Xehda Għasel

Page 1

LULAWW 2016

Il-Kbir Muhammed Ali Imut wieħed mill-akbar boxers li qatt rat id-dinja

The 33

Film ibbażat fuq it-traġedja tal-mijiera taċ-Ċilì

Iż‑Żewġ Bombi Atomiċi

Il-jum li kellu jibdel l-istorja tad-dinja darba għal dejjem


Muhammed Ali (1942-2016)

PRODUZZJONI SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA ‑ M.U.S.E.U.M. ALAN BONELLO  KURT MICELI  KONTRIBUTURI ROBERT ALOISIO  BERTRAM PORTELLI  KAROL DeBONO  MARK CARUANA  WARREN BUSUTTIL  CHRISTIAN BORG JEAN PAUL PARASCANDOLO  DARREL PACE  DANIEL MICALLEF  ANDREW BORG  NOEL VASSALLO  FRANKLIN BALZAN  NEIL AQUILINA  MARIA CACHIA  ADRIAN VELLA DISTRIBUZZJONI ROBERT MICALLEF  QARI TAL‑PROVI STEVEN MIFSUD

EDITURI JOSEPH BONNICI


F’din il‑ħarġa: Fl‑aħħar is-sajf qiegħed kantuniera ’l bogħod. Fadal l-aħħar spinta u mbagħad inkunu nistgħu ngawdu ftit ġimgħat ta’ mistrieħ. Imma tajjeb li dawn il-jiem ta’ mistrieħ ma naħluhomx. Mistrieħ ma jfissirx li ma nagħmlu xejn jew li minn xħin inqumu sa ma norqdu nqattgħu l-ħin kollu naraw it-TV jew nilagħbu! Dak mhux mistrieħ, anzi naħseb wara ftit jiem f’rutina bħal din tispiċċa bla saħħa.

IL-KBIR MUHAMMED ALI

2

THE 33

4

QADFA GĦALL-ĦAJJA

6

MEL’INT FIL-QAMAR

8

L-ewwel nett, biex il-mistrieħ iħalli l-frott, jeħtieġ li ma nintefgħux fuq siġġu jew sufan u ma niċċaqilqux minn fuqu. Irridu nibqgħu nħaddmu ġisimna u għalhekk tajjeb li l-jiem tas-sajf jinkludu attività fiżika. Oħroġ dur dawra ma’ sħabek bir-rota, ftiehem magħhom tilagħbu logħba futbol u ovvjament ma jistax jonqos li tmur sal-baħar.

DAWL TAD-DINJA

10

X’SE NAQRA DAN IS-SAJF?

12

MINN HAWN U MINN HEMM

13

It-tieni punt, li ħafna drabi jaħarbilna, moħħna wkoll jeħtieġ l-eżerċizzju tiegħu. Sib ktieb tajjeb, xi storja tajba jew inkella fuq ktieb fuq suġġett li tħobb, u kuljum sib ħin biex taqra.

MUŻIKA MODERNA TAX‑XJUĦ

20

IL-ĦAMES KMANDAMENT

22

Fl-aħħar nett kull wieħed u waħda minnha ma jridx jinsa ’l ruħu. Il-vaganzi tal-iskola mhux vaganzi minn kollox. Taqtax mill-MUSEUM jew minn gruppi oħra. Probabbilment ix-xhur tas-sajf se jkunu esperjenza ħafna isbaħ minn dak li mdorri bih. Mill-bqija, nixtiqulek l-isbaħ esperjenza matul dawn il-jiem li tant ilek tistenna. Il‑paċi miegħek. ✖

TAGĦMEL XOGĦLOK BIL-GALBU? 25

IL‑KONSUMERIŻMU? 18

EWREKA: NOQOGĦDU ĠEWWA?

26

IŻ-ŻEWĠ BOMBI ATOMIĊI

28

UFFICCJU DISTRIBUZZJONI

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS‑SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL‑MARSA ABBONAMENT REGOLARI: €9 ABBONAMENT BIL‑POSTA: €12 PREZZ TA’ KOPJA: €2 GRAFIKA STAMPA

Blata l‑Bajda

VERITASPRESS Ħaż‑Żabbar

www.facebook.com/xehda


Il-Kbir Muhammad Ali

y robert ALOISIO

Iġġieled u kkumbatta fuq ir-ring, imma kien dejjem kontra l-gwerra vera tal-isparar, tal-bombi u l-imwiet. Fl-erbgħa u sebgħin sena li għex huwa ltaqa’ ma’ mexxejja kbar, bagħat messaġġi qawwija lid-dinja u ħalla marka fuq l-istorja tal-isport. Fil-lejl tal-4 ta’ Ġunju li għadda, fi sptar f’Phoenix, Arizona, miet Muhammad Ali, champion tal-Boxing, rebbieħ olimpiku. Kien iddaħħal l-isptar jumejn qabel. Il-kundizzjoni ta’ Cassius Clay, it-tobba ma kinux rawha gravi imma minħabba l-Parkinsons li kien ilu marid biha tletin sena, huma għażlu t-triq tal-prudenza u żammewh. Ħamsin sena u fuqhom, iktar minn nofs seklu, ta’ ħajja avventuruża. Ħames ċrieki, elf storja. L-Olimpjadi ta’ Ruma, 1960. Dinja maqsuma fi tnejn. Il-Gwerra Bierda, tensjoni kbira bejn superpotenzi, l-Amerika u r-Russja. Dinja magħquda biss fl-isport. Kien hemm, f’Ruma, li huwa wera ruħu lid-dinja għallewwel darba. Kien għadu jismu Cassius Clay, rebbieħ tal-midalja tad-deheb fost il-light heavyweights. Itir bħal farfett, u joqros bħal naħla. U minn fommu diġà kienet tgelgel xmara ta’ kliem ma tieqaf qatt. Kien għadu żagħżugħ. Issa, f’dawn l-aħħar snin, kien sar jiċċaqlaq qisu slow motion traġika, jitriegħed qisu kelb imterter bilbard, anzi iktar. U ħalqu, magħluq. Il-mard fnielu ġismu, tebaqlu fommu. Imma d-dawl baqa’ jixgħel, moħħu baqa’ ċar salaħħar. Fiż-żmien, min jaf kemm ta daqqiet, kemm tefa’ fl-art lir-rivali tiegħu. Issa fl-aħħar snin kien sar ibati biex jiċċaqlaq, imriegħed. Qabel tant spara frażijiet, għajjat u ferraħ nies. U mbagħad spiċċa sieket, ħosbien.

2   LULJU/AWWISSU 2016

BOXER SPEĊJALI Ali jibqa’ msemmi għal dak li għamel fuq ir-ring, li sar parti mill-istorja tal-isport. U dak li qal u għamel barra r-ring, paġni ta’ bijografija ta’ atleta mhux tas-soltu, bil-muskoli iva imma b’moħħ ukoll. Kien ribell li sar eżempju għall-oħrajn. Fuq ir-ring kien stilla. Kien l-ikbar wieħed, “the greatest”. Anki fuq ir-ring kien jitkellem ħafna, hemm fejn suppost jgħoddu l-iktar il-muskoli. Lill-avversarji kien iżarmahom bi kliemu qabel jiġġildilhom bl-idejn. Ineħħilhom iċċertezzi tagħhom. U mbagħad jispiċċahom bil-ponnijiet tiegħu, jiżfen madwarhom, u jolqothom b’veloċità li tbellhek. U hekk kiseb kollox: il-midalja tad-deheb f’Ruma, u mbagħad il-mondjali tal-heavyweight, iktar minn darba. Sfidi u kumbattimenti memorabbli, meta l-heavyweight boxers kienu leġġenda, re tal-isport, idoli tan-nies.

L-oħrajn kienu jieqfu sar-ring, hu mar lil hinn. L-ewwel ribell, imbagħad ikona. Ribell meta kellu għal xiex ikun. Meta l-ġesti kienu jfissru xi ħaġa, u kienu jagħmlu ħoss. Meta fil-Mississippi tefa’ midalja tad-deheb mal-art bħala protesta, kontra Amerika li kienet tammira l-kwalitajiet tiegħu ta’


boxer u tkasbar il-kulur tal-ġilda tiegħu. Ħallat flimkien ring u protesta, it-tagħlim ta’ Angelo Dundee (it-trainer tiegħu, mit ieħor) u t-tagħlim ta’ Malcolm X. Qabel ma sar eżempju għalloħrajn, huwa kien meqjus għadu tal-Amerka. Ma riedx imur ilVjetnam, “għax il-Viet Cong qatt ma sejħuli negru”: u ħadulu l-kuruna u l-liċenzja tiegħu ta’ boxer. Iġġieled fiz-Zaire, milqugħ bħala re, hu li kien stħajjel dak ilvjaġġ bħala ritorn fl-art Afrikana, l-omm li minnha kien ġej. Il-quċċata laħaqha fl-Olimpjadi ta’ Atlanta 1996. Ali diġà kien jitriegħed bl-uġigħ tal-Parkinsons. L-Amerka riedet tixgħel ilfjakkola olimpika tagħha, sejħet l-ex‑champion tal-poplu. Ħa battikata enormi, xegħel in-nar sagru, dak il-lejl il-pajjiż kollu kien f’riġlejh. Mexa biċċa triq sew, pajjiżu, l-Amerka. Jekk l-Amerka kellha l-ewwel president iswed tagħha, il-mertu huwa ta’ min iġġieled għad-drittijiet ċivili. Biċċa mill-mertu huwa wkoll ta’ Muhammad Ali. Ali, Nisrani li sar Musulman, għandu x’jgħid anke lil min joqtol f’isem ir-reliġjon. Frażi tiegħu, ma tantx magħrufa, tgħid hekk: “Ir-reliġjonijiet kollha għandhom ismijiet differenti, imma kollha għandhom l-istess verità”. Lezzjoni oħra, ta’ bniedem kbir. NIPPREPARA RUĦI BIEX NILTAQA’ MA’ ALLA F’Lulju 1977, waqt żjara ta’ erbat ijiem fl-Ingilterra, erba’ snin qabel ma rtirax għalkollox, Ali kien intervistat minn Reg Gutteridge

għal programm tat-televixin minn Eldon Square Recreation Centre fi Newcastle. Hemm Ali kien mistoqsi minn tifel ammiratur tiegħu dwar x’se jagħmel meta jispiċċa mid-dinja tal-Boxing. Ħadd ma kien qed jistenna d-diskors eċċezzjonali li Ali għamel dakinhar fuq it-tifsira tal-ħajja. Issa li Ali ħalliena, nistgħu ngħidu li hu kien ippreparat biex imur fejn xtaq imur. Dakinhar wieġeb hekk: “Meta nirtira mill-Boxing... Irrid ngħid xi ħaġa hawn. Il-ħajja fil-fatt ma tantx hi twila... X’se nagħmel fis-16-il sena li ġejjin? X’inhi l-aqwa ħaġa li nista’ nagħmel? Nipprepara ruħi biex niltaqa’ ma’ Alla! Imbilli jkolli l-proprjetà, nagħmel in-negozju, ngħallem lill-boxers… dan mhux se jwassalni l-ġenna.” Imbagħad Ali jistaqsi kemm hemm nies fl-udjenza jemmnu f’Alla, li jemmnu li hemm esseri suprem li ħalaq id-dinja, ilqamar, ix-xemx u l-kwiekeb. Ħafna jgħollu idhom. Meta jistaqsi min ma jemminx, ftit jgħollu idhom. Imma Ali jistaqsi lil waħda minn dawk li ma jemmnux. Iżomm tazza f’idu u jistaqsiha jekk temminx li dik it-tazza saret weħidha, jekk l-istudio tat-TV u ħwejjiġha sarux

