Gwida għal min jgħallem

Page 1

għal min jgħallem EDITORJAL:

Alla jħenn permezz tiegħi wkoll KATEKETIKA:

Il-Pedagoġija ta’ Ġesù

IT-58 VOLUM  |  IS-SITT ĦARĠA  |  NOVEMBRU - DIĊEMBRU 2015


1.

Editorjal

Alla jħenn permezz tiegħi wkoll Fr Carl Mario Sultana 2.

Il-Mixja Liturġika

Passi ta’ mħabba Mariosa Micallef

7.

Minn Idejn l-Artist

Il-parabbola tal-għaxar xebbiet Vince Mangani

10.

Esperjenza

Bullying fil-futbol Fr Hilary Tagliaferro osa.

TIM EDITORJALI Joseph Bonnici, Alan Bonello u Kurt Miceli

12.

Storja

Is-siġra li tgerger Joseph Bonnici

HAJR LIL Steven Mifsud li kkoreġa t-test, lis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għallkontribut u l-għajnuna li dejjem joffri u lill-kontributuri li b’sagrifiċċji personali għamlu din il-ħarġa possibbli.

14.

18.

Żgħażagħ

Biex inwasslu l-messaġġ sħiħ Fr Reuben Gauci

21.

ABBONAMENTI

Studju

Il-Valur u l-Metodoloġija tal-Edukazzjoni Reliġjuża f’Dinja Sekulari u Pluralista Edward Wright

SENA - 6 ĦARĠIET

€10 (Bl-Idejn)  €12 (Bil-Posta) €2 (Ħarġa waħda)

Il-pedagoġija ta’ Ġesù Robert Aloisio

DISTRIBUZZJONI Din ir-rivista tista’ tinxtara mill-ħwienet ta’ Librerija Preca u Emmaus, minn Faith Hope and Charity fil-Belt Valletta u miċċentri kollha tal-M.U.S.E.U.M.

Kateketika

24.

Il-Katekisti Jistaqsu

gwida@sdcmuseum.org

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

GRAFIKA STAMPA

Anthony Dimech

Blata l-Bajda

VERITASPRESS

Ħaż-Żabbar

26.

Atlas

Tarsu Mario Zerafa

28.

għal min jgħallem Pubblikazzjoni tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M.

www.sdcmuseum.org

Riżorsi

Mil-Librerija Karmenu Borg u Albert Mercieca


Editorjal

Fr Carl Mario Sultana

ALLA JĦENN

permezz tiegħi wkoll Qegħdin proprju fuq l-għatba tasSena tal-Ħniena li l-Papa Franġisku xtaq li aħna l-Insara niċċelebraw matul is-sena li ġejja, u li tibda fit-8 ta’ Diċembru 2015. Hija sena li fiha l-Papa Franġisku qed jistedinna biex nieqfu ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u nippruvaw inżommu ftit ħin għalina nfusna ħalli naraw minn fejn ġejjin u f’liema f’direzzjoni sejrin, filwaqt li nagħmlu esperjenza tal-ħniena ta’ Alla. Din l-esperjenza tal-ħniena ta’ Alla mhix biss xi ħaġa li rridu ngħaddu minnha aħna; b’kemm inħossuna fil-paċi magħna nfusna u ma’ Alla; u b’kemm tħossok f’postok u b’saħħtek spiritwalment! Aħna, mhux biss bħala katekisti imma aktar u aktar bħala Nsara, għandna sejħa li tmur lil hinn mill-esperjenza personali tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Irridu nkunu aħna stess li din l-esperjenza tal-ħniena ta’ Alla

