Xehda Għasel

Page 1

MEJĠUN 2016

Il-Ħrejjef u l-Leġġendi L-istejjer li jagħmluna l-poplu li aħna

World Youth Day

Tlaqna niltaqgħu mal-Papa fi Krakovja

Eliżabetta II

Il-ħajja u r-renju tar-Reġina tal-Ingilterra


WORLD YOUTH DAY PRODUZZJONI SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA ‑ M.U.S.E.U.M. ALAN BONELLO  KURT MICELI  KONTRIBUTURI ROBERT ALOISIO  BERTRAM PORTELLI  KAROL DeBONO  MARK CARUANA  WARREN BUSUTTIL  CHRISTIAN BORG JEAN PAUL PARASCANDOLO  DARREL PACE  DANIEL MICALLEF  ANDREW BORG  NOEL VASSALLO  FRANKLIN BALZAN  NEIL AQUILINA  MARIA CACHIA  ADRIAN VELLA DISTRIBUZZJONI ROBERT MICALLEF  QARI TAL‑PROVI STEVEN MIFSUD

EDITURI JOSEPH BONNICI


F’din il‑ħarġa: L-aħħar sforz, ħbieb. Il-vaganzi fil-qrib imma qabel ma nibdew intiegħmu dawk l-imberkin vaganzi fadal li nagħtu l-aħħar spinta qabel jibdew l-eżamijiet. Toqgħodx tgħid ‘dak ħafif’ jew inkella ‘dak mhux importanti’. La qed tistudjah ifisser li hu importanti. Għalhekk nissuġġerilek li tara ftit kemm jiem fadal u tippjana l-ħinijiet tal-istudju. M’hemmx għalfejn tinqafel id-dar jew tqatta’ l-ħin kollu quddiem il-kotba. Ara kemm għandek bżonn ħin għallhomework (li diġà hu tip ta’ studju) u żid miegħu bejn siegħa u sagħtejn għal reviżjoni tajba ta’ dak li għamilt din is-sena.

IL-ĦREJJEF U L-LEĠĠENDI

2

“SPARKLING WATER, PLEASE…”

4

WORLD YOUTH DAY

6

FULVIO FRISONE

9

Ninsab ċert li ħafna minnkom ilkom sew li bdejtu dduru s-suġġetti, u jekk hemm min għadu qed jeħodha bil-mod, issa ż-żmien li neħduha bis-serjetà. Ftakar li l-ebda tim qatt ma rebaħ kampjonat billi qagħad jagħmel biss dak li jieħu gost jagħmel. Ikun hemm żmien fejn kull plejer tat-tim ikollu jagħmel dak it-training li tassew iħossu diffiċli u li qabel kien jipprova jaħrab. L-istess intom ħbieb! Kull wieħed u waħda minnkom qed tieħdu sehem f’kampjonat u li għalih hemm bżonn it-training. Is-sabiħ tal-kampjonat tagħkom hu li filwaqt li f’bosta millisports nispiċċaw b’rebbieħ wieħed, fil-kampjonat tagħkom, kull min jagħmel sehmu jieħu l-premju li ħaqqu. Taqtgħux qalbkom! L-aħħar sforz, imbagħad wara għandkom il-mistrieħ tant mistħoqq! Il‑paċi miegħek. ✖

VIVA L-PAPA!

10

MINN HAWN U MINN HEMM

13

L‑IMPATT TAL‑GWERRA

18

MUŻIKA MODERNA 20 TAX‑XJUĦ IR-RABA’ KMANDAMENT

22

EJJEW NAGĦTU KULUR LILL-ĦAJJA TAGĦNA U TA’ 25 ĦADDIEĦOR! EWREKA: L-ARJA ELIŻABETTA II U R-RENJU TAGĦHA

26

28

UFFICCJU DISTRIBUZZJONI

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS‑SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL‑MARSA ABBONAMENT REGOLARI: €9 ABBONAMENT BIL‑POSTA: €12 PREZZ TA’ KOPJA: €2

GRAFIKA STAMPA

Blata l‑Bajda

VERITASPRESS Ħaż‑Żabbar

www.facebook.com/xehda


Il-Ħrejjef

u l-Leġġendi y bertram PORTELLI

Żgur li lkoll smajna, xi darba jew oħra, xi rakkont ta’ ħrafa jew inkella ta’ leġġenda. Il-bniedem, li min-natura tiegħu jħobb jirrakkonta, matul iż-żmien niseġ diversi ħrejjef u leġġendi. Nistgħu ngħidu li f’ħafna pajjiżi teżisti kultura antika u rikka ta’ ħrejjef u leġġendi li baqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Minkejja li Malta hija pajjiż b’poplu żgħir, missirijietna wkoll żviluppaw il-ħrejjef u l-leġġendi tagħna l-Maltin li għaddewhom lil ta’ warajhom u dawn lil ta’ warajhom sa ma llum il-ġurnata waslu għandna. Dan sar dejjem permezz tar-rakkont bil-fomm minħabba li ftit kienu jkunu n-nies li kienu jafu jaqraw u jiktbu. Għaldaqstant, ġieli nsibu verżjonijiet differenti tal-istess 2   MEJJU/ĠUNJU 2016

ħrafa jew leġġenda għax kien ikun hemm min iżid, inaqqas jew ivarja xi parti mir-rakkont. IL-ĦREJJEF Meta ngħidu li rakkont huwa ħrafa, inkunu qed nitkellmu dwar rakkont għalkollox ivvintat li jkollu element qawwi ta’ fantasija. Ħafna drabi f’dawn ir-rakkonti nsibu diversi simboli li jkunu qed jirreferu għal xi affarijiet importanti.

Kull ħrafa dejjem tkun tispiċċa b’tagħlima li tista’ tinsilet minn min ikun qed jisma’ l-ħrafa. Interessanti li ninnutaw li diversi drabi, fil-ħrejjef insibu ċerti elementi li nsibuhom preżenti f’kull ħrafa. Ħa nsemmu xi wħud minnhom: » Niftakru li r-rakkont kien intiż biex jiġi rrakkuntat bil-fomm u mhux bil-kitba. Għaldaqstant, il-kitba ta’ ħrafa tkun nieqsa minn ċerti ġesti tal-ġisem li jagħtuha aktar ħajja.


» Il-karattri ma jiżviluppawx tul ilħrafa. » L-ismijiet tal-karattri mhumiex importanti għax l-enfasi qiegħda fuq l-azzjonijiet tal-karattri. Għalhekk, minflok ismijiet, insibu lill-karattri jissemmew skont ilġeneru jew l-irwol tagħhom, eż. ix-xiħ, il-volpi, is-sultan, l-omm, u l-bqija. » In-nisa ftit għandhom sehem fil-ħajja ta’ kuljum. Ħafna drabi jidhru siekta. » L-omm li hija armla, tgħix ħajja ta’ tbatija, imma tibqa’ tagħti l-pariri lil uliedha anki meta jikbru. It-tifel jibqa’ jitlob il-permess ta’ ommu biex jitlaq minn magħha, anki meta jikber. » Insibu kompetizzjoni bejn ir-re jew is-sinjur u l-fqir u kull darba, ir-rebbieħ ikun il-fqir. » Il-ħrejjef juru rispett lejn ilkarattri xjuħ; bħala rispons għal din il-qima, dawn jgħinu lill-eroj biex jirnexxi fl-avventura tiegħu. Ħafna mill-ħrejjef kienu jirriflettu dak li kienu jibżgħu minnu n-nies tal-imgħoddi. Bħala eżempju prattiku ta’ dan, nistgħu nsemmu l-fatt li fil-ħrejjef insibu lill-fqir li jiġi mgħakkes mis-sinjur jew mir-re. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, dejjem ikun il-fqir li jirbaħ issitwazzjoni li jkun fiha u jikseb ilpremju mistħoqq. Ta’ min inkunu rikonoxxenti lejn Maltin bħal Dun Xand Cortis, Patri Manwel Magri u Patri Ġużeppi Delia li b’paċenzja għamlu ġabriet tal-ħrejjef li kienu jingħadu bil-fomm u li kieku ma kienx għalihom, bosta minn dawn il-ħrejjef li m’għadhomx jingħadu, kienu jintilfu darba għal dejjem.

ieħor, b’differenza mill-ħrejjef, fil-leġġenda jissemmew xi postijiet, personaġġi, ħakmiet jew perjodi storiċi li jkunu reali. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-leġġenda hija nisġa ta’ aspetti storiċi ma’ immaġinazzjoni u fantasija. Ejjew nieħdu eżempju. Kulħadd sema’ bil-leġġenda ta’ Għar Ħasan li sseħħ ftit żmien wara l-wasla tal-Konti Ruġġieru f’Malta. Kienet il-ħabta li ħafna Għarab bdew jitilqu minn gżiritna, iżda xi oħrajn kienu baqgħu hawnhekk. Il-leġġenda tgħid li fost dawn l-Għarab li ma kinux telqu, kien hemm wieħed bl-isem ta’ Ħasan li dan ħa grazzja ma’ tfajla Maltija. Darba waħda waqt li kienet qed taħdem fl-għelieqi, Ħasan seraqha u ħbieha f’għar bil-ħsieb li jaħrab magħha lejn Tuneż. Eventwalment din il-leġġenda tispiċċa b’mod traġiku. F’dan il-każ għandek l-inħawi ta’ Għar Ħasan li verament jeżistu, il-miġja tal-Konti Ruġġieru f’Malta li storikament seħħet tassew,

kif ukoll il-fatt li f’Malta kien għad fadal jgħixu xi Għarab wara l-miġja tal-Konti. Iżda l-ġrajja tat-tfajla Maltija li ġiet maħtufa minn Ħasan hija frott l-immaġinazzjoni. Bħal fil-każ tal-ħrejjef, illeġġendi wkoll tnisslu u komplew jitgħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra bilfomm. Għalhekk xi kultant insibu xi varjazzjonijiet tal-istess leġġenda, għax mhux kulħadd kien jerġa’ jirrakkonta l-ġrajja eżatt kif ikun semagħha! KONKLUŻJONI Forsi llum il-ġurnata, sfortunatament, xi wħud mill-ħrejjef u l-leġġendi li għaddewlna missirijietna qegħdin jintilfu. Kemm tkun ħaġa sabiħa li aħna bħala Maltin nerġgħu niskopru mill-ġdid is-seħer u s-sbuħija ta’ dawn il-leġġendi anki permezz ta’ diversi kotba li jirrakkuntaw ħafna minn dawn il-ħrejjef u l-leġġendi li nħolqu mijiet ta’ snin ilu u li waslu għandna sallum il-ġurnata. ✖

IL-LEĠĠENDA B’differenza mill-ħrafa, illeġġenda, minkejja li wkoll ikollha l-ġrajja tagħha vvintata, biss, ikollha bażi storika. Fi kliem 3


Iltqajna ma’ Ira darba t-Tlieta filgħodu, f’kafetterija f’San Ġiljan. Poġġejna madwar mejda u bdejna… Stenna! Nordnaw xi ħaġa. Milkshake tal-frawli, cappuccino u sparkling water…

“Sparkling water,

please… ”

IRA LOSCO LLUM U FL-2002, XI NBIDEL, KIF EVOLVIET IRA? KIF ŻVOLĠIET IL-KARRIERA TAGĦHA? Il-karriera bdiet ma’ alternative band, ta’ ħmistax-il sena. Ħadt sehem fil-kitba tal-mużika, kont ngħin biex nikteb il-melodiji tal-kanzunetti u tal-kliem. L-istil tal-mużika kien differenti għax kienet alternative. Bdejt iktar kmieni bil-klassiku għax bdejt nitgħallem il-pjanu. Fl-istess ħin, fis-sixth form kien hemm ħabiba tiegħi li konna fl-istess klassi, u li missierha hu l-kompożitur Ray Agius u qaltlu dwari. U l-ewwel kanzunetti li kitibli kienu bil-Malti. Jien kont ġejja minn dinja kompletament differenti. Ma konniex nagħmlu differenza bejn min jikkomponi u min jikteb il-lirika. Qabel konna naraw ilprodott li noħorġu bħala sforz ġenwin minn kulħadd. U dħalt fix-xena tal-festivals. L-ewwel bdejt nikkompeti f'festivals Maltin. Ħadt sehem bħala backing vocal ma’ Nadine Axisa fil-konkors L-Għanja 4   MEJJU/ĠUNJU 2016