weħidhom. Jitkellem fuq il-qamar u l-pjaneti, u kif bilfors xi ħadd għamilhom, u kif jemmen li dak ix-xi ħadd huwa Alla. Minħabba dan kollu, il-missjoni ta’ Ali li jgħin lill-proxxmu tiegħu għax xi darba se jkun iġġudikat. Alla qed jarah, u hu jrid jagħmel it-tajjeb. “Alla jrid ikun jaf kif aħna nittrattaw lil xulxin. Kif qegħdin ngħinu lil xulxin. Neħtieġu lil xi ħadd fid-dinja jgħinna ngħixu filpaċi. Dan huwa t-test biex naraw kif se ngħixu l-ħajja, fil-ġenna jew fl-infern? Mhux il-ħajja ta’ hawn. Imma ruħek u l-ispirtu tiegħek ma jmutu qatt. Mela Alla qed jittestjana kif nittrattaw lil xulxin u kif qed ngħixu biex jara fejn se tkun id-dar vera tagħna fil-ġenna. Mela dan ġisimna mhux se jdum wisq. Aħna m’aħniex se nibqgħu hawn. Hawnhekk qegħdin biss nieħdu biss l-affarijiet ta’ ħaddieħor. L-iktar biċċa importanti tal-ħajja hija dak li se jiġrilna meta mmutu. Se tmur il-ġenna jew l-infern? B’wiċċ serju, Ali jitkellem fuq x’jiġifieri tgħix għal dejjem, u r-realtà tal-infern versus il-ġenna fl-eternità. Jidher li Ali, minkejja n-nuqqasijiet tiegħu, ħadem biex jikseb it-tieni waħda. Rest in peace to “The Greatest”. 3


33

y warren BUSUTTIL

THE

Immaġina ftit kieku kelli nagħtik l‑opportunità li tagħżel xi persuni u tgħix magħhom għal żmien twil, maqful ġo dar li minnha ma tistax toħroġ, mingħajr televixin, mowbajl jew telefon. Taħseb li tidħol għal din l‑avventura? Jekk taħseb li għalik hija faċli, ħa nagħmilhielek ftit iktar iebsa! F’din id‑dar mhux se jkollok xi spazju kbir fejn toqgħod, għaliex trid taqsam il‑post ma’ tnejn u tletin persuna oħra. Ħwejjeġ m’għandekx xi tbiddel. Trid tibqa’ dejjem bl‑istess flokk u qalziet. U fejn jidħol l‑ikel? Għandkom ftit riżorsi ta’ ikel li bihom tridu tgħixu

4   LULJU/AWWISSU 2016

lkoll għal dawn il‑ġimgħat! Naħseb li hekk ftit diffiċli.

L‑INĊIDENT FIL‑MINJIERA SAN JOSÉ Beda kollox nhar il‑Ħamis, il‑5 t’Awwissu tas‑sena 2010 fil‑minjiera San José ġewwa ċ‑Ċilì fl‑Amerika Latina. Waqt li numru ta’ minaturi kienu qegħdin jaħdmu fil‑minjiera tad‑deheb, wieħed mill‑għerien ċeda u difen lil 33 minatur madwar 700 metru taħt l‑art. Dakinhar stess tal‑inċident l‑Uffiċċju tal‑Ministeru tal‑Intern Ċilen ħareġ l‑ismijiet

tal‑minaturi maqbuda taħt l‑art. Fost l‑oħrajn kien hemm l‑eksplejer Ċilen Franklin Lobos. Kollha kemm huma kienu Ċileni, ħlief għal wieħed, Carlos Mamani, li kien mill‑Bolivja. X’ĠARA FIL‑ĦIN TAL‑INĊIDENT? Kien hemm żewġ gruppi ta’ ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu fuq il‑post tax‑xogħol. Grupp minnhom kien irnexxielu jaħrab mingħajr ma ġralu xejn filwaqt li 33 minatur inqabdu flimkien mal‑inġenji tax‑xogħol f’daħna kbira li damet ma qagħdet għal madwar sitt sigħat.


Għall‑bidu ppruvaw jaħarbu mis‑sistema ta’ ventilazzjoni li kien hemm taqsam mill‑minjiera, iżda indunaw li s‑sellum li kien suppost parti minn din is‑sistema kien nieqes. Iktar ma beda jgħaddi l‑ħin, din is‑sistema bdiet tingħalaq minħabba l‑blat li baqa’ miexi ftit ftit matul il‑jiem. B’hekk nistgħu ngħidu li ma kellhom l‑ebda mod ieħor ħlief li jittamaw u jistennew l‑għajnuna tal‑familjari u persuni esperti li kienu liberi 700 metru ‘l fuq minn rashom. KIEKU INTI X’KONT TAGĦMEL? Immaġina ftit lilek innifsek f’din is‑sitwazzjoni! Min jaf x’ġenn jaqbdek meta tibda taħseb li jista’ jkun li ħadd mhu qed ifittxek iktar... li bosta huma dawk li jaqtgħu qalbhom li jsibuk. Li taf li iktar ma jgħaddu l‑ġranet, iktar qiegħed jonqos il‑porzjon tal‑ikel u x‑xorb. Jekk tixtieq li tħoss ftit parti minn din l‑esperjenza nistiednek li ssegwi l‑film ‘The 33’. Film interessanti ħafna li jżommok attent u mingħajr nifs sal‑aħħar. LOS 33 (THE 33) Dan il‑film ħareġ fl‑2015 u jiġbor fih numru ta’ atturi ta’ fama mondjali fid‑dinja taċ‑ċinema fosthom lil Antonio Banderas u Juliette Binoche. Dan il‑film ġie bbażat fuq ktieb li wkoll ħareġ ftit wara l‑inċident u li fih jiġbor rakkonti u dettalji li rrakkuntaw il‑minjaturi stess f’intervisti li huma kellhom. Numru ta’ xeni fil‑film huma proprju miġbuda fil‑post tal‑inċident tal‑2010. B’hekk nesperjenzaw b’mod dirett il‑biża’ u l‑ansjetà ta’ din il‑ġrajja. Il‑mużika ta’ dan il‑film ikkomponieha James Horner f’Ottubru tal‑2015. Sfortunatament din kienet waħda mill‑aħħar biċċiet ta’ mużika li huwa kkompona għaliex miet

f’Ġunju tal‑istess sena wara inċident li huwa kellu b’ajruplan li kkraxxja f’Kalifornja. ‘The 33’ huwa wieħed mill‑aħħar films li ħareġ fil‑ġeneru ta’ ‘Survival films’. Fl‑istess sena (2015) li fiha ħareġ dan il‑film, ħarġu numru ta’ films oħra tal‑istess ġeneru, fosthom il‑films ‘Everest’, ‘In the Heart of the Sea’, ‘The Martian’ u ‘The Revenant’ (rebbieħ ta’ tliet Academy Awards). INTERESSANTI Minkejja li ċerti xeni fil‑films jidhru esaġerati, id‑direttur tal‑film jistqarr li kull xena ta’ film hija miġbuda u bbażata fuq intervisti li saru lill‑minaturi ftit tax‑xhur wara l‑inċident. Il‑minaturi nstabu li għadhom ħajjin fit‑22 ta’ Awwissu 2010. Huma kienu qed jgħixu f’temperatura ta’ 33 grad u jitrejqu bi ftit tonn taż‑żejt u

tazza ħalib għal 48 siegħa. Mur għix hekk! Bosta kienu mill‑minaturi li stqarrew li t‑tama u l‑fidi f’Alla kienet dik li żammithom ħajjin flimkien. Fil‑film naraw diversi xeni ta’ konflitti, qtigħ il‑qalb minn uħud minnhom u diskussjonijiet fuq mistoqsijiet kbar tal‑fidi. Il‑minaturi damu maqbudin għal madwar 69 ġurnata. Ftit ftit il‑minaturi ġew meħlusa f’‘capsule’ apposta li ġiet mibnija li tesa’ persuna waħda biss. L‑aħħar minatur li tela’ mill‑għar kien il‑perit u l‑inġinier tal‑minjiera li ħass ir‑responsabbiltà tal‑grupp kollu sal‑aħħar minuta. Minkejja li għaddew is‑snin mill‑inċident, l‑ebda minatur ma ħa kumpens mill‑kumpanija tal‑minjiera jew mill‑Gvern Ċilen ta’ dak li seħħ. Iżda jekk forsi dan l‑inċident kien jidher sfortunat u inġust, żgur li ħarġet fih l‑għaqda u l‑imħabba ta’ aħwa li kellhom bejniethom il‑minaturi.

✖ 5


y jean paul PARASCANDALO DARREL pace

Qadfa għall-Ħajja

Qatt ħsibt li tista’ tgħin lil ħaddieħor billi ssuq ir-rota għal distanzi twal? Dan hu l-għan ewlieni ta’ min jidħol għall-isfida tal-LifeCycle. Għal din il-ħarġa tax-Xehda Għasel għamilna intervista mal-persuna li bdiet il-LifeCycle u hija membru tal-Kunsill Superviżorju tal-Fondazzjoni LifeCycle Challenge Malta. L-organizzazzjoni tal-LifeCycle twaqqfet fl-1999 biex tkun tista’ titqajjem kuxjenza għall-mard tal-kliewi. Din l-organizzazzjoni tiġġenera s-sapport u ttejjeb ilħajja tal-pazjenti li qed jirċievu l-kura kontra l-mard fil-kliewi u fl-istess ħin toffri għajnuna lill-qraba ta’ dawn il-pazjenti. Barra minn hekk ikunu jistgħu jtejbu l-livell tal-apparat li hemm bżonn ikun hemm flIsptar Mater Dei. Parti mill-flus qed jingħataw anki għar-riċerka li hemm bżonn kontra dil-

marda. Ir-riċerka qed issir millUniversità ta’ Malta u tittratta l-mard tal-kliewi fit-tfal u t-trabi (Genetics and Pathology of Rare Kidney Diseases in Children - IlĠenetika u l-Patoloġija ta’ mard rari tal-kliewi fit-tfal). B’dan il-għan l-organizzazzjoni torganizza l-isfida tal-LifeCycle, li hi waħda li daret madwar l-Ewropa kollha u li tirrekjedi saħħa fiżika u mentali għaċċiklisti li jisfidaw l-elementi naturali u jaqdfu għal distanzi

twal f’pajjiżi differenti madwar id-dinja. Kull sena, il-qdif idum għal għaxart ijiem u b’kollox isir madwar 2,000km fix-xhur tas-sajf. Dan ifisser minn tmien sigħat sa għaxar sigħat kuljum, b’madwar 180-200km qdif kuljum. Iċċiklisti jkollhom ħin limitat matul il-ġurnata u matul il-lejl, ikunu jistgħu jorqdu jew fi skejjel, f’ċentri sportivi mal-art, jew kif se jiġri dis-sena, f’kampijiet. Għalkemm ilha mwaqqfa 18-il sena, minħabba l-ammont ta’ NGOs li hawn f’Malta, il-ġbir talflus qed isir iżjed diffiċli għax kif jgħid il-Malti għal kull għadma hawn mitt kelb. Din l-organizzazzjoni m’għandhiex sistema li jkollha membri msieħba magħha, għax il-membri huma l-parteċipanti stess. Bħala Fondazzjoni hi topera b’kunsill superviżorju, amministraturi u persuna li tgħin fl-uffiċċju fuq bażi ta’ ftit sigħat fil-ġimgħa. Kulħadd jista’ b’xi mod jew ieħor jgħin b’mod volontarju. Jekk ikun hemm volontiera li jixtiequ jgħinu lill-Fondazzjoni jħeġġu lil dik ilpersuna biex tissieħeb fil-kumitat jew inkella f’xi sottokumitat biex ikunu jistgħu jgħinu f’xi parti speċifika li jkun hemm bżonn. L-uffiċini tal-LifeCycle (Malta) Foundation jinsabu n-Naxxar filkumpless tal-Hilltop Gardens.