mhux biss nagħmluha aħna, imma ngħinu lil ħaddieħor jagħmilha permezz tagħna. U ma hemm ħadd li jinsab f’pożizzjoni aħjar li jagħmel dan aktar minna l-katekisti u dawk kollha li huma b’xi mod jew ieħor involuti fl-edukazzjoni tal-oħrajn, inkluża l-edukazzjoni għall-fidi. Aħna bħala edukaturi għall-fidi għandna din ir-responsabbiltà li trid tasal għand l-oħrajn b’żewġ modi differenti. L-ewwel mod huwa billi nkunu aħna stess li nitkellmu ma’ dawk afdati f’idejna fuq il-ħniena ta’ Alla. Irridu nkunu aħna li nagħmlulhom kuraġġ biex jintelqu fil-ħniena infinita ta’ Alla. B’hekk ikunu jistgħu jagħmlu esperjenza diretta huma stess tal-ħniena u tal-imħabba ta’ Alla. Dan nistgħu nagħmluh b’mod speċifiku billi nkunu aħna li, mhux biss nispjegaw dwar is-Sagrament tar-

Rikonċiljazzjoni, imma li niffaċilitaw l-esperjenza ta’ dan is-Sagrament billi nistiednu lil dawk afdati f’idejna għalledukazzjoni għall-fidi biex jirċevuh. Imma hemm mod ieħor kif aħna nistgħu nwasslu l-ħniena u l-imħabba ta’ Alla lill-oħrajn. Dan huwa billi aħna stess ngħixu u npoġġu l-opri tal-ħniena fil-prattika f’ħajjitna. L-opri tal-ħniena, speċjalment dawk li huma marbutin mal-ġisem, mhumiex biex aħna nistagħnew aktar, imma biex ħaddieħor jibbenefika mit-tjubija tagħna. Huwa billi nipprattikaw dawn l-opri tal-ħniena f’ħajjitna li aħna nistgħu ndewqu l-ħniena ta’ Alla lil dawk li niltaqgħu magħhom. Ejjew mela matul din is-sena nkunu alter Christus – Kristu ieħor – billi nuru ħniena ma’ kull min niltaqgħu u b’hekk inkunu Nsara aktar awtentiċi f’dik il-fidi li aħna għandna bħala missjoni li ngħadduha lill-oħrajn. 1


Il-Mixja Liturġika

PASSI TA’ MĦABBA Mariosa Micallef

2


I

l-Papa Franġisku ħabbar Ġublew talĦniena. X’ser ifisser dan iż-żmien għattfal u ż-żgħażagħ li niltaqgħu magħhom? Meta nsemmu l-ħniena żgur jiġuna f’moħħna l-opri tal-ħniena li forsi ftit li xejn għadna nirreferu għalihom waqt il-laqgħat tagħna. Imma jekk dan huwa l-każ, wasal iż-żmien biex inperrċuhom u nagħtuhom il-ħajja. Għalfejn ma għadniex nitkellmu dwarhom? Għax ngħixu f’pajjiż li ma niltaqgħux ma’ nies bil-ġuħ, bil-għatx jew bi lbiesi mqattgħin? Għax lit-tfal mhux ser ngħidulhom biex imorru jżuru lil xi ħadd fil-ħabs jew biex jidfnu lill-mejtin?

f’min iwarrabhom, f’min dejjem jiftaħar b’dak li għandu, f’ħuthom li jinbxuhom, fil-ġenituri li jmorru kontra x-xewqat tagħhom, flgħalliema li ma jaqblux magħhom, f’min jieħu l-prosit għalkemm ma jistħoqqlux. Anke għalina l-kbar mhux faċli li naraw il-wiċċ ta’ Kristu fl-oħrajn; fil-fatt hija sfida kbira għal kulħadd. Ġesù ma qalilniex biss biex inħobbu lill-oħrajn kif inħobbu lilna nfusna,2 imma jmur pass aktar u jgħidilna biex inħobbu lill-għedewwa tagħna, u nitolbu għal dawk li jippersegwitawna!3

Nemmen li kull tagħlim jista’ jiġi addattat skont l-età tal-udjenza, iżżmien u l-ambjent li ngħixu fih. L-opri tal-ħniena juru kif għandna nġibu ruħna mal-oħrajn kuljum. Aktar ma nagħżlu li ngħixu b’dan il-mod aktar insiru nixbhu lil Ġesù, u aktar ma nipprattikawhom aktar ngħixuhom b’mod naturali. L-unika triq biex nirbħu l-ħażen hi l-ħniena.1 Aħna rridu nagħmlu t-tajjeb dejjem u mhux f’ċerti żminijiet biss, bħal pereżempju fl-Avvent u fir-Randan. Ġesù jgħallimna li dak li nagħmlu ma’ ħaddieħor inkunu qegħdin nagħmluh miegħu.