Ftit mistoqsijiet

ta’ malajr:

» Età: 34 sena » Ikel favorit: Xi burger tajjeb biċ-ċips jew lażanja. » Ktieb favorit: Serje ta’ kotba miktubin minn Paulo Coelho, kittieb Brażiljan. » Mużika favorita: Diffiċli biex nagħżel ġeneru. Bħalissa biex inżomm lili nnifsi kalma, iffukata u pożittiva qed nisma’ l-mużika klassika. » Kantanti jew grupp favoriti: Diffiċli ħafna għax jogħġbuni ħafna gruppi u kantanti differenti. Il-grupp Foo Fighters jogħġobni ħafna. Il-kantanta favorita bħalissa hi Tove Lo.

tal-Poplu. Imbagħad dħalt f’festival taż-żgħażagħ waħdi, imbagħad fil-Kanzunetta Maltija li jġibu lill-barranin u jkantaw il-kanzunetta tiegħek bil-lingwa tagħhom. Wara rbaħt premju għall-most promising artist. Minn hemmhekk bdew javviċinawni xi kompożituri u awturi oħra. Dak iż-żmien ilkanzunetti ma kellhomx touch ta’ Rock, imma ħafna drabi kienu jkunu ballads jew pop. Imbagħad ħadt sehem f’talIndipendenza, wara kien imiss il-Malta Song for Europe. Irbaħtu mat-tielet darba, fl-2002 b’7th Wonder. Ma kelli l-ebda ħjiel li se niġi fit-tieni post. Il-preżenza fuq l-internet kienet minima ħafna. Anke biex nitkellem mal-fans, ma tantx kienet faċli. Ma tantx kelli kuntatt dirett. Kien hemm preżenza tas-siti soċjali imma kollox kien għadu primittiv. Imbagħad kien ikkuntattjani l-manager Howard Keith Debono u dak iż-żmien kien hemm xi ħadd ieħor li kont naħdem miegħu

fil-band u bdew jimmaniġġjawni. Telgħu għall-fiera li għadha ssir sal-lum u wrewhom il-profil tiegħi. Qalulhom li din it-tfajla ħadet sehem fil-Eurovision u ġiet fit-tieni post. Kienu jafu b’dan kollu għax għamlet ħoss u xtaqu li jneħħu l-‘istigma’ li kellu l-Eurovision. Ovvjament, kien żmien ieħor. L-industrija tal-mużika kienet qed tmur naħa u l-mużika talEurovision kienet tmur in-naħa l-oħra. Iktar ’il quddiem ħdimna fuq diversi albums u diski oħra, u rġajna bdejna nħarsu lejn ilfestival għax il-kanzunetti li beda jkollu, bdew jaqblu ħafna iktar ma’ dak li fl-industrija tal-mużika tista’ ssib. F’erbatax-il sena rnexxieli nagħmel ħafna. L-interess biex nerġa’ nidħol għall-Eurovision ġie fl-2012 meta Loreen, ir-rebbieħa tal-istess festival bil-kanzunetta Euphoria, kellha silta li kienet relevanti għall-industrija. Il-palk kull sena kien qed isir isbaħ, ilproduzzjoni bdiet titijieb dejjem aktar u allura għidt li dan hu l-aħjar żmien li nerġa’ nidħol għal din il-kompetizzjoni.


L-2016! KIF KIENET L-ESPERJENZA S’ISSA? X’EMOZZJONIJIET KELLEK S’ISSA, SPEĊJALMENT F’JANNAR? Ħa nibda mill-2015 għax bdejt naħseb fuq l-album il-ġdid. Il-kanzunetti nkitbu f’Awwissu u ktibna tletin idea f’xahar. L-ewwel bdejt bl-ewwel draft b’ħafna ideat imħawdin u ridt norganizza dak li ridt noħloq. Jien il-lirika niktibha mal-melodija. Nikteb ħafna ideat, uħud ikunu tajbin, uħud mhux daqstant. Uħud ngħid li jixxiebhu u allura nkun nista’ ngħaqqadhom flimkien. Wara li nlesti dak l-istadju mmur l-istudjow u nitkellem mal-manager. Kuljum konna qed nattakkaw idea u niżviluppawha f’kanzunetta. Għamilna dawn it-tletin idea u niżżilniehom għal sittax għal dan l-album. Fl-istess ħin kelli żewġ kanzunetti li kienu ta’ potenzjal għall-Malta Eurovision, Chameleon u That’s why I love you. F’Diċembru tħabbru l-kanzunetti u minn hemm bdiet l-avventura. Sfortunament, l-esperjenza tal-festival ma kinitx mija filmija pożittiva għax in-nies bdew jissoponu li se nirbaħ. Kien hemm ħafna negative feedback li kien stramb għalija għax jien iddeċidejt li nerġa’ nidħol, minħabba l-fatt li kien hemm ħafna interess li nieħu sehem fil-festival. Kien hemm min ikkummenta li seta’ ma sar xejn il-festival, argument li jien ma naqbilx miegħu! Il-festival iservi ta’ pjattaforma għal artisti differenti, kemm ġodda kif ukoll stabbiliti. Jien għall-grazzja t’Alla għandi karriera attiva li kont jien stess li ħdimt kemm flaħt għaliha. Hemm kantanti li ma kellhomx iċ-ċans li jkunu artisti attivi u permezz ta’ dan il-festival jistgħu jerġgħu jidhru. L-investiment fil-mużika huwa ħafna iktar mill-flus li tħallas biex tissottometti kanzunetta għal dan il-festival. Meta rbaħt kont naf x’inhu ġej imbagħad, anke kieku ma rbaħtx – b’xi mod xi ħadd żgur li kien se jkun hemm min jgħid xi ħaġa. Mil-lat pożittiv, malli nkun qed naħdem u nagħmel dak li nixtieq nagħmel, inkun tajba. Xejn ma jiġi għalik b’mod faċli. Trid taħdem u tkompli tistinka. Hemm ħafna iktar nies li jgħaddu kummenti pożittivi u jkunu ta’ sapport. Kulħadd irid jgħaddi kumment b’xi mod jew ieħor! WALK ON WATER - WOW, KULĦADD JISTA’ JINTERPRETA L-LIRIKA B’MOD PERSONALI. XI TFISSER IL-FRAŻI WALK ON WATER GĦALIK PERSONALI? KIF JISTA’ DAN IL-MESSAĠĠ JIĠI TRAŻMESS LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ? Kulħadd jista’ jinterpretaha kif jixtieq hu. Jien personali, l-iktar ħaġa importanti li nara filkanzunetta hi li nħossni komda nkantaha. Nista’ nuża 5


leħni fil-potenzjal kollu tiegħu u naħseb li din hi xi ħaġa tajba ħafna f’festival bħal dan. Din id-diska turi n-naħa sabiħa ta’ leħni. Il-Eurovision mhuwiex song contest li fih irridu nuru kemm aħna ħelwin fl-apparenza, kemm aħna libsin sabiħ, kemm kapaċi nkantaw u kapaċi nwerżqu u nogħlew fin-noti! Għalija hu festival li qed jipprova jwassal messaġġ globali. Min-naħa l-oħra, it’s Eurovision Song Contest – il-grafika u l-mod ta’ kif tippreżenta l-kanzunetta tiegħek jilgħab parti importanti fil-lejl li se tagħti l-prestazzjoni tiegħek. Bħala messaġġ inġenerali huwa li l-mużika hi lingwa universali. Il-mużika għandha lingwa waħda. Tkun sabiħa jekk il-pajjiżi kollha f’daqqa jkunu uniti għal dak il-lejl. F’Malta nemmen li ningħaqdu wkoll. Bil-kanzunetta nixtieq inwassal il-messaġġ li trid tibqa’ tistinka għal dak li tħobb u dak li trid u ma tħalli lil ħadd jiddettalek sa fejn inti kapaċi tasal. 6   MEJJU/ĠUNJU 2016

KIF INHUMA GĦADDEJJIN IL-PREPARAMENTI GĦALLEUROVISION? Bħalissa kuljum qed ikolli xi ħaġa. L-esperjenza li għaddejt minnha diġà hi tajba. L-għażla tal-kanzunetta u r-recording tagħha kien l-ewwel pass. Kien hemm kuntatti differenti u dan kien aspett pożittiv biex stajna noħorġu b’kanzunetti differenti u eventwalment ħriġna b’Walk on Water. Il-profil tiegħi kien kbir u allura dan għen biex ikollna ħafna kuntatti differenti minn kompożituri differenti. Apparti kanzunetti ġodda, Chameleon sfidajnieha u ppruvajna ntejbu l-livell tagħha. Apparti minn hekk infetħet l-opportunità biex kompożituri Maltin u barranin jiktbu l-kanzunetti huma. B’kollox kellna sittax-il kanzunetta u dawn erġajna sfidajniehom u biddilna kemm stajna minnhom biex intejbuhom biex il-prodott imur għall-aħjar. Kellna wkoll il-vidjow għall-Walk on Water u l-ġbid tal-filmat

għall-kartolina li se tintuża fil-Eurovision. Ngħidilkom issew, biex għamilna dawn iżżewġ affarijiet, il-ħinijiet kienu naqra koroh għax kienu twal. Pereżempju biex ġbidna l-vidjow kellna nqumu fl-4.00 a.m. u konna ndumu sa xi s-7.00 p.m. Barra dawn kelli għadd ta’ intervisti, kemm ma’ stazzjonijiet Maltin kif ukoll ma’ barranin. SE NISTENNEW XI ĦAĠA DIFFERENTI FIL-WIRJA LI SE TAGĦTI FUQ IL-PALK? Iż-żeffien li ħa sehem filvidjow se jkun inkluż u se jkun hemm il-backing vocals ukoll. Xogħolhom hu importanti ħafna fil-kanzunetta. It-tliet minuti talpalk huma dawk li jħollu u jorbtu, għalhekk qegħdin nagħtuhom ħafna importanza. Il-palk hu sabiħ ħafna. Hemm ħafna fond u l-użu tal-palk se jkun importanti ħafna. Kulma nista’ ngħid hu li se jkun impressjonanti. Aħna qed nippruvaw noħorġu b’xow impressjonanti. Pajjiżi oħra mhumiex se jagħmlu inqas!


JISTA’ JKUN LI BĦAL KULL SENA, L-ARTIST JEW L-ARTISTA TISPIĊĊA B’XI TIP TA’ KONTROVERSJA U DAN MINĦABBA S-SERJETÀ LI L-MALTIN JIFTGĦU F’KOMPETIZZJONI BĦAL DIN. KEMM HU IMPORTANTI L-APPOĠĠ TAL-POPLU? U KEMM HUWA IMPORTANTI LI TAGĦMEL DAK LI HU L-AĦJAR BIEX ISEM MALTA JINTWERA B’MOD POŻITTIV? Jien nemmen li f’dawn l-erbatax-il sena ksibt biżżejjed professjonalità biex xogħli nagħmlu kif suppost. It-tir fundamentali tiegħi hu li dak li nagħmel nagħmlu b’mod professjonali biex isem pajjiżi jintwera bl-aħjar mod possibbli. Jien se nkun ippreparata, u allaħares ma nkunx. Dik parti mill-professjonalità tiegħi. Però li jkollok is-sapport tan-nies ta’ pajjiżek, li juru empatija miegħek, li jippruvaw jifhmu minn xiex se ngħaddi, huwa importanti ħafna. Jekk artist ikun jaf li għandu l-appoġġ tal-poplu warajh, ukoll se jħoss serħan il-moħħ. MATUL IL-KARRIERA TIEGĦEK DEJJEM RAJNIEK IMDAWRA MALFAMILJARI TIEGĦEK. KEMM HI IMPORTANTI L-FAMILJA GĦALIK SPEĊJALMENT F’DAN IŻ-ŻMIEN? Ħadd ma jafek daqskemm jafuk il-familjari tiegħek. Dawn rawni nikber, nistinka, nagħmel sagrifiċċji għal dak li xtaqt. Jafu li kelli għodwiet li qomt kmieni u ljieli li domt biex irqadt minħabba xogħli. Huma n-nies li jifhmu eżattament xi tfisser il-karriera tiegħi u kemm naħdem bil-qalb għaliha. X’VALUR GĦANDHOM IL-ĦBIEB F’ĦAJTEK? TAQSAM MAGĦNA XI ESPERJENZA, LI MA TINSA QATT, LI KELLEK MAL-ĦBIEB? Huma importanti għalija. Il-ħbieb li għandi ngħoddhom fuq idejja,