6   LULJU/AWWISSU 2016


Kull min jitħajjar jipparteċipa f’din l-isfida jeħtieġ ikun imħarreġ sew. Il-Fondazzjoni għandha programm intensiv ta’ 17-il ġimgħa ta’ taħriġ. Tul dawn il-ġimgħat il-parteċipanti jaqdfu ħafna biex itellgħu kemm jistgħu l-fitness tagħhom biex ikunu ppreparati għall-isfida. Dan mhux biżżejjed. Bħala taħriġ jagħmlu wkoll weight training, biex il-ġisem ikun b’saħħtu u jkunu evitati l-inċidenti matul l-isfida proprja. Il-preparazzjoni hija intensiva daqskemm hi intensiva l-isfida. L-ikbar problema għal min se jieħu sehem fl-isfida din is-sena hi li t-toroq minn fejn se jgħaddu mhumiex kollha bit-tarmak. Iżda hemm ukoll partijiet mill-vjaġġ li se jkollhom jaqdfu f’toroq bla tarmak u magħmulin minn art kompatta. Din il-ħaġa se twassal biex il-vjaġġ jieħu aktar fit-tul. Li tgħix taħt kamp għal ġimagħtejn ukoll fiha l-isfidi tagħha, imma wieħed irid iżomm f’moħħu li min jidħol għal din l-isfida, mhux dieħel biex jagħmel vaganza. Valuri u prinċipji importanti għal min jidħol għal din l-isfida huma li l-ewwel u qabel kollox ittemperament tal-parteċipanti jrid ikun ikkontrollat. Ma jistax ikollok parteċipant b’saħħtu fiżikament imma mal-ewwel sinjal ta’ stress joħloq tensjoni fil-grupp. L-istress hu parti mill-pakkett kollu u żgur se jinħass mill-parteċipanti kollha. It-tieni hu li għandu jkun hemm l-apprezzament li din l-isfida qed issir f’parti sabiħa tad-dinja bl-għan li tiġbor il-fondi għallpazjenti u biex tiżdied ir-riċerka dwar il-mard tal-kliewi fit-tfal. Kull min jidħol għal din l-isfida jisma’ spiss is-sentenza: “L-agħar ġurnata tiegħek fuq ir-rota hi dejjem aqwa mill-aqwa ġurnata ta’ pazjent marid fuq il-magni!”

Fl-aħħar il-membru tal-Kunsill Superviżorju jixtieq li jħajjar liżżgħażagħ biex jagħmlu kuraġġ u jieħdu sehem. Din l-isfida hi avveniment sabiħ immens li avolja hi sfida kbira, però baqa’ jseħħ sena wara oħra u hemm ċiklisti li għamluha għal 10 snin, sena wara oħra. Min jieħu

sehem jesperjenza sens qawwi ta’ ġenerożità u ħbiberija li diffiċli ssibu xi mkien ieħor. Biżżejjed ngħidu li hemm wieħed miċċiklisti li ta donazzjoni ta’ kilwa lil pazjent li ma kienx membru tal-familja tiegħu u lanqas ħabib! Dik hija l-kwalità ta’ nies li tiltaqa’ magħhom fil-LifeCycle! 7


ime T Machine y karol paul DE BONO

Mel’int

fil‑qamar?

Qatt smajtha din il‑frażi? Jew aħjar, qatt qaluha lilek? Jekk xi darba smajtha, żgur li taf li din mhix xi kumpliment! Iżda skont għal min. Għal Neil Armstrong, Michael Collins u Edwin Aldrin din il‑frażi fissret għalihom pass storiku li l‑bniedem qatt ma kien wasal biex jagħmel qabel – jimxi fuq il‑qamar! Fl‑1961, il‑President Amerikan ta’ dak iż‑żmien, John F. Kennedy kien iddikjara li waħda mill‑miri prinċipali tal‑Istati Uniti għas‑snin ta’ wara hija li xi astronawti Amerikani jirnexxilhom imiddu riġlejhom fuq il‑qamar. Din il‑missjoni, bl‑isem ta’ ‘Apollo 11’ kellha tgħin sabiex il‑bniedem isir jaf iktar dwar din il‑massa kbira li ddur mad‑dinja. Fil‑fatt, fost l‑iskopijiet ta’ din il‑missjoni kien hemm li jinġiebu kampjuni ta’ ġebel mill‑qamar, jittieħdu ritratti bil‑kulur, kif ukoll li tittella’ kamera li permezz tagħha jintbagħtu filmati tal‑qamar lejn id‑dinja. Din il‑ħolma saret realtà nhar is‑16 ta’ Lulju 1969. Fid‑9:37 a.m. il‑vettura spazjali ‘Columbia’ dehret tielgħa lejn is‑sema. Huwa stmat li mal‑ħames mija u tletin miljun persuna segwew il‑filmati li kienu juru lil Neil Armstrong waqt dan il‑vjaġġ lejn l‑ispazju. 8   LULJU/AWWISSU 2016

It‑teknoloġija ta’ dak iż‑żmien, għalkemm ma kinitx avvanzata daqs tal‑lum, ippermettiet li tinstema’ d‑diskursata li Armstrong kellu ma’ sħabu waqt dan il‑vjaġġ li matulu l‑astronawti bagħtu lejn id‑dinja bosta ritratti u filmati, fosthom ritratti tad‑dinja bil‑kulur, meħuda mill‑ispazju. Il‑vjaġġ dam sejjer madwar erbat ijiem. F’nofs il‑vjaġġ, Armstrong u Aldrin inqatgħu minn ma’ Collins li baqa’ fil‑vettura spazjali prinċipali ‘Columbia’ sakemm sħabu

marru għall‑espedizzjoni fuq il‑qamar f’vettura iżgħar, il‑‘lunar module Eagle’. Nhar l‑20 ta’ Lulju 1969 l‑‘Eagle’ misset ma’ wiċċ il‑qamar, fin‑naħa magħrufa bħala ‘Sea of Tranquility’. Malli seħħ dan, l‑astronawti bagħtu messaġġ lejn id‑dinja – “the Eagle has landed”. Madwar erba' sigħat wara, Neil Armstrong għamel l‑ewwel pass tiegħu fuq il‑qamar filwaqt li qal, “dan hu pass żgħir għall‑bniedem, iżda qabża kbira għall‑umanità”. Ma setax jonqos li tul il‑ħin li qattgħu fuq il‑qamar, l‑astronawti Neil


Armstrong u Edwin Aldrin ġabru kemm jista’ jkun evidenzi u tifkiriet, fosthom il‑famużi ritratti mal‑bandiera Amerikana. Kellhom ukoll iċ‑ċans li jitkellmu mal‑President Amerikan Nixon permezz ta’ kollegament mir‑radju. L‑astronawti ħallew warajhom diversi affarijiet fosthom medalji kommemorattivi ta’ astronawti Amerikani li tilfu ħajjithom f’missjonijiet spazjali oħrajn, kif ukoll ‘silicon disk’ bl‑ismijiet tal‑mexxejja tan‑NASA, u messaġġi minn sebgħa u tletin pajjiż minn madwar id‑dinja fosthom Malta. Wara tnejn u għoxrin siegħa fuq il‑qamar u seba' sigħat ta’ mistrieħ, l‑astronawti bdew

il‑vjaġġ tagħhom lura lejn id‑dinja. Il‑vettura li kienu fiha niżlet fl‑Oċean Paċifiku fl‑24 ta’ Lulju 1969. Ma setax jonqos li l‑astronawti ġew milqugħa lura bħala eroj b’parati millisbaħ fi New York, Chicago u Los Angeles u daru 25 pajjiż differenti.

X’inhu l‑messaġġ wara dan kollu? Taqta’ qalbek qatt! Il‑gvern Amerikan kien ilu s‑snin jipprova u jippjana din il‑missjoni, u għalkemm kien hemm mumenti ta’ qtigħ il‑qalb, fl‑aħħar irnexxiet! U int, x’ħolm għandek f’ħajtek? Kemm qed taħdem biex isir realtà?

9


y andrew BORG TAZIA hall

“Lanċa ġejja u oħra sejra, minn Tas-Sliema għall-Marsamxett...”, erħilna nkantaw u ngħajtu kull meta kien ikollna x-xorti naqsmu l-port. Filwaqt li għall-kbar din kienet tfisser xi biċċa xogħol jew qadja li jridu jagħmlu, għalina t-tfal, vjaġġ fuq il-lanċa kien avventura! Darba missieri kellu bżonn imur sa Tas-Sliema biex jaqdi xi sinjuri, u qalli biex immur miegħu. Ma jonqosx li magħna ġbidt lil Xandru, ħabib tiegħi, biex ikolli ma’ min inkanta aħna u sejrin. Aħna u nitkellmu u niċċajtaw, lanqas indunajna li ftit ’il bogħod kien hemm Dun Ġorġ... u quddiemu kien poġġa raġel li millbixra ta’ wiċċu ma kien għoġobni xejn!

Naħseb dak raqad!!

Fi x’ħin se titlaq il-lanċa?!

Dak mhux Dun Ġorġ bilqiegħda hemm??

10   LULJU/AWWISSU 2016


Hekk aħjar…..

Jaqaw inti….. Dun Ġorġ?!

Rajtu pa kemm hu pastaż! Imissu jistħi jagħmel hekk!!

X’qed jagħmel Dun Ġorġ?

Dakinhar Dun Ġorġ baqa’ sieket quddiem dak ir-raġel li pprova jwaqqgħu għaċ-ċajt fuq il-lanċa. Imma hekk kif wasalna, u Dun Ġorġ baxxa u bies saqajn ir-raġel, dak induna min kien il-qassis. Dun Ġorġ niżel minn fuq il-lanċa u baqa’ miexi ma’ dak ir-raġel jitkellmu flimkien, qisu qatt ma ġara xejn... u jekk niftakar sew, rajthom deħlin fi knisja li kien hemm fil-qrib...