Irridu bilfors qawwa speċjali biex inħobbu lil dawk li jqabbżuhielna. Nies bħal Madre Tereża jgħallmuna li hu possibbli. Hi tgħid li hi kienet tara lil Ġesù f’kull persuna li għenet u li sabet il-qawwa biex tagħmel dan fit-talb. Dwar it-talb, il-Papa Franġisku jgħid li jekk “it-talb ma jwassalx għal azzjoni konkreta lejn ħija li hu fqir, marid, fil-bżonn tal-għajnuna, għal ħija li jinsab fid-diffikultà, hija talba sterili u nieqsa.”4 Mat-talb, il-Papa jżid ukoll il-Kelma ta’ Alla, għax “il-ħniena ta’ Alla, [hija] il-qalb tħabbat tal-Evanġelu, li permezz tagħha trid tilħaq il-qalb u l-moħħ ta’ kull bniedem.”5 Niftakru li għalkemm lil Alla għadu ħadd ma rah, għandna l-wegħda li jekk inħobbu ’l

Mhux faċli li naraw lil Ġesù f’min jirrabjana! Għat-tfal mhux faċli li jaraw lil Ġesù f’min jigdeb fuqhom,

3


Il-Qaddisin: rigali mingħand Alla

xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.6 Bħala attività, li mbagħad tista’ tintuża bħala parti mit-talb tagħna, inlestu forom tas-saqajn (footprints) u skont l-età tat-tfal ngħinuhom jaqtgħuhom (nistgħu nagħmlu s-sieq f’forma ta’ kaxxa biex b’hekk ikun aktar faċli li jinqatgħu). Irid ikun hemm aktar forom milli tfal, skont kif ser nużaw din l-attività. L-idea hija li fuq naħa waħda ta’ kull sieq tinkiteb l-opra tal-ħniena, u fuq in-naħa l-oħra jinkiteb eżempju ta’ kif it-tfal jistgħu jgħixu dik l-opra tal-ħniena. Nistgħu nqassmu waħda kull ġimgħa u matul din il-ġimgħa t-tfal jippruvaw jagħmlu ħilithom biex jagħmlu din l-opra ta’ ħniena mal-oħrajn. Nistgħu nagħmlu din l-attività anqas frekwenti; u nistgħu wkoll nistaqsuhom biex jirritornaw il-forma u b’hekk ma jkunx hemm bżonn li nagħmlu daqstant forom. Tajjeb kieku t-tfal jistgħu jżommu l-forma tas-sieq biex minn żmien għal żmien jibqgħu jiftakru x’għandhom jagħmlu, imma dan niddeċiduh skont il-ħin li wieħed għandu. Ma’ tfal akbar nistgħu nħallu lilhom jagħtu l-idea tagħhom dwar kif jistgħu jgħixu dawn l-opri tal-ħniena. EŻEMPJI TA’ AFFARIJIET LI NISTGĦU NIKTBU HUMA Opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem, dawn juruna kif nistgħu ngħinu lill-oħrajn fil-bżonnijiet materjali tagħhom. » itma’ lil min hu bil-ġuħ: minflok nixtri xi ħaġa għalija, inġemma’ xi flus u nagħtihom karità; ma 4

»

»

»