għax huma l-ħbieb li jifhmu minn xiex għaddejja. Huma persuni li jifhmu wkoll xi jfisser xogħli. Pereżempju qatt ma jikkummentaw b’mod negattiv għax ngħidilhom li ma nistax noħroġ magħhom minħabba xogħli. Esperjenza sabiħa ħafna kienet fis-sajf ta’ sentejn ilu qabel ħriġt album, meta’ mort Sqallija ma’ sħabi. Kien mument fejn ħadna gost fil-kumpanija ta’ xulxin mingħajr ħafna lussu u affarijiet kbar. KULL MIN JAFEK, IFAĦĦREK GĦAL KEMM INTI PERSUNA UMLI U MINKEJJA LI INTI POPOLARI ĦAFNA, QATT MA KIBRITLEK RASEK. X’TIKKUMMENTA? Jien ksibt dak li xtaqt mhux għax ridt li nkun famuża, imma għax veru xtaqt nikseb dawk l-għanijiet. Min iżomm saqajh mal-art japprezza dak kollu li għadda minnu u dak kollu li akkwista. B’hekk anki lis-soċjetà turiha li ma tieħu xejn for granted. X’TALENTI OĦRA GĦANDEK? KEMM HU IMPORTANTI GĦALIK LI TIEĦU ĦSIEB IT-TALENTI TIEGĦEK? X’TGĦID LILLADOLEXXENTI U Ż-ŻGĦAŻAGĦ DWAR IT-TALENTI TAGĦHOM? Barra l-kant u l-mużika, jien inħobb inpinġi wkoll u anki npinġi illustrazzjonijiet. Hu importanti ħafna li tieħu ħsiebhom. Jien turtani ħafna meta nħares lejn ċerti żgħażagħ li jkollhom talent u llum hawn tant opportunitajiet fejn jistgħu jiżviluppawhom, u minflok jeħlu mal-kompjuter, mal-mowbajl jew mal-internet u joqogħdu jaħlu l-ħin. Nemmen li kulħadd

jgħaddi minn stadji diffiċli f’ħajtu, anki jien kelli mumenti ta’ apatija, imma dan ikun biss stadju fil-ħajja u mhux perjodu twil fil-ħajja. SEMMI KWALITÀ LI TAMMIRA F’PERSUNA. GĦALIEX? Jien nemmen li l-empatija hija xi ħaġa essenzjali fil-ħajja tal-lum. Kemm hi sabiħa li inti tipprova tħoss dak li qed iħoss ħaddieħor. Sfortunatament illum il-midja soċjali għamlitha faċli li wieħed jattakka u jikkritika. Dan għax hemm l-iskrin li qed jipproteġik. Mhux sew li wieħed ikun mingħalih li hu l-aħjar f’kollox. Jien nemmen li kulħadd għaddej minn xi tip ta’ tbatija jew dwejjaq. Allura tkun ħaġa sabiħa li nifhmu lil xulxin. M’għandna ebda dritt li ngħajru jew niġġudikaw lil ħaddieħor. X’INHU L-MESSAĠĠ LI TIXTIEQ TGĦADDI LILL-QARREJJA ADOLEXXENTI, ŻGĦAŻAGĦ U ANKE ADULTI TAX-XEHDA GĦASEL? L-akkademika mhix kollox. Hija importanti imma mhix kollox. Sfortunatament ngħixu f’soċjetà fejn ir-riżultati li ġġib huma kollox. Jien inħeġġiġhom ħafna biex jippruvaw esperjenzi differenti u ġodda. Fejn hu possibbli tajjeb li wieħed isiefer ukoll. Tajjeb li wieħed isaqsi għall-għajnuna fejn wieħed ikollu problemi finanzjarji. Bis-safar tiltaqa’ ma’ esperjenzi u nies ġodda u dawn jiftħulek moħħok. Tajjeb ukoll li jaqraw għax ikabbru l-vokabularju tagħhom; u mhux kotba biss. Anki aħbarijiet ħalli jkunu jafu x’qed jiġri madwarna. Kemm hu importanti li jemmnu fihom infushom u meta jkollhom xi problema jiftħu qalbhom ma’ min jista’ jifhimhom.✖ 7


WORLD YOUTH DAY y warren BUSUTTIL

Nibdew bil-lista. Ħwejjeġ tajbin għas-sħana: Ġewwa. Slipper tajjeb għall-mixi: Ġewwa. Basket li fih joqgħod kollox: Ġewwa. Beritta, nuċċali u krema taxxemx: Ġewwa. Sleeping bag: Ġewwa. Passaport u biljett talajru għall-Polonja: Ġewwa. Stenna! Trid tara ftit meta sejjer ukoll! Għax jien nissuġġerilek li din is-sena taħsibha sewwa li titlaq lejn il-Polonja fil-belt ta’ Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Krakovja, il-belt tal-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II u s-soru Santa Fawstina, qed tistenna b’idejha miftuħa lilleluf (jekk mhux ukoll miljuni) ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja biex b’mod mill-iktar ċelebrattiv

8   MEJJU/ĠUNJU 2016

jiċċelebraw il-Ġublew tal-Ħniena fl-aħħar ta’ Lulju. Iżda ejjew nagħtu ħarsa ħafifa lejn l-istorja ta’ dan il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. KIF BEDA DAN IL-JUM? Ħaġa interessanti li dan il-Jum beda jiġi ċċelebrat bl-iktar mod spontanju. Kien fis-sena 1984 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II stieden lil madwar 300,000 li nġabru fil-pjazza tal-Vatikan biex jgħożżu l-fidi tagħhom. Staqsa, “Min qal li ż-żgħażagħ tal-lum tilfu s-sens tal-valuri?” Kienet kritika lil bosta persuni li forsi ma tantx afdaw fil-potenzjal tagħna l-adolexxenti u ż-żgħażagħ! Għalhekk huwa afda f’idejn dawk preżenti salib kbir tal-injam biex idawruh madwar id-dinja biex

ikun sinjal tal-imħabba ta’ Alla lejna l-bnedmin.

Fil-festa ta’ Ħadd il-Palm tas-sena ta’ wara, reġa’ kien hemm preżenti numru kbir ta’ żgħażagħ fil-pjazza u hawn fejn il-Papa wera x-xewqa li jibda jiġi ċċelebrat b’mod uffiċjali l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fl-1986. KIF ŻVILUPPAT DIN IL-FESTA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ? Mis-sena ta’ wara bdiet tiġi ċċelebrata b’mod differenti u tradizzjonijiet li bdew proprju fl-ewwel snin tagħha. L-ewwel Jum Dinji taż-Żgħażagħ internazzjonali ġie ċċelebrat fi Buenos Aires fl-Arġentina (1987). Tahom vjaġġ twil mhux ħażin!


U fis-snin ta’ wara ġie ċċelebrat f’Santiago de Compostela fi Spanja (1989), Czestochowa fil-Polonja (1991) u f’Denver, l-Istati Uniti (1993). Għal kull sena l-Papa kien jagħżel motto li fuqu kienu jduru ċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet organizzati. Dan il-motto jkun sentenza meħuda mit-Testment il-Ġdid, li tirrifletti l-bżonn taż-żgħażagħ jew ilKnisja f’dak iż-żmien partikolari. Fejn ġie ċċelebrat iktar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ? Xi darba niċċelebrawh hawn Malta? Fis-snin ta’ wara kienu bosta l-ibliet li fihom ġie ċċelebrat ilJum Dinji taż-Żgħażagħ. Fl-1993, Manila fil-Filippini kienet laqgħet waħda mill-ikbar ġemgħa ta’ żgħażagħ fl-istorja. Kienu nġabru ’l fuq minn 5 miljun persuna u din il-ġrajja kienet imniżżla għal numru ta’ snin fil-Guinness World Records. Ġie ċċelebrat ukoll f’Pariġi fi Franza (1997), mill-ġdid f’Ruma, l-Italja (2000), f’Toronto fil-Kanada (2005), il-belt ta’ Cologne fil-Ġermanja (2005), f’Sydney l-Awstralja (2008), f’Madrid fi Spanja (2011) u Rio de Janeiro fil-Brażil (2013). U Malta? Naħseb li tkun ftit diffiċli! Għaliex f’dan il-Jum u fil-jiem ta’ qabel in-numru ta’ żgħażagħ li jattendu huwa ftit kbir. Tajjeb insemmu li ġieli l-popolazzjoni taż-żgħażagħ kienet tvarja minn nofs miljun sa 5 miljuni! Dan qegħdin nitkellmu fuq numru daqs il-popolazzjoni ta’ Malta stess. Mur sib post fejn joqogħdu! KIF IKUNU MQASSMA Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET MARBUTA MA’ DAN IL-JUM? Tajjeb inżommu f’moħħna li ma jsirx kollox f’ġurnata waħda

biss! Normalment l-attivitajiet jinfirxu fuq ġimagħtejn sħaħ u li jilħqu l-quċċata tagħhom filjum tal-Ħadd fejn iż-żgħażagħ kollha jiltaqgħu flimkien malPapa u l-isqfijiet biex jiċċelebraw quddiesa kbira u sabiħa flimkien.

bil-kbir lill-Papa Ġwanni Pawlu II u lis-soru marbuta mal-ħniena, Swor Fawstina. Il-Papa Franġisku xtaq li matul din is-sena, iż-żgħażagħ jaħsbu fuq is-sentenza, “Henjin dawk li jħennu, għax ikollhom min iħenn għalihom.”

Fl-ewwel ġimgħa ż-żgħażagħ ikunu mistiedna li jgħixu flimkien ma’ familja f’parroċċa fil-pajjiż. Matul din il-ġimgħa jgħixu magħhom, jaħdmu magħhom u jaqsmu ideat u tradizzjonijiet flimkien. Fit-tieni ġimgħa, iżżgħażagħ jibdew jinġemgħu fil-belt fejn ikollhom laqgħat flimkien ta’ tagħlim, ħinijiet ta’ talb fost festi f’żoni differenti, attivitajiet u kunċerti. Is-Sibt filgħaxija jiltaqgħu għall-Velja ta’ Talb flimkien mal-Papa fejn tkun mument interessanti u mistenni ħafna. Matul dan il-lejl isiru numru ta’ festi fejn iż-żgħażagħ jikkampjaw fil-post biex ikunu lesti għall-quddiesa tal-Ħadd filJum Dinji taż-Żgħażagħ.

FTIT INFORMAZZJONI OĦRA... Apparti s-Salib tal-Ġublew li jdur minn pajjiż għall-ieħor, hemm ikona tal-Madonna li timxi flimkien ma’ dan is-Salib. Din hija magħrufa bħala ‘Salus Populi Romani’ li tfisser ‘Il-Protettriċi tal-Poplu Ruman’. Is-Salib tal-Ġublew wasal fl-14 ta’ Diċembru 2014. Minn dakinhar beda jdur numru ta’ parroċċi madwar il-pajjiż. Matul dan il-Jum se jiġu mfakkra wkoll tnax-il qaddis differenti marbuta mal-Polonja. Dawn se jkunu ppreżentati liż-żgħażagħ bħala mudelli għal ħajjithom.

U DIN IS-SENA? Fl-aħħar Jum Dinji li ġie ċċelebrat f’Rio de Janeiro, il-Papa Franġisku ħabbar li matul dan issajf, il-Jum Dinji se jiġi organizzat fil-belt ta’ Krakovja fil-Polonja. Din se tkun it-tieni darba li se jiġi organizzat ġewwa l-Polonja u mistenni li jikkommemoraw

Il-logo tal-World Youth Day (WYD) huwa kkaratterizzat minn salib fuq sfond tal-mappa tal-Polonja. Hija mdawra bi fjamma ħamra u blu li jirrappreżentaw il-kuluri talĦniena Divina u l-arma uffiċjali ta’ Krakovja. L-innu uffiċjali tal-WYD se jkun jismu “Błogosławieni Miłosierni”... din x’taħbat? Il-kelmiet “Henjin li jħennu” bil-Pollakk. Dan l-innu ġie kantat ukoll bil-lingwa Maltija. ✖ 9


FULVIO FRISONE IX-XJENZJAT F’WHEELCHAIR y robert ALOISIO

“Biss jekk inġegħluhom jitkellmu fuqu se jagħtuh attenzjoni… lilu u ’l dawk kollha fl-istess kundizzjoni tiegħu… min qiegħed tajjeb jista’ joqgħod kwiet… min għandu bżonn l-għajnuna tal-Istat, tal-istituzzjoni… irid jgħajjat”. Dan huwa kliem Lucia Frisone, imsejħa mamma ciclone, omm Fulvio, marid b’kundizzjoni gravi msejħa tetrapleġija spastika distonika sa minn meta twieled nhar id-19 ta’ Jannar 1966 u llum xjenzjat tal-fiżika nukleari ta’ 50 sena. Jgħix fuq siġġu tarroti, ibati biex jitkellem, u ma jistax jiekol jew jiċċaqlaq waħdu.