Issa ejja miegħi salknisja! Alla ħanin u dejjem lest jaħfrilna!

11


X’se naqra

dan is‑sajf? Nispera li l‑ewwel tweġiba li ġiet f’moħħok xħin qrajt din il‑mistoqsijiet ma kinitx “Xejn”!

L‑ewwel ħaġa li għandek tneħħi minn moħħok hu li l‑qari huwa xi ħaġa tad‑dwejjaq. Jekk sa issa taħseb li l‑qari huwa tad‑dwejjaq, probabbilment, dan huwa minħabba l‑fatt li meta kellek ktieb f’idejk, ma kontx qed taqra dwar xi ħaġa li togħġbok. Għalhekk, aktar milli tgħid li l‑qari hu tad‑dwejjaq, f’dan il‑każ ikun aħjar li tgħid li dak li qrajt, ma kienx laqtek! Inkella jista’ jkun li bdejt taqra l‑ewwel parti ta’ xi ktieb, ħallejt żmien kemxejn twil qabel komplejt taqra, meta mort biex tkompli fejn kont waqaft, bdejt titfixkel għax l‑istorja kont insejtha u għalhekk kont tlift l‑interess. Jekk fix‑xitwa tkun imħabbat bix‑xogħol tal‑iskola u b’ħafna affarijiet oħra li jeħdulek il‑parti l‑kbira tal‑ħin,

12   LULJU/AWWISSU 2016

żgur li fis‑sajf għandek aktar ħin f’idejk u għalhekk nissuġġerilek li tiddedika parti minn ħinek biex taqra xi ħaġa sabiħa.

KIF SE NKUN NAF X’SE NAQRA? Minflok tixtri jew tissellef ktieb, ikun liema jkun, l‑ewwel li għandek tagħmel huwa li toqgħod ftit għall‑kwiet u taħseb x’jogħġbok l‑aktar f’ħajtek. Forsi jogħġbok l‑aktar xi tip ta’ sports, xi avventura, xi bijografiji ta’ persuni popolari li tammirahom, in‑natura, il‑karozzi, aspetti marbutin mal‑ħajja u l‑folklor ta’ Malta... f’idejk. Hemm

y bertram PORTELLI

minjiera ta’ affarijiet. Li hu żgur hu li ma tistax tgħid li ma jogħġbok xejn!

Kif tkun aktar konxju ta’ dak li jogħġbok, asal wasla sal‑librerija jew inkella sa ħanut tal‑kotba u itlob l‑għajnuna ta’ min ikun qed jieħu ħsieb. Għidlu x’tip ta’ ktieb tixtieq u żgur li l‑persuni li jkun hemm, ikunu lesti li jgħinuk biex jagħtuk ktieb li jolqot il‑gosti tiegħek. Ħu l‑ktieb miegħek id‑dar u sib ħin biex taqrah u tieħu gost taqra u ssir taf aktar. Ibqa’ ċert li jekk issib ktieb li jogħġbok, żgur li ma tkunx trid titilqu minn idejk, speċjalment jekk tkun qed taqra xi storja li tħallik kurjuż għal dak li jkun imiss jiġri. Għalhekk nawguralek li dan is‑sajf tkompli titħeġġeġ aktar lejn il‑qari. Minbarra li nassigurak li se tkun esperjenza sabiħa, il‑qari żgur se jgħinek għal meta f’Settembru li ġej terġa’ tirritorna lejn l‑iskola.


minn hawn

u minn hemm y NEIL aquilina

Leicester City F.C. bihom. Imma llum plejers bħal Jamie Vardy, Kasper Schmeichel, Danny Drinkwater u Riyad Mahrez fost oħrajn huma plejers li ħafna jriduhom fl‑iskwadra tagħhom. Kien għalhekk li fl‑aħħar tal‑istaġun kulħadd kien kuntent li Leicester City rebħu l‑kampjonat għax urew li fl‑isports, mhux bil‑flus biss tirbaħ imma li taħdem flimkien bħala tim u dak li jkun jidher impossibbli kapaċi jseħħ. Kien is‑Sibt 21 ta’ Novembru meta Leicester City FC, bir‑rebħa ta’ 3‑0 fuq Newcastle FC telgħu fil‑quċċata tal‑klassifika tal‑Premier League Ingliż. Fuq fomm kulħadd kien hemm l‑għajta: “U iva, issa jagħmlu sal‑Milied sakemm jiltaqgħu mat‑timijiet il‑kbar u jibdew neżlin!” Mhux talli ma niżlux, talli damu xahrejn jiġġieldu mat‑timijiet ta’ fuq, l‑iktar dak iż‑żmien kienu Arsenal u Manchester City, għall‑ewwel post. Fil‑fatt sal‑aħħar ta’ Jannar, Leicester City kienu fl‑ewwel post waħidhom u baqgħu hekk sal‑aħħar tal‑istaġun, f’Mejju li għadda.

Dan kien suċċess doppju għat‑tim u għall‑maniġer Claudio Ranieri. Ranieri, li ħafna drabi kien ikkritikat mill‑media minħabba l‑fatt li qatt ma spiċċa l‑ewwel (dejjem it‑tieni!) meta kien qed imexxi klabbs kbar bħal Chelsea, Juventus, Inter u Roma. Ma’ Leicester City, bi skwadra ta’ 23 plejer li b’kollox kienu jiswew mas‑€60 miljun, spiċċa fl‑ewwel post qabel timijiet oħra li nefqu ammonti kbar ta’ flus fi plejers (matul din is‑sena biss!) bħal Manchester City (€198 miljun) u Manchester United (€190 miljun). U ħafna mill‑plejers li kellu fl‑iskwadra ħadd minnhom ma kien sema’

Xi ngħidu wkoll għall‑kummenti simpatiċi ta’ Claudio Ranieri, li f’ħafna mill‑konferenzi li kien jagħmel kien dejjem jinkludi xi ċajta ‘l hawn u ‘l hemm. Kwotazzjoni sabiħa li kien jirrepeti lill‑plejers tiegħu hija: “Anke jekk ma tistgħux tilagħbu tajjeb, irrid ħaġa waħda mingħandkom: l‑ispirtu tagħkom, dak kulma rrid. Tistgħu tirbħu, tistgħu titilfu jew tiġu draw, imma dejjem irrid l‑istess mentalità.” Jalla aħna napplikawha f’ħajjitna u f’dak kollu li jiġi fuqna, inżommu l‑ispirtu tagħna ħaj. 13


Leicester City F.C.



minn hawn u minn hemm mill‑bnedmin, imma tribuijiet ta’ Orcs jirnexxilhom jidħlu fiha permezz ta’ Dark Portal li jkun ikkrea Gul’dan, mexxej tal‑Orcs, jew aħjar Warlock, minħabba li Draenor, id‑dinja tagħhom, tkun qed tispiċċa.

Fl‑10 ta’ Ġunju ħareġ il‑film tant mistenni minn dawk li jħobbu l‑ġeneru ta’ epic fantasy Warcraft: The Beginning. Hu film ambjentat f’dinja jisimha Azeroth li tkun abitata

Interessanti l‑fatt li dan il‑film huwa bbażat fuq franchise ta’ logħob tal‑kompjuter il ilu magħna għal iktar minn 20 sena! Fil‑fatt il-film hu bbażat fuq l‑ewwel logħba ta’ din is-sensiela li ħarġet fl-1994 bl-isem ta’ Warcraft: Orcs and Humans. F’din il‑logħba, l‑Orcs jirnexxilhom jirbħu lil Azeroth u l‑bnedmin jaħarbu lejn l‑art ta’ Lordaeron. Peress li l-logħba kienet suċċess kbir, sentejn wara ħarġet Warcraft II: Tides of Darkness u l‑expansion tal‑logħba, Warcraft II: Beyond the Dark Portal. F’Warcraft tista’ tagħżel li tilgħab b’min trid, kemm bilbnedmin kif ukoll bl-Orcs, u

skont l-għażla tiegħek ikollok missjonijiet differenti x’tagħmel. Fl‑2002, Blizzard Entertainment ħarġu l‑logħba Warcraft III: Reign of Chaos, fejn apparti campaigns bl‑Orcs u oħrajn bil-bnedmin, ikollok l-opportunità li tilgħab bir-razez tan‑Night Elves u l‑Undead Legion. Din l-aħħar logħba mis-serje tista’ tilgħab campaigns li fihom taqleb minn Orc għal bniedem, għal Undead u anke Night Elf. Grazzi għas-suċċess ta’ din l-aħħar logħba, sena wara ħarġet expansion tagħha Warcraft III: The Frozen Throne. F’din il‑logħba nkomplu naqbżu minn quest għall-oħra b’razez differenti filġlieda kontra l-Lich King. Minn dan iż-żmien ħarġu serje ta’ logħob MMORPG bl‑isem ta’ World of Warcraft. Dawn kollha jibnu d-dinja li rajna għall-ewwel darba fuq il-liżar taċ-ċinema filfilm Warcraft: The Beginning.

Taf x’inhu l‑bijambò? “Qam bil‑bijambò!”, ġieli nirreferu għal xi ħadd li jkun qam ħażin jew bin‑nervi. Ġieli ngħidu wkoll, “Qam bil‑buli!”, jew “Raqad mikxuf!”. Iżda x’inhu eżatt il‑bijambò? Dan huwa strument mużikali żgħir tal‑ħalq li kien jintuża ħafna mid‑daqqaqa folkloristiċi

16   LULJU/AWWISSU 2016

Sqallin. Jindaqq billi jinżamm max‑xufftejn bl‑idejn waqt li b’saba' jintgħafas il‑fildiferru mwaħħal forma ta’ qaws. Jaħsbu li dan l‑istrument oriġina fl‑Asja. Aktarx li fil‑lingwa Maltija l‑kelma bijambò hija ġejja mill‑kelma Spanjola “birnbaw”.


y FRANKLIN balzan

Flamini: midfielder u investitur

L‑ewwel darba li sħabu tat‑tim tal‑Arsenal raw lil Mathieu Flamini bis‑suit, ħasbuh li kien ħa xi żball u ħaseb li kienet il‑ġurnata tal‑logħba. Flamini jgħid li meta rawh dieħel it‑taħriġ liebes is‑suit qalulu, "Fejn sejjer? Il‑logħba hija dan il‑weekend!" Fil‑verità l‑plejer Franċiż kien qed iżomm sigriet ‑ huwa kien għal xi ftit tas‑snin qabel qed jaħdem fuq kumpanija bijoteknoloġika li huwa jemmen tista’ tgħin tindirizza l‑ħsara ambjentali. Filwaqt li plejers tal‑futbol professjonali oħra jkunu qed iqattgħu l‑ħin liberu tagħhom fuq consoles tal‑logħob jew f’mumenti ta’ divertiment, il‑midfielder ta' Arsenal kien qed ikun f'laqgħat ta' negozjar u jieħu telefonati marbuta ma’ dan l‑investiment. Wara li għamel bosta snin iżomm għalih dan is‑sigriet kummerċjali tiegħu mill‑istess sħabu, supporters u anke l‑familja, is‑Sur Flamini

Liema hi t-tajba? y adrian VELLA

Kollha huma tajbin! Kollha jinstemgħu l‑istess iżda kollha għandhom tifsira differenti.

beda issa jgħid lill-pubbliku dwar din l‑intrapriża tiegħu. "Kienet sorpriża kbira għalihom", huwa jammetti. Il‑kumpanija tas‑Sur Flamini hija Biochemicals GF: il‑G tirreferi għal Pasquale Granata, sieħbu fin‑negozju tiegħu, u l‑F ta' Flamini. Hija tipproduċi kimika msejħa aċidu levuliniku li jiġi prodott minn skart ta' injam, li jistgħu mbagħad jieħu post iż‑żejt fil‑firxa ta' prodotti minn karburanti għal plastiċi. "[Is‑Sur Granata u jien] konna t‑tnejn ferm ikkonċernati mit‑tibdil fil‑klima u ridna li nagħmlu xi ħaġa dwar dan", jispjega Sur Flamini. "Allura bdejna niltaqgħu max‑xjenzjati fl‑Università Politeknika ta' Milan u bdejna ninvestu f’din ir‑riċerka biex niżviluppaw din it‑teknoloġija."