»

naħlix ikel, niekol dak kollu li jkolli fil-platt; naqsam il-ħelu li jkolli ma’ xi ħadd li ma tantx għandu ħbieb; naqsam il-lunch tiegħi ma’ xi ħadd li ma għandux; infittex fuq l-internet dwar il-ġuħ fid-dinja; ngħin fit-tisjir tad-dar; innaddaf il-platti; nara li l-pets li għandi d-dar għandhom x’jieklu; isqi lil min hu bil-għatx: inġemma’ xi flus u nagħtihom karità minflok nixtri xi ħaġa għalija; ma naħlix ilma; nara li waqt l-ikel kulħadd għandu x’jixrob; nara li l-pets li għandi d-dar għandhom x’jixorbu; noffri ilma lil min qiegħed jagħmel xi faċendi u xogħol fid-dar; libbes lil min hu għarwien: inġemma’ xi flus u nagħtihom karità minflok nixtri xi ħaġa għalija; nagħti xi ħwejjeġ li għandi għall-karità (il-ħwejjeġ iridu jkunu għadhom tajbin u jekk jista’ jkun xi ħaġa minnhom tkun oġġett li nħobb nilbes); ngħin fil-ħasil tal-ħwejjeġ tad-dar; ngħin lil ħuti iżgħar biex jilbsu; ilqa’ lil min hu bla dar: nagħmel ħbieb ma’ xi ħadd li s-soltu jkun waħdu; ngħin fid-djar ta’ nanniet jew qraba li ma tantx jifilħu; ngħin fid-dar; nitlob għarrefuġjati; żur lill-morda u lill-ħabsin: inżur lil xi qraba jew ħbieb li huma morda; nilgħab u noqgħod ma’ ħuti li huma morda; nikteb kards, emails, SMSs b’messaġġ ta’ inkoraġġiment lil xi ħadd marid; skont l-età nistgħu nieħdu lit-tfal iżuru xi dar tal-anzjani jew il-ħabs u/jew jiktbulhom kards bi kliem

ta’ tama; nitlob għall-morda u l-ħabsin, u għall-familji tagħhom; » idfen lill-mejtin: nitlob għallmejtin; inżur l-oqbra fiċ-ċimiterji; jekk xi ħbieb għadu kif mitilhom xi ħadd għażiż nurihom imħabba u ngħaddi ħin magħhom. Opri tal-ħniena li jmissu r-ruħ, dawn juruna kif nistgħu ngħinu lill-oħrajn fil-bżonnijiet emozzjonali u spiritwali tagħhom. » agħti parir tajjeb lill-ħosbien: ngħin lil xi ħadd f’xi diffikultà li għandu, pereżempju f’xi suġġett tal-iskola; ngħin aħwa iżgħar biex jitgħallmu jagħmlu xi ħaġa ġdida; inkun pożittiv f’dak li nagħmel u naħseb; jekk hemm xi ħbieb li għandhom xi dubju dwar il-fidi ninkoraġġihom biex jitkellmu ma’ xi ħadd li jista’ jgħinhom; » għallem lil min ma jafx: nagħti eżempju tajjeb; inġib il-paċi; nitgħallem aktar dwar il-fidi Nisranija u naqsam dak li naf ma’ ħaddieħor; naqsam it-talenti tiegħi ma’ oħrajn/nuża t-talenti tiegħi għall-oħrajn; naqsam ma’ oħrajn xi ħaġa sabiħa li nagħmel ma’ tal-familja, pereżempju nitolbu flimkien, ninġabru flimkien għall-ħin tal-ikel u nitkellmu flimkien; » widdeb lill-midinbin: inkun ta’ eżempju tajjeb; jekk xi ħbieb jagħmlu xi ħaġa ħażina, ma nkomplix magħhom u meta nkunu waħedna ngħidilhom li jien ma naqbilx ma’ dak li għamlu; inwaqqaf lil sħabi li jagħmlu l-ħażin; nikkoreġi b’ħafna mħabba;


Il-Mixja Liturġika

REFERENZI: 1 http://www.laikos.org/Papa_Frangisku.htm Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-XXXI Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016. 15/08/2015. 2 Mt. 22,39 3 Mt. 5,44 4 Papa Franġisku, Anġelus 21 Lulju 2013 5 Misericordiae Vultus, 12 http://www.laikos. org/Gublew_Hniena_2015-6.htm 6 1 Ġw. 4,12 7 http://www.laikos.org/Talba_Gublew_test.htm 8 http://www.laikos.org/Papa_Frangisku.htm Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-XXXI Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016. 15/08/2015. 9 Gwida Settembru-Ottubru 2015 10 http://www.iktusmalta.org/lista.php