10   MEJJU/ĠUNJU 2016

Carmelo u Lucia Frisone, żewġ Sqallin, bi ftit li xejn skola – “io tengo solo la quinta elementare” tfakkar spiss Lucia fil-film maħdum fuq l-istorja tagħhom Il Figlio della Luna fl-2006, wara żewġ ulied bniet, Palmira u Pinella, isibu ruħhom iridu jrabbu iben b’diżabbiltajiet gravi kkawżati minn żball tat-tobba li fil-ħlas tat-tarbija użaw ħażin ilforceps u s-suction cup. Il-ħlas dam għaddej 21 siegħa li fih l-omm u l-iben kienu qegħdin jirriskjaw li jmutu t-tnejn li huma. Il-fetu ma setax jitwieled minħabba asfissija prenatali.

Tlett ijiem biss wara li twieled għamlulu l-Griżma għax anke kieku kellu jibqa’ ħaj għal ftit ġranet kien se jkun qed jgħix ħajja veġitattiva. Iżda Fulvio jgħix u ommu ma taqtax qalbha. It-tobba ma jkunux jafu x’se jaqbdu jagħmlu u jagħtuha l-parir taċċetta s-sitwazzjoni għax it-tifel kien se jibqa’ mmankat għal dejjem. Iżda Lucia tgħallmu jitkellem, billi ġġiegħlu jitlob l-għajnuna, tirbaħ il-battalja maliskejjel ta’ Sirakuża (li ma ridux jaċċettaw tifel diżabbli) biex it-tifel ikun jista’ jistudja. L-omm tagħmel minn kollox biex dan binha, diżabilitat fil-fiżiku u


fid-diskors, jikber u jistudja bħal sħabu l-oħra tamparu, sa wasslet biex meta t-tifel ried jidħol l-università tiġi mmodifikata liġi li kienet tgħid li r-riċerkaturi universitarji riedu jkunu ta’ “sana e robusta costituzione”. Biex jistudja, ipinġi u juża l-kompjuter (barra l-fiżika jħobb ukoll il-poeżija u l-pittura), Fulvio jħaddem bi sforz kbir speċi ta’ helmet li minnha toħroġ id mekkanika, apparat oriġinat minn missieru. Permezz ta’ dil-helmet Frisone ilu jaħdem bħala xjenzjat sa mill-1995, b’attività ta’ riċerka fid-dipartiment talFiżika u l-Astronomija flUniversità ta’ Katanja. Ommu, minbarra l-battalji tagħha għall-edukazzjoni ta’ binha, irnexxielha tikseb għalih assistenza soċjali mill-Istat ta’ 24 siegħa kuljum. Bla ebda politiku jew istituzzjoni tappoġġjaha, kienet biss l-attenzjoni kbira tal-mass media li tat prominenza lil Fulvio Frisone. U dan kollu, grazzi għall-kuraġġ, għall“forza d’animo” u t-tenaċità ta’ din l-omm, li minħabba d-diffikultajiet ta’ binha, hi stess kibret, tant tgħallmet affarijiet ġodda, tant ivvjaġġat u għexet esperjenzi li qatt qabel ma immaġinat. B’liġi reġjonali tas-26 ta’ Marzu 2004 twaqqfet ilFondazione Fulvio Frisone, biex tagħti “dritt għall-formazzjoni xjentifika u kulturali, inkluża r-riċerka fil-fiżika nukleari”. Sa mill-1989, Frisone beda jaħdem fuq il-fużjoni kiesħa, dik il-fużjoni nukleari li ssir f’temperaturi relattivament

baxxi. Il-fama ta’ Frisone hija internazzjonali. Fl-1999 fuq stedina tal-Akkademja taxXjenzi ħa sehem fis-Seba’ Kungress Mondjali tal-Fużjoni Kiesħa u Trażmutazzjoni. Ħa sehem f’konferenzi fiċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Emirati Għarab Magħquda. Fl-1992 ingħata l-premju Toyp għar-riċerka xjentifika tiegħu. Fl-2001 offrewlu jaħdem fl-Università ta’ Illinois, imma Frisone ma aċċettax. Riċentament, Frisone ddedika ruħu għallfatturi ta’ tniġġis li jistgħu jġibu black holes fl-atmosfera u wkoll riċerki fuq enerġija nukleari nadifa biex ma jkunx hemm radioactive waste. Bi ftehim mal-comune ta’ Melilli f’Sirakuża, Dottor Fulvio Frisone fetaħ Il Centro Frisone ddedikat għar-riċerka fuq itTniġġis fl-2007.

Mauro Caporiccio, bl-għajnuna talistess Lucia Frisone – jirrakkonta din l-istorja b’rispett u b’umiltà kbira. Il-film jibda bi vjaġġ riċenti li l-familja Frisone tagħmel f’Melbourne għal konvenju xjentifiku fuq il-Fiżika Nukleari, u jirrikorri għall-flashbacks, l-istadji tal-mixja straordinarja ta’ dan ilbniedem.

Il-film Il Figlio della Luna (2006) tad-direttur Gianfranco Albano – maħdum mir-RAI u miktub minn Paola Pascolini u

Storja li tixhed kif it-tama u l-kuraġġ jista’ jirnexxilhom iwaqqgħu ostakli li jidhru insuperabbli. ✖

Ħarsa mit-tieqa tal-lukanda lejn il-qamar “Awstraljan”, l-istess qamar li kien ħares lejh fil-lejl li fih twieled Fulvio. Il-ħlas u l-aħbar tal-marda, l-umiljazzjonijiet li kellhom isofru min-nies komuni u mill-istituzzjonijiet, l-ostakli superati, l-invenzjonijiet u t-tagħlim – grazzi għall-metodu intuwittiv ta’ ommu, Fulvio ta’ erba’ snin diġà kien jaf jaqra, u minkejja dak li kienu qalu t-tobba, tgħallem jekk mhux jitkellem sew għalkollox, imma jartikola ħsejjes li jinftiehmu mhux ħażin.

11


ime T Machine y karol paul DE BONO

Viva l-Papa!

Kemm hi għajta sabiħa hux din l-għajta! Min jaf kemm nies minn madwar id-dinja qalu dan il-kliem b’ħafna ħeġġa, b’mod speċjali ġewwa Ruma, il-post fejn darbtejn fil-ġimgħa s-suċċessur ta’ San Pietru jiltaqa’ man-nies. Iżda min jaf kemm għajtuha l-Maltin meta l-Papa żar Malta. Iva, kienu żewġ Papiet li żaru l-gżejjer tagħna għal tliet darbiet – il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 u fl-2001, u l-Papa Benedittu XVI f’April tal2010. Illum ser neħodkom lura 26 sena ħalli naraw ftit flimkien iż-żjara ta’ San Ġwanni Pawlu II fil-gżejjer Maltin – l-ewwel żjara ta’ Papa f’Malta! Ġwanni Pawlu II wasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 1990 waranofsinhar f’titjira diretta minn Ruma. Kif kien jagħmel fil-pajjiżi li kien iżur, hekk kif niżel it-taraġ tal-ajruplan, dlonk niżel għarkupptejh ibus l-art Maltija. Hemmhekk kien milqugħ millogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President u l-Prim Ministru ta’ Malta. Minn hemm baqa’ sejjer lejn il-Konkatidral ta’ San Ġwann, jiltaqa’ mas-saċerdoti u l-patrijiet Maltin. X’taħsbu li sab fit-triq? Ħafna u ħafna Maltin ixejru l-bnadar u jċapċpu. Ittoroq kienu maħnuqa bin-nies! U mhux bilfors?! Għal ħafna kienet l-ewwel darba li qed jaraw il-Papa daqshekk mill-qrib! Wara l-laqgħa mal-kleru, kellu wkoll laqgħa 12   MEJJU/ĠUNJU 2016

mal-awtoritajiet ċivili fil-Palazz tal-President fil-Belt. Wara lejl ta’ mistrieħ fid-dar tal-Ambaxxatur tal-Vatikan f’Malta (li jissejjaħ in-Nunzju), li qiegħda f’Ħ’Attard, il-Papa kellem lil ħafna tfal li kienu nġabru barra minn din id-dar biex isellmulu. Forsi l-ġenituri jew familjari tagħkom kienu hemm dakinhar! Żgur li baqgħu jiftakru l-kliem “Inħobbkom ħafna!” li l-Papa qal bil-Malti lil dawk kollha miġburin. Il-jum tas-Sibt kompla b’diversi żjarat u laqgħat fosthom fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, fejn il-Papa għadda ħin ta’ talb kif ukoll iltaqa’ mal-qraba talmissjunarji Maltin. Ma setax jonqos li l-Papa jżur Għawdex ukoll. Il-vjaġġ lejn il-gżira tattliet għoljiet sar bil-katamaran. Kienu ħafna dawk li bid-dgħajsa tagħhom akkumpanjaw il-Papa waqt dan il-vjaġġ. F’Għawdex il-Papa qaddes quddiesa fisSantwarju ta’ Pinu, fejn libbes stellarju tad-deheb lix-xbieha tal-Madonna li tant u tant nies imorru quddiemha biex jitolbu xi grazzja. Wara żjara fil-Katidral ta’ Għawdex, il-Papa reġa’ lura Malta. Iżda fi triqtu, sewwasew ħdejn il-Gżejjer ta’ San Pawl, il-Papa bierek statwa ta’ Kristu li tniżżlet f’qiegħ il-baħar u għadha hemm sal-lum. Minn hemmhekk il-Papa rħielha lejn il-Kottonera fejn kellu laqgħa mal-ħaddiema.

Il-qofol ta’ din iż-żjara ntlaħaq il-Ħadd 27 ta’ Mejju, meta l-Papa żar diversi postijiet. Fost l-iktar mumenti li baqgħu msemmijin kienet il-laqgħa maż-żgħażagħ fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali. Hemmhekk spikkat l-enerġija taż-żgħażagħ fil-kant, żfin u kuluri li kien hemm! Il-Papa żar ukoll il-Knisja ta’ San Ġiljan. Fi żjara li għamel fil-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat iltaqa’ ma’ diversi morda li marru b’ħeġġa biex jirċievu l-barka tiegħu. Laqgħa oħra kienet fl-Imdina, fejn il-Papa tkellem ma’ mexxejja ta’ Knejjes Insara iżda mhux Kattoliċi. Iżda l-iktar attività li ġibdet nies kienet il-quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Kienu ħafna l-Maltin li attendew u semgħu l-messaġġ tal-Papa dakinhar. Kienu wkoll diversi Maltin li qabżitilhom demgħa meta raw il-Papa jsellem lill-Maltin minn fuq it-taraġ talajruplan li ħadu lura lejn Ruma. San Ġwanni Pawlu II reġa’ żar Malta f’Mejju tal-2001, fejn iddikjara lil Ġorġ Preca, Adeodata Pisani u Nazju Falzon bħala beati. Illum, minflok il-Papa Ġwanni Pawlu II għandna l-Papa Franġisku. Iżda tgħid għandna l-istess ħeġġa għall-kelma talPapa llum, bħalma kellna fl-1990? Nissuġġerilek li kultant żmien tuża l-internet biex tara x’qed jgħid ilPapa llum u tkompli titgħallem kif tgħix il-ħajja tiegħek bħala ħabib/a ta’ Ġesù aħjar! ✖


minn hawn

u minn hemm

Kobe Bryant y NEIL aquilina

Għal uħud minnkom dan l-isem jista’ ma jfisser xejn, imma għal dawk fostkom li tħobbu l-basketball, żgur li jfisser ħafna. Kobe Bryant, jew kif inhu magħruf ukoll bħala Black Mamba, illum huwa eksplejer tal-basketball Amerikan, għandu 37 sena u sa ftit ġimgħat ilu kien jilgħab fl-iktar league importanti tal-basketball (NBA). Kellu karriera twila ta’ għoxrin sena, fejn fiha dejjem baqa’ malistess klabb Los Angeles Lakers. Ħafna esperti tal-isports jirrikonoxxuh bħala plejer komplet, kemm biex jiskurja u anke biex jiddefendi. Kien l-ewwel plejer li tul il-karriera tiegħu skorja iktar minn 30,000 punt u mill-1998 sal-2016 dejjem kien magħżul fl-NBA All Star Team għal total ta’ tmintaxil darba.

ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-basketball Amerikan! Sentenza li kienet tispirah biex dejjem jimxi ’l quddiem kienet, “Jekk toqgħod lura għax tibża’ li se tfalli, probabbilment se tfalli”. Mela nitgħallmu minnu u ma nibżgħux mill-fallimenti f’ħajjitna imma dejjem inħarsu ’l quddiem biex nirnexxu f’dak li nixtiequ. Jekk trid tkun taf iktar fuq l-aħħar logħba ta’ Kobe Bryant fittex ftit #ThankYouKobe u #BlackMamba.

F’April li għadda Bryant lagħab l-aħħar logħba fl-NBA, kontra Utah Jazz, fejn skorja 60 punt, l-ikbar skor li skorja plejer tal-basketball f’dak l-istaġun. Ovvjament wara l-logħba ma naqsux it-tislijiet u l-biki u l-ferħ

13


Ira

Losco



minn hawn u minn hemm y NEIL aquilina

Iekol għax se jiksaħ! y adrian VELLA

y adrian VELLA

Din il-logħba hija waħda minn dawk il-ġeneru ta’ logħob li bħalissa huma popolari, fejn tingħaqad f’tim ta’ ħamsa u tiddefendi l-bażi kontra numri ta’ Orcs li jkunu jridu jidħlu fil-kastell tiegħek. Tista’ tagħżel wieħed minn sitt eroj: Blackpaw, Bloodspike, Midnight, Sorceress, Stinkeye u War Mage. Dawn l-eroj kollha għandhom abbiltajiet differenti u trid tipprova tkun kreattiv kif se twaqqaf lill-Orcs milli jidħlu fil-kastell li tkun qed tiddefendi.

Naħseb bħali ġieli smajtu lil min jgħid, “Iekol għax se jiksaħ!” Għal xi wħud il-kelma ‘iekol’ ma tinstemax tajjeb filwaqt li għal oħrajn jista’ jkun li hija tajba u jużawha fit-taħdit tagħhom. Iżda l-kelma ‘iekol’ hija tajba jew le? Jekk infittxu ftit fil-letteratura Maltija nsibu li Patri Manwel Magri uża din il-kelma f’waħda mill-ħrejjef tiegħu bl-isem Il-Ħrafa tax-Xhur. Però jekk tqalleb fil-kotba tal-grammatika żgur li mhux ser issib il-kelma ‘iekol’ jew il-kelma ‘iġi’. Għalkemm dawn iż-żewġ kelmiet huma mibnija

fuq mudell grammatikali tajjeb, nistgħu ngħidu li mhumiex aċċettati bħala forma tajba ta’ kmand (imperattiv). Aħna mill-verb xorob nistgħu nagħmlu ixrob. ✓ Hekk ukoll minn kiel nistgħu nagħmlu iekol. ✖ u minn ġie nistgħu nagħmlu iġi. ✖ Għalkemm il-kelmiet ‘iekol’ u ‘iġi’ huma mibnija fuq mudelli grammatikali tajbin, jekk jista’ jkun ma għandniex nużawhom u wisq anqas niktbuhom. Dejjem għandna nużaw il-kelmiet ‘Kul’ u ‘Ejja’.

Ovvjament, iktar ma jgħaddi l-ħin, l-Orcs jiżdiedu fin-numru u fid-diffikultà biex tegħlibhom u iktar ma taħdem bħala tim ma’ sħabek, iktar għandek ċans ta’ suċċess. Din il-logħba tista’ tniżżilha b’xejn minn Steam Store u bħalissa għadha fil-fażi ta’ Open Beta… ħu gost!

Għamilt Balbuljata! Platt tipiku Malti li jinżel għasel ma’ biċċa ħobż tal-Malti friska u daqsxejn żejt taż-żebbuġa huwa l-balbuljata. Din tkun magħmula minn ammont ta’ basal imħallat mat-tadam u l-bajd, ħafna drabi servuta sħuna bħala kontorn jew bħala mili għall-ħobż.

16   MEJJU/ĠUNJU 2016

Iżda jekk wieħed joqgħod attent, ħafna drabi nużaw l-espressjoni

“għamilt balbuljata”. Nużaw din l-idjoma biex nirreferu għal meta nagħmlu xi taħwida. Meta nippjanaw xi ħaġa u din ma tirnexxiex. Espressjonijiet jixbhu lil din huma “għamilt vroma” jew “għamilt froġa”. Interessanti kif il-poplu Malti kapaċi joħloq espressjonijiet tant sbieħ biex jesprimi ruħu!


y FRANKLIN balzan

Sajjarli jekk jogħġbok

L-idejn tar-robot imdendla millbank tal-kċina mhijiex dehra li wieħed jistenna… iżda fi ftit snin oħra jista’ jkun li nibdew naraw dan f’xi kċejjen tagħna. Xħin ikunu qed jiċċaqalqu l-idejn ta’ dan ir-robot, jista’ jkun li jidhru qishom l-idejn ta’ xi konduttur tal-orkestra, iżda fil-verità dawn ma jkunux qed imexxu xi biċċa mużika iżda qed jippreparaw il-pranzu. Din l-idea li bħalissa qed tiġi żviluppata mill-kumpanija bbażata fir-Renju Unit, Moley Robotics, għandha l-għan li tipprepara ikliet minn riċetti diġitali. Dawk li ser jużaw din is-sistema jagħżlu l-ikla li jridu minn database onlajn, idaħħlu n-numru ta’ nies li ser ikunu qed jieklu u mbagħad wara li tqiegħed l-ingredjenti meħtieġa, tħallih isajjar hu. Il-unit tar-robot huwa wkoll mgħammar bi fridge u kabinett li r-robot jista’ wkoll jaċċessa, kif ukoll dishwasher biex wara tkun tista’ tnaddaf ukoll! L-idea ġiet għand xjentist talkompjuters Mark Oleynik li fl-2014

kien xeba’ jiekol barra u xtaq jiekol ikel tajjeb fid-dar tiegħu. Qabel Moley, huwa waqqaf kumpanija msejħa Medstarnet li kienet tgħin lil sptarijiet permezz ta’ mezzi mediċi. L-għan ta’ Oleynik huwa li r-robot ikun kapaċi jagħmel ikel frisk, bnin u mingħajr sforz. L-idejn tar-robot huma magħmula minn 20 mutur, 24 ġog u 129 sensor. Skont Rich Walker, direttur maniġerjali ta’ Shadow Robot li qed taħdem ma’ Moley biex tiżviluppa dan irrobot, dawn l-idejn jirreplikaw ilmovimenti tal-idejn tal-bniedem. Sa issa r-robot jaf 50 riċetta differenti li jistgħu jintgħażlu mill-iscreen, u dan billi jimita koki bnedmin. Dawn jiġu programmati billi l-kok jilbes ingwanti b’sensors li jieħdu l-informazzjoni tal-moviment tal-idejn waqt it-tisjira. Tim Anderson, ir-rebbieħ tal-2011 tal-kompetizzjoni MasterChef tal-BBC u s-sid tar-ristorant

Ġappuniż Nanban f’Londra, ħareġ bl-ewwel sett ta’ riċetti, pereżempju l-merluzz ma’ zalza bil-pesto. Eventwalment, dawk li jużaw dan ir-robot ser ikunu jistgħu jżidu iktar riċetti, mhux biss minn kokijiet famużi imma wkoll billi robot jitgħallem ir-riċetti minn fuq videos talistess sid tal-kċina u jkun jista’ jirreplikahom! Minbarra li robot ser jkun jista’ jiġi attivat permezz ta’ touch screen, Moley Robotcs qed tiżviluppa application ukoll biex is-sidien tal-kċina jistgħu jagħżlu ikla mill-bibljoteka tar-riċetti, anki meta jkunu ’l bogħod mid-dar. Irrobot ser ikun jista’ jibda jagħmel il-pranzu hekk kif dawn ikunu għadhom qed iħallu x-xogħol. Il-ħsieb tal-kumpanija Moley huwa li l-kċina robotika tkun disponibbli fl-2018 għal madwar $35,000. Forsi jidher kemxejn għoli imma jekk ikollok timpjega lil xi ħadd isajjarlek kuljum, naħseb malajr jiġi worth it! 17


L‑impatt

tal‑gwerra

Nistgħu nagħmlu ħafna regoli u liġijiet biex nipproteġu l-ambjent; pereżempju nikkontrollaw il-kaċċa talannimali u l-qtugħ tas-siġar biex nevitaw it-telf tal-bijodiversità, nikkontrollaw it-tniġġis talarja u tal-ilma u nikkontrollaw l-iżvilupp tal-art. Imma fi żmien ta’ gwerra dawn ir-regoli kollha jisparixxu, hekk kif pajjiż jispiċċa jagħmel minn kollox biex jirbaħ il-gwerra. Barra minn hekk ilgwerra ġġib magħha ħafna faqar u tbatijiet. Kif jirrifletti wkoll il-Papa Franġisku f’Laudato Si, ma tistax tkellem lil nies fuq protezzjoni tal-ambjent meta 18   MEJJU/ĠUNJU 2016

jkunu qed isofru minn faqar u inġustizzji. Sa mill-qedem kemm-il darba belt li tkun imdawra bis-siġar, jinqatgħu s-siġar kollha talmadwar biex jevitaw li l-għadu jasal sa quddiem il-belt mingħajr ma jindunaw, jew bħalma għamlu r-Russi meta kienu attakkati min-Napuljun: jaħarqu kollox huma u jirtiraw biex il-qawwiet ta’ Napuljun ma jsibu xejn x’jistgħu jużaw fl-avvanzi tagħhom. Illum it-teknoloġija tant żviluppat li għandna l-qawwa li neqirdu d-dinja fi ftit żmien. Fl-Ewwel

y christian BORG

Gwerra Dinjija naraw l-użu ta’ gassijiet tossiċi li barra l-qerda tan-nies ġab ukoll qerda fl-ekosistemi u l-foresti. Fil-gwerra bejn l-Amerka u l-Vjetnam, l-Amerikani bdew jitfgħu ammont kbir ta’ bexx biex jeqirdu s-siġar li s-suldati tal-Vjetnam bdew jużaw bħala moħba. Sa xi għaxar snin wara l-artijiet li kienu tefgħulhom il-bexx, kellhom biss madwar ħames speċi ta’ mammiferi u 24 speċi ta’ għasfur filwaqt li foresti li ma ntmessewx bilbexx ġewwa l-Vjetnam kellhom madwar 50 speċi ta’ mammiferu u 150 speċi ta’ għasfur.