"Jien ma ridtx li nsemmi ismi qabel minħabba Ii ma kontx mija fil‑mija ċert dwar is‑suċċess tal‑kumpanija", huwa jgħid. "Jien ma ridt inbeżża' lil ħadd ‑ speċjalment familjari tiegħi." Illum il‑kumpanija għandha uffiċċji fl‑Italja, l‑Olanda u l‑Istati Uniti, u fabbrika f’Caserta, l‑Italja, li jistgħu jipproduċu 10,000 tunnellata ta' aċidu levuliniku fis‑sena, mis‑sena d‑dieħla, l‑aktar fid‑dinja. Din is‑sena, GF xtara Segetis, kumpanija Amerikana li tieħu l‑aċidu levuliniku li GF tipproduċi u tibdlu f’kimiċi użati f’firxa ta' prodotti tad‑dar, bħal fwejjaħ u għat‑tindif. Flamini jattribwixxi r‑riskju li ħa meta beda din il‑kumpanija minn dak li tgħallem fil‑futbol. "Ħadt ħafna ta' riskju meta bdejt il‑karriera tal‑futbol tiegħi, imma jien nemmen m'hemm l‑ebda storja ta' suċċess jekk f’xi mument inti ma tieħu ebda riskju", huwa jgħid.

Il‑kelma belha hija aġġettiv li jiddeskrivi lil xi persuna femminili li mhijiex bil‑għaqal. Ngħidu: Tkunx belha; ibża’ għal saħħtek u tibqax tpejjep!

Il‑kelma belgħa bl‑ittra 'għ' hija nom li jirreferi għal ammont żgħir ta’ likwidu li wieħed jixrob f’daqqa waħda. Ngħidu: Xrobt belgħa te.

Bela’ bl‑appostrofu hija verb li turi l‑azzjoni ta’ xi ħadd li qiegħed jibla’ l‑ikel. Ngħidu: Pawlu bela’ l‑ikel malajr għax kien sarlu l‑ħin.

Dawn l‑eżempji jissejħu omofoni għax għalkemm jinstemgħu l‑istess għandhom kollha tifsira differenti u jinkitbu differenti wkoll. 17


Il-Konsumeriżmu y christian BORG

Missier Antonio kien sajjied, missier missieru kien sajjied ukoll, allura bla dubju Antonio kellu jkun sajjied ukoll. Kien sajjied prim mal‑kosta tal‑Atlantiku fil‑Kanada fi żmien it‑tmeninijiet (1980s). Kien għadu kif investa ħafna flus f’tagħmir ġdid għad‑dgħajsa tiegħu. Xtara xbieki ikbar u anke sonar biex ikun jaf fejn qiegħed il‑ħut. Kienu qalulu sew li b’dan it‑tagħmir seta’ jaqbad ħafna iktar ħut f’ħafna inqas ħin. Il‑bużillis hu li fl‑1992, ħafna dgħajjes ħarġu biex jaqbdu l‑merluzz bħas‑snin ta’ qabel imma din id‑darba daħlu x‑xatt bix‑xbieki vojta. Is‑sajd effiċjenti u insostenibbli tal‑merluzz kien wassal biex jeqred il‑merluzz mill‑ibħra Kanadiżi. Il‑ħsieb li tajjeb li nkun komdu llum u għada x’jimpurtani wassal ukoll għall‑35,000 ruħ li bħal Antonio spiċċaw bla xogħol.

Meta l‑Ewropej ikkolonizzaw l‑Amerika, bdew joqtlu ħafna annimali, speċjalment il‑buffalo, qisu barri kbir, biex jeħdulu l‑ġilda u ħafna drabi kienu jarmu l‑bqija. Dan huwa eżempju klassiku ta’ konsumeriżmu. Jekk inħarsu lejn in‑nies indiġeni tal‑Amerka, dawn għandhom 18   LULJU/AWWISSU 2016

ħafna x’jgħallmuna. Meta dawn kienu joqtlu buffalo, kienu jużaw kollox. Mill‑ġilda għall‑ilbies sal‑laħam għall‑ikel. Mhux hekk biss imma anke l‑għadam kienu jużaw. L‑għadam kienu jaħarquh f’nuqqas ta’ arja biex jipproduċu faħam. Dak il‑faħam kienu jħalltuh mal‑ħamrija u kien jgħin lill-prodotti agrikoli tagħhom jikbru aħjar.

Huwa maħsub li biex il‑pajjiżi kollha tad‑dinja jgħixu ħajja konsumeristika u ta’ ħela daqs l‑Istati Uniti tal‑Amerka, ikun jeħtieġ li d‑dinja tipproduċi erba’ darbiet aktar ikel minn kemm qed tipproduċi llum. Dan l‑istil ta’ ħajja wassal għal diversi konsegwenzi, fosthom il‑problemi li semmejna tul din is‑sena, bħall‑iskarsezza tal‑ilma.


Fis‑snin li għaddew kellna diversi każi fejn bdiewa qelbu l‑art agrikola tagħhom f’deżert. Dawn bdew jużaw użu eċċessiv ta’ fertilizzant biex ikollhom aktar ħxejjex għall‑bejgħ. Fl‑ewwel ftit snin minn mindu għamlu hekk żiedu l‑ammont ta’ ħxejjex imma wara diversi snin, il‑ħxejjex bdew ibatu biex jikbru sakemm ma baqgħetx vijabbli li jaħdmu l‑art. Il‑Papa Franġisku jgħidilna li l‑konsumeriżmu derriena naħlu l‑ikel kuljum, li m’għadniex napprezzawh bil‑valur veru tiegħu li jmur lil hemm minn biss parametri ekonomiċi. Fi kliem ieħor qed jurina li jeħtieġ li napprezzaw aktar il‑fatt li nsibu l‑ikel fuq il‑mejda. Forsi anke tajjeb li nipprattikaw drawwiet sbieħ bħal li nippruvaw nagħmlu xi ftit kompost. Il‑problema tal‑konsumeriżmu tmur lil hemm mill‑affarijiet tal‑ikel.

Il‑konsumeriżmu jaffettwa wkoll r‑relazzjonijiet ta’ bejnietna. Kif ikompli jgħidilna l‑Papa, il‑konsumeriżmu ġabilna l‑ansjetà. Il‑Papa jissuġġerilna biex nieqfu ftit nilagħbu bejnietna u nitfu t‑televixin meta npoġġu fuq il‑mejda biex nieklu. Uħud jiddeskrivu din il‑marda tal‑konsumeriżmu bħala r‑riżultat ta’ reklamar li jġenninna fuq karozzi u ħwejjeġ, u jġegħilna naħdmu xogħlijiet li jdejquna, biex nixtru imbarazz li m’għandniex bżonn. Fid‑dinja li qed ngħixu fiha huwa diffiċli ħafna li nneħħu l‑idea konsumeristika, idea fejn jien dejjem irrid nonfoq iktar, fejn jien importanti skont kemm nista’ nixtri u nonfoq. Però l‑bidliet kbar qatt ma saru f’daqqa. Ftit tas‑snin ilu għaddejna mill‑kriżi finanzjarja, fejn ħafna nies batew għax

uħud li kellhom ħafna ġid riedu iktar akkost ta’ kollox. Meta l‑egoiżmu, il‑kilba għall‑ġid (regħba) u l‑interess personali tiegħi biss ikunu dawk li jmexxuni, allura jien nikkuntenta li nimxi mal‑kurrent u ngħid, “Min għandu l‑bżar ħa jroxxu u jagħmel li jrid”. Imma jekk jien infittex l‑interess tiegħi flimkien man‑nies ta’ madwari, allura jien ma nistax nibqa’ b’idi fuq żaqqi imma nħoss ir‑responsabbiltà li bil‑mod kif nista’ nagħmel xi ħaġa. Forsi mhux ser nieħu deċiżjonijiet fil‑Kunsill Ewropew imma bil‑ftit żgħira tiegħi nagħmel differenza. Kull qatra tgħodd, anke li nagħlaq vit tal‑ilma miftuħ għalxejn jew forsi nagħmel ftit kompost jew immur il‑baħar flok xi pixxina (pool) jew forsi nagħżel li mmur il‑Mużew bir‑rota flok iwassluni bil‑karozza.

19


MUŻIKA MODERNA TAX‑XJUĦ y MARK caruana

GOSPEL ABJAD Mur waħda fuq in‑nanniet tiegħek, jew forsi anke l‑ġenituri, u staqsihom: “Ma’ min kont iżżomm, ma’ Elvis Presley jew Pat Boone?” Dan għaliex lura fil‑ħamsinijiet kien hemm bħal kompetizzjoni bejn iż‑żewġ kantanti. Kienet inħolqot l‑impressjoni li kien hemm rivalità bejniethom; xi ħaġa li t‑tnejn li huma ċaħdu. Mhux talli hekk, iżda t‑tnejn li huma stqarru xi

20   LULJU/AWWISSU 2016

stima għolja kellhom ta’ xulxin. Kemm Presley kif ukoll Boone kienu kantanti ta’ livell għoli. Però kienu jkantaw għal udjenza kemxejn differenti. Filwaqt li Elvis Presley kien jattira ċerti żgħażagħ kemxejn ribellużi, u kien jagħmel referenzi sesswali kemm fil‑kant kif ukoll fiż‑żfin tiegħu, Pat Boone kien aktar jagħti xejra ta’ wieħed bil‑għaqal. Jiġifieri jekk ir‑risposta tan‑nanniet tkun Elvis, mela forsi kienu xi ftit imqarbin fi żmienhom. Sigriet bejnietna. Fis‑snin sittin, iż‑żewġ kantanti, meta bdew jimmaturaw u jiżviluppaw il‑vuċi tagħhom, bdew joħorġu albums b’mużika spiritwali Gospel. Kif rajna fil‑ħarġa li għaddiet, il‑mużika Gospel kienet assoċjata ma’ nies ta’ ġilda skura. Wara kollox kienet f’dawn il‑komunitajiet Insara li dan l‑istil mużikali nibet. Allura, kif ġew Elvis u Pat ikantaw il‑Gospel, għall‑bidu kien hemm min rahom xi ftit prużuntużi. Però dan sakemm semgħuhom ikantaw, u ma damux wisq ma indunaw bit‑talent ġenwin ta’ dawn il‑kantanti. Kienet qed issir xi ħaġa komuni li kantanti mid‑dinja tar‑Rock ‘n’ Roll, Pop jew Country, jagħmlu perjodu fil‑karriera tagħhom jirrekordjaw mużika Gospel, bħalma għamlu Jim Reeves, Smokey Robinson u Stevie Wonder.