» farraġ lill-imnikktin: jekk xi ħbieb għaddejjin minn xi problemi nkun hemm għalihom, mhux nindaħal u ma nistax insolvilhom il-problema jien, imma nuri li jien ħabib tagħhom; nagħmel kuraġġ lil min hu mdejjaq; » aħfer il-ħtijiet: ma npattix; naħfer anke jekk inħoss li ma jistħoqqilhomx, jew ma jurux li qed jiddispjaċihom; nagħmel azzjoni tajba lil xi ħadd li weġġagħni; nitlob għal dawk li mxew ħażin miegħi; nitlob għallkuraġġ biex nasal li naħfer; ma nibqax inżomm fil-komma dak ilħażin li għamilli ħaddieħor; » ħu sabar b’min idejqek: inkun paċenzjuż; inpoġġi lili nnifsi fiżżarbun ta’ min qiegħed idejjaqni u nipprova nifhmu; » itlob ’l Alla għall-ħajjin u għallmejtin: nitolbu għall-mejtin u

għal dawk li għaddejjin minn xi diffikultajiet u għal dawk li staqsewna nitolbu għalihom; noffru quddiesa għall-mejtin qraba u ħbieb

Mulej għallimna nħennu kif tħenn inti għalina, dan nitolbuh b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan, flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

TALBA Niftakru li qegħdin fil-preżenza ta’ Alla. Meta aħna nagħmlu t-tajjeb ma nagħmlux dan biex nogħġbu lil Alla. Nagħmluh għax Alla huwa mħabba u nixtiequ nsiru nixbhuh. Meta nagħmlu azzjoni tajba, din ma tkunx b’kumbinazzjoni, hija għażla li rridu nagħmlu kull ħin. Meta ngħixu l-opri tal-ħniena, insiru persuni aħjar u ngħinu biex ta’ madwarna jsiru aħjar ukoll.

Bħala qari nistgħu nagħżlu xi wieħed minn dawn li ġejjin: Mt. 25,31-46; Ġakbu 2,14-18; Lq. 4,18-19; Rumani 12,6-13; Lq. 6,30-36. Bħala eżempji nistgħu nsibu ġrajjiet mill-ħajja ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta, Vinċenz de Paule, Martin ta’ Tours, Pier Giorgio Frassati (opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem), Tereża ta’ Avila, Fawstina Kowalska, San Massimiliano Kolbe (opri talħniena li jmissu r-ruħ).

Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jagħtina l-għerf u l-kuraġġ biex niftħu qalbna għall-bżonnijiet tal-oħrajn u li nsiru nħobbu kif iħobb hu.

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena: Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna 5


Il-Qaddisin: rigali mingħand Alla

tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla! Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun 6

sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar ilħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja. Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.7 Talba ta’ Santa Fawstina: “Għinni, o Mulej, sabiex […] għajnejja jħaddmu l-ħniena, ħalli qatt ma nissuspetta f’ħadd u lanqas niġġudika lil ħaddieħor minn dak li jidher minn barra, imma nfittex is-sabiħ fl-erwieħ tal-proxxmu tiegħi u nagħmel ħilti biex ngħinhom […] widnejja jkunu ħanina, billi nagħti kas tal-ħtiġijiet ta’ għajri u ma nkunx indifferenti għall-uġigħ u għall-krib tagħhom […] inkun ħanin fi lsieni, u ma nqasqas qatt fuq ħaddieħor, imma jkolli kelma ta’ faraġ u maħfra għal kulħadd […] idejja jagħmlu ħafna għemejjel tajba ta’ ħniena […] riġlejja jgħaġġlu għall-għajnuna ta’ min ikun fil-bżonn, billi mqanqla mill-ħniena, ninsa t-taħbit u l-għeja