Illum għandna theddida oħra: l-armi tal-qtil bil-massa, jiġifieri l-bombi nukleari. Kien fit-Tieni Gwerra Dinjija meta l-Amerikani ppruvawha fuq il-Ġappun u ħallew diżastru sħiħ, tant li l-effetti baqgħu jinħassu għal ħafna żmien. Fi żmien il-gwerra bierda, żmien ta’ tensjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Sovjetika (illum irRussja), kien hemm każ fejn ġew qrib ħafna li dawn iż-żewġ pajjiżi jiftħu n-nar fuq xulxin bil-bombi nukleari, b’diżastru kbir fuq id-dinja kollha. Dan kien meta fl-1962, l-Unjoni Sovjetika kienet qed tibni apparat biex ittella’ bombi nukleari ġewwa Kuba, jiġifieri pajjiż li jiġi ftit ’l isfel mill-Istati Uniti tal-Amerika. Meta l-Amerikani indunaw b’dan, ordnaw lill-Unjoni Sovjetika biex ma tersaqx b’vapuri lejn Kuba. Kien f’dan il-punt li anke tkellem il-Papa Ġwanni XXIII fejn indirizza liż-żewġ mexxejja, Kennedy fuq in-naħa tal-Amerka u Khrushchev fuq in-naħa tarRussja, u qal li gwerra nukleari kienet ser iġġib diżastru dinji. Għall-grazzja t’Alla ħadd

minnhom ma kien xeba’ middinja u l-Unjoni Sovjetika rtirat minn Kuba għalkemm qalet li kienet sodisfatta li poġġewha f'parità mal-Amerika. Barra l-effetti diretti, il-gwerer iġibu magħhom effetti oħra. Ilkriżi fis-Sirja qed toħloq mewġ kbir ta’ immigrazzjoni. Dan iċ-ċaqliq ta’ nies f’daqqa mhux biss għandu konsegwenzi fuq is-soċjetajiet imma wkoll fuq l-ambjent minħabba li numru kbir ta’ nies f’daqqa joħolqu pressjoni fuq l-ambjent għar-

riżorsi u l-ispazju, speċjalment sakemm dawn in-nies jitqassmu mal-pajjiżi li jkunu qed jilqgħuhom. Irridu noqogħdu attenti u bħala umanità nitgħallmu nimxu bir-rispett u l-imħabba aktar milli bl-għira u bix-xeħħa, għax vizzji ħżiena ma’ teknoloġiji antiki għandhom konsegwenzi li nistgħu nistennewhom, imma vizzji ħżiena, li diffiċli nbiddluhom, flimkien ma’ teknoloġiji ġodda jkollhom konsegwenzi drammatiċi. ✖

19


MUŻIKA MODERNA TAX‑XJUĦ y MARK caruana

“Then sings my soul My Saviour God, to Thee How great thou Art” PRAISE THE LORD! Fl-1885, il-poeta Żvediż Carl Gustav Boberg kiteb O Store Gud, jew kif nafuha aħjar Kemm Inti Kbir (How Great Thou Art). Wara li ġiet addattata għallmużika u tradotta għall-Ingliż, din il-kanzunetta saret it-tieni

20   MEJJU/ĠUNJU 2016

l-iktar waħda popolari filġeneru tagħha, wara innu ieħor li diffiċli taqbżu. Il-Gospel huwa stil ta’ mużika Kristjana, li, bħall-Blues, oriġinat minn soċjetajiet ta’ nies ta’ ġilda skura. Primarjament, l-iskop ta’ dan l-istil mużikali kien biex il-ġemgħa tfaħħar ’l Alla fil-laqgħat ta’ talb. Minn dan nistgħu nikkonkludu li l-aktar element importanti filGospel kien il-kliem; u l-uniku strument li għandu l-kapaċità li l-melodija joħroġha f’forma ta’ kliem huwa l-vuċi umana! Kien xieraq li ’l Alla jagħtuh l-aħjar, allura kienu jieħdu ħsieb li l-ħoss li joħroġ mill-kordi vokali kien ikun wieħed intunat u sabiħ għall-widna. Ma jfissirx

li l-kitarra u t-tanbur u ċ-ċekċieka ma jistgħux ifaħħru ’l Alla biddaqq tagħhom, però dawn kienu sekondarji. Fil-fatt fil-bidu nett tal-mużika Gospel kien isir kant repetittiv, fejn persuna tkanta biċċa, u l-oħrajn iwiġbuha; u l-unika akkumpanjament li kien ikollhom kien ikun iċ-ċapċip talidejn. Diffiċli tgħid meta beda eżattament il-Gospel. Li nistgħu ngħidu hu li fis-seklu sbatax kienu bdew jiġu kantati innijiet sempliċi f’ċerti komunitajiet. Bilmod il-mod il-ħoss evolva għal wieħed aktar familjari kif nafuh illum. Kien fis-seklu dsatax li ġie rreferut għall-ewwel darba bħala Gospel, li tfisser Evanġelju. Biex wieħed forsi jifhem aħjar kif kien jitkanta l-Gospel fis-seklu


dsatax, jista’ jara l-film 12 Years a Slave. F’dan il-film hemm xena partikolari fejn il-komunità ta’ skjavi jibdew ikantaw flimkien l-innu Roll, Jordan, Roll, wara li jkunu difnu lil wieħed minn sħabhom. Mill-ewwel għandek tinduna bid-differenza bejn dan it-tip ta’ Gospel u xi Oh Happy Days ta’ Sister Act. GOSPEL FIS-SEKLU GĦOXRIN Naqbżu qabża twila, u mmorru mill-ewwel fis-seklu għoxrin. Ħafna komunitajiet differenti Nsara li kienu ġewwa l-Amerka bdew jorganizzaw ruħhom u jiltaqgħu fil-knejjes tagħhom. F’kull knisja hemm orgni, u għal ħafna snin il-Knisja Kattolika nqdiet bil-pipe organ: strument grandjuż, b’saħħtu, versatili, u jiswa l-belli liri. Issa, meta dawn l-Insara Protestanti bdew jinġabru fil-knejjes tagħhom, huma wkoll xtaqu l-orgni biex jużawh fit-talb tagħhom. Però kellhom problema, għax ma kinux jaffordjaw jixtru pipe organ. Fortunatament għalihom, fl-1935 ġie vvintat tip ta’ orgni ġdid: Hammond organ. Dan l-orgni kien iżgħar fid-daqs, kien jaħdem bl-elettriku, kellu ħoss differenti, u – importanti ħafna – kien orħos. Dan l-istrument ġdid kiseb popolarità kbira flAmerka, speċjalment man-nies ta’ ġilda skura. Fil-fatt malajr sab ruħu fil-clubs u l-bars, biex jakkumpanja mużika bħall-Jazz u l-RnB. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, il-mużiċisti tal-Gospel kienu bdew idaħħlu strumenti ġodda u javvanzaw it-teknika. Bdew irawmu kantanti u gruppi. Strumenti tal-Blues, bħallpjanu, electric guitar, double bass u drums, kienu bdew jiġu

introdotti wkoll fil-Gospel; u jekk bdew jirfinaw fl-istrumenti, ma setax jonqos li l-kant kellu jimxi l-istess passi, sabiex jibqa’ fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Fil-fatt il-Gospel kien beda jsir l-aħjar mezz biex turi l-kapaċità talvuċi tiegħek. Kantanta bravissima f’dak iżżmien kienet Mahalia Jackson. Tant kellha vuċi tajba li filfatt baqgħet magħrufa bħala r-Reġina tal-Gospel. Madankollu

kienet persuna umli ħafna, u minkejja s-suċċess, Mahalia baqgħet saqajha mal-art. Kantat dejjem biex tfaħħar ’l Alla, u ħafna drabi rrifjutat offerti kbar biex ma taqbadx ċerti toroq fil-karriera mużikali tagħha. Mahalia kienet ukoll il-kowċ personali ta’ kantanta oħra famuża, saħansitra famuża aktar minnha: Aretha Franklin. Sa minn età żgħira, Aretha kienet tkanta mużika Gospel fil-knisja. Fl-1972 ħarġet album kollu mużika Gospel: “Amazing Grace” – imsemmi wara l-aktar innu popolari f’din il-kategorija. Madankollu, ir-repertorju ta’ Aretha ma kienx esklussiv

għall-Gospel biss, imma kien miftuħ ukoll għal mużika sekulari, bħal mhuma l-RnB u s-Soul. Filfatt, jekk Mahalia Jackson kienet ir-Reġina tal-Gospel, Aretha Franklin rebħet it-titlu ta’ Reġina tas-Soul. Forsi l-aktar kanzunetta li baqgħet magħrufa għaliha kienet Respect. Ma tantx għandna ċans nitkellmu wisq fuq Aretha, imma biex wieħed ikollu idea tal-kapaċità ta’ din il-mara, biżżejjed ngħidu li kellha għoxrin no. 1 hits fil-Billboards

u rebħet 18-il Grammy Award. Kienet ukoll l-ewwel mara li qatt daħlet fir-Rock n Roll Hall of Fame, u r-Rolling Stone Magazine ivvutalha bħala l-aqwa kantanta li qatt kien hawn fid-dinja. Nistgħu ngħidu li l-mużika Gospel tat lid-dinja kantanti eċċezzjonali, li użaw il-vuċi tagħhom biex ifaħħru ‘l Alla u jpaxxu miljuni ta’ widnejn. Però din hija biss faċċata waħda tal-istorja. Jekk Alla jrid, fil-ħarġa li jmiss ser nagħtu titwila lejn kantanti leġġendarji, minn bnadi differenti, li ġew attirati lejn dan l-istil ta’ mużika; u jekk ma bdewx bil-Gospel f’ħajjithom, spiċċaw bih. ✖ 21


y JOSEPH bonnici

Ir-Raba’ Kmandament AGĦTI ĠIEĦ LIL MISSIEREK U LIL OMMOK!

Prosit x’festa organizzajt għall-kunjata tiegħek! Ma kien jonqosha xejn! Min jaf x'se tagħmel f’għeluq snin ommok u missierek?!

Ma kont se nagħmel xejn speċjali! Dawk mhux bħall-kunjata, ma rrid nagħmel xejn speċjali biex iħobbuni!

Żminijiet ta’ taqlib għallommijiet u għall-missirijiet! Altru milli home sweet home! Kultant id-dar tkun qisha kamp tal-battalja. U jitwaddbu kelmiet u espressjonijiet qishom bombi perikolużi li jweġġgħu kemm lill-kbar u kif ukoll liż-żgħar. Ġenituri jgergru li wliedhom ma jafux xi jfissru r-rispett u l-ubbidjenza. L-ulied jgħidu li l-ġenituri jqisuhom bħala immaturi, tfal żgħar u li ma tistax tafdahom.

22   MEJJU/ĠUNJU 2016

U għalfejn dan kollu? In-nuqqas ta’ dik il-maġija msejħa djalogu, li juri l-imħabba vera filfamilja u ma’ Alla, dak li ħalaq il-familja. Li tgħix ta’ omm u missier jew iben u bint f’familja mhux dejjem faċli. Sadattant kulħadd jixxennaq għal ftit spazju fejn iħossu milqugħ, bla preġudizzji, bla piki u bla maskri. Spazju li ġej mill-imħabba ta’ żewġ persuni li bnew ‘dar’ imma li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ wliedhom u ta’ nies oħra biex jibnu ‘familja’.

NAVIGAZZJONI SATELLITARI

IL-FAMILJI TA’ DARBA WAĦDA… Wieħed mill-ewwel mudelli ta’ familja kien dak patrijarkali. Kien jinkludi bosta persuni, minn ġenerazzjonijiet differenti u b’etajiet differenti. L-ixjeħ raġel tal-familja kien responsabbli mill-grupp. Wara mewtu, it-tmexxija kienet tgħaddi f’idejn l-ikbar iben tiegħu. Din it-tip ta’ familja għadha teżisti f’bosta pajjiżi bħal dawk Indjani, Armeni, Albaniżi, Semitiċi u mill-Afrika talLvant. Sa ftit snin ilu kienet komuni ħafna fl-Ewropa wkoll.


IL-FAMILJA LHUDIJA Fi żmien Mosè, kull familja seta’ jkollha bejn ħamsin u mitt persuna. Il-familja patrijarkali kienet differenti minn dik mibnija fuq l-iskjavi kif kienet fl-Eġittu. L-iben il-kbir kellu r-responsabbiltà talfamilja u l-privileġġ tal-wirt qabel ħutu iżgħar minnu u s-subien kienu jiġu qabel il-bniet. Il-missier kellu setgħa sħiħa fuq il-familja. Seta’ anke jbigħ lil uliedu jew joffrihom sagrifiċċju, imma Mosè waqqaf dan kollu bil-liġijiet li ta lill-poplu. B’hekk naqqas din is-setgħa assoluta biex it-tmexxija tkun iktar ġusta u bla differenzi. IL-FAMILJA ‘ŻGĦIRA’… U MIFTUĦA Fil-pajjiżi tal-Punent, il-progress ġab il-familja bħala ġenituri u tfal. Ħafna drabi, in-numru ta’ tfal ma jaqbiżx wieħed jew tnejn. In-nuqqas ta’ qbil fil-familji biddel is-sitwazzjoni tal-familja f’diversi modi. Hemm min jgħix ma’ ommu jew ma’ missieru biss, jew forom oħra li daħlu maż-żmien.