Fatt interessanti hu li xi kantanti kellhom esperjenza ta’ konverżjoni li wasslithom biex ikantaw din il‑mużika spiritwali. Żewġ mużiċisti famużi li għaddew minn din it‑trasformazzjoni huma Bob Dylan u Johnny Cash. Fl‑1979, Bob Dylan, imrobbi ġo familja Lhudija, kien bellah lis‑segwaċi tiegħu meta ħabbar li kien sar Kristjan. Aktar milli kanta diski Gospel li diġà kienu jeżistu, Bob Dylan ħareġ żewġ albums kollha mużika Kristjana li kiteb hu stess. Fil‑każ ta’ Johnny Cash, il‑konverżjoni kienet ħafna aktar drammatika. Minn raġel iddrogat u li anke kien spiċċa l‑ħabs, huwa nbidel u kkommetta ruħu b’serjetà kbira għall‑ħajja Nisranija. Apparti l‑mużika reliġjuża li kanta, Cash sa kiteb ukoll ktieb spiritwali, kif ukoll idderieġa film fuq Ġesù. Sal‑aħħar album li ħareġ, qabel ma miet fl‑2003, huwa miżgħud b’mużika spiritwali. Forsi ftit jafu li l‑Coldplay stess kienu diġà kitbu kanzunetta ‘Till Kingdom Come’, b’tema spiritwali, apposta biex ikantaha Johnny Cash. Sfortunatament il‑kantant kien leħaq miet u Coldplay ħarġu l‑verżjoni tagħhom tad‑diska.

l‑ewwel darba li waqt il‑quddiesa tispiċċa tkanta Żommli Jdejja (Take My Hand, Precious Lord), Kemm Inti Kbir (How Great Thou Art), jew Ħa Nersqu Lejk (Amazing Grace). Attenzjoni żgħira. Il‑Gospel huwa sabiħ u jaf jgħinna fit‑talb tagħna, però ma jfissirx li kulma jitkanta fil‑Gospel huwa kompletament korrett. F’ċerti każijiet il‑kliem ikun jirrifletti duttrina żbaljata li kienu jgħallmu xi denominazzjonijiet

Insara, li minnhom oriġinaw dawn l‑innijiet. Għalhekk wieħed ikun għaqli u dejjem jitlob parir ta’ min jista’ jagħtih dawl fuq il‑lirika ta’ dawn l‑innijiet. Mill‑bqija nammiraw lil dawn il‑persuni, li dan it‑talent li tahom Alla raw kif użawh biex ifaħħru lilu. Forsi f’din l‑epoka interessanti li qegħdin nitkellmu dwarha, bit‑taqlib u t‑taħwid kollu li ġabet magħha, il‑Gospel żamm il‑fjamma spiritwali taqbad fl‑industrija tal‑mużika.

Il‑Gospel għadu jitkanta sal‑lum il‑ġurnata, u forsi fil‑verità ser jibqa’ jitkanta sakemm ikun għad baqa’ Nisrani li jagħżel li jfaħħar ’l Alla b’dan il‑kant. Dan il‑ġeneru bla dubju kompla jiżviluppa fil‑verżjoni moderna tiegħu, fejn kantanti bħal Michael W. Smith, Chris Tomlin, Amy Grant u l‑mibkija Whitney Houston, komplew ifaħħru ’l Alla bil‑vuċi tagħhom. Xi mużika Gospel irnexxielha wkoll tidħol fil‑knejjes tagħna, u mhux 21


y JOSEPH bonnici

Il-Ħames Kmandament IRRISPETTA L-ĦAJJA TAL-OĦRAJN, DEJJEM!

Jew tagħtini dak il-basket, inkella…..!

IL-MIXJA ‘L-ilsien bla għadam u jkisser l-għadam’, ġieli smajna min jgħid. U tassew, għax minkejja li dgħajjef, l-ilsien kapaċi jweġġa’ u jfarrak il-persuni. Il-kelmiet sbieħ kapaċi jmissu l-qlub u jġiegħlu lil min jixtri, jibdew ħbiberiji, jagħmlu kuraġġ, jagħtu sapport, jibdlu ħajja għallaħjar. Imma daqshekk ieħor jistgħu jweġġgħu u jaqtgħu l-qlub il-kelmiet li huma maħsuba biex jagħmlu 22   LULJU/AWWISSU 2016

ħsara. ‘Nobogħdok!’, ‘Ma nistax għalik!’, ‘Ma tiswa għalxejn!’, u sensiela ta’ kelmiet oħra li lsien kattiv kapaċi jlissen iwasslu biex ikissru persuna u jwassluha għal dwejjaq, solitudni u azzjonijiet li jistgħu jagħmlu ħsara lilha u lil ta’ madwarha. U għalhekk ta’ min nibdew naħsbu fuq il-mod kif qed nittrattaw lill-oħrajn, qabel ma nibdew ‘noqtlu’ lil bosta persuni ‘bla sikkina’!

Mur għidlu li dak il-basket ma fih xejn għajr qatta imbarazz!


NAVIGAZZJONI SATELLITARI

X’JITLOBNA L-ĦAMES KMANDAMENT ‘LA TOQTOLX’?

Hu u jqalleb il-gazzetti ta’ kuljum, Ġe jiltaqa’ ma’ aħbarijiet li jixxukkjawh, l-iktar fejn jidħlu t-tfal. TFAL – SULDATI Hawn iktar minn tliet mitt elf tfal-suldati. Jingħataw l-armi f’idejhom u jintbagħtu għallgwerra. Ħafna minnhom għandhom biss bejn ħmistax u tmintax-il sena. Hemm ukoll suldati ta’ għaxar snin li jiġu mġiegħla jiġġieldu spalla ma’ spalla ma’ adulti. L-Afrika hija l-kontinent fejn din it-traġedja umana għadha għaddejja l-iżjed. VITTMI ĊKEJKNA Fl-aħħar għaxar snin inqatlu iktar minn żewġ miljun tifel u tifla filgwerer. Iktar minn sitt miljun tifel u tifla sfaw feruti gravament. Miljun tifel u tifla tilfu l-ġenituri fil-ġlied u madwar għoxrin miljun jgħixu bħala rifuġjati, maħruba minn pajjiżhom. IL-GWERER FID-DINJA TAGĦNA Għaddejjin gwerer f’iktar minn 35 pajjiż madwar id-dinja. Ma jidhrux fl-aħbarijiet, imma qed iwasslu għal miljuni ta’ vittmi minn sena għal oħra. IL-PIENA TAL-MEWT Minkejja l-protesti mondjali, iktar minn tmenin stat għadhom iżommu l-piena tal-mewt, inklużi numru ta’ stati Amerikani. IlKnisja hija kontra l-użu tal-piena tal-mewt bħala mezz ta’ kastig. MINI-KRIMINALITÀ Qed jikbru l-baby-gangs. Dawn ikunu gruppi ta’ adolexxenti jew żgħażagħ li jdejqu jew iweġġgħu persuni oħra tamparhom jew ikbar minnhom għall-gost jew biex jisirquhom.

Huwa innu għall-ħajja li kulħadd għandu jirrispetta, minn mindu tibda sa meta tintemm. Alla biss huwa Sid il-ħajja. Fil-fatt, dan il-kmandament qed jgħidilna: » Min joqtol mhux qed iġib ruħu ta’ bniedem. Warrab il-fatt li hu parti mill-familja tal-bnedmin, bħalma għamel Kajin meta qatel lil ħuh Abel u stqarr li hu mhux dak li jieħu ħsieb ħuh!

» M'hemm l-ebda raġuni biex wieħed ineħħi ħajja ta’ bniedem, għamel x’għamel u qiegħed f’liema stadju jew stat ta' ħajja li qiegħed. » Ma tistax tpatti b’vendikazzjoni, anke jekk il-proxxmu tiegħek jidher li ħaqqu lezzjoni iebsa! Għall-poplu Lhudi, l-ordni biex ma toqtolx kienet tfisser ukoll li tipproteġi mill-ħsara lil min hu dgħajjef bħall-orfni, ir-romol, u l-barranin li qed ifittxu kenn. » Naħdmu kontra kull forma ta’ qtil: qtil ta’ persuni oħra, ħsara minn persuna lilha nnifisha, il-gwerra, il-piena tal-mewt, il-qtil qabel it-twelid jew fix-xjuħija u l-mard, il-moħqrija, il-qtil ta’ razez sħaħ, l-użu ta’ dak li jagħmel ħsara lill-bniedem bħal tipjip, xorb u droga, l-indħil fit-tnissil tal-bniedem, il-manipulazzjoni tal-ikel, it-tniġġis tal-ambjent, il-ġuħ, il-mard, l-armi kimiċi u atomiċi, l-armamenti, l-iskjavitù, il-kummerċ tal-organi talġisem u l-prostituzzjoni... Hija lista twila li taqtagħlek nifsek! Fil-pożittiv, Ġesù jitlobna nimxu lil hemm mil-Liġi l-Qadima u naħfru lil kull min jagħmlilna d-deni. Jitlobna ma nagħmlux ġesti vjolenti, kif għamel meta Pietru ħareġ is-sejf fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Ġesù jeħodha kontra l-kliem li jweġġa’ u jitlobna nibdlu l-għedewwa fi ħbieb. Il-kelmiet tiegħu ‘Imberkin dawk li qalbhom ħelwa għax huma jkollhom l-art bħala wirt’ juruna liema hi t-triq għall-hena ta’ dejjem. Mhix it-triq tat-tpattija imma dik tal-maħfra. 23


KURŻITÀ

Il-Liġi l-Qadima fil-Bibbja kienet tikkundanna kull attakk fuq il-ħajja. Kienet timxi fuq liġi antika li tidher anke fil-kodiċi ta’ Hammurabi u fil-liġi Rumana. Din kienet timxi bil-prinċipju ta’ ‘għajn għal għajn u sinna għal sinna’. It-tpattija f’każ ta’ attakk fuq il-ħajja ta’ persuna kienet permessa li tkun daqs l-attakk. Tidher goffa, imma kienet kontroll fuq attitudni li kienet twassal għal tpattija bla limitu għal kull tip ta’ inġurja. Fejn qabel wieħed kien joqtol familja sħiħa tal-għadu jekk joqtlulu lil ħuh, issa seta’ biss joqtol persuna waħda. Fl-istat ta’ Iżrael, il-piena tal-mewt ġiet imwaqqfa mill-1948, meta twaqqaf dan l-istat. Żammewha biss għal min jikkommetti reati kontra l-umanità.