tiegħi […] qalbi tkun daqshekk ħanina, li jiena stess inġarrab ittbatija kollha tal-oħrajn”8 Nistgħu nitolbu wkoll it-talba ta’ San Franġisk, ‘Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek’ jew it-talba ta’ Santa Tereża ta’ Avila, ‘Ġesù ma għandux idejn’.9 Għal waqt din il-laqgħa nistgħu nkantaw xi innijiet bħal dawn li ġejjin mill-ktieb Iktus:10 All who are thirsty, Change my heart of God, Fejn issib l-imħabba, Fejn l-imħabba tkun, Ubi caritas, Ġej il-Mulej, Għajnejja nerfa’, I lift up my eyes, Għalkemm tant ħafna, Though we are many, Iftħu qalbkom, Il-mibgħut, Imħabba bis-sens, Missier tal-akbar ħniena, Healing grace, Missierna, Mulej għamilni strument tal-paċi tiegħek, Make me a channel of your peace, Ragħaj ta’ ruħi, Shepherd of my soul, The Potter’s hand, This little light of mine Fl-aħħar tat-talba niftakru nqassmu l-forom tas-saqajn blopri tal-ħniena fuqhom.


Minn Idejn l-Artist

Vince Mangani

IL-PARABBOLA TAL-GĦAXAR XEBBIET Skultura fil-ġebel miżbugħ tas-seklu 13, timpanu fil-Knisja ta’ San Pietru u San Pawl, Eguisheim, Alsace, Franza Skultur mhux magħruf

G

ħal dan l-aħħar artiklu ta’ din is-sena dwar il-parabboli fl-arti nixtieq li nikkonċentraw fuq parabbola li nsibu f’kapitlu 25 talVanġelu ta’ San Mattew: il-parabbola tal-għaxar xebbiet. Din il-parabbola kienet suġġett popolari ħafna fl-arti ta’ żmien il-Medju Evu, speċjalment fil-katidrali Franċiżi u Ġermaniżi. F’din il-parabbola, Ġesù jirrakkonta ġrajja li fiha jsemmi għaxar xebbiet li x’aktarx kienu grupp biex idawlu t-triq għall-għarajjes u l-mistednin. Kienu speċi ta’ bridesmaids għax wara kienu mistednin għall-ikla tat-tieġ. Milli jidher ipprevedew 7


Minn Idejn l-Artist

li l-għarus kellu jiddawwar għax kienu ppreparati bl-imsiebaħ għal meta jaqa’ d-dlam. Donnu kienet ħaġa komuni din il-ħaġa li jittardja. Ħamsa kienu għaqlin biżżejjed li, barra l-lampa, ħadu wkoll provvista ta’ żejt. Imma l-ħamsa l-oħra ħadu biss l-imsiebaħ bil-ftit żejt li seta’ kien hemm fihom. L-għarus wasal f’nofs ta’ lejl. Mal-għajta, il-boloh indunaw li l-imsiebaħ tagħhom kienu diġà ntfew. U meta talbu lill-għaqlin għal ftit żejt l-għaqlin weġbuhom li dan ma kienx possibbli għax jekk iż-żejt ta’ kulħadd kien jispiċċa qabel il-wasla tal-għarus, x’kien jiġri? Ċelebrazzjoni kienet tispiċċa f’okkażjoni ta’ diżappunt! U meta wasal l-għarus, l-għaqlin biss daħlu għax il-boloh kienu għadhom ma waslux lura biż-żejt.

tal-parabbola. Fuq ix-xellug tagħna għandna x-xebbiet għaqlin u fuq il-lemin tagħna hemm ix-xebbiet il-boloh. Nagħtu ftit dettalji.

Dan it-timpanu tal-ġebel nistgħu naqsmuh fi tliet partijiet. Fin-nofs naraw lil Ġesù bejn Pietru u Pawlu, il-qaddisin padruni tal-knisja msemmija. Taħthom naraw il-ġrajja

Mill-banda l-oħra, il-boloh jidhru skunċertati, jidhru mħawdin u donnhom ma jafux x’jaqbdu jgħidu jew jagħmlu. Jidhru bl-istess ilbies tal-għaqlin: wara kollox kellhom

X’JGĦALLIMNA KRISTU?