IL‑KODIĊI L‑ĠDID Familja speċjali Tobit u Anna għandhom familja Lhudija mill-aqwa. Huma xxurtjati bil-preżenza ta’ binhom Tobija, bniedem ta’ qalb tajba bħall-ġenituri tiegħu. Imma l-familja tagħhom tintlaqat minn diżgrazzja: Tobit jagħma fl-istess żmien li kellu jiġbed lura somma flus li kien ħalla f’idejn Gabael. Dan Gabael kien jiġi minn Tobit u kien joqgħod f’pajjiż imbiegħed. Tobit jitlob lil Tobija jmur jiġbor dawn il-flus għall-familja. Tobija jaċċetta t-talba ta’ missieru bil-qalb. Imur filpajjiż imbiegħed imqanqal mill-imħabba lejn missieru u taħt il-ħarsien ta’ Rafel, l-arkanġlu li Alla jibgħatlu biex jiggwidah u jmexxih fi triqtu. Tobija jirnexxilu jwettaq il-missjoni li kellu jagħmel, imma jdum ma jerġa’ lura. Id-dar, ommu u missieru jinkwetaw dwaru u jaħsbu li ġratlu xi ħaġa kerha. Imma mhux dan ikun il-każ. Tobija fil-fatt iltaqa’ ma’ mara u żżewwiġha, u kellu jibqa’ fil-post biex jiċċelebra l-festa tat-tieġ. Nies il-mara, li jisimha Sara, jitolbuh jibqa’ magħhom u jkun kuntent ma’ martu, imma Tobija ma jistax jikser qalb ilġenituri tiegħu. Tobija jirritorna f’daru. Ommu kważi tifgah bit-tgħanniq u missieru jibqa’ sorpriż b’dak li ibnu jkun ġab miegħu. Fit-triq, Rafel ikun għenu jsib il-mediċina biex biha jfejjaq lil missieru u dan jerġa’ jibda jara mill-ġdid. Tobija huwa iben b’qalb tad-deheb, it-tifel li kull ġenitur jixtieq li jkollu!

KURŻITÀ

Ir-rabbi Tarfon kellu ommu anzjana. Kull filgħaxija kien jitbaxxa mal-art ħdejn issodda tagħha biex hi tkun tista’ sserraħ fuqu hi u tielgħa biex torqod. Kien jagħmel l-istess ħaġa filgħodu xħin tkun se tinżel minn fuq is-sodda. Meta darba kien qed jitkellem ma’ ħbiebu u qalilhom x’kien jagħmel kuljum, wieħed minnhom qallu, ‘Għadek m’għamiltx in-nofs tar-rispett li jistħoqqilha ommok...!’ Il-Lhud li jistudjaw il-Bibbja jgħidu li dan ilkmandament jiġi qabel ‘La toqtolx’ biex juri li min ma jirrispettax lil ommu u lil missieru qisu qed jgħix f’sitwazzjoni ta’ qtil kontinwu! 23


U ĠESÙ? Meta naqraw il-Vanġelu, nistħajlu li Ġesù huwa t-tifel ribelluż li dejjem jaqla’ l-inkwiet għallġenituri tiegħu: Ta’ tnax-il sena jagħmel l-ewwel ‘ħarba’ tiegħu meta jibqa’ fit-tempju ta’ Ġerusalemm mal-għorrief (Lq. 2,41-50);

F’Kana, lil ommu jweġibha b’mod daqsxejn qawwi meta titolbu l-għajnuna għallgħarajjes fil-bżonn (Ġw. 2,4); Meta jfittxuh tal-familja, kważi jgħid li ma jafhomx (Mk 3,33); Fil-prietki tiegħu jgħid affarijiet li donnhom imorru

kontra r-raba’ kmandament: ‘Ġejt inġib il-firda bejn ilmissier u ibnu...’ (Mt. 10,35). F’dawn il-każijiet kollha, Ġesù ma jeħodhiex kontra l-kmandament, imma jurina li l-ewwel ubbidjenza tagħna trid tkun lejn Alla. Il-bnedmin, irġiel u nisa, ġenituri u wlied, jiġu wara Alla.

MINI‑KWIZZ Is-sens tal-kelmiet ‘agħti ġieħ’ fir-raba’ kmandament huwa: 1. Tfaħħar 2. Tgħin 3. Tobdi Fil-familji Lhud tal-qedem ittmexxija kienet f’idejn: 1. Il-missier 2. In-nannu 3. L-ewwel tifel

Missier Tobija kellu diżgrazzja. Din kienet ħallietu: 1. Mejjet 2. Ma jimxix 3. Agħma

GIANNA BERETTA MOLLA Kienet omm ta’ familja komuni, mimlija ferħ u ħajja. Kienet kuntenta b’żewġha, l-erba’ wliedha u t-tarbija li kienet ġejja fid-dinja. Waqt it-tqala, Gianna mardet serjament. Kellha tagħmel għażla bejn il-ħajja tagħha u

24   MEJJU/ĠUNJU 2016

dik tat-tarbija li kienet ġejja. Għażlet li tgħix it-tarbija. Twieldet Gianna Emanuela, imma wara ġimgħa mietet l-omm. Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Qaddisa wara li l-Knisja kienet studjat ilkuraġġ u l-imħabba ta’ din l-omm qaddisa.

It-telfa ta’ Ġesù fit-tempju turina li: 1. Ma kienx jobdi dejjem 2. Kellu età biex jaħseb għalih innifsu 3. Alla jiġi qabel il-ġenituri


y MARIA cachia

Ejjew nagħtu kulur lill-ħajja tagħna u ta’ ħaddieħor! M’ilux kont mistiedna tieġ b’differenza. Kien tieġ li fissempliċità tiegħu għallimni ħafna. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, li kienet iċċelebrata b’mod sħiħ, tant li lanqas indunajna li damet siegħa u nofs, tlaqna nkomplu niċċelebraw mal-għarajjes. Huma għażlu li jiċċelebraw flgħalqa privata tagħhom, armata b’mod oriġinali ħafna. Kollox kien magħmul bl-idejn. Għażlu li l-imwejjed, is-siġġijiet u armar ieħor ikun bl-injam biex jaqbel maxxena naturali u meraviljuża li kien hemm mal-madwar. Iżda l-iktar ħaġa li laqtitni kienet it-tabella b’messaġġ sabiħ fuqha, impoġġija eżatt qabel tidħol taħt it-tinda flgħalqa stess. Fuqha kellha miktub dan il-kliem: “The best things in life are meant to be shared.”

Onestament hekk kif rajtha, ħadt grazzja magħha għaliex ġegħlitni naħseb aktar u nirrifletti kemm fir-realtà, jien u inti naqsmu dak li hu sabiħ f’ħajjitna ma’ ħaddieħor. Fi kliem ieħor, ngħixu kontinwament f’komunità, mannies tad-dar, tal-iskola, jew fuq il-post tax-xogħol? F’din il-ħajja tant mgħaġġla, sfortunatament ħafna drabi naħsbu aktar l-ewwel fina nfusna u ma nirrealizzawx bin-nies li jgħixu madwarna ta’ kuljum fosthom il-ġenituri, il-ħbieb, il-ġirien, u n-nies li jagħtuna servizz ta’ kuljum fosthom l-għalliema, l-infermiera u l-pustier. Għalhekk tajjeb li ma ninħakmux minn din l-għaġla

kollha għaliex biex tirrealizza kemm għandek ġid fil-ħajja u li dan tista’ taqsmu ma’ ħaddieħor, trid tieqaf u tagħraf kemm il-Mulej Ġesù tana ħafna affarijiet blabbundanza. Imma rridu nagħrfu kif u ma’ min nużawhom. F’Ħamis ix-Xirka, Ġesù tana s-sinjal umli tal-ħasil tas-saqajn tal-Appostli biex iwasslilna l-messaġġ li hu ġie fid-dinja biex jaqdina, anki jekk hu Alla. Fil-fatt fl-Aħħar Ċena ħasel saqajn l-Appostli u qalilhom biex issa huma kellhom ikunu l-qaddejja ta’ xulxin u tal-oħrajn. Għalhekk tajjeb li wieħed jieqaf u jaħseb, kemm qiegħed ikun ta’ għajnuna għal ħaddieħor u kemm qed jaqsam dak li għandu mal-oħrajn, imqar bi tbissima sempliċi minflok tgergira, kif ħafna drabi nagħmlu! ✖ 25


ewreka: l‑arja

y daniel MICALLEF

Ma tantx hu kumpliment jekk xi ħadd jgħidlek, “Mela moħħok fl‑arja qiegħed?” Imma fil‑fatt, minkejja li la narawha u ħafna drabi lanqas nagħtu kasha, allaħares ma tkunx l‑arja biex nistgħu nibqgħu ħajjin. U forsi ta’ min li jkun hawn min ikollu moħħu ftit iktar fl‑arja għax l‑arja ta’ madwarna tgħidx x’titħammeġ bit‑tinġis tal‑fabbriki, bil‑ħela ta’ dawl, bil‑ħruq tas‑siġar u l‑bqija. Imma ejja nibdew ħaġa ħaġa. X’FIHA L‑ARJA? L‑arja ta’ madwarna hi taħlita ta’ gassijiet, fosthom in‑nitroġenu li jagħmel kważi tmenin fil‑mija tal‑arja u l‑ossiġnu li jagħmel madwar għoxrin fil‑mija tal‑arja. Fost il‑gassijiet l‑oħrajn insibu d‑diossidu tal‑karbonju (CO2) li jagħmel ħafna inqas minn wieħed fil‑mija tal‑arja u l‑fwar li aħna nitkellmu fuqu bħala ‘umdità’. Għalkemm l‑arja hi ħafifa, fiha l‑piż tagħha wkoll ‑ fil‑fatt l‑arja ta’ ġo kamra, kieku kellna niżnuha tiżen daqs bniedem! Sa fejn nafu aħna, mill‑pjaneti ta’ madwarna, id‑dinja hi unika għax l‑arja li fiha ssostni l‑ħajja.

26   MEJJU/ĠUNJU 2016

Isem ieħor li nagħtu lill‑arja hu ‘atmosfera’. L‑atmosfera tiksi lid‑dinja kollha għal iktar minn 500 kilometru u tinqasam f’saffi differenti. Ħafna mill‑gassijiet fl‑arja jinsabu fis‑saff ta’ taħt, fl‑ewwel tnax‑il kilometru. Anki f’dawn it‑tnax‑il kilometru, iktar ma wieħed jitla’ ’l fuq, iktar jonqsu l‑gassijiet u allura iktar jonqos l‑ossiġnu. Fil‑fatt fuq l‑Everest hemm terz tal‑ossiġnu li nsibu f’Malta… mhux ta’ b’xejn taqta’ nifsek fuq muntanja! Minħabba li l‑arja tisħon mis‑sħana tal‑art, iktar ma wieħed jitla’ ’l fuq fl‑atmosfera, l‑arja tkun iktar kiesħa. Fil‑fatt, kieku kellek tkejjel

it‑temperatura barra ajruplan waqt il‑vjaġġ, din tkun madwar ‑56°C. L‑EFFETT SERRA L‑effett serra (greenhouse effect) hu essenzjali biex fid‑dinja teżisti l‑ħajja. Id‑dinja qisha karozza pparkjata f’ġurnata xemx ‑ ikun hemm iktar sħana ġewwa milli barra. Ir‑raġġi tax‑xemx jidħlu mit‑twieqi u jaslu sas‑seats, id‑dashboard u l‑bqija. Dawn jirriflettu s‑sħana ’l barra, imma din ma toħroġx kollha mit‑twieqi. Parti minnha tibqa’ ġewwa u allura l‑karozza tisħon dejjem iktar. Is‑sħana tax‑xemx ukoll tilħaq lid‑dinja, imma l‑art u l‑baħar


jirriflettu ħafna mis‑sħana lura fl‑ispazju. Huma gassijiet bħad‑diossidu tal‑karbonju u l‑metan li ma jħallux is‑sħana kollha toħroġ fl‑ispazju u jżommu lid‑dinja sħuna biżżejjed. IT‑TINĠIS TAL‑ARJA U L‑EFFETT SERRA Għal eluf ta’ snin, l‑arja fid‑dinja ftit inbidlet… imma f’dawn l‑aħħar 150 sena l‑fabbriki, il‑karozzi, l‑ajrupjani u l‑power stations fost l‑oħrajn, biddlu l‑arja u ħammġuha. Waqt li l‑aħna l‑bnedmin nitfgħu d‑diossidu tal‑karbonju fl‑arja meta nieħdu nifs ’il barra, l‑effett tal‑ħruq ta’ fuels wassal biex l‑arja jkollha l‑ogħla livelli ta’ diossidu tal‑karbonju f’mijiet ta’ eluf ta’ snin.