L-GĦA ŻLA Jolique ġej mill-Burundi, fl-Afrika. Jimxi bi tbatija u jidher li kien ferut f’siequ. Illum jattendi seminarju f’Turin. Dak li ra f’ħajtu ma jinsieh qatt. Kien jattendi l-iskola tas-seminarju fil-Burundi. Jum minnhom fil-klassi tiegħu daħlu suldati li talbuhom jinfirdu skont ir-razza, Hutu jew Tutsi. L-istudenti ma ridux jinfirdu. Indunaw li l-firda kienet tfisser il-kundanna ta’ grupp minnhom. U sfaw vittmi tal-azzarini qerrieda. Jolique għamel tabirruħu mejjet meta waqa’ ferut f’siequ. Baqagħlu l-marka tal-ferita li ħallewlu s-suldati, imma f’qalbu għandu t-tweġiba Nisranija. Ħafer lil min għamillu l-ħsara u llum miexi fittriq tal-maħfra, it-triq tal-ħajja!

24   LULJU/AWWISSU 2016


Tagħmel xogħlok bil‑galbu? y MARIA cachia

“Agħmel xogħlok bil‑galbu!”, dejjem kien jgħidli missieri meta jarani qed nagħmel xi biċċa xogħol tal‑iskola. Nammetti li minn dejjem kont naqra ferfuxa, fil-fatt għandi niftakar lill‑għalliema tal‑Malti tgħajjatli FEXFEX u kellha raġun! F’ħajti meta niġi biex nagħmel biċċa xogħol, irrid ngħaġġel biex infittex inlestiha, fi ftit kliem ieħor xi kultant bla paċenzja. Nispiċċa nagħmel xogħol ta’ malajr u wara ninduna li stajt nagħmlu aħjar. Donnu hemm xi ħadd jiġri warajja biex infittex inlestih. Ġieli ħassejtek hekk?

li l‑ħajja hija mgħaġġla wisq, tant li tħallik bla nifs u l‑ħin kollu tfesfes f’widnejk biex iġġiegħlek tagħmel iktar u iktar ħalli tkun L‑AĦJAR. Mhux hekk biss, f’din l‑għaġla, kemm‑il darba l‑iskola kellna nagħmlu xi test ta’ xi suġġett partikolari u niġġieldu min ħa jġib l‑ogħla marka biex inħossuna l‑aqwa u l‑aħjar? Sfortunatament qed ngħixu f’din is‑soċjetà fejn irridu nħaffu l-pass biex nilħqu u nkunu dejjem fil‑quċċata. Imma fil‑verità kemm aħna kuntenti f’dak li qed nagħmlu? QATT saqsejtha dil‑mistoqsija?

Imma kemm fil‑verità, dil‑ħajja qed tgħinna nistennew u nagħmlu x‑xogħol fil‑ħin tagħna? Ngħixu bid‑deadlines u rridu naraw li nlaħħqu nagħtu x‑xogħol fil‑ħin, inkella hemm il‑konsegwenzi! Taqblu miegħi

Personaġġ kbir Nelson Mandela jgħid dan il‑kliem, “Wara li titla’ muntanja, issib li hemm ħafna muntanji oħra x’titla’.” Il‑muntanja li tissimbolizza l‑quċċata li rridu nilħqu f’ħajjitna, sew jekk xi

eżami fl‑iskola biex iktar tard naħdmu x‑xogħol li rridu. Huwa importanti li naħdmu bi sfiq għal dawn l‑affarijiet imma tajjeb li nitgħallmu nagħrfu ngħixu ħajjitna iktar bil‑qalbu u mhux f’tellieqa mal‑oħrajn, wara kollox Ġesù jgħidilna: ”Alla, li minnu ġej kull sabar u faraġ, jagħtikom il‑grazzja li tkunu fehma waħda bejnietkom skont Kristu Ġesù” (Rumani 15:5). Ġesù ma jridniex ngħixu ħajjitna b’nifisna maqtugħ u moħħna fina nfusna biss biex inkunu dejjem l‑aqwa, iżda ngħixu f’armonija flimkien. Mela ejjew nitolbu biex nitgħallmu nħarsu lejh, li huwa eżempju tal‑paċenzja biex ngħixu ħajja aktar mimlija b’ferħ veru u fl‑istess nagħmlu xogħolna aktar bil‑galbu!

25


y daniel MICALLEF

Noqogħdu ġewwa? L‑arja ta’ madwarna fiha diversi gassijiet u trabijiet li jħammġuha. Biżżejjed toħroġ fit‑triq u tara jew ixxomm id‑duħħan ħiereġ mis‑silencers, iċ‑ċmieni ta’ xi fabbriki, it‑trabijiet li jiġu minn xi vetturi jew barrieri u l‑gassijiet li joħorġu mill‑baqar. Din hi l‑arja li nieħdu nifs minnha kull meta noħorġu barra. Allura, forsi mhux aħjar nagħlqu t‑twieqi u nieħdu nifs mill‑arja pura ta’ ġol‑kamra magħluqa tad‑dar? Emm… imma żomm ftit… l‑arja ta’ ġewwa l‑bini minkejja li tista’ tidher nadifa, mhix bilfors hi “pura” u nadifa daqskemm tidher! GĦALIEX IT‑TINĠIS ĠEWWA WKOLL? Waqt li barra tassew naraw id‑dħaħen u t‑trabijiet, dawn malajr jixterdu fl‑atmosfera u l‑konċentrazzjoni tagħhom malajr tonqos. Kieku kellek titfa’ litru żejt fl‑oċean, dan malajr jixtered f’volum enormi ta’ ilma. Minkejja li jagħmel il‑ħsara,

26   LULJU/AWWISSU 2016

kieku kellek tmur tgħum fl‑oċean jista’ jkun li lanqas tinduna xi jkun ġara minħabba li ż‑żejt ‘jintilef’ fil‑volum kbir fl‑oċean. Imma kieku kellek titfa’ nofs litru żejt fil‑banju tad‑dar u tmur tinħasel fil‑banju, malajr tinduna bil‑ħmieġ u ma teħlisx minnu sakemm ma tbattal u taħsel il‑banju. Fil‑banju,

il‑ħmieġ hemm jibqa’ għax m’għandux fejn imur iżjed. L‑istess jiġri meta t‑tinġis jasal fl‑arja tad‑dar ‑ jibqa’ hemm u ma jsibx mnejn joħroġ l‑iktar jekk it‑twieqi jkunu magħluqin. IMMA MNEJN JIĠI? Il‑formalina u l‑asbestos, pereżempju ħadd ma jixtieqhom


f’daru, imma hemm ċans tajjeb li ssib xi ftit minnhom fid‑dar tiegħek. Waqt li l‑użu tagħhom naqas jew spiċċa, imma affarijiet bħal wires antiki, sealers, żebgħa u madum antik issib dawn il‑kimiċi fihom. U anki jekk m’għandekx minn dawn, it‑twapet u ż‑żebgħa, pereżempju jarmu trabijiet u kimiċi li jniġġsu l‑arja tad‑dar. Ħalli naraw ftit fuq sorsi oħra ta’ tinġis fuq ġewwa u xi ħsara jistgħu jagħmlu fina: ‑ RADON: Dan hu gass radjoattiv li jinsab fil‑blat ta’ taħt id‑djar u jidħol mill‑pedamenti. Hu stmat li jikkawża iktar minn 15,000 kanċer tal‑pulmun f’sena! ‑ DĦAĦEN TAS‑SIGARETTI, TAL‑PIPA JEW TAS‑SIGARRI: Dawn ma jaffettwawx biss lil min ipejjep imma jistgħu jmarrdu l‑pulmun u l‑qalb ta’ min ikun qed jieħu n‑nifs fl‑istess ambjent. ‑ ĦMIEĠ BIJOLOĠIKU: Bħal mikrobi, moffa, viruses, insetti u ħmieġ tagħhom u pollen. Ħafna minnhom jikbru f’ambjenti umdi u sħan jew jidħlu ġod‑djar minn barra. Il‑mikrobi jistgħu jxerrdu l‑mard u jġibu l‑allerġiji. ‑ ĦRUQ: Meta jkun hemm gassijiet jew injam jaqbdu mingħajr ventilazzjoni biżżejjed, dawn jarmu gassijiet bħall‑carbon monoxide, nitrogen dioxide u frak irqiq. Dawn il‑gassijiet jistgħu jwasslu għal uġigħ ta’ rasijiet, sturdamenti u għeja. Iktar minn tliet biljun ruħ għadhom jużaw fuels li jħammġu bħall‑injam u l‑faħam biex iġibu l‑enerġija fid‑djar. ‑ PRODOTTI TAD‑DAR: Bħaż‑żebgħa, verniċ u prodotti li li nużaw biex naħslu kollha fihom kimiċi li bil‑mod imorru

fl‑arja waqt li jintużaw. Dawn jistgħu jagħmlu ħsara lill‑pulmun u anki lill‑fwied. ‑ PESTIĊIDI: Waqt li naħsbu li ħafna mill‑pestiċidi nsibuhom fuq barra, imma madwar 80% tal‑pestiċidi li niltaqgħu magħhom niltaqgħu magħhom fuq ġewwa. Żgur li niltaqgħu magħhom fi sprays li nużaw biex joqtlu l‑insetti. Dawn jirritaw il‑pulmun u jistgħu jaffettwaw il‑memorja. KIF INNAQQSU L‑ĦSARA? Mhux kulħadd hu suġġett l‑istess għall‑ħsara ta’ dan it‑tip ta’ tinġis. L‑anzjani, iż‑żgħar u l‑morda huma l‑iktar f’riskju. Imma x’nistgħu nagħmlu aħna? Tipi ta’ tinġis bħal dak li jiġi mir‑radon ma tantx nistgħu nnaqqsuh għax dan il‑gass jiġi mill‑blat. Imma sakemm ma noqogħdux fi triq traffikuża żżejjed, importanti li fil‑kmamar

inżommu ventilazzjoni tajba u ma niddejqux niftħu ftit it‑twieqi. Tajjeb nagħmlu kuraġġ lil dawk li joqogħdu magħna biex jekk ipejpu jaqtgħu s‑sigaretti ‑ għax ikunu qed jagħmlu ġid kbir lilhom infushom u lil min joqgħod magħhom. Importanti li nżommu d‑dar nadifa u li t‑twapet ikunu nodfa biex ma titrabbiex moffa u ħafna trabijiet fihom. Meta nużaw prodotti ta’ tindif, tajjeb li naqraw it‑tikketti, nużaw ingwanti jekk hemm bżonn u nħallu t‑twieqi miftuħin waqt li nużawhom. Tajjeb ukoll li ma noqogħdux f’kamra ftit wara li nkunu użajna spray kontra l‑insetti ħalli l‑kimiċi ma neħduhomx ġo fina. Kif rajna, m'hemmx għalfejn ninkwetaw iżżejjed jew nimlew rasna ‑ Ftit sens komun u prattiċi sempliċi jistgħu jgħinu biex innaqqsu t‑tinġis fejn nistgħu u ngħixu ħajja iktar f’saħħitna. 27


Iż-Żewġ

y NOEL vassallo

Bombi Atomiċi 8 ta’ Mejju 1945. Dan il‑jum, li kien ifisser tmiem it‑Tieni Gwerra fl‑Ewropa, għadna nsibuh bħala l‑VE (Victory in Europe) Day. F’Berlin, il‑Ġermanja ffirmat dak li baqa’ magħruf bħala l‑German Instrument of Surrender. Interessanti, il‑jum ta’ qabel, il‑Ġermaniżi kienu diġà ffirmaw id‑dokument ġewwa Reims, fi Franza, imma r‑Russja insistiet li d‑dokument ma kellux ikun iffirmat f’art li ġiet illiberata mill‑alleati, għax darba kienet vittma tal‑aggressjoni ta’ Hitler, imma f’belt minn fejn l‑aggressjoni bdiet.