Ħsieb meħud mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca: Il-Ktieb tan-Notturni, nru 268

Il-Parabbola tal-Għaxar Xebbiet – Mattew 25, 1-13 Il-ħlas mill-kawża tal-virtù. Tħejjija kontinwa għall-mewt. Rett biss il-ġudizzju t’Alla.

8

Ix-xebbiet għaqlin jidhru kollha l-istess. F’idejhom ninnutaw l-imsiebaħ, bħal skutella xi ftit kbira. Qed iħarsu kollha lejn l-istess naħa: lejn bieb miftuħ li fih jidher l-‘għarus’, jiġifieri Ġesù. Idu l-leminija merfugħa ’l fuq qed tbierek, waqt li fl-oħra qed iżomm ktieb li jirrappreżenta l-Vanġelu. Ix-xebbiet jidhru li kienu qed jistennewh u jidhru ħsiebhom fih u kuntenti bih. Fl-aħħar qatgħu xewqithom mhux biss li jiltaqgħu miegħu, iżda li jkunu ta’ servizz kif ukoll li jidħlu miegħu bħala l-mistednin tal-unur. Dak li kienu msejħin għalih qdewh sewwa.

AĦSEB: U int u jien quddiem din l-iskultura? Ma’ liema grupp ta’ xebbiet inxebbah lili nnifsi? Ħarsti niffissaha xejn fuq l-Imgħallem bħax-xebbiet

ikunu grupp wieħed. F’idejhom jidhru l-imsiebaħ, iżda vojta! Filfatt qed iżommuhom rashom ’l isfel biex nindunaw li huma vojta. It-taħwid jidher ċar għax għalkemm l-ewwel waħda tidher qed tħabbat il-bieb, il-bieb baqa’ magħluq u ma fetaħ ħadd. Qawwija hija l-kelma boloh li juża l-Vanġelu stess. Boloh fis-sens li ma ħasbux għal dak li kien mitlub minnhom u għalhekk dak li kienu msejħin għalih ma qdewhx sew. U minħabba f’hekk kellhom jibqgħu barra u tilfu ċ-ċans li jidħlu mal-għarus. Hija parabbola qawwija ħafna u adattata għal dan iż-żmien tal-Avvent. Aħna wkoll qed nistennew u għalhekk irridu nkunu ppreparati biex nilqgħuh. Ma rridux nikkuntentaw bil-ftit ta’ issa u tal-malajr. Irridu naqdu l-missjoni tagħna mill-aħjar li nistgħu u nkunu dejjem ippreparati biex meta jiġi, isibna lesti. U postna jkun bilfors fuq naħa waħda: jew ma’ tal-lemin jew ma’ tax-xellug.

l-għaqlin fl-iskultura tal-lum? Naħseb xejn u nkun xejn ippreparat għal dak li jista’ jinqala’? Disponibbli xejn għal dak li jrid minni l-Mulej?


9


Minn Passjoni g침al Missjoni

Fr Hilary Tagliaferro osa

BULLYING FIL-FUTBOL

10


Fenomenu tas-soċjetà li ngħixu fiha huwa l-fatt li l-bullying fliskejjel żdied. Wieħed kien jistenna l-kuntrarju fl-iżvilupp tas-soċjetà u l-progress edukattiv ġenerali li kien hawn. Is-sena li għaddiet, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ paper fuq dan is-suġġett. Huwa studju profond magħmul tajjeb ferm u ta’ gwida għal kull għalliem. Mhux il-każ li wieħed jidħol fid-dettall tiegħu imma niġbed punt millfilosofija u l-iskop ta’ dan l-istudju, li jolqot mill-viċin ħafna l-futbol u l-isport inġenerali. Proprju fl-ewwel kapitlu hemm dan li ġej dwar it-tfal: “the right to be safeguarded from physical injuries and emotional distress, taking into account a person’s self-worth, dignity and well-being”. Minn dan jidher kif jidħol l-isports u li kull għalliem jew kowċ irid joqgħod attent biex jindokra kemm jista’ lit-tfal afdati f’idejh. Biex nieħdu l-eżempju tal-futbol, niftakru meta