Il‑baqar li ħafna minnhom jitkabbru biex jaqdu lill‑bniedem huma annimali li wkoll iniġġsu l‑arja billi jipproduċu gass jissejjaħ metan, l‑iktar meta jitfewqu. Fil‑fatt mhux tort tagħhom sa barra, għaliex huma l‑mikrobi fl‑istonku tagħhom li jipproduċu dan il‑gass waqt li jkissru l‑ikel. Hu stmat li kull baqra tipproduċi bejn 100 u 500 litru metan kuljum, u allura baqra waħda tista’ tniġġes l‑arja daqs karozza! Il‑fertilizzanti u l‑fuels jipproduċu gass jissejjaħ nitrous oxide. Iż‑żieda fl‑użu ta’

dawn il‑prodotti fl‑aħħar snin żiedet it‑tinġis tal‑arja b’dan il‑gass li wkoll iżomm is‑sħana fid‑dinja. Waqt li l‑effett serra hu importanti, fl‑aħħar ftit snin, it‑tinġis tal‑arja wassal biex l‑atmosfera tisħon b’rata mgħaġġla. Dan hu ta’ periklu għax jibdel il‑klima, iwassal biex jinħall is‑silġ u hekk jogħla l‑livell tal‑baħar u anki jaffettwa annimali u pjanti li huma sensittivi ħafna għat‑temperaturi. ✖

X’NISTGĦU NAGĦMLU? Il‑bniedem ukoll ibati minn din il‑ħsara. Postijiet li jinsabu qrib il‑baħar huma fil‑periklu li jegħrqu u bħalissa iktar minn 700 miljun ruħ jgħixu mhux iktar minn 10 metri ’l fuq mil‑livell tal‑baħar. Il‑pjanti huma sensittivi għat‑temperatura u l‑bdiewa jistgħu jbatu min‑nuqqas ta’ prodotti. Barra minn hekk, hemm ħafna mard marbut

mat‑tinġis tal‑arja. Fil‑fatt kull sena jmutu kważi erba’ miljun ruħ minħabba t‑tinġis tal‑arja, l‑iktar minħabba l‑mard tal‑pulmun. Aħna lkoll nistgħu nagħmlu xi ħaġa, anki jekk żgħira, biex ngħinu lill‑arja tkun iktar nadifa: ‑ Iċċekkja li l‑bozoz huma energy savers u tixgħelx dawl

bla bżonn; ‑ Tarmix affarijiet bla bżonn: biex jipproduċuhom, jinħela l‑elettriku; ‑ Taħlix ilma għax dan ukoll jasal id‑dar bil‑pompi u jrid ħafna enerġija biex jitnaddaf; ‑ Jekk tista’ uża l‑mixi jew ir‑rota biex tivvjaġġa fir‑raħal jew belt fejn toqgħod. 27


Eliżabetta II

u r-Renju tagħha Fl-aħħar ħarġa tal-2015 konna tkellimna dwar iċ-CHOGM, għallfatt li l-mexxejja tal-pajjiżi talCommonwealth kienu ser jiltaqgħu għat-tieni darba f’Malta (27-29 ta’ Novembru). Barra li konna ser nospitaw dan l-avveniment, fost il-poplu kien hemm ċerta stennija minħabba li r-Reġina Eliżabetta II, bħala kap tal-Commonwealth, kienet ser tagħmel żjara qasira fostna (26-29 ta’ Novembru). Fid-9 ta’ Settembru li għadda, Eliżabetta saret il-persuna li r-renju tagħha, fir-Renju Unit, l-iktar li dam. Fil-31 ta’ Marzu 2015 għalqet 64 sena u 54 jum bħala reġina. Warajha tiġi r-Reġina Vittorja, bużbużnanna tagħha, li damet fuq it-tron 63 sena u 216-il jum. Imwielda fil-21 ta’ April 1926, Elizabeth Alexandra Mary Windsor hija l-ewwel wild miż-żewġt ibniet 28   MEJJU/ĠUNJU 2016

tar-Re Ġorġ VI, dak iż-żmien id-Duka ta’ York, u Elizabeth Bowes-Lyon (Queen Elizabeth The Queen Mother). ĦARSA LURA: 1930, 21 ta’ Awwissu Twieldet oħtha, il-Prinċipessa Margaret Rose. 1936, 20 ta’ Jannar  Miet ir-Re Ġorġ V (George Frederick Ernest Albert), in-nannu tagħha. L-ewwel tifel tiegħu assuma t-tron (Edward VIII). 1936, 10 ta’ Diċembru  Edward VIII abdika. Ħuh, Albert Frederick Arthur George (Bertie) assuma t-tron (Ġorġ VI). L-ewwel tifla tiegħu, Eliżabetta, daħlet l-ewwel fil-linja tas-suċċessjoni. 1937, 12 ta’ Mejju  Saret l-inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ VI, f’Westminster Abbey. 1947, 20 ta’ Novembru  Sar iż-żwieġ tal-Prinċipessa

y NOEL vassallo

Eliżabetta mal-Logutenent Philip Mountbatten, f’Westminster Abbey. Issa, Philip ħa t-titlu ta’ Duka ta’ Edinburgh. 1948, 14 ta’ Novembru  Twieled l-ewwel tifel tagħhom, il-Prinċep Charles; fil-preżent, l-ewwel fillinja tas-suċċessjoni. 1950, 15 ta’ Awwissu  Twieldet il-Prinċipessa Anne, l-unika tifla tagħhom. 1951  Żjara tal-Prinċipessa lillPapa Piju XII fil-Vatikan. 1952, 6 ta’ Frar  Miet missierha, ir-Re Ġorġ VI, waqt li kienet fuq żjara fil-Kenja. 1952, 7 ta’ Frar  Eliżabetta waslet lura f’pajjiżha, issa reġina. 1952, 15 ta’ Frar  Sar il-funeral tar-Re Ġorġ VI f’Westminster Abbey. 1953, 2 ta’ Ġunju  Saret l-inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta f’ċerimonja f’Westminster Abbey, immexxija


mill-Arċisqof ta’ Canterbury, Geoffrey Fisher. 1960, 19 ta’ Frar  Twieled ilPrinċep Andrew, it-tielet wild tar-Reġina Eliżabetta u d-Duka ta’ Edinburgh. 1961, 12 ta’ Mejju  Żjara tar-Reġina Eliżabetta lill-Papa Ġwanni XXIII fil-Vatikan. (’Il quddiem hija kellha wkoll laqgħat mal-Papa Ġwanni Pawlu II, Papa Benedittu XVI, u Papa Franġisku). 1964, 10 ta’ Marzu  Twieled il-Prinċep Edward, ir-raba’ wild tagħhom. 1977  25 sena anniversarju tarReġina Eliżabetta (Silver Jubilee). 1981, 24 ta’ Frar  Saret iċċerimonja taż-żwieġ tal-Prinċep Charles ma’ Lady Diana Spencer (li ħadet it-titlu ta’ Prinċipessa ta’ Wales), f’St Paul’s Cathedral. 1982, 21 ta’ Ġunju  Twieled ilPrinċep William, l-ewwel wild tagħhom; fil-preżent, it-tieni fil-linja tas-suċċessjoni. 1984, 15 ta’ Settembru  Twieled ilPrinċep Harry, it-tieni wild tagħhom. 1996, 28 ta’ Awwissu  Jintemm b’divorzju ż-żwieġ tal-Prinċep Charles ma’ Diana. 1997, 31 ta’ Awwissu  Mietet ilPrinċipessa Diana f’inċident tattraffiku f’Pariġi. 2002, 9 ta’ Frar  Mietet ilPrinċipessa Margaret, oħtha. 2002, 30 ta’ Marzu  Mietet ommha (Queen Elizabeth The Queen Mother), fl-età ta’ 101. 2002  50 sena anniversarju tarReġina Eliżabetta (Golden Jubilee). 2005, 9 ta’ April  Sar iż-żwieġ tal-Princip Charles ma’ Camilla Parker Bowles, li issa bdiet tissejjaħ Dukessa ta’ Cornwall. 2011, 29 t' April  Sar iż-żwieġ tal-Prinċep William ma' Catherine Middleton, li issa bdiet tissejjaħ Dukessa ta' Cambridge. 2012  Is-60 sena anniversarju tarReġina Eliżabetta (Diamond Jubilee).

2013, 22 ta' Lulju  Twieled ilPrinċep George, l-ewwel wild ta' William u Kate; fil-preżent it-tielet fil-linja tas-suċċessjoni. 2016, 21 ta' April  Ir-Reġina Eliżabbetta għalqet 90 sena. MUMENTI FIĊ-ĊERIMONJA TAL-INKURUNAZZJONI, FIT-2 TA’ ĠUNJU 1953: Il-ġurament: li tiggverna l-popli tagħha skont il-liġijiet u d-drawwiet tagħhom... li żżomm il-liġijiet ta’ Alla u l-professjoni tal-vanġelu... li tipproteġi ċ-Church of England. ID-DILKA BIŻ-ŻEJT L-għoti tal-erba’ simboli talawtorità: » Il-globu (orb) bis-salib fuqu jissimbolizza s-setgħa ta’ Kristu fuq id-dinja. » Iċ-ċurkett li jissimbolizza “iżżwieġ” tagħha man-nazzjon. » Iż-żewġ xettri - Ix-xettru bissalib fuqu, li jissimbolizza

s-setgħa temporali tagħha, u x-xettru bil-ħamiema fuqu (rod of equity and mercy). » It-tqegħid tas-St Edward’s Crown. Din il-kuruna li ġġib isimha għal Edward The Confessor (Saint Edward), kienet magħmula għall-inkurunazzjoni tar-Re Charles II fl-1661. Fi tmiem iċ-ċerimonja jsir ittqegħid tal-Imperial State Crown, li wkoll tintlibes fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-parlament, li tinkludi d-diskors mit-tron. Bejn ir-Reġina Eliżabetta u l-gżejjer tagħna teżisti ċerta rabta, anzi nistgħu ngħidu li l-poplu Malti hu ferm għal qalbha. Għal madwar sentejn (1949-1951), hi għexet fostna, f’ħajja sempliċi flimkien mar-raġel tagħha meta dan kien stazzjonat mal-Flotta Navali Ingliża f’Malta. Żjarat oħra tar-reġina f’Malta kienu fl-1954, fl-1967, fl1992, fl-2005 u fl-2007. ✖


varjeta` Fid-9 ta’ Mejju 1929, l-Amerikani Richard Byrd u Floyd Bennett kienu l-ewwel persuni li ttajru fuq in-North Pole.

Mejju Fl-4 ta’ Mejju 1979, l-Ingilterra kellha l-ewwel Prim Ministru mara, Margaret Thatcher.

Fid-19 ta’ Mejju 1995, Balamurali Ambati sar l-iżgħar bniedem li ggradwa bħala tabib. Huwa kellu biss 17-il sena u ggradwa millUniversità ta’ Mount Sinai fi New York.

Ftaħir

Ċajta Kultant

Martin: Missieri jinħasel darbtejn kuljum daqskemm iħobb l-indafa! Mario: Dik mhi xejn! Missieri jinħasel tliet darbiet kuljum! Mark: Missieri tant hu nadif, li jgħid li lanqas biss għandu bżonn jinħasel!

Fil-lukanda

Xwejħa: M’iniex se naċċetta li noqgħod f’kamra vojta! Jien ħallast biex noqgħod f’kamra komda bis-sodda u l-kamra tal-banju u inti trid tbellagħli

kamra vojta! Mhux għax ġejja mill-kampanja taħseb li ma nindunax li qed tidħak bija! Lukandier: Sinjura, din mhix ilkamra tiegħek! Dan il-lift!

Fit-30 ta’ Ġunju 1859, l-akrobata Franċiż Charles Blondin mexa minn naħa għal oħra ta’ Niagara Falls fuq ħabel stirat.

Ġunju Fit-13 ta’ Ġunju 1920, id-Dipartiment Amerikan tal-Posta ħareġ ordni li t-tfal ma jistgħux jintbagħtu f’pakkett postali!

Fit-28 ta’ Ġunju 1820, ġie ppruvat xjentifikament li t-tadama mhix velenuża.

fittixna fuq facebook

www.fb.com/xehda


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.