Ajk, 20.Qabar, 21.Żar, 23.Real, 24.Klawn

WEQFIN: 1.Ammont, 2.Jum, 3.Riħ, 5,17. Abbuża, 8.Battibekk, 12.Ma, 13,22. Sbarra, 14.Rarita, 21.Żur

19.03.2023 27
S. GRIXTI - IL-MARSA (1,1,1) 23. Ara 6
Bi 3 NUMRI 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964 B’4 NUMRI 1072 1468 1526 1548 2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865 4085 4203 4466 5319 5509 6274 6361 6591 6712 6760 6964 7009 7116 7236 7436 7863 7923 8271 8521 8881 9601 9632 9762 9817 B’5 NUMRI 03160 05812 06993 07363 08057 13647 13866 15942 19763 30663 45921 52309 66987 78666 81479 82641 85339 86140 89139 89969 91371 96083 B’6 NUMRI 119831 138607 210353 314984 359712 622938 636103 636277 671895 735691 790053 924018
24. Kannol, le mhux bla krema imma bla ras! (5)

NIRRIFORMAW FEJN MEĦTIEĠ

Editorjal

L-amministrazzjoni Robert Abela għandha timbru ewlieni ta’ konsistenza fid-deċiżjonijiet u riformi li jkomplu jsaħħu fuq il-ħafna tajjeb li għamel Gvern Laburista mill-2013 ’il quddiem iżda fuq kollox tindirizza fejn hu meħtieġ.

Il-bidliet jibqgħu s-sisien ta’ tmexxija ħajja u deċiżiva li tkompli ttejjeb il-kwalità talħajja tal-familji. Huwa għalhekk li nfisser il-pass għaqli ta’ riforma oħra importanti f’settur li jikkontribwixxi bis-sħiħ fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Ir-riforma fil-qasam

tal-kostruzzjoni mħabbra forma ta’ kunċett mill-Prim Ministru u ppreżentata bid-dettalji

mill-Ministru għall-Ippjanar

Stefan Zrinzo Azzopardi hija

Ħaddieħor baqa’ ma tgħallem xejn u b’aġir arroganti saħansitra sal-aħħar jiem fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kompla juri li ma nbidilx

waħda meħtieġa li hi parti minn kullana ta’ passi li ħadet din l-amministrazzjoni favur regolar tas-settur u biex kulħadd jimxi b’rispett lejn xulxin. It-twaqqif tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni kien pass importanti.

Sa ftit inqas minn sentejn ilu din ma kinitx teżisti u llum ftit ftit qed tikber u tkun Awtorità li tħalli l-marka tagħha. Din

l-amministrazzjoni fuq kollox tisma’, tgħarbel u mbagħad tiddeċiedi u għalhekk ir-riforma fil-kostruzzjoni hija bidla oħra meħtieġa. Il-fatt li bis-sitwazzjoni preżenti, individwu jista’ jiddeċiedi li jsir kuntrattur billi jixtri l-inġenji u jibda jwettaq xogħol ta’ skavar u xogħol ieħor relatat mal-kostruzzjoni, u bir-riforma issa se jkun hemm bżonn liċenzja, juri s-serjetà tar-riforma.

Il-liċenzjar tal-kuntratturi taħt numru ta’ kriterji u l-fatt li se jkun hemm konsegwenzi jekk wieħed ma jirrispettax u jżomm mat-termini tal-liċenzja mogħtija lilu huma lkoll azzjonijiet deċiżivi. Iva hemm proposti multi u saħansitra revokar ta’ liċenzji għal min ma jimxix kif xieraq.

Dawn il-passi ntlaqgħu anki mill-istakeholders fis-settur fosthom mill-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-iżviluppaturi għax fil-pajjiż tassew tirrenja s-sensibbiltà li nistgħu nkunu aħjar u nirriformaw fejn meħtieġ.

L-ispirtu tar-riforma qiegħed fil-prinċipju li x-xogħol għandu jsir minn min għandu l-ħiliet

meħtieġa fil-kostruzzjoni. Ilpajjiż u l-pubbliku jistennew li dan is-settur jitħaddem minn min ikun serju fil-mod kif jaħdem, li juża l-aqwa standards u jkun responsabbli ta’ kull pass li jagħmel fix-xogħol tiegħu.

Is-suċċess tar-riforma jibqa’ wkoll fil-ħtieġa tal-infurzar għall-ġid ta’ kulħadd. Dan il-qafas ta’ regolamenti huwa miftuħ għall-konsultazzjoni għaliex dan huwa Gvern li tassew jisma’ iżda finalment jiddeċiedi.

Bid-dħul imbagħad tar-regolamenti l-ġodda, ix-xogħol irid isir b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet ta’ terzi persuni u bl-inqas impatt fuq il-madwar u bl-inqas inkonvenjent possibbli. Dan filwaqt li nifhmu li l-iżvilupp sostenibbli jibqa’ kruċjali għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Sena mindu l-poplu ta l-akbar fiduċja lil din l-amministrazzjoni nibqgħu nwettqu flimkien dak li wegħidna bi prinċipji ċari li jiggwidawna. Il-frott tat-tkabbir ekonomiku jibqa’ jkun investit fin-nies filwaqt li jaslu bidliet li tassew

jinħassu u jagħmlu differenza. Filwaqt li ħaddieħor jibża’ millbidliet u jibqa’ jgħid li tiegħu kollu tajjeb u ta’ ħaddieħor kollu ħażin, it-tmexxija tal-pajjiż tibqa’ tirriġenera ruħha u ġġib bidliet tanġibbli.

Mingħajr ma nbiddlu u nirriformaw nistaġnaw u dak l-iżball li wettaq GonziPN huwa tagħlima għalina lkoll. Ħaddieħor baqa’ ma tgħallem xejn u b’aġir arroganti saħansitra sal-aħħar jiem fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kompla juri li ma nbidilx.

Għall-kuntrarju, l-amministrazzjoni Robert Abela tkompli tispjega l-viżjoni tagħha għall-futur u tippreżenta riforma wara oħra. Ngħid kullana ta’ riformi minn dawk soċjali għall-ambjentali, riformi fil-qasam tal-ġustizzja għal dawk fis-settur finanzjarju.

Il-kuraġġ li wieħed jippreżenta r-riformi iżda l-aktar importanti li jattwahom jiġi magħruf mill-poplu li b’mod demokratiku u ħieles jgħarbel u jagħti l-fiduċja lil min imexxih. Fiduċja li għaliha trid taħdem kuljum u ssostniha fil-poplu u fil-pajjiż.

19.03.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.