
2 minute read
THE IPSWICH MURDERS

Lorraine Thorpe – Ta’ 15-il sena toqtol żewġ persuni
Advertisement
Lorraine Thorpe hi l-iżgħar mara Ingliża li ta’ 15-il sena qatlet żewġ persuni f’temp ta’ ftit jiem. F’Awwissu tal-2009, Thorpe, flimkien ma’ Paul Clarke, ittorturat u qatlet lil Rosalyn Hunt u ftit wara qatlet lil missierha biex ma jikxifhiex fuq il-qtil ta’ Hunt. Dawn iż-żewġ omiċidji twettqu f’temp ta’ disat ijiem u l-pulizija ma setgħux jemmnu li tfajla ta’ 15-il sena kienet kapaċi twettaq dik il-brutalità.
Thorpe weħlet sentenza minn 14il sena sa għomorha l-ħabs filwaqt li Clarke weħel sentenza minn 27 sena sa għomru l-ħabs. Bħalissa tinsab fl-HM Prison Foston Hall u f’Settembru tas-sena d-dieħla tista’ tapplika għall-ħelsien kundizzjonali.


It-tfulija ta’ Lorraine Thorpe
Lorraine Thorpe twieldet fl-1994 f’Ipswich, f’Suffolk, fir-Renju Unit. It-trobbija tagħha ma kinitx waħda ferriħija hekk kif trabbiet ma’ missierha li kien iħobb il-qatra. Tant kienu foqra li kemm-il darba spiċċaw jorqdu barra fit-tined. Thorpe kienet tispiċċa tieħu ħsieb lil missierha iżda l-ambjent li trabbiet fih għamilha tfajla vjolenti u manipulattiva. Thorpe bdiet tagħmilha ma’ gruppi ta’ nies vjolenti li wkoll kienu jħobbu l-qatra. Dawn il-gruppi kienu magħmula minn nies ta’ mezza età, li kienu jisirqu u jsawtu nies oħrajn biex jixtru x-xorb. Meta bdiet tagħmilha ma’ dawn in-nies, is-servizzi soċjali pruvaw jaqbdu lil Thorpe iżda din kienet dejjem tiżgiċċalhom. Min-nies ta’ dawn il-gruppi, Thorpe ltaqgħet ma’ Paul Clarke ta’ 41 sena, li ’l quddiem jgħinha toqtol żewġ persuni.
Il-qtil ta’ Rosalyn Hunt
Fil-bidu ta’ Awwissu tal-2009, Thorpe u Clarke kellhom xi jgħidu ma’ Rosalyn Hunt, li wkoll kienet parti millgrupp ta’ xurbana, fuq kelb. Thorpe u Clarke ddeċidew li jingannaw lil Hunt billi marru magħha fejn kienet tgħix u hemmhekk ittorturawha għal jiem sħaħ. Thorpe sawtitha billi tatha daqqiet bis-sieq u qabżet fuq Hunt, saħansitra fuq rasha. Hekk kif rat li kienet għadha ħajja, hi u Clarke sawtuha sa ma mietet bil-ġrieħi li kkawżawlha.
Fid-9 ta’ Awwissu, xi ħadd ċempel lill-pulizija għax kien inkwetat fuq Hunt u kif daħlu fid-dar tagħha, sabu li kienet inqatlet bl-iktar mod krudili. Sadanittant, Thorpe u Clarke ddeċidew li aħjar jeħilsu minn missier Thorpe għax bdew jibżgħu li dan kien se jikxifhom mal-pulizija. Kien għalhekk li marru għand missierha, li kien diżabbli, u fgatu bi mħadda. Hekk kif waqa’ mal-art, hi kompliet tagħtih daqqiet bis-sieq. Il-katavru ta’ Desmond Thorpe, li kellu 43 sena, instab mill-pulizija fl-10 ta’ Awwissu hekk kif ġew mgħarrfa li kien hemm raġel mejjet f’Limerick Close. Il-pulizija bdew jitħassbu hekk kif sabu żewġ katavri f’temp ta’ ftit sigħat u li l-attakki li saru fuqhom kienu bejn wieħed u ieħor simili. Kien għalhekk li l-investigazzjoni wasslet għall-arrest ta’ Thorpe u Clarke, fejn fil-25 ta’ Awwissu ġew mixlija bil-qtil ta’ Rosalyn Hunt u Desmond Thorpe. Il-ġuri beda fit3 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara u ż-żewġ akkużati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom mingħajr ma taw ebda evidenza li setgħet tneħħihom mid-dell ikrah. Waqt il-ġuri, ħabiba ta’ Thorpe qalet li din tal-aħħar ammettiet magħha li hi kienet qattiela u xi ħabsin oħrajn ukoll qalu li Thorpe
Min-nies ta’ dawn il-gruppi, Thorpe
ltaqgħet ma’ Paul Clarke ta’ 41 sena, li ’l quddiem jgħinha toqtol żewġ persuni semmiet magħhom l-anniversarju mindu qatlet lil missierha.
B’din l-evidenza, Clarke weħel minn 27 sena sa għomru l-ħabs filwaqt li Thorpe weħlet minn 14-il sena sa għomorha l-ħabs. Clarke u Thorpe appellaw kemm-il darba biex tinbidel is-sentenza li ngħatatilhom iżda kull talba ġiet miċħuda. F’Settembru tal-2014, Clarke nstab mejjet fl-HM Prison Whitemoor. Huwa maħsub li Clarke neħħa ruħu b’idejh. Sadanittant, Thorpe qed tiskonta s-sentenza tagħha fl-HM Prison Foston Hall. Hi tista’ titlob għall-ħelsien kundizzjonat f’Settembru tal-2024.