Potsdam, fejn talbu l‑waqfien mill‑ġlied min‑naħa tal‑Ġappun. Jekk dan tal‑aħħar ma jċedix, kellu jaffaċċja “qerda pronta u kbira.” Din id‑dikjarazzjoni ma kinetx mibgħuta lill‑gvern tal‑Ġappun b’mod diplomatiku, iżda kienet imxandra permezz tar‑radju, u saħansitra, ajruplani tal‑Amerikani tefgħu karti bil‑messaġġ.

It‑Tieni Gwerra, iżda, kellha front ieħor li kien qed jiġi missielet. L‑alleati, b’mod partikulari l‑Istati Uniti, kienu qed jippruvaw iġibu fix‑xejn l‑aggressjoni tal‑Ġappun.

Fil‑Ġappuniż teżisti l‑kelma mokusatsu, li turi attitudni ta’ disprezz bis‑silenzju. Din kienet il‑kelma użata mill‑Prim Ministru tal‑Ġappun, Kantarō Suzuki, b’reazzjoni għall‑istqarrija tal‑alleati. Il‑pajjiż tiegħu kien qed jagħti kas it‑theddida tal‑Amerikani. Mill‑istorja nafu l‑pass tal‑Istati Uniti x’kien.

Fil‑konferenza ta’ Potsdam (mis‑17 ta’ Lulju sat‑2 t’Awwissu), il‑mexxejja tal‑Istati Uniti, l‑Ingilterra u l‑Unjoni Sovjetika kellhom fost l‑oħrajn, fuq l‑aġenda, is‑sitwazzjoni fl‑Asja. F’dan ir‑rigward, fis‑26 ta’ Lulju, Harry S. Truman, President tal‑Istati Uniti, Winston Churchill, Prim Ministru tal‑Ingilterra, u Chiang Kai‑shek, mexxej tar‑Repubblika taċ‑Ċina ħarġu d‑Dikjarazzjoni ta’

6 t’Awwissu 1945. Fit‑2:45 a.m. (ħin t’hemm), l‑Enola Gay, bomber tat‑tip B‑29 Superfortress, misjuq mill‑Kurunell Paul W. Tibbets, telaq mill‑mitjar North Field, f’Tinian, waħda mit‑tliet gżejjer Mariana, madwar 1,500 mil bogħod mill‑Ġappun. Dan l‑ajruplan kien qed iġorr il‑bomba atomika mlaqqma Little Boy, li l‑mira tagħha kienet il‑belt ta’ Hiroshima; b’Kokura u Nagasaki

28   LULJU/AWWISSU 2016

bħala alternattiva. F’din il‑missjoni, l‑Enola Gay, imlaqqam hekk għal omm il‑pilota li kien jisimha Enola Gay Tibbets, kien akkumpanjat minn sitt ajruplani oħra tal‑istess tip: tlieta għall‑istħarriġ tat‑temp fil‑bliet imsemmija, wieħed għall‑blast instrumentation measurement, wieħed għall‑fotografija, u ieħor riserva.

Fit‑8:15 a.m. (ħin ta’ Hiroshima), bl‑ajruplan Enola Gay għoli ta’ madwar 31,000 pied, il‑bomba twaddbet. Little Boy splodiet f’għoli ta’ madwar 1,900 pied. Mas‑60,000 persuna tilfu ħajjithom immedjatament, b’200,000 imutu riżultat ta’ ħruq li ġarrbu, jew radjazzjoni. It‑tieni bomba kienet ippjanata li tkun mitfugħa fil‑11 t’Awwissu, iżda minħabba previżjoni ta’ ħamest ijiem temp ħażin, iddeċidew għal jumejn qabel. Fl‑3:45 a.m. tad‑9 t’Awwissu, l‑ajruplan tat‑tip B‑29, il‑Bockscar, akkumpanjat minn ħamsa oħra, tnejn bħala stħarriġ tat‑temp, wieħed għall‑blast instrumentation measurement, wieħed għall‑fotografija, u ieħor bħala riserva, telaq mill‑gżira Tinian. Il‑Bockscar, misjuq mill‑maġġur


Charles W. Sweeney, kien qed iġorr il‑bomba, din id‑darba mlaqqma Fat Man. Il‑pjan kien li din tkun mitfugħa fuq Kokura, imma minħabba ċirkustanzi, kellhom imorru għall‑belt alternattiva Nagasaki. Il‑bomba li ntefgħet, splodiet fil‑11:02 a.m. (ħin t’hemm), f’għoli ta’ madwar 1,650 pied. Iktar minn 65,000 ruħ tilfu ħajjithom jew weġġgħu. Wara taħditiet fil‑kabinett jekk il‑Ġappun għandux iċedi jew le, imma li ma ħallew l‑ebda qbil, id‑deċiżjoni tħalliet issa f’idejn l‑Imperatur, Shōwa Hirohito. Ir‑risposta tiegħu, li kwotazzjoni hawnhekk issegwi, kienet ċara: “Ħsibt bis‑serjetà dwar is‑sitwazzjoni f’pajjiżna, kif ukoll barra; ikkonkludejt li tkomplija tal‑gwerra ġġib il‑qerda tan‑nazzjon, iktar tixrid ta’ demm u krudeltà fid‑dinja. Ma niflaħx nara nies innoċenti f’pajjiżna jġarrbu iktar tbatija.”

THE MANHATTAN PROJECT

Fl‑1939, l‑istudjużi tal‑fiżika, Leó Szilárd u Eugene Wigner, kitbu ittra lill‑President tal‑Istati Uniti, Franklin D. Roosevelt, iffirmata minn Albert Einstein, u li ġġib id‑data tat‑2 t’Awwissu (liema ittra llum għadha magħrufa bħala Einstein‑Szilárd Letter), fejn talbuh jikkunsidra t‑twettiq ta’ programm nukleari. Il‑President ordna li jibda jsir l‑istudju bil‑possibbiltà li jiġu żviluppati bombi atomiċi. Dan l‑istudju żviluppa f’dak li llum huwa magħruf bħala l‑Manhattan Project.

Il‑United States Army Corps of Engineers ħadu l‑biċċa xogħol f’idejhom, bit‑tmexxija tal‑proġett tkun f’idejn Leslie Richard Groves Jr. Bħala direzzjoni xjentifika, Groves għażel lill‑istudjuż tal‑fiżika Robert

Oppenheimer. Bħala post tar‑ riċerka għal dan il‑proġett twaqqaf il‑laboratorju Los Alamos, fl‑istat ta’ New Mexico. Fis‑16 ta’ Lulju 1945 ġiet ittestjata bomba (bil‑plutonju bħala l‑element radjuattiv tagħha) ġewwa Alamogordo, New Mexico; din il‑prova kienet mogħtija l‑isem Trinity. Iż‑żewġ bombi atomiċi, Little Boy (bl‑uranju bħala l‑element radjuattiv tagħha) u Fat Man (bil‑plutonju bħala l‑element radjuattiv tagħha), li twaddbu fuq il‑Ġappun fis‑6 u d‑9 t’Awwissu 1945 rispettivament, huma frott tal‑Manhattan Project.

Fil‑15 tax‑xahar, il‑Ġappun ħabbar li kien se jċedi. Fil‑messaġġ tiegħu lill‑poplu, l‑Imperatur tenna: “Barra minn hekk, l‑għadu beda jagħmel użu minn bomba ġdida u qerrieda, li l‑ħsara li ġġib magħha m’hemmx kalkolu għaliha; b’għadd kbir ta’ innoċenti jitilfu ħajjithom. Jekk inkomplu nissieltu, mhux biss inġibu l‑waqgħa u l‑qerda totali tal‑Ġappun, imma l‑estinzjoni taċ‑ċiviltà umana. Fit‑2 ta’ Settembru sar l‑iffirmar tad‑dokument hekk imsejjaħ Japanese Instrument of Surrender, waqt ċerimonja li saret fuq il‑bastiment USS Missouri. Fl‑2005, Theodore Van Kirk, wieħed mill‑membri tal‑ekwipaġġ fuq l‑Enola Gay, qal hekk: “Nixtieq li ebda persuna ma jkollha ġġarrab dehra bħal dik. X’ħela; x’telf ta’ ħajjiet. Aħna tfajna l‑ewwel bomba atomika,

u nittama li qatt ma jkun hemm oħra. Nixtieq li ħadna tagħlima li tiswa għal dejjem, imma m’iniex ċert dwar dan.” Tkun ħaġa tassew terribbli jekk qatt xi pajjiż ieħor jirrikorri għall‑armi nukleari. U marbut mas‑suġġett tagħna, jeżisti

l‑proverbju, “L‑istorja tirrepeti ruħha.” Qisu l‑bniedem donnu ma jitgħallimx li l‑konflitti u l‑gwerer ma jsolvu xejn imma joħolqu iktar tbatija. Kemm jidwi ċar il‑kliem tal‑Papiet Pawlu VI u Ġwanni Pawlu II, “Mai più la guerra!”


varjeta` Lulju Fit-8 ta’ Lulju 1969 ġiet reġistrata l-logħba Twister®

Xita

Pa, għalfejn tagħmel ix-xita? Biex jikbru l-fjuri u l-ħxejjex, ibni! Mela għalfejn tagħmel fuq ilbankina wkoll?

Fil-11 ta’ Lulju 1962, Fred Baldasare kien l-ewwel bniedem li qasam ilKanal Ingliż taħt l-ilma bl-użu talapparat tal-għaddasa.

Fis-17 ta’ Lulju 1902, Willis H. Carrier ivvinta l-arja kundizzjonata.

Ċajta Kultant Għażż

Raġel kien miexi fittriq u waqaf isaqsi d-direzzjoni lil raġel mimdud għad-dell ta’ siġra. Dan tal-aħħar,

bla ma qam, ċaqlaq sebgħu l-kbir ta’ siequ biex jurih id-direzzjoni ta’ fejn kellu jmur. Vjaġġatur: Grazzi! Nagħtik ħames ewro

jekk turini għażż ikbar minn hekk! Raġel: Xħin trid dawwarni ftit u itfagħli l-ħames ewro fil-but!

Fl-14 t’Awwissu 1880, tlesta l-Katidral ta’ Cologne filĠermanja wara 632 sena ta’ bini mill-ġdid.

Awwissu Fl-1 t’Awwissu 1790, intemm l-ewwel ċensiment ġewwa l-Istati Uniti talAmerika.

Fl-24 t’Awwissu 1869, Cornelius Swarthout irreġistra l-invenzjoni talwaffle iron, il-forma li tagħmel il-waffles.

fittixna fuq facebook

www.fb.com/xehda


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.