Xehda Għasel

Page 1

MARAPR 2014

L-Ewwel Sena mal-Papa Franġisku

X’għamel dal-Papa biex qiegħed fuq fomm kulħadd?

Son of God

Għal darb’oħra Ġesù qiegħed fis-swali taċĊinema madwar id-dinja.

Iftħu l-bibien beraħ Il-Papa Pollakk li dar id-dinja biex iwassal it-tama.


Firelight ‘Coming Home’

2


Wara ftit ġimgħat mhux ħażin fl-aħħar għandna ħarġa oħra tal-magazin favorit tagħkom u bejnietna għandna ħafna x’naqsmu magħkom. Biex nibdew għandna intervista tal-ġenn mal-grupp Firelight li din is-sena se jirrappreżentaw lil pajjiżna filEurovision Song Contest bis-song tagħhom ‘Coming Home’. Minn qalbna nixtiqulhom l-akbar suċċess. Barra minn hekk għandna artiklu ieħor tajjeb fuq il-film Son of God li huwa bbażat fuq is-serje The Bible li s-sena l-oħra ġibdet l-attenzjoni tad-dinja kollha. F’din il-ħarġa se nkellmukom ukoll fuq novella ġdida li ħareġ wieħed mill-kontributuri tagħna – Bertram Portelli – u li qed tagħmel suċċess kbir. Il-ktieb tistgħu ssibu tixtruh mingħand il-ħwienet ewlenin tal-kotba. U jekk dan mhux biżżejjed se nkellmukom dwar Suor Cristina Scuccia, is-soru li ħalliet lil kulħadd b’ħalqu miftuħ f’The Voice of Italy. Min hi din is-soru u fuq kollox, kif spiċċat fuq The Voice? Dan kollu u ferm aktar tistgħu ssibuh mill-faċċata li jmiss. Ilqari t-tajjeb :) Il-paċi magħkom.

F’din il-ħarġa: Ħelow, Kastilja!

Connected

5

6

9

L-Ewwel Sena mal-Papa Franġisku

22

20

Son of God

Iftħu l-bibien beraħ 26

Ewreka: X-Rays 28 L-Istorja interessanti…

PRODUZZJONI KUMMISSJONI GHALL-FORMAZZJONI TAT-TFAL U L-MAGHZULIN TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA - M.U.S.E.U.M.

KONTRIBUTURI

JOSEPH BONNICI  ALAN BONELLO  ROBERT ALOISIO  KURT MICELI BERTRAM PORTELLI  REUBEN ELLUL  KAROL DeBONO  CLIFTON SAMMUT MARK CARUANA  WARREN BUSUTTIL  LAWRENCE FENECH DANIEL MICALLEF  ANDREW BORG  NOEL VASSALLO  ADRIAN VELLA FRANKLIN BALZAN  NEIL AQUILINA  DARREL PACE  ROBERT MICALLEF

14

PREZZ: €2

15 Poster

UFFICCJU DISTRIBUZZJONI

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA GRAFIKA

WWW.DESIGNEDBYAL.COM

STAMPA

VERITAS PRESS, ZABBAR

www.facebook.com/xehda


MARK caruana y darrel PACE

Fl-aħħar, wasalna r-Rabat! Wara ħin twil induru rnexxielna nsibu post fejn nipparkjaw għad-dell ta’ siġra. Issa kien jonqos biss li niskopru fejn toqgħod il-familja Micallef. Ilħaqna għamilna dawra kulturali mar-raħal tar-Rabat sakemm fl-aħħar wasalna quddiem il-bieb. Lanqas kienu għaddew għaxar sekondi li ma fetħilniex Wayne. Fid-daħla sibna lil Tony u lil Wayne li kienu għadhom kif ġejjin minn recording session. “Michelle, ġew tal-intervista!” għajjat Wayne, u dlonk ħarġet oħtu minn fuq biex tilqagħna. Ġewwa sibna liż-żewġ aħwa l-oħra, Richard u Daniel. Dak il-ħin kienu għadhom kif lestew minn xi provi. Offrewlna xi ħaġa u qgħadna bilqiegħda madwar mejda. Għad li Tony, Leslie, Wayne u Daniel kellhom iħalluna, però kellna x-xorti li nqattgħu nofs siegħa ma’ Richard u Michelle; u rajna li dik in-nofs siegħa nagħmlu l-aħjar użu minnha. Ħriġna l-mistoqsijiet li ħejjejna, għafasna record u bdejna! Kif kien dan l-aħħar xahar? Richard: Hemm ħafna affarijiet li ġew f’daqqa. Għax hemm affarijiet tal-Eurovision, hemm l-album, photo shoots, xi preparamenti oħrajn. Barra minn hekk, hemm ix-xogħol tagħna wkoll. Michelle: F’kelma waħda, busy! Għaliex “Firelight”? M: Propjament m’hemmx xi raġuni partikolari wara l-isem tal-band. Dak konna qegħdin niftehmu biex naraw kif ħa nagħmlu l-isem. U kellna xi ftit ideat, insomma… u Emily, il-mara ta’ Wayne, qabdet u ħarġet blisem “Firelight”. U ntgħoġbo. Kif bdiet il-band? M: Aħna, bħala mużiċisti, tlieta minna aħwa. Allura ħajjitna kollha flimkien. Imbagħad Tony u Leslie ilna ndoqqu magħhom żmien twil. 2  MARZU/APRIL 2014

Leslie, id-drummer, ħafna drabi jkun magħna meta nagħmlu tiġijiet u avvenimenti simili. Tony, il-bassist, u Richard, jaħdmu flimkien kważi kull ġimgħa. Fi ftit kliem ilna nafuhom snin twal. R: Meta ġejna għall-band kelli l-idea biex ngħaqqad band, imma ridt noħloq idea ftit differenti, biex ma nkunux dejjem l-istess stil. U hekk ġejt biex indaħħal il-mountain dulcimer u d-double bass filformola. M: Użajna wkoll pjanu upright, mhux sempliċi keyboard. L-istrumenti huma kollha akustiċi, tista’ ddoqq mal-ewwel mingħajr ma tipplaggja. Bid-double bass, upright piano, dulcimer, acoustic guitar u t-tambourine bħala percussions. R: Infatti “Coming Home“ l-oriġinali, li konna rbaħna biha, dik kienet pjuttost akustika. Tista’ tindaqq

live. Issa, ovvjament, la rbaħna m’għadniex ‘Firelight’ biss. Issa hemm il-PBS ukoll. Allura huma qed jiggwidawna biex nilħqu l-potenzjal sħiħ tagħna… issa m’għadhiex ħaġa tagħna biss… issa saret ta’ Malta. Fil-verżjoni tal-Eurovision daħħlu l-element daqsxejn iżjed elettroniku, biex idaħħlu dak l-element modern. Naħseb li ħadmet. Infatti fuq l-album se jkollna żewġ verżjonijiet. Se jkollna verżjoni tal-Eurovision, u l-verżjoni l-oħra aktar folk. Issa li sirna nafu l-istorja wara “Firelight”, xtaqna nduru fuq ilkanzunetta stess. Peress li Richard ikkompona l-mużika kif ukoll kiteb il-lirika tagħha, ma setax ikun hemm xi ħadd aħjar minnu biex jispjegalna l-ħsieb warajha. R: Jiena ktibtha u għandi storja personali tiegħi. Però, Coming


Home tista’ tfisser ħafna affarijiet. Hawn ħafna Maltin bħalissa li jsiefru… u jitilqu mid-dar tagħhom. Jien, meta mort Londra, waħda milliżjed affarijiet diffiċli li sibt kienet li kont ’il bogħod mill-familja tiegħi. Kont ’il bogħod minn Malta. Kienet xi ħaġa iebsa għalija, li qatt ma kont esperjenzajt qabel. Fil-video ħadna l-istess ħsieb imma minn spunt differenti. Naħseb l-iżjed ħaġa li tgħaddi minn moħħ suldat fil-gwerra hi kemm ikun irid jerġa’ lura d-dar. Minkejja li Richard qalilna li “Coming Home” hija diska li kulħadd jista’ jirrelata magħha b’mod differenti, hu qasam magħna xi tfisser għalih. Jiena, l-esperjenza tiegħi kienet li kont naf lil din t-tfajla, u kienet għaddiet minn cancer darbtejn. Jien kont sirt nafha wara. Imma tkellimha qisha ma ġralha xejn. Kienet vera tfajla ta’ qawwa kbira, pożittiva u mimlija ħajja. Dejjem bi tbissima fuq wiċċha.U jien dawn l-affarijiet jispirawni. Allura f’dan il-kuntest, “Coming Home” tfisser qed terġa’ ssib lilek innifsek.

Kif inhuma għaddejjin ilpreparamenti għall-Eurovision? Qed tarawh li wasal malajr? M: Hekk tgħid vera ta! Taħseb “Uuu... fadallu sa Mejju”… Veru ġie ftit kmieni… imma f’daqqa waħda wasal. Fl-aħħar t’April nitilgħu, ikollna qisu għaxart ijiem… ħdax… R: Però looking forward ħafna… Iġri jasal u jkollna dawk it-three minutes on stage.

Il-music video. Kif ġiet l-idea li torbtu d-diska ”Coming Home” mal-Ewwel Gwerra Dinjija?

Kif jirnexxilkom taħdmu bħala grupp, speċjalment fi żmien relattivament stressanti?

R: Propjament Anton Attard mill-PBS ħareġ b’dik l-idea u għalija kienet idea fantastika. M: B’kollox, bħala produzzjoni, naħseb domna kważi xahar għaddejjin, bil-preparamenti minn qabel, niltaqgħu, naraw l-ideat… Kważi kważi, ġimgħa wara li rbaħna, bdew bl-ideat. Imbagħad bħala filming ħadna tliet ġimgħat. Tgħidx kemm kien hemm extras involuti! R: Dik il-biċċa tal-bidu, pereżempju – qed ngħidu tnax-il sekonda – dik bdew xi s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, u jien tlaqt minn hemm xi l-ħdax. Issa jiena m’għinthomx jarmaw l-affarijiet u x’ħin tlaqt kien fadlilhom iżarmaw.

M: Kollna ċajt aħna. Fis-sens li very easy going, naqblu u niċċajtaw. R: B’xi mod għandna bilanċ, għax kollha għandna l-karattri tagħna, u nikkumplimentaw lil xulxin. Michelle, she’s like the boss. M: Nipprova nżomm naqra ordni! R: Jiena wkoll nipprova, imma fl-istess ħin nipprova nikkalma lin-nies ukoll. Wayne l-istess ukoll, bħalna. Tony, huwa vera relax. Imbagħad għandna lill-clown, Daniel. Dak idaħħakna l-ħin kollu. M: Però l-eċitament hemm jibqa’. Dik ma’ kull performance. R: Waqt Television show, meta taf

li wara l-kamera hemm mija u tmenin miljun persuna, jekk inkun qed ngħid li dik mhux ħa taffettwani, inkun qed nigdeb. Trid tkun iffukat. Trid tkun ippreparat, u mhux se jkollok ċans biex taħseb. Hemmhekk trid tkun blautopilot, u tgawdi l-mument. X’dehrilkom mill-pożizzjoni li se tkanta fiha Malta – l-ewwel post? R: Fis-semifinals dik naħseb li hi pożizzjoni tajba, għalija personali. Issa hemm ħafna li ħa jgħidu “le mhijiex”. Imma jiena ngħid li iva għax dak il-ħin l-attenzjoni tan-nies hemm ħa tkun kollha… Jien nemmen ħafna fis-song tagħna. Allura dik il-ħaġa li nkun naf li n-nies qed jagħtu l-attenzjoni tagħhom għaliha, għax hija l-opening song… naħseb li għandna prodott illi jintlaqa’ b’mod pożittiv. M: U inti tilħaq tlesti l-performance fil-bidu. Mhux ħa ngħid neħilsuha. Imma ma tibqax tistenna sal-aħħar. Se nistennew xi ħaġa differenti fil-Eurovision, fil-mod ta’ kif se tippreżentawha? R: Jien ħa nkun bilwieqfa minflok bilqiegħda, għax jekk tkun bilwieqfa tista’ tagħti daqsxejn iżjed enerġija. Wayne ħa jkun qed jgħinna bil-vocals, 3


għax hemm ħafna nies ma jafux din, imma f’Malta l-backing vocals ma kinux live. M: Kulħadd hekk kien. R: Meta rbaħna, kelli bżonn ħames vuċijiet. Allura kelli bżonn l-għajnuna, u ffurtunati biżżejjed li għandi ħuti jkantaw, plus hekk ħa jkun hemm Tony wkoll. X’inhi l-opinjoni tagħkom fuq il-Eurovision? Kemm taħsbu li l-Eurovision iservi ta’ pjattaforma li għall-artist f’Malta? R: Ħa ngħiduha kif inhi. Il-Eurovision hawnhekk huwa l-ikbar ħaġa li għandna fil-mużika. Anke min jikkritikah, xorta waħda jarah. Hawn Malta dik hi l-unika platform li għandna li jekk tagħmel biċċa xogħol tajba tista timxi ’l quddiem. M: Trid taħdem ħafna, mhux kemm tmur u tagħmel song tal-Eurovision. Trid tibqa’ taħdem wara. R: Jien naħseb in-nies apprezzaw illi s-song ma kinitx a Eurovision typical song. Anke mill-feedback li kellna… xi ħaġa differenti imma tajba. Kien baqgħalna ftit ħin u xtaqna niddedikaw l-aħħar ftit minuti biex insiru nafuhom ftit aktar. Richard u Michelle it-tnejn li huma mużiċisti.

4  MARZU/APRIL 2014

Imma min huma l-mużiċisti favoriti tagħhom? M: The Beatles. R: Jien jogħġbuni Paul McCartney u John Lennon. Is-songwriting skills, u s-suċċess li għamlu… M: Kollha għandna qisu l-istess favoriti. Però Tony u Leslie jħobbu ħafna l-Jazz. Liema hi d-diska favorita? R: Jien naħseb ‘Imagine’ ta’ John Lennon. Għalija hija waħda millaħjar li qatt kiteb. M: Anqas nista’ ngħid li għandi a favourite song. Ma nafx. Waħda forsi partikolari hi “Angels” ta’ Robbie Williams. Ma nafx... Dejjem kelli soft spot għaliha dik is-song. U waqt li konna qed niddiskutu l-gosti mużikali tagħna, ma setax jonqos li tissemma “Il-Kuġin Ġiljan”, kanzunetta popolari bil-Malti li kien kiteb u kanta missierhom stess, Joe George Micallef. U b’ton ċajtier Richard qalilna: ”Tgħid nagħmluha fuq Xarabank? Min jaf?” Michelle u Richard qalulna kemm sabu għajnuna mingħand missierhom, speċjalment fil-qasam mużikali.

Qalulna wkoll kemm kien aktar diffiċli biex taħdem full-time fl-industrija talmużika u entertainment meta bdew. Li kieku kellkom iċ-ċans li tneħħu xi ħaġa waħda barra mid-dinja xi tkun? R: Il-korruzzjoni. M: Iva l-korruzzjoni, drogi... R: Pollution. Affarijiet li kulħadd irid ineħħi. Kulħadd irid jara dinja aħjar. M: L-abbuż minn kollox... tat-tfal, talannimali... Il-ħażen. Niffukaw iżjed fuq il-paċi u l-imħabba. R: Imagine. Wasalna lejn l-aħħar, u qabel ma nispiċċaw xtaqniehom jgħaddu messaġġ qasir lill-qarrejja tax-Xehda Għasel. Hekk kif staqsejniehom, Richard mill-ewwel tbissem, u b’nofs ċajta qalilna: “Ikkuntattjaw lil min għandkom barra minn Malta, u għidulhom biex jivvutawlna!” M: Follow your dreams, u jekk hemm xi ħaġa li tixtiequ f’ħajjitkom, taqtgħux qalbkom… Intom il-ġenerazzjoni li ħa tkomplu f’did-dinja. Dejjem ibqgħu ispirtati li tagħmlu affarijiet sbieħ f’ħajjitkom. U ssapportjaw it-talent lokali. Issapportjaw it-talent Malti, għax vera hawn ħafna talent. Impressjonanti kemm hawn talent! ✖


TimeMachine

y karol paul DE BONO

Ħelow, Kastilja! Issa tgħid m’iniex ser inqabbdek dirett mal-Prim Ministru? Mela ma tafx li biex tkellmu għandek bżonn appuntament? Eh, mhux lilu trid tkellem? Inti xi trid tkun taf eżatt? Eh! Ftit storja dwar il-post? Hekk mod ieħor! Ħalli ngħidlek jien! Mela, l-ewwel ħaġa, għandek tkun taf li t-titlu “Berġa” beda jintuża fi żmien il-Gran Mastru Claude de la Sengle tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u kien jirreferi għal dawk id-djar li fihom il-kavallieri ta’ San Ġwann kienu jilqgħu l-morda sabiex jikkurawhom. Infatti, fillingwa Maltija, din il-kelma għadha tintuża għall-istess skop. Issa, kif taf, il-Kavallieri tal-Ordni kienu ġejjin minn tmien partijiet tal-Ewropa li kienu jitkellmu b’lingwa differenti. Kull lingwa kellha l-‘Berġa’ tagħha, jiġifieri speċi ta’ kwartieri fejn kienu jiltaqgħu u joqogħdu l-kavallieri ta’ dik il-lingwa partikolari. Il-Berġa ta’ Kastilja kienet tospita l-Kavallieri li kienu ġejjin mir-Renju ta’ Kastilja fi Spanja, ir-Renju ta’ Leon fi Spanja wkoll u dawk ġejjin mill-Portugall.

Il-bini fejn tinsab il-berġa llum mhuwiex l-uniku bini li serva bħala l-Berġa ta’ Kastilja. Anzi! Kien hemm tliet binjiet oħra li qdew dan l-irwol. L-ewwel żewġ binjiet jinstabu ġewwa l-Birgu, l-ewwel ċentru minn fejn il-Kavallieri kienu jiggvernaw il-pajjiż. Iżda, meta l-Kavallieri mxew lejn il-Belt Valletta, kellhom isibu djar filBelt biex fihom jagħmlu l-bereġ. L-ewwel post f’din il-Belt li serva bħala l-berġa ta’ Kastilja kien fi Triq San Pawl u kien magħruf bħala ‘Casa Grande’. Il-bini li llum iservi bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru nbena bejn l-1741 u l-1745 fuq stil ta’ arkitettura msejjaħ ‘barokk’. Jekk tħares sew lejn ilbieb prinċipali, tista’ tara forma ta’ qamar. Il-qamar huwa s-simbolu tal-Gran Mastru Pinto, li fi żmienu nbniet din il-berġa. Fi żmien il-ħakma tal-Ingliżi, ilberġa ntużat għal diversi skopijiet militari, fosthom bħala Kwartieri Ġenerali tal-armata. Fit-Tieni

Gwerra Dinjija, il-bini ġarrab diversi ħsarat, speċjalment in-naħa tallemin tal-bieb prinċipali. Mill-1972 ’il quddiem, dan il-bini qiegħed iservi bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru u fejn jiltaqa’ l-Kabinett. Ovvjament, mal-Prim Ministru jaħdmu ħafna nies, u l-uffiċċji ta’ dawn l-impjegati nsibuhom ukoll f’dan il-bini. L-isbaħ partijiet tal-berġa huma s-Sala talAmbaxxaturi, fejn il-Prim Ministru jilqa’ xi persuni importanti, kif ukoll il-bitħa, li fiha ta’ spiss isiru xi konferenzi jew attivitajiet oħrajn bħal kunċerti. Għandek tkun taf li f’dawn l-aħħar snin, il-faċċata tal-bini ġiet irrestawrata biex ġiet tidher bħalma kienet meta l-bini kien għadu kemm tlesta. Issa taf x’jonqsok? Meta l-berġa tkun miftuħa għall-pubbliku, aqbad tal-linja u ejja dur dawra hawnhekk. Se nħallik, għax min jaf kemm nies qed jippruvaw iċemplu u mhux jirnexxilhom jaqbduni! Saħħiet! ✖

5


Connected

y JOSEPH bonnici

Ingħaqad mal-ħbieb li jissemmew fl-isbaħ ktieb li qatt inkiteb – il-Bibbja.

ISEM

Ġakobb

MAGĦRUF BĦALA Israel POST TAT-TWELID Kangħan DATA TAT-TWELID Madwar 1800 q.K

DAR

KTIEB TAL-BIBBJA

MIŻŻEWWEĠ LIL

FILM FAVORIT

TFAL

SONG FAVORITA

Kangħan, Ħaran, l-Eġittu Ġenesi 25-50 Lija u Rakel Joseph and the Amazing Technicolour Dreamcoat Ruben, Simgħon, Levi, Ġuda, Dan, Naftali, Gad, Aser, Issakar, Żebulun, Dina, Ġużeppi u Benjamin Eye of the Tiger

Profil 6  MARZU/APRIL 2014

Min jien? J

iena Ġakobb, l-iben iż-żgħir ta’ Iżakk u Rebekka. Jiena tewmi ma’ ħija l-kbir Għesaw u bħal ħafna aħwa tgħidx kemm kien ikollna xi ngħidu. Ommi, lili ppreferietni u tgħidx kemm għenitni biex ħadt il-barka ta’ missieri flok ħija. Fi żmienna din il-barka kienet importanti ħafna. Meta l-missier kien joqrob lejn tmiem ħajtu, jew meta kien jara li ma baqagħlux forzi biex imexxi u jiġġieled għad-drittijiet tiegħu, kien isejjaħ lill-iben il-kbir biex jgħaddilu l-barka tiegħu flimkien mal-wirt kollu tal-familja. Ħadd u xejn ma seta’ jieħu lura din il-barka. Ommi kienet taf b’dan u qisha xtaqet li nkun jien li nieħu l-barka u mhux ħija l-kbir.


Issa kien jonqos il-barka ta’ missieri. Minkejja li kien naqaslu ħafna d-dawl t’għajnejh, widnejh kienu għadhom tajbin u idejh kien għadu jista’ jħarrikhom. Kif inkellmu u nersaq lejh kien se jinduna ta’ min kienet il-vuċi u ta’ min kienu dawk l-idejn. U hawn daħlet l-għajnuna ta’ ommi. Talbitni naqbad żewġ gidjien mill-merħla biex issajjarhom lil missieri kif kien iħobb hu. Wara li sajrithom, libbsitni b’ilbies Għesaw u ksietli idejja u għonqi bilġlud tal-gidjien biex ninħass muswaf bħal ħija. U tlaqt ħdejn missieri Iżakk. Minkejja li għaraf li l-vuċi ta’ Għesaw ma kinitx tas-soltu, missieri tqarraq bis-suf ta’ fuq idejja u għonqi. Aċċetta l-ikel li ħadtlu u tani l-barka u l-wirt tal-familja. Meta, iktar tard, ħija nduna b’dak li kien sar, irrabja mhux ftit, imma l-barka kienet ingħatat. Iżakk stess ma setax jieħu l-barka tiegħu lura. Jien kont il-ħolqa li jmiss fil-katina tal-familja. Ma stajniex nibqgħu ngħixu qrib xulxin jien u ħija Għesaw. Għalhekk jien tlaqt lejn Ħaran biex infittex mara skont kif talabni missieri. Din kellha tkun millfamilja tagħna, ħalli l-ġid jibqa’ għandna. Mort għand Laban, ħu ommi Rebekka sabiex nieħu waħda minn uliedu b’marti. Hemmhekk iltqajt ma’ makakk ieħor bħali u għal bosta drabi daħak bija. Imma ma ħallejtux b’xejn lanqas. Wara erbatax-il sena kelli b’nisa tiegħi liż-żewġ uliedu, Lija u Rakel, li minnhom u millqaddejja tagħhom twieldu t-tnax-il tifel u t-tifla waħdanija tiegħi.

Diskursata bejn il-ħbieb: Iltqajt ma’ kitba dwar ir-rebbieħa u t-telliefa li tgħid hekk: “Ir-rebbieħ għandu dejjem sehem fis-soluzzjoni, it-tellief ikollu sehem fil-problema. Ir-rebbieħ dejjem għandu pjan, it-tellief issiblu l-iskuża lesta. Ir-rebbieħ jgħidlek ‘Ħalli f’idi’, it-tellief jistqarr ‘Din mhix ta’ idejja!’ Ir-rebbieħ jara t-tweġiba f’kull problema, it-tellief isib problema f’kull tweġiba. Ir-rebbieħ jgħid, ‘Tista’ tkun diffiċli, imma possibbli’, it-tellief jgħid, ‘Hija possibbli, imma diffiċli wisq!’ Naħseb li f’ħajti kont qed nimxi b’dawn il-ħsibijiet f’moħħi u wasalt fejn xtaqt jien u fejn riedni Alla. Qatt ma qtajt qalbi, imma quddiem kull problema li kelli, waqaft u ħsibt. U dejjem sibt soluzzjoni. Kelli problema bil-wirt. Problema ma’ missier in-nisa li żżewwiġt. Problema ma’ ħija. Problemi ma’ wliedi. Alla tani għerf li ma ħallejtux rieqed. Użajt l-intelliġenza li tani hu biex nibqa’ għaddej. Anke mal-anġlu tiegħu issarajt u żammejt sod. Hemmhekk biss ikolli ngħid li tlift! Imma min jista’ jirbaħ lil Alla?! Ġakobb kiteb Jgħidu li Henry Ford kien qabbad raġel jiċċekkjalu min kien żejjed fil-fabbrika tiegħu. Dan qallu li kien hemm wieħed li ħafna mill-ħin kien iqattgħu sieq fuq sieq ma jagħmel xejn. Imma Ford ma keċċiehx. Kien hu stess li jħallsu biex jaħseb f’ideat ġodda... u mid-dehra kien jagħmel xogħlu sew!

Ġesù wkoll ifaħħar lil min iħaddem moħħu. Fil-parabbola tal-amministratur moħħu jilħaqlu, huwa jfaħħar lil dak il-bniedem li kien se jispiċċa bla xogħol u ra kif għamel biex ikollu l-ħbieb għal meta jkun waqaf minn xogħlu.

John kiteb

Jennifer kitbet

Messaġġi Jonathan: Tista’ tgħidli għalfejn kellek tistenna dak iż-żmien kollu biex tiżżewweġ lil ulied Laban? Ġakobb: Iva, ngħidlek. Meta mort infittex mara mingħand Laban, għajnejja waqgħu fuq Rakel, il-bint iż-żgħira tiegħu. Iltqajt magħha ħdejn il-bir meta ġiet bil-merħla biex tisqi n-nagħaġ ta’ missierha. Kont jien li qlibt il-ġebla ta’ fuq il-bir biex hi tkun tista’ ttella’ l-ilma. Meta mort għand Laban u tlabtu li niżżewweġ lil bintu, hu aċċetta u talabni naħdimlu seba’ snin biex jagħtihieli. Kif għaddew dawn is-seba’ snin, wasal jum iż-żwieġ u tani lil bintu b’wiċċha mgħotti. Wara li sebaħ indunajt li kien tani lil Lija għax, skont kif qal hu, hekk kienet it-tradizzjoni fil-familja, li tiżżewweġ l-ewwel il-bint il-kbira! Biex akkwistajt lil Rakel kelli naħdem seba’ snin oħra! Jessica: Dejjem bqajt tgħix għand Laban? Ġakobb: Le, meta deherli li kont ħdimtlu biżżejjed,urejtu li kont se nitlaq imma hu ma aċċettax. Kien ra li, sakemm kien hemm jien, l-imrieħel tiegħu kienu kibru ħafna u ma xtaqx jitlifni. Kont għamiltu sinjur kbir! Bil-għaqal ta’ moħħi, ħdimt pjan biex nieħu ħafna mill-merħla tiegħu billi ftehimt li jagħtini dawk in-nagħaġ u l-mogħoż li jkunu b’iktar minn kulur wieħed. Bi ftit inġinerija ġenetika, irnexxieli nkabbar in-numru ta’ dawn l-imnaqqxin u, meta ġie l-mument li nagħmlu 7


l-għażla, kelli merħla kbira mhux ħażin. Ħrabt baxx baxx flimkien man-nisa u l-qaddejja tiegħi u wliedi. Laban ipprova jżommni mill-ġdid, imma bil-għajnuna t’Alla tagħna, irnexxieli neħles minnu! Jonathan: U kif isejħulek ukoll Israel? Ġakobb: Meta ħrabna mingħand Laban, u wasalna f’Kangħan, qsamna post fix-xmara jgħidulu Ġabbok u hemmhekk kelli laqgħa stramba. Ġie raġel u beda jissara miegħi u bqajna niġġieldu sa ma beda jisbaħ. Hu rebaħli għax qabadni minn koxxti u ma flaħtx iktar għalih. Indunajt li dan kien ġej minn Alla u tlabtu jberikni. Huwa qalli li ismi kien se jkun Israel għax issarajt m’Alla u mal-bnedmin u rbaħt. Ismu ma qalulix, imma jien nemmen li kien Alla nnifsu, l-istess Alla li sejjaħ lil Abraham u iktar tard kellem lil Mosè mis-siġra taqbad. Jessica: Erġajt iltqajt ma’ ħuk? Ġakobb: Iva, erġajt iltqajt miegħu u bżajt. Meta smajt li kien fil-qrib u ġej biex jiltaqa’ miegħi, jien u nivvjaġġa lejn Kangħan, bżajt li se jpattili ta’ kollox. Għalhekk bgħattlu rigali ta’ ħafna annimali biex insib ħniena f’għajnejh. U ħija laqagħni b’idejh miftuħa. Kemm hi sabiħa l-maħfra! Kemm kienet sabiħa t-tgħanniqa ta’ bejnietna! Ma riedx jieħu r-rigali li offrejtlu, imma tant issikkajtu li aċċettahom.

Messaġġi 8  MARZU/APRIL 2014

Għażiż Ġakobb, Ippermettili nsejjaħlek ‘nannu’, għax inti wieħed mill-antenati tiegħi. Ikkumplikata wisq biex insejjaħlek bħala buż... nannu, u għalhekk ngħidlek ‘nannu’. Inti missier Ġuda, li mill-familja tiegħu kelli nitwieled jien. Nammirak, Ġakobb, għax inti ma qgħadtx lura milli tħaddem l-intelliġenza tiegħek meta kien hemm bżonn! Jien għallimt li ulied id-dlam huma iktar għaqlin minn ulied id-dawl u tlabt lid-dixxipli tiegħi jitgħallmu minnhom kif iħaddmu rashom! Kont naf li se jsibu ħafna xkiel biex jgħixu l-ħajja t-tajba u għalhekk tlabthom li jkunu ‘għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem’. Nammetti li inti ma kontx dejjem ‘safi bħall-ħamiem’, imma dik hi l-familja tiegħi: magħmula minn bnedmin ta’ veru li ħajjithom hija taħlita ta’ qamħ u sikrana, għemejjel tajba u għemejjel żbaljati! U għalhekk ġejt fid-dinja jien, biex nuri kif nistgħu ngħixu ħajja tajba b’mod intelliġenti. Għalhekk għallimt lid-dixxipli tiegħi, biex ma jkunux boloh, imma jgħixu bil-għerf! Ġakobb, il-ġlieda tiegħek mal-bniedem barrani tfakkarni f’bosta mumenti fil-ħajja tiegħi. Kelli bosta ġlidiet f’ħajti. Mat-tentazzjonijiet tax-xitan fid-deżert, mal-qerq tal-mexxejja Lhud, mat-tentazzjonijiet mill-ħbieb li xtaquni naħrab mir-rieda tal-Missier u, fl-aħħar, taqbida qawwija mar-rieda ta’ Missieri fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Bil-qawwa t’Alla, jien ukoll stajt ngħid, ‘għal kollox niflaħ f’dak li jqawwini’! Grazzi Ġakobb, għax inti eżempju għal min jgħaddi mid-diffikultajiet fil-mixja tiegħu lejn Alla. Insellimlek, Ġesù :)

X’jolqtok l-iktar filkarattru ta’ Ġakobb? Ġieli kellek mumenti li fihom issarajt bil-ħsibijiet tiegħek ma’ Alla?

Xi tfisser ‘kunu għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem’?


L-EWWEL SENA

BERTRAM portelli ellul ELLUL y REUBEN y reuben bertram PORTELLI

mal-Papa Franġisku Il-pontifikat tal-Papa Franġisku diġà huwa sinjur b’mumenti mill-isbaħ f’din l-ewwel sena tiegħu bħala r-ragħaj tal-Knisja tagħna. Dan il-Papa umli, għamilha prijorità li jiltaqa’ man-nies b’kull mod, mill-ħasil tar-riġlejn ta’ mara Musulmana f’Ħamis ix-Xirka sal-bewsa u t-tgħanniqa lill-wiċċ sfigurat ta’ wieħed raġel li kien preżenti għal udjenza fi Pjazza San Pietru. Ejjew nagħtu titwila ħafifa lejn ftit mill-ħafna li l-Papa Franġisku wettaq matul l-ewwel sena talpontifikat tiegħu.

Palazz Appostoliku, iżda baqa’ joqgħod f’waħda mill-kmamar ta’ Casa Santa Marta fejn kien qed joqgħod fi żmien il-konklavi. Barra minn dan, huwa juża karozza Ford Focus sempliċi biex jivjaġġa biha.

Laqgħa bejn żewġ Papiet (23.03.13) Mument storiku għall-Knisja, meta l-Papa Franġisku żar lill-Papa Emeritu Benedittu XVI f’Castel Gandolfo u fejn tkellmu, kielu flimkien u talbu flimkien.

L-ewwel 24 siegħa tal-pontifikat Fl-ewwel dehra tiegħu bħala Papa, Franġisku deher liebes l-ilbies sempliċi abjad tal-Papat mingħajr salib pettorali taddeheb, iżda wieħed sempliċi li kien jilbes bħala kardinal. Talab lill-eluf ta’ nies fi Pjazza San Pietru biex jitolbu għalih filwaqt li baxxa rasu quddiemhom. L-għada tal-ħatra tiegħu bħala Papa, huwa żar il-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore u poġġa bukkett fjuri quddiem ix-xbieha tal-Madonna bħala sinjal li jrid iħalli l-pontifikat tiegħu f’idejha. Wara baqa’ sejjer biex iħallas il-kont tar-residenza Domus Pauli VI fejn kien qed joqgħod fil-jiem ta’ qabel il-konklavi. Franġisku ma marx joqgħod fil9


L-ewwel enċiklika (29.06.13) Il-Papa ppubblika l-ewwel enċiklika tiegħu li ġġib l-isem Lumen Fidei (id-dawl tal-Fidi). Din l-enċiklika kienet bdiet tinkiteb mill-Papa Benedittu, iżda mbagħad kompla l-kitba tagħha l-Papa Franġisku wara r-riżenja tal-Papa Emeritu.

Fuq il-Popemobile (19.06.13) Il-Papa ta ċ-ċans lil żagħżugħ ta’ sbatax-il sena bid-Down Syndrome biex jagħmel l-isbaħ rikba ta’ ħajtu. Franġisku stieden lil Alberto di Tullio biex jitla’ fil-Popemobile fi tmiem l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa u ħallieh idur fuq is-siġġu l-abjad li fuqu s-soltu jkun bilqiegħda l-Papa. Iġorr il-bagalja tiegħu (22.07.13) Ritratt li dar fuq il-mezzi soċjali kien dak tal-Papa Franġisku tiela’ fuq l-ajruplan talAlitalia fi triqtu lejn Rio de Janeiro jġorr il-bagalja tiegħu stess.

Żjara f’Lampedusa (08.07.13) Il-Papa żar il-gżira ġara tagħna ta’ Lampedusa li fl-ibħra tagħha ħallew ħajjithom diversi immigranti huma u jaħarbu mill-gwerer ta’ pajjiżhom u jittamaw li jibdew ħajja ġdida fl-Ewropa. Franġisku qaddes quddiesa li fiha enfasizza fuq il-kruha tal-indifferenza lejn l-għajta għallgħajnuna ta’ dawn in-nies. Il-Papa tefa’ girlanda ta’ fjuri fil-baħar bħala sinjal ta’ rispett lejn dawk li tilfu ħajjithom f’dawk l-ibħra.

Il-JDŻ 2013 (28.07.13) Il-Papa għalaq il-ġimgħa tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ b’quddiesa fuq il-bajja ta’ Copacabana, f’Rio De Janerio fil-Brażil quddiem folla ta’ madwar 3.7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa mimlija entużjażmu taż-żgħażagħ u enerġija. “Irrid inkun saċerdot” (01.08.13) Fil-Brażil, Nathan de Brito qabeż il-barrikati biex jersaq viċin il-Papa Franġisku li laqgħu fi ħdanu. It-tifel li tgħannaq mal-Papa fuq il-popemobile qal lil Franġisku: “Jiena rrid inkun saċerdot ta’ Kristu, rappreżentant tiegħu,” stqarrija li qabbżet demgħa lill-Papa. Franġisku wieġbu: “Jien se nitlob għalik, imma nitolbok li titlob għalija wkoll.”

10  MARZU/APRIL 2014


“It-tifel bl-isfar” ħdejn il-Papa (29.10.13) Il-filmati u r-ritratti tat-“tifel bl-isfar” kif baqa’ magħruf, xterdu fi ftit ħin hekk kif waqt laqgħa għall-familji fi Pjazza San Pietru, dan it-tifel tela’ jiġri ħdejn ilPapa Franġisku u pprova ‘jgħin’ lill-Papa fid-diskors tiegħu... saħansitra għal xi ħin mexxa lill-mistednin. Għalkemm xi Kardinali ippruvaw iwarrbu lit-tifel minn ħdejn Franġisku, dan baqa’ jżomm lillPapa b’tgħanniqa kbira sakemm imbagħad qagħad bilqiegħda fuq is-siġġu Papali. Il-Papa kompla ma’ dan it-tifel u ma ddejjaqx ‘bl-għajnuna tiegħu.’

Stessu mal-Papa (30.8.13) Ritratt li dar mal-erbat irjieħ tad-dinja kien dak tal-Papa Franġisku jippoża għal stessu ma’ grupp ta’ żgħażagħ li kienu qegħdin fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Viċin il-batut (06.11.13) Il-kompassjoni tal-Papa lejn l-imsejken dehret l-aktar meta b’qalbu magħfusa għannaq miegħu raġel b’wiċċ sfigurat li jbati minn marda rari li timla l-ġisem kollu dbabar (imsejħa Neurofibromatosis), fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. Waqt it-tgħanniqa, il-Papa għafas għajnejh ma’ xulxin u mbagħad għolliehom ’il fuq f’mument ta’ talb. Kulħadd hu milqugħ fil-Knisja (12.01.13) Fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej, il-Papa Franġisku qaddes quddiesa fil-Kappella Sistina u waqtha amministra l-Magħmudija lil 32 tarbija, fosthom lil tarbija ta’ koppja li hija miżżewġa biss biċ-ċivil. Il-Papa kien ħeġġeġ ħafna lis-saċerdoti biex jgħammdu lit-trabi ta’ nisa li ma kinux miżżewġa biex tingħadda lilhom il-fidi Nisranija.

L-Eżortazzjoni Appostolika (24.11.13) Il-Papa Franġisku ppubblika l-ewwel xogħol kollu hemm hu tiegħu: l-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium (il-ferħ tal-Evanġelju) fejn fiha l-Papa kiteb il-ħsibijiet tiegħu dwar ix-xandir talEvanġelju fid-dinja tal-lum.

Ġimgħa rtir fi żmien ir-Randan (09.03.14) Il-Papa Franġisku mar flimkien ma’ membri oħra tal-Kurja Rumana għal ġimgħa rtir ’il barra minn Ruma fl-okkażjoni tar-Randan. F’għeluq l-ewwel anniversarju mill-elezzjoni tiegħu – f’jum minn dan l-irtir – il-Papa reġa’ talabna biex nitolbu għalih. 11


minn hawn

u minn hemm

SKART SPAZJALI

y FRANKLIN balzan

Meta sieħbi tax-xogħol qalli kemm kien tajjeb il-film ‘Gravity’, għallewwel kont ftit xettiku. Imma, jekk bħali rajtu l-film ‘Gravity’, tafu daqsi kemm il-film ma jitkellimx biss fuq dak li jista’ jiġri fl-ispazju imma iktar u iktar fuq dak li jiġri fil-bniedem meta jkun waħdu. L-istorja tal-film isseħħ minħabba skart spazjali li jolqot lill-astronawti li jkunu f’missjoni fl-ispazju. Għalkemm ix-xena tal-bidu hija kemmxejn esaġerata, però filverità mhijiex wisq ’il bogħod minn dak li jista’ jiġri u jseħħ fil-verità. Wara kollox, bħalissa hemm madwar 22,000 biċċa skart imdaqqsa għaddejjin fl-ispazju b’veloċità qawwija u li huma kbar biżżejjed biex joħolqu periklu għallvetturi spazjali. Dan l-iskart jinkludi minn kollox, minn rokits mormija 12  MARZU/APRIL 2014

għal partijiet iżgħar li tkissru minn vetturi spazjali oħra. Il-piż totali ta’ dawn il-bċejjeċ huwa ta’ aktar minn 5,500 tunnellata (5,500,000 kilo)! Biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ inċident lil xi vettura spazjali, diversi aġenziji spazjali kontinwament jittraċċjaw ilmogħdijiet tal-iskart il-kbir u dan biex ikunu jistgħu jassikuraw li s-satelliti jużaw orbiti li jevitaw ħabtiet miegħu. Il-problema hija li s-sitwazzjoni issa qed tilħaq punt kritiku, fejn in-numru ta’ orbiti li huma mingħajr periklu qiegħed dejjem jonqos. Għaldaqstant, l-aġenzija spazjali Ġappuniża, il-JAXA qed tippjana li tibda proġett biex tnaddaf il-miżbla spazjali. Għall-ewwel

testijiet, li se jseħħu fl-aħħar ta’ Frar, se jintużaw rokits imqabbda ma’ xbieki twal ta’ madwar 300 metru, u li għandhom qawwa manjetika li jattiraw l-iskart (li huwa kważi kollu metalliku) waqt li jkunu għaddejjin viċin tiegħu. Ix-xibka saret minn manifattur tax-xbieki tas-sajd Ġappuniż, iżda din id-darba l-qabda mhix ser tkun tat-tonn! Ladarba x-xibka tkun mgħobbija bl-iskart tal-ispazju, il-vettura li tkun qed tmexxi din ix-xibka se tiddaħħal flatmosfera fejn, minħabba l-veloċità u l-atmosfera tad-dinja, tinħaraq flimkien mal-iskart. Jekk l-ewwel test imur sew, JAXA diġà qed tħejji xbieki ikbar li huma ta’ tul ta’ madwar kilometru għall-provi li jmiss, u fil-futur jinkludu verżjonijiet anki akbar li jistgħu jaqbdu rokits kbar u bċejjeċ kbar oħra.


SUOR

CRISTINA y WARREN busuttil

SCUCCIA Sister sister! Żgur li bħali qatt ma rajt soru li ġġennen daqshekk nies warajha. Forsi rajt il-film ‘Sister Act’. Imma din hi soru ta’ veru, b’leħen tal-ġenn! Il-ġurija tal-programm tal-mużika “The Voice of Italy” ma setgħux jemmnu lil widnejhom meta semgħu lis-soru Cristina Scuccia tkanta d-diska ta’ Alicia Keys “No One”. Imbagħad ma emmnux lil għajnehom meta raw lis-soru tkanta quddiemhom. Il-ġurija jibdew il-programm billi jagħtu daharhom lill-kantant jew kantanta. Jekk jogħġobhom dak li jkunu qegħdin jisimgħu jduru bis-siġġu u jaraw min kien qiegħed ikanta - imma żgur ma kinux ippreparati li se jaraw soru ta’ 25 sena, membru tas-sorijiet tal-Ursolini tal-Familja Mqaddsa! Kienet soru sempliċi, liebsa l-libsa normali sewda b’salib fuq

sidirha. Hekk kif il-ġurija kollha daret, in-nies li kien hemm flistudio qamu kollha jċapċpu u jifirħu, u ma naqasx l-għajjat ta’ sħabha s-sorijiet li ġew fl-istudio jissapportjawha. Suor Cristina Scuccia hija minn Sqallija imma tgħix ma’ sħabha s-sorijiet f’kunvent ġewwa Milan. Minn mindu kienet żgħira hija xtaqet li ssir kantanta ta’ fama kbira. Fl-2008, is-sorijiet tal-Ursolini tellgħu kunċert ta’ mużika li fih Suor Cristina ħadet sehem. Sa dak iż-żmien hija kienet tqis lilha nnifisha li ma temmen f’xejn u kontra l-Knisja… imma ma’ dawn is-sorijiet hija “sabet l-Imħabba vera”. Il-Madre Superjura tagħha kemm-il darba tħeġġiġha biex taqsam it-talent sabiħ li għandha mal-oħrajn. Tkanta fil-quddiesa ta’ kull nhar ta’ Ħadd u bosta

huma dawk li jibqgħu skantati bil-vuċi tagħha. Ftit taż-żmien ilu, il-Madre ħeġġitha biex tagħmel pass ikbar - tipparteċipa filprogramm tal-televixin ‘The Voice of Italy’… u din tqisha bħala l-missjoni tagħha. Kif qalet hija stess fil-programm, hi qegħidha tistenna li l-Papa Franġisku se jagħtiha xi telefonata. Stqarret li hija qiegħda tagħmel dak li l-Papa stess qiegħed jgħallem, biex l-Insara joħorġu u jwasslu l-messaġġ sabiħ tal-Vanġelu… sentenza li saħansitra emozzjonat lil wieħed mill-ġurija stess J-Ax. Iżda jekk tixtieq issir taf iktar fuq din is-soru tal-ġenn, idħol filpaġna ta’ facebook tal-magazin, u hemm issib numru ta’ links għall-vidjo fuqha u ta’ auditions li hija se tagħmel dalwaqt.

13




minn hawn u minn hemm y bertram PORTRELLI

Il-Polz li baqa’ jħabbat Meta Gabriel jiltaqa’ ma’ Leah, iħoss li ħajtu tkun se tilħaq il-milja tagħha. It-tfajla tidher li tħobbu u barra minn hekk, Gabriel dalwaqt jiggradwa mill-Università bħala inġinier. Iżda meta f’daqqa waħda jqumu l-irwiefen kollha kontrih, ma jkunx jaf hux se jirnexxilu jibqa’ wieqaf. Jipprova jsib x’seta’ għamel ħażin biex qed jiġrilu dak kollu, iżda ma jsibx tarf tal-kobba mħabbla. Id-dinja donnha qed tieħu gost issawtu. U dawk ta’ madwaru...? Dawk ukoll kontrih? Għalkemm bi sforz, il-polz donnu se jibqa’ jħabbat. Mhux kull sitwazzjoni tinftiehem... sitwazzjoni ta’ tbatija ma tinftiehemx aktar. Għaliex min jgħix tajjeb, xorta jbati u min donnu ma jimpurtah minn xejn,

ikompli jistagħna minn fuq dahar il-batut? Din bla sens! Fir-rumanz il-ġdid Il-Polz Li Baqa’ Jħabbat, immirat primarjament għażżgħażagħ, Bertram Portelli jipprova jiddiskuti dawn il-punti u oħrajn relatati magħhom. Permezz tal-karattru ewlieni ta’ Gabriel, student universitarju, li minn imkien, ħajtu tiddellel u jiġi għal wiċċu l-maltemp kollu, Portelli jserrep mat-triq imwiegħra tal-esperjenzi ta’ dan il-karattru biex jipprova jsib tweġiba li m’hemmx, mistoqsija eterna li sserrep mat-toroq ta’ ħajjet Gabriel. Fuq daħla tal-Professur Oliver Friggieri, ir-rumanz jitħaddet bil-lingwa kontemporanja biex jgħarrex f’sitwazzjonijiet li m’għandhomx żmien ta’ skadenza.

y LAWRENCE fenech

SEPAK TAKRAW

Sepak Takraw hu sport li jixbah lillvolleyball, biss ma tistax tmiss ilballun b’idejk. Allura min jilgħab irid juża saqajh, irkupptejh, sidru jew rasu biex jitfa’ l-ballun in-naħa l-oħra taxxibka. Dan mhux xi sport ġdid għax ilu jintlagħab fl-Indonesja u l-Malasja għal xi 500 sena. Illum il-ġurnata nfirex f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja u jsiru anke kompetizzjonijiet internazzjonali.

16  MARZU/APRIL 2014


minn hawn u minn hemm

Karozza Do-It-Yourself Naħseb li ma nkunx qed nigdeb jekk ngħid li meta konna żgħar ilkoll xi darba ħlomna li, meta nikbru, ikollna karozza sportiva jekk mhux ukoll nibnuha u narmawha aħna stess. Issa hija possibbiltà fil-futur fil-qrib li tkun tista’ tarma inti stess karozza li tkun tajba biex issuqha fit-toroq tagħna. Żewġ Taljani, Francisco Liu u Ampelio Macchi, ingħaqdu biex ifasslu karozza ‘do it yourself’ (DIY) - imsejħa ‘Tabby’. Fis-snin riċenti rajna żieda fil-popolarità ta’ mudelli talgħamara, triċikletti u anke disinji tad-djar b’disinn miftuħ għal kulħadd u li jistgħu jintramaw mill-konsumatur. Iżda vettura talpassiġġieri ‘do it yourself’ li tista’ tiġi mmuntata f’inqas minn 60 minuta huwa kunċett ġdid! Il-proġett OSVehicle tnieda flaħħar tas-sena 2012 u jimmira li jdaħħal fis-suq tip ta’ vettura legali u ekonomika li tista’ tinbena minn organizzazzjonijiet żgħar, jew saħansitra minn individwi li huma lesti li jħammġu idejhom.

Il-proġett OSVehicle bħalissa qed jiżviluppa żewġ mudelli differenti. Tabby hija l-mudell tax-xażi tal-karozza, li tista’ tieħu minn tnejn sa erba’ persuni. Tabby tista’ titwaħħal ma’ magna talkombustjoni tradizzjonali, ma’ mutur elettriku jew tista’ tintrama b’magna hybrid - IHE. L-IHE hija magna unika li bħalissa qed tiġi żviluppata mit-tim tal-OSVehicle u li tikkonsisti f’żewġ muturi elettriċi flimkien ma ‘ magna tradizzjonali ta’ kombustjoni interna. It-tim tal-OSVehcile ħoloq ukoll komponent ieħor magħruf bħala t-Tabby Urban, li hija struttura li tista’ titwaħħal fuq il-quċċata tax-xażi Tabby, li jipprovdi lillkonsumaturi karozza lesta għat-toroq li se tkun rikonoxxuta legalment fl-Ewropa, fl-Asja u flIstati Uniti . “Issa għandna prototipi tatTabby li qed jaħdmu u li qegħdin nittestjawhom sabiex intejbu l-istabbiltà u s-sigurtà: b’mod parallel qed naħdmu fuq l-approvazzjoni ta’ Tabby Urban

y FRANKLIN balzan

ma’ msieħba internazzjonali u fuq il-magna hybrid tagħna,” qalu membri tat-tim OSVehicle. Bħalissa, il-mudelli tat-Tabby huma maħsuba li jistgħu jilħqu l-veloċità ta ‘ madwar 70 sa 90 km fis-siegħa ( 43-56 mph ). Dan però ħa jkun jiddependi mit-tip ta’ mutur li jintrama u min-numru ta’ passiġġieri, u t-tim tal-OSVehicle stqarr li l-karozza tista’ ttella’ sa 150km fis-siegħa. Il-vetturi Tabby u Urban Tabby huma adattati għal firxa ta’ skopijiet, inkluż għat-trasport intern jew privat fi ħdan l-ajruporti jew fabbriki kbar u għat-trasport ta’ ilma, ikel jew provvisti mediċi f’postijiet iżolati, bħal fl-Afrika. Jekk int tixtieq li tibda tarma t-Tabby tiegħek, kemm tistenna ftit sat-tieni nofs tal-2014… madankollu diversi komponenti tal-karozza issa huma diġà disponibbli biex jiġu ordnati. Però ipprepara ruħek għax l-ispiża totali biex tlesti l-karozza u tkun tajba għat-triq probabbilment ser tiswiek madwar € 5,000! 17


minn hawn u minn hemm

Maglev Trains

y LAWRENCE fenech

Ġieli qgħadt tilgħab bil-kalamiti u tara kif jitbiegħdu minn xulxin meta tipprova tmiss North ma’ North? Dan il-fenomenu llum qed jintuża biex imexxi l-ferroviji li jissejħu maglev trains (magnetic levitation). Il-kalamiti fil-ferrovija u fil-linja ta’ mal-art iżommu l-ferrovija maqtugħa mill-art xi 15-il millimetru biex b’hekk ma jkollhiex reżistenza mal-art u tkun kapaċi tiġri aktar. Fil-fatt l-aktar

y NEIL aquilina

ferrovija veloċi hi ta’ dan it-tip u tinsab fil-Ġappun fejn fl-2003 laħqet il-582 kilometru fissiegħa. F’ħafna pajjiżi hemm pjanijiet biex jinbnew ferroviji li jimxu fuq il-kalamiti imma sa issa xi tlieta biss hawn li jintużaw mill-pubbliku. Riċerkaturi oħra qed jiżviluppaw pass ieħor dwar dawn ilferroviji. Ir-reżistenza tal-arja

ma tħallix dawn il-ferroviji jilħqu veloċitajiet kbar ħafna. Allura hemm proposti biex il-ferroviji jimxu ġo mini mingħajr arja biex b’hekk ma jkunx hemm din ir-reżistenza. Fit-teorija dawn il-ferroviji kapaċi jilħqu xi 8000 kilometru fis-siegħa! Dan ifisser li biex tmur miċ-Ċina sa New York iddum biss sagħtejn! Il-problema però hi kif se tagħmel mina mingħajr arja miċ-Ċina sa New York.

Ir-Renju ta’ Opulencia… kastelli twal u n-nies tagħha magħrufin għall-imħabba tagħhom lejn il-ġojjelli, metalli prezzjużi u kull teżor immaġinabbli. Huma famużi ħafna għall-ġlied kontinwu bejn l-abitanti tagħha, għax il-ħin kollu jridu jaraw kif se jħaxxnu bwiethom billi jkabbru l-ġid. Għalhekk inti tista’ tilbes il-karattru ta’ Blackeye Bowgart, Sir Painhammer, The Earl of Evilosity, The Runaway. Xogħlok bħala wieħed minn dawn huwa li tkabbar il-ġid mill-kastelli tal-oħrajn, filwaqt li tieħu ħsieb li tiddefendi l-kastell tiegħek, permezz ta’ nasbiet u suldati, biex ma jinsteraqlek xejn (kemm jista’ jkun) Din il-logħba ta’ Ubisoft, hija free-to-play… għalhekk x’qed tistenna?

18  MARZU/APRIL 2014


minn hawn u minn hemm

Emma Watson Ġieli rajt xi film ta’ Harry Potter? Naħseb li iva… Smajt bil-film ilġdid ‘Noah’ li ħareġ issa? Naħseb li iva… F’Harry Potter nafuha bħala Hermione Granger, l-istudenta xi ftit nerd li tistudja ħafna u tgħin lil Harry u Ron f’ħafna millavventuri li jidħlu fihom. Fil-film ġdid Noah, Watson taħdem il-parti ta’ waħda mit-tfal ta’ Noè.

Imma dan l-artiklu mhux qiegħed biex nurikom f’liema films ħadmet Emma Watson imma għax sibt sentenza li qalitha hi u laqtitni ħafna, u xieraq li naqsamha magħkom: “I threw my 20th birthday party at Brown, and I didn’t even have to say to anyone not to put pictures on Facebook. Not a single picture went up. That was when I knew I’d found a solid group of friends, and I felt like I belonged.”

Fi kliem ieħor, meta ċċelebrat l-20 birthday tagħha, ma kellhiex għalfejn tgħid għax l-ebda wieħed jew waħda minn sħabha ma ħadu ritratt u uplowdjawh fuq Facebook. U hemmhekk indunat kemm għandha ħbieb tajbin. Tajjeb li nirriflettu ftit li, għalkemm is-social media jgħinuna ħafna filkomunikazzjoni, il-ħbieb vera ssibhom meta jkunu hemm anke meta ma jkunx hemm Facebook! 19


Wara għaxar snin sħaħ, Ġesu` reġa’ sab ruħu fiċ-ċinema. Fl-2004 Mel Gibson kien uriena l-aħħar ftit sigħat qabel il-mewt ta’ Kristu fil-blockbuster “The Passion of the Christ”. Din is-sena “Son of God” se jeħodna vjaġġ matul il-ħajja kollha ta’ Ġesù, mit-twelid tiegħu, tul ilħajja pubblika, sal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Id-direttur tal-film huwa Christopher Spencer. Qabel ma ħadem fuq “Son of God”, Spencer ħadem diversi dokumentarji, serje u films televiżivi imma qatt feature film. Madankollu, nistgħu ngħidu li xorta waħda rnexxielu jegħleb dan l-ostaklu, u dderieġa film teatrali ta’ sagħtejn u ħmistax-il minuta. Il-film nistgħu nqisuh bħala addattament talminiseries “The Bible”, produzzjoni ta’ Mark Burnett u Roma Downey. Interessanti l-fatt li dawn iż-żewġ producers huma miżżewġin. Ilkoppja ammettiet li, minkejja li kien diffiċli tikkoordina proġett kbir bħal 20  MARZU/APRIL 2014

dan, huma sabu ħafna sapport min-naħa tal-atturi, u bejniethom kellhom sens ta’ familja. Il-biċċa l-kbira tal-film hu bbażat fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann u nħadem fl-Afrika ta’ Fuq, fil-Marokk, lokalità li rat films kbar bħal ‘Gladiator’ u ‘Kingdom of Heaven’. Kif stqarr l-attur li ħadimha ta’ Ġesù stess, xejn mhu faċli biex taħdem f’ambjent tipiku; deżert jaħraq, fejn ġieli t-temperatura telgħet mal-52oC u kif tinżel ix-xemx it-temperatura tinżel drastikament. Biex inħarsu mil-lat pożittiv, b’xi mod dan l-ambjent kompla għen biex joħloq stampa aktar realistika. Ħmieġ, trab u xagħar imqanfed hu aktar qrib ir-realtà tan-nies tal-Palestina f’dak iż-żmien, milli nies nodfa pupilla, ileqqu, qishom pupi ġodda. Żgur li wieħed mill-ikbar uġigħ ta’ ras li kellhom il-producers kien propju meta ġew biex jagħżlu

l-persuna li ser taħdem il-parti ta’ Ġesù. Liema persuna hija l-aktar addattata? Min għandu l-wiċċ ta’ Ġesù? Wara għadd kbir ta’ video tapes, b’mijiet t’atturi jagħmlu l-auditions, l-attenzjoni ta’ Downey waqgħet fuq attur Portugiż, li jġib l-isem ta’ Diogo Morgado. Meta Diogo, li trabba f’ambjent nisrani, sar jaf li kien magħżul, ħassu li ma kienx den biex jaħdem il-parti u fl-istess ħin ħassu se jtir bil-ferħ; u aktar minnu kienet se ttir bil-ferħ il-familja tiegħu. Waqt intervista, Diogo qal li wieħed mill-iktar mumenti diffiċli li kellu jaħdem kien il-mument tat-tislib. Apparti l-fatt li x-xena damet tlett ijiem biex inħadmet, bl-iskumditajiet fiżiċi li din ġabet fuqu, Diogo stqarr – waqt li qabżitlu demgħa jew tnejn – li dak il-ħin, kif kien fuq is-salib, ħass bħallikieku ħajtu kollha għaddiet minn quddiemu f’mument wieħed. Mela għandna film epiku, fuq l-aktar personalità famuża li qatt eżistiet


f’wiċċ id-dinja, xeni spettakolari u artistikament sbieħ, b’element t’emozzjoni qawwi. Is-soundtrack ġdida hija ta’ Hans Zimmer u fiha tkanta Lisa Gerrard, l-istess persuna li kantat fil-film ta’ Gladiator (forsi tiġi f’moħħkom is-silta “Now We Are Free”, li sirna aktar norbtuha mal-biskuttini). Il-film inħadem bl-għajnuna ta’ crew professjonali u attur b’kariżma li tappella għażżgħażagħ. Itfa’ l-ingredjenti kollha flimkien u għandek film perfett! … mhux daqstant. Minkejja li “Son of God” intlaqa’ b’mod pożittiv minn ħafna nies, kien hemm numru ta’ nies li kellhom reazzjoni differenti. Xi wħud ħassew li dan il-film iffoka wisq fuq is-sinjali, iktar milli t-tagħlim ta’ Ġesù. Fil-fatt ħafna mid-diskorsi ġew imżewqa mal-mirakli u l-istess sentenzi jew talb ta’ Ġesù, bħalma hi l-“Missierna”, ġew imqassra jew mibdulin xi ftit. In-natura tal-

ħażen donnu ma tissemma mkien fil-film. Fil-fatt l-episodju ta’ meta Ġesu` ġie ttentat mix-xitan fiddeżert ġie mwarrab kompletament mill-film fl-aħħar ftit ġranet qabel ma ħareġ. Kien hemm ukoll min ikkritika l-mod ta’ kif ġie ppreżentat Ġesù, bħallikieku kien qed jagħmel xi spettaklu tal-qawwa tiegħu bil-mirakli. Sintendi, ċertu xeni spettakolari kellhom l-iskop li joħolqu eċċitament u li jappellaw għaż-żgħażagħ. Anke l-għażla ta’ Diogo Morgado bħala Ġesù kien hemm min ħass li kienet waħda ffukata fuq l-estetika aktar minn kollox. U rigward ilkarattru ta’ Marija, m’għandniex xi ngħidu, l-attriċi, li fil-fatt hija Roma Downey stess, m’għandhiex l-aktar wiċċ Lhudi li setgħu jsibu. Fl-aħħarnett tal-lista hemm ilkarattru ta’ Pilatu, li jkun jaqbel li

ma nikkumentawx fuqu u nħallu lil dak li jkun jiġġudika hu. Jekk “Son of God” hux film sabiħ jew le, fl-aħħar mill-aħħar hija kwistjoni suġġettiva u kulħadd għandu l-opinjoni personali tiegħu. Kien hemm min tah full marks, u stqarr li serva għalih ta’ konverżjoni spiritwali. Kien hemm oħrajn li bbumbardjawh bi kritika ħarxa. Wara kollox, aktar ma l-istorja tkun popolari u jkollha segwaċi, aktar għandek tistenna kritika, minn kull tip: u f’dan il-każ mhux inqas, speċjalment la qed nittrattaw fuq l-aktar storja popolari fl-istorja kollha tal-umanità. Ħaġa affaxxinanti f’Ġesù hi li hu tant popolari daqskemm hu personali. U hemm min jgħid “Jien mhux hekk nimmaġinah lil Ġesù,” jew min jgħid, “Jien rajtu għamluh wisq relax filfilm”. Min-naħa tiegħi nista’ nserraħ moħħi li mhux qed nagħmel l-ebda spoilers b’dak li nikteb.

21


NOEL vassallo y adrian VELLA

Iftħu

l-bibien

beraħ!

1920, 18 ta’ Mejju – Karol Joseph twieled f’Wadowice, ġewwa l-Polonja, lill-ġenituri tiegħu Karol Wojtyla u Emilia Kaczorowska. 1929, 13 ta’ April – Omm Karol mietet fl-età ta’ 45 sena. 22  MARZU/APRIL 2014

1932, 5 ta’ Diċembru – Edmund, ħuh, miet b’attakk tal-iskarlatina, li ħa mill-isptar fejn kien jaħdem. 1938 – Flimkien ma’ missieru, Karol Joseph mar joqgħod fi Krakovja. Hu beda jistudja l-filosofija u l-letteratura flUniversità Jagjellonjana.

1940 – Karol Joseph iltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Jan Tyranowski, ħajjat, li ħalla influwenza spiritwali kbira fuq ħajtu. Bl-Università Jagjellonjana tisfa’ magħluqa, Karol Joseph daħal jaħdem ġo fabbrika tal-kimika.


“Santo Subito”, hekk kienet l-għajta tal-poplu hekk kif tħabbret il-mewt tal-Papa maħbub Ġwanni Pawlu II u birraġun għax kien bniedem ta’ qdusija kbira!

internazzjonali, ivvjaġġa daqs id-distanza bejn id-dinja u l-qamar għal tliet darbiet u kiteb bosta kitbiet li ħarġu millpinna ta’ bniedem mhux biss għaref imma wkoll qaddis.

Ħafna nies għadhom jiftakru l-mument meta Karol Wojtyla, ħareġ mill-gallarija tal-Vatikan u qal li hu kien ġej minn pajjiż ’il bogħod ħafna. Iżda, aktar minn dan, żgur li baqa’ fil-qalb il-kliem ta’ wieħed mill-ewwel diskorsi tal-Papa: “La tibżgħux, iftħu, anzi iftħu beraħ, il-bibien għal Kristu”.

Bħala Papa huwa ħeġġeġ lillinsara biex jiskopru mill-ġdid is-sbuħija u l-valur tal-qdusija fid-dinja tal-lum. Fost l-oħrajn, tkellem fuq is-sejħa universali għall-qdusija. Ġwanni Pawlu II qal: “l-ikbar rigal li tistgħu tagħtu lillKnisja u lid-dinja hu l-qdusija!”

Il-Papa Ġwanni Pawlu II dam mas-26 sena jservi l-Knisja bħala Papa. F’dan iż-żmien huwa żar 192 pajjiż f’104 vjaġġ

1941, 18 ta’ Frar – Missieru miet fl-età ta’ 61 sena.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II mhux biss tkellem u kiteb dwar ilqdusija imma kien eżempju kbir ta’ qdusija b’ħajtu stess! Huwa kien bniedem li kien jaf

xi tfisser tbati. L-esperjenzi ibsin sa minn età ċkejkna għenu lil dan il-bniedem jifforma karattru sod. It-tbatija tal-Pollakki fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-mewt talġenituri tiegħu, fost esperjenzi oħra, kienu żgur esperjenzi qawwija li ħallew effett kbir fuqu. Kien bniedem li sar ħaġa waħda mat-tbatija u refa’ s-salib tul ħajtu kollha. Min jiftakar lil dan il-Papa jiġih f’moħħu l-mod kif hu laqa’ t-tbatijiet, speċjalment talmard li kellu fl-età matura tiegħu. Fl-aħħar Ġimgħa l-Kbira li qatta’ f’din l-art, ma setax imur imexxi l-Via Sagra fil-Kolossew, bħalma kien jagħmel is-soltu imma għamilha xorta waħda f’kamartu, b’kurċifiss kbir f’idejh. Din iddehra waħedha, tixhed il-qdusija

1962 – 1965 – Ħa sehem fil-Konċilju Vatikan II.

1942 – Inkiteb fid-dipartiment ‘illegali’ tat-Teoloġija flUniversità Jagjellonjana.

1946, 1 ta’ Novembru – Karol ġie ordnat saċerdot. Ftit wara ntbagħat flUniversità Angelicum ta’ Ruma, fejn ħa d-dottorat filfilosofija fl-1948.

1964, 8 ta’ Marzu – Kien maħtur Arċisqof ta’ Krakovja.

1978, 16 ta’ Ottubru – Wara l-mewt ta’ Pawlu VI u s-suċċessur tiegħu Ġwanni Pawlu I, il-Kardinal Karol Wojtyla ġie elett Papa blisem ta’ Ġwanni Pawlu II.

1945, 18 ta’ Jannar – IrRussi ħelsu l-belt ta’ Krakovja minn taħt in-Nażi.

1958, 28 ta’ Settembru – Ġie ordnat Isqof Awżiljarju ta’ Krakovja.

1967, 26 ta’ Ġunju – Ġie maħtur Kardinal mill-Papa Pawlu VI.

1979, 2-10 ta’ Ġunju – Żar għall-ewwel darba l-Polonja bħala Papa. Kien vjaġġ li 23


ta’ dan il-bniedem u r-rabta li huwa kellu mas-salib. Ġwanni Pawlu II kien ukoll bniedem ta’ talb! Kien iqatta’ ħinijiet twal fil-kappella privata tiegħu. Persuni li ġieli stieden biex jieklu miegħu jirrakkontaw kif, qabel l-ikel, kienu jaraw il-Papa jinġabar fit-talb u bħal kważi jintilef fil-preżenza t’Alla. Kien jiddedika ħinijiet twal għattalb anke fil-vjaġġi appostoliċi qawwa l-ispirtu tal-Pollakki li kienu maħkuma missistema Komunista. 1981, 13 ta’ Mejju – Anniversarju tal-ewwel dehra ta’ Fatima. Kien midrub serjament, fi sparatura, minn Mehmet Ali Agca fil-pjazza tal-Vatikan. 24  MARZU/APRIL 2014

tiegħu. Meta ġie Malta stajna naraw kif, minkejja l-ħafna impenji pubbliċi li kellu, xorta sab il-ħin biex jinġabar fis-skiet mal-Mulej. U xi ngħidu għas-sens kbir ta’ maħfra li kellu? Mument li żgur jibqa’ mmarkat fil-pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu II huwa l-ġurnata li fiha seħħ l-attentat fuq ħajtu. Ħafna baqgħu jsemmu dak il-mument li fih il-Papa mar

1982, 13 ta’ Mejju – L-ewwel anniversarju mill-attentat fuq ħajtu. Ġwanni Pawlu II żar Fatima bħala ringrazzjament għall-fejqan tiegħu. 1983, 27 ta’ Diċembru – IlPapa żar lil Mehmet Ali Agca fil-ħabs Rebibbia ta’ Ruma.

fiċ-ċella tal-ħabs ġewwa Ruma, fejn kien miżmum Ali Agca, l-aggressur tiegħu. F’dik iċ-ċella kważi vojta minn kollox, daħal ilPapa Ġwanni Pawlu II biex jimlieha bil-faraġ tal-imħabba u tal-maħfra ta’ Alla! Żgur li l-maħfra hija l-itqal ħaġa li talabna nagħmlu Ġesù. Dan kien bniedem kbir li kien kapaċi jaħfer, saħansitra lil min kien ipprova jeliminah middinja. Mhuwiex dan sinjal kbir tal-qdusija tiegħu?

1984, 15 ta’ April – F’Ruma ġie fi tmiemu l-ġublew taż-żgħażagħ. Il-Papa tahom is-salib, illum simbolu tal-World Youth Days.

1986, 27 ta’ Ottubru – Attenda l-ewwel laqgħa ta’ talb għall-paċi, li hu sejjaħ biex issir ġewwa Assisi.

1986, 13 ta’ April – Ġwanni Pawlu II żar sinagoga f’Ruma. Din kienet l-ewwel darba li Papa qatt żar sinagoga. Hu sejjaħ lilLhud “il-maħbubin ħutna l-kbar.”

1987, 11-12 ta’ April – Ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tażŻgħażagħ, fi Buenos Aires, l-Arġentina, l-ewwel darba barra l-Ewropa.


Il-Papa kien bniedem mimli mħabba lejn kulħadd. Kien Papa li rajnieh jgħannaq miegħu lil kulħadd, l-iktar liċ-ċkejknin, lill-foqra u lillmorda. Kien anke jiddefendi d-drittijiet taż-żgħar quddiem il-kbarat tad-dinja. Ikkundanna kull forma ta’ sfruttament u tkellem b’qawwa biex jiddefendi l-valuri tal-ħajja, tażżwieġ u l-familja, tal-ġustizzja bejn il-bnedmin u tal-libertà. Ħadem biex iressaq il-Knisja Kattolika iktar qrib tal-membri tar-Reliġjonijiet mhux Insara.

1990, 25-27 ta’ Mejju – Żar għall-ewwel darba l-gżejjer Maltin. 1995, 27-30 ta’ Ottubru – Iltaqa’ mal-Patrijarka ta’ Kostantinopli Bartolomew I.

Huwa kien ukoll il-Papa tażżgħażagħ. Kien hu li ta bidu għallJiem Mondjali taż-Żgħażagħ. Kien Papa ferrieħ u ċajtier. Iferraħ lil min jersaq lejh għax kien żagħżugħ ta’ dejjem. Bniedem li, għalkemm kiber fl-età, baqa’ żagħżugħ flispirtu, mimli enerġija u sportiv. Bniedem li ma ċediex quddiem il-mard imma li baqa’ jissielet sal-aħħar bi stamina qawwija. Kien bniedem ta’ ispirazzjoni għażżgħażagħ. Kien hu li qanqal bosta żgħażagħ biex jerġgħu jersqu lejn il-Knisja u jiksbu l-entużjażmu biex ikunu veri dixxipli ta’ Kristu.

2000, 20-26 ta’ Marzu – Żar l-Art Imqaddsa, fejn talab ukoll mal-Ħajt tal-Punent, li fih poġġa messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni fraterna bejn l-Insara u l-Lhud.

2001, 4-9 ta’ Mejju – Għamel 1998, 21-26 ta’ Jannar – Mar it-93 vjaġġ appostoliku barra Kuba, fejn iltaqa’ ma’ Fidel Castro. mill-Italja, pellegrinaġġ fuq

Ġwanni Pawlu II, fil-ħajja personali tiegħu, għex tassew ħajja ta’ fidi mill-iktar sħiħa u qawwija, ta’ tama kollha ħeġġa u, fuq kollox, ta’ imħabba sinċiera u qawwija lejn Alla u lejn il-proxxmu. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien bniedem li fetaħ ilbibien ta’ qalbu għal Kristu. Bleżempju u bil-ħidma tiegħu żgur li għen ukoll lil ħafna oħrajn, speċjalment liż-żgħażagħ, biex huma wkoll jiftħu l-bibien ta’ qalbhom għall-Mulej. Kien veru bniedem, imma wkoll veru bniedem ta’ Alla. ✖

il-passi ta’ San Pawl, li fih żar il-Greċja, is-Sirja u Malta. Fis-Sirja, hu sar l-ewwel Papa li daħal f’moskea. Fil-gżira tagħna bbeatifika lil Dun Ġorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani. 2005, 2 ta’ April – Papa Ġwanni Pawlu miet fid-

9:37pm fl-età ta’ 84 sena. Fit-8 tax-xahar sar il-funeral tiegħu fi Pjazza San Pietru, u ġie midfun fil-Grotte Vaticane. 2014, 27 ta’ April - Il-Papa Franġisku jibbeatifika lill-Papa Ġwanni Pawlu II flimkien malPapa Ġwanni XXIII. 25


y daniel MICALLEF

Illum il-ġurnata, bil-kamera diġitali… tieħu għaxar ritratti, biex forsi jkollok wieħed tajjeb… imma ma jimpurtax għax ma tkun taħli xejn. Għoxrin sena ilu, l-affarijiet kienu ferm differenti. Il-kameras kienu jiddependu minn film li kien jesa’ xi 24 jew 36 ritratt biss. Il-film, kont trid tieħdu għand tal-ħanut biex iktar tard jagħtk ir-ritratt żviluppat… kont tista’ biss tittama li jkun ġie sewwa; għax ladarba tkun ħadt ritratt, ma kontx tista’ tara kif ġiek fuq l-iskrin tal-kamera.

X-RAYS

WILHELM RÖNTGEN Ejjew immorru lura għax-xitwa tal-1895, meta l-professur Wilhelm Röntgen skopra użu ieħor għall-film. Dan il-professur Ġermaniż ma kienx minn dejjem jibbrilla fl-iskola, imma kien dejjem iħobb ixxjenza. Ta’ sbatax-il sena, keċċewh mill-iskola għax akkużawh li kien pinġa karikatura ta’ wieħed mill-għalliema, li filfatt kien għamilha ħaddieħor. Madankollu, ta’ dsatax-il sena rnexxielu jidħol l-Univeristà biex jistudja l-fiżika imma, peress li ma ġabx marki tajbin biżżejjed, kellu jmur f’kulleġġ l-Iżvizzera fejn baqa’ jistudja sal-ogħla livell. Waqt li kien jgħallem il-Ġermanja, kien qed jagħmel xi esperimenti b’kurrenti għoljin ħafna f’tubi speċjali. Kien it-8 ta’ Novembru 1895 meta Röntgen induna li anki jekk ittubu jgħattih b’kartun iswed, u anki jekk il-kamra tkun mudlama, meta jixegħlu, jekk ikun hemm film fil-qrib, dan jibdel il-kulur. Bilfors li mit-tubu kienu ħerġin xi raġġi li la l-ħġieġ u lanqas il-kartun ma jwaqqafhom. X’kienu eżatt ma kienx jaf, u għalhekk sejħilhom ‘X’ jew, kif nafuhom illum, ‘X-rays’. MID-DIVERTIMENT… Wieħed mill-iktar ritratti magħrufa fliskoperta tal-X-rays hu dak li Röntgen innifsu ħa lill-id tal-mara tiegħu, Anna 26  MARZU/APRIL 2014


Bertha, waqt li kienet liebsa ċurkett. Fil-bidu, kien hemm min l-X-rays użahom għad-divertiment. Thomas Edison, dak li hu magħruf għall-iskoperta tal-bozza, kien jistieden lin-nies biex jagħtu ħarsa lejhom infushom bl-użu tal-X-rays waqt xi fiera, wirja jew karnival! Rejiet, irġejjen u anki nies komuni kienu jixtiequ jaraw kif jidhru jdejhom b’X-ray! Kienu jużawhom anki fil-ħwienet taż-żraben biex jaraw li s-sieq toqgħod sewwa fiżżarbun. Dak iż-żmien ħadd ma kien jagħti kas li l-użu fil-vojt tal-X-rays jista’ jagħmel ħsara. … GĦALL-MEDIĊINA Però, mir-ritratt li ħa ta’ id martu, Röntgen innifsu beda jinduna li l-Xrays jistgħu jintużaw fil-mediċina biex jgħinu lit-tobba fl-għarfien u l-kura tal-mard. Fl-Ewropa fiżżmien tal-iskoperta tal-X-rays kienu għaddejjin diversi gwerer. Filgwerer kienu jiġu feruti diversi nies meta jintlaqtu b’biċċiet tal-metall bħall-bullets. John Hall Edwards kien kirurgu li għaraf juża l-X-rays biex isib fejn kienu spiċċaw dawn

il-biċċiet u hekk, meta jopera lil xi ħadd isib l-oġġett bla wisq problemi, bla ma jagħmel ħsara lill-partijiet normali tal-ġisem. Fl-istess żmien, diversi ndunaw kemm l-X-rays jistgħu jgħinu lit-tobba f’każijiet ta’ ksur jew problemi fl-għadam. Bl-X-rays setgħu jindunaw fejn hu l-ksur eżatt, jekk l-għadma nqasmitx f’iktar minn żewġ partijiet u setgħu jaraw ukoll jekk l-għadma tkunx fieqet sewwa. Wieħed mill-iktar X-ray komuni sal-lum il-ġurnata hu l-X-ray tal-pulmun - mard bħall-kanċer tal-pulmun, infezzjonijiet u sinjali tat-tuberkulożi li tant kienet komuni, issa setgħu jidhru ċari. Iktar tard, meta bdiet tiżviluppa l-kura għallmard, insibu l-X-rays jintużaw ukoll biex wieħed jara li marda tkun qed tfiq. CT SCAN U L-BQIJA B’X-ray tkun qed tieħu bħal ritratt wieħed ta’ parti tal-

ġisem. Imma kultant dan ma jkunx biżżejjed. Xi drabi jkun hemm bżonn stampa iktar ċara tal-marda: stampa 3D. Wara kollox, mhux hekk hi l-moda daż-żmien? Blgħajnuna ta’ magni apposta, fi ftit minuti, jistgħu jittieħdu għaxriet ta’ X-rays li jgħinu lill-ispeċjalisti jagħrfu l-marda fejn hi eżatt, kemm hi mifruxa u jippjanaw il-kura. Dawn l-Xrays speċjali jiffurmaw CT scan. Hemm ħafna iktar xi tgħid fuq ir-radjoloġija… imma l-editur tani biss żewġ paġni. Biżżejjed inżid li llum, l-ispeċjalisti mhux biss jieħdu u jaraw ir-ritratti, imma kapaċi jagħmlu diversi proċeduri bħal meta jieħdu kampjuni ta’ partijiet tal-ġisem affettwati mill-kanċer jew jiftħu arterji miżdudin u b’hekk ifejqu attakki tal-qalb, fost affarijiet oħra. Min jaf kif kien iġib għajnejh wara widnejh Röntgen kieku kellu jara dawn l-għeġubijiet! ✖

IL-MARTRI TARRADJOLOĠIJA

Ir-raġġi jistgħu jagħmlu ħsara lill-bniedem, speċjalment meta xi ħadd jirċievi ħafna minnhom. Dan skoprewh l-ewwel nies li ħadmu bihom. Biex ikunu ċerti li t-tubu qed jaħdem, ħafna kienu dawk li kienu jqiegħdu jdejhom quddiemu sa ma tidher ix-xbieha tal-għadam tagħhom fuq il-film. Kien hemm min sofra effetti bħal ħruq tal-ġilda u oħrajn spiċċaw saħansitra tilfu jdejhom, mardu b’kanċer jew anki mietu. Dawn il-‘martri’ għandhom monument iddedikat għalihom f’Hamburg, il-Ġermanja. Illum, il-magni huma magħmulin b’mod li r-raġġi joħorġu biss fiddirezzjoni fejn se jittieħed ir-ritratt u tintuża doża baxxa kemm jista’ jkun. B’hekk, tnaqqsu ħafna r-riskji tar-radjazzjoni medika. 27


int lest tmut għal xi ħadd?

José Luis Sánchez del Río (28 ta’ Marzu 1913 – 10 ta’ Frar 1928)

José Luis kien żagħżugħ ta’ 14il sena, wieħed mill-Cristeros Messikani li nqatel minn uffiċjali tal-gvern għax ma riedx jiċħad il-fidi Kattolika tiegħu. Kien iddikjarat martri u beatu minn Papa Benedittu XVI fl-20 ta’ Novembru 2005. CRISTIADA Fl-2012 ħareġ film kbir li b’xorti ħażina ma wasalx fis-swali taċċinema Maltin. Il-film dirett minn Dean Wright jismu For Greater Glory jew inkella Cristiada. Imma x’kienet il-Cristiada? Il-Cristiada, imsejħa wkoll ir-“Rivolta talCristeros” jew “il-Gwerra Cristera”, kienet qawmien popolari li seħħ fil28  MARZU/APRIL 2014

Messiku bejn l-1926 u l-1929: ħafna Kattoliċi ħadu l-armi f’idejhom kontra l-gvern tal-President Plutarco Elías Calles, mażun u anti-klerikali, li kien impona liġi restrittiva ħafna fuq il-libertà reliġjuża, imsejħa Liġi Calles. L-isem cristeros, taqsira ta’ Cristos Reyes, ġie vvintat b’disprezz millforzi tal-gvern lir-ribelli, u kien ġej mill-għajta tagħhom tal-battalja: Viva Cristo Rey! (“Viva Kristu Re!”). Sa minn nofs is-seklu dsatax ilMessiku, li għal tliet mitt sena kien pajjiż ta’ tradizzjoni Kattolika qawwija, spiċċa taħt it-tmexxija ta’ klassi politika li ħafna minnha

y robert ALOISIO

kienu mażuni. Il-gvern beda jagħmel minn kollox biex jeqred mill-għeruq it-tradizzjoni u s-sentiment reliġjuż fost il-poplu. Fis-seklu għoxrin żdiedet il-vjolenza fil-konfront tal-Kattoliċi, tollerata mill-awtoritajiet: fl-1915 inqatlu 160 saċerdot. Fl-1921 attentatur ipprova jeqred il-mantell bix-xbiha tal-Madonna ta’ Guadalupe. Il-bomba, moħbija f’bukkett fjuri qrib l-altar, għamlet ħsara kbira lill-Bażilika, imma l-mantell ma ġralu xejn. Fl-1926 il-President Calles, afferma li “l-Knisja hija l-unika kawża taddiżgrazzji kollha tal-Messiku”, u ordna li jingħalqu l-iskejjel Kattoliċi u


s-seminarji, tittieħed il-propjetà talKnisja, jispiċċaw l-ordnijiet reliġjużi, jitkeċċew il-qassisin barranin, il-projbizzjoni ta’ espressjonijiet bħal: “jekk Alla jrid” u “għallgrazzja t’Alla”, u l-projbizzjoni li l-qassisin jilbsu s-suttana. F’xi stati saħansitra ppruvaw iġiegħlu lillqassisin jiżżewġu. Calles impona fuq l-impjegati Kattoliċi tal-gvern li jiċħdu l-fidi tagħhom inkella jitilfu xogħolhom. Kif tħabbru dawn illiġijiet żdiedu l-attakki fuq il-Kattoliċi huma u ħerġin mill-Knisja u tfixkil filpurċissjonijiet reliġjużi, atti mkesksa mill-awtoritajiet ċivili. Fil-bidu l-Kattoliċi wieġbu bi protesti li ma kinux vjolenti iżda l-gvern ma tax widen. Mill-1 t’Awwissu 1926, il-Knisja Kattolika ordnat li jitwaqqaf il-kult pubbliku kollu, la quddies u lanqas sagramenti ma baqgħu jiġu ċċelebrati, biex tagħti sinjal tal-gravità tassitwazzjoni. Dawn baqgħu jsiru biss filmoħbi. L-eżerċtu pprova jwaqqafhom imma sab quddiemu gwerilli protetti sew mill-poplu. Fil-11 ta’ Jannar 1927 tħabbar il-Manifest lin-Nazzjon de los Altos u twaqqaf l-Eżerċtu Nazzjonali tal-Liberaturi. Dan ried iġib lura l-libertajiet li kienu nsterqu lill-poplu. F’dan l-eżerċtu daħlu żgħażagħ, bdiewa, ħaddiema, studenti u impjegati, li bdew bi 12,000 ribell, irduppjaw sas-sena ta’ wara, u laħqu l-50,000 fl-1929, taħt it-tmexxija talĠeneral Enrique Gorostieta Velarde. Dan kellu jmut fil-battalja fit-2 ta’ Ġunju 1929, ftit ġimgħat qabel ma ntemm il-konflitt. Il-bnadar tagħhom kellhom il-motto ‘Viva Cristo Rey!’ u x-xbiha tal-Madonna ta’ Gwadalupe; kuljum kienu jitolbu r-Rużarju u meta kien ikun possibbli jiċċelebraw il-quddiesa; qabel jorqdu kienu jkantaw l-innu ‘Tropas de Maria’ (Truppi ta’ Marija). Magħhom ingħaqdu l-Brigati Santa Ġovanna d’Arco, formazzjonijiet paramilitari

femminili li laħqu l-25,000 membru, anke tfajliet ta’ 14-il sena. It-tentattivi kollha tal-gvern li jisħqu r-ribelljoni fallew u r-ribelli komplew jikbru fin-nofsinhar tal-pajjiż. Għalkemm il-Knisja ma appoġġjatx fil-miftuħ din irribelljoni, il-gvern qatel ħafna qassisin li ma kinux jagħmlu parti mir-ribelljoni. L-Isqfijiet Messikani ħadmu għal soluzzjoni paċifika u fil-21 ta’ Ġunju 1929 ġie ffirmat il-ftehim, Arreglos, bil-waqfien immedjat tal-ġlied, id-diżarm tarribelli u l-immunità tar-ribelli (li ma ġietx rispettata). F’din il-gwerra tilfu ħajjithom madwar 80,000 ruħ. In-numru ta’ qassisin filMessiku minn 4,500 qabel l-1926, niżel għal 334 qassis biss sal-1934. JOSÉ LUIS Sa minn età żgħira José Luis Sánchez del Río kien iwettaq appostolat fost sħabu billi kien jgħallimhom jitolbu u jeħodhom il-knisja jagħmlu viżta lil Ġesù Sagramentat. Ta’ 13-il sena huwa żar il-qabar ta’ Anacleto Gonzalez Flores, żagħżugħ maqtul għallistqarrija tiegħu ta’ fidi, u José talbu jagħtih l-istess kuraġġ tiegħu biex ikun xhud ta’ Ġesù sal-mewt. Meta faqqgħet il-Gwerra Cristera fl-1926, ħutu ngħaqdu mal-forzi ribelli, iżda lilu ommu ma ħallitux imur magħhom. Lanqas il-Ġeneral Prudencio Mendoza ma ħallieh. It-tifel insista li ried jingħata l-opportunità li jagħti ħajtu għal Ġesù u hekk ikun jista’ jingħaqad miegħu fil-Ġenna. Il-Ġeneral flaħħar ċeda u ħalla lil José iġorr il-bandiera tat-truppi. Il-Cristeros laqqmuh Tarċisju, għaż-żagħżugħ qaddis tal-ewwel żminijiet talKnisja maqtul għax iddefenda l-Ewkaristija.

Waqt ġlied qalil nhar il-25 ta’ Jannar 1928, iż-żiemel ta’ Mendoza ntlaqat mit-tiri talgħadu u nqatel. José ta ż-żiemel tiegħu lill-Ġeneral biex il-ġlieda tkun tista’ tkompli, “għax il-ħajja tiegħek hija iktar utli minn tiegħi”. Imbagħad mar ifittex kenn u baqa’ jipproteġi lill-Ġeneral billi baqa’ jispara sakemm spiċċalu l-munizzjon. It-truppi tal-gvern qabdu liż-żagħżugħ u żammewh priġunier fis-sagristija ta’ knisja tal-post li kienu biddlu fi stalla tat-tiġieġ u ħabs fl-istess ħin. It-truppi tal-gvern ordnawlu “jiċħad il-fidi tiegħu fi Kristu, jew inkella joqtluh. Hu rrifjuta li jaċċetta l-apostasija”. Biex iġegħluh iċedi, ġegħluh jara l-qtil ta’ Cristero ieħor li kellhom filkustodja tagħhom, iżda José għamel il-qalb liż-żagħżugħ, Lazaro, u qallu li dalwaqt jiltaqgħu fil-Ġenna. Missieru pprova jiġbor il-flus biex jifdi lil ibnu, iżda José kkonvinċieh ma jħallas ebda riskatt. Waqt li s-suldati kienu jsawtuh bla ħniena, hu kien jitlob b’vuċi għolja u jkanta. Biex iċedi, wegħduh li jagħtuh ħafna flus, karriera brillanti fl-armata, u saħansitra li jsiefruh l-Amerka. Iżda hu ma aċċetta l-ebda offerta u għal kull waħda kien jgħajjat “Viva Kristu Re, Viva l-Madonna ta’ Gwadalupe”. Meta s-suldati raw li ma setgħu jagħmlu xejn kontra José, irrabjaw għall-aħħar u, wara li ttorturawh, il-kmandant sparalu nhar l-10 ta’ Frar 1928. Zitu Madalena rnexxielha tqarbnu ftit qabel qatluh. Il-fdalijiet ta’ José Luis Sanchez del Rio jinsabu filKnisja tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù f’Sahuayo, fil-Messiku. ✖


varjeta` Fl-20 ta’ Marzu 1999 Bertrand Piccard u Brian Jones kienu l-ewwel tnejn min-nies li għamlu dawra maddinja permezz ta’ ballun tal-arja. Kienu ilhom li telqu mit-3 ta’ Marzu.

Marzu Fit-13 ta’ Marzu 1951 deher għallewwel darba l-komik Dennis the Menace.

Fit-30 ta’ Marzu 1867 l-Istati Uniti xtrat l-Alaska mingħand ir-Russja għal 7.2 miljun dollaru.

Ferrovija

Ċajta Kultant

Tliet żgħażagħ waslu jiġru fl-istazzjon u tnejn minnhom laħqu daħlu f’vagun, imma l-ieħor baqa’ l-art. Kunduttur: Jiddispjaċini għalik ... ma rnexxilix intellgħek ukoll! Żagħżugħ: Anke lili jiddispjaċini għal sħabi ... dawk ġew biex jarawni sejjer!

April Fl-1 t’April 1748 instabu l-fdalijiet ta’ Pompeii, il-belt Taljana li kienet ġiet meqruda mill-vulkan Vessuvju.

Interview

Waqt interview għal xogħol, id-direttur kien qed jistaqsi lil żagħżugħ: “Għandi bżonn persuna ħafifa, bieżla u mimlija ħeġġa għax-xogħol!” Żagħżugħ: Tajjeb ħafna! Lest ngħinek tfittixha!

Ġid

Raġel : Għamilna sewwa żorna lill-familja Grech. Mara: Iva. Switilhom ta’ ġid. Kif rawna dehru mdejqin imma aħna u sejrin tant kienu kuntenti!

Fil-11 t’April 1906 Albert Einstein introduċa t-teorija tar-relattività.

Fil-25 t’April 1945, ħamsin nazzjon iffurmaw il-Ġnus Magħquda.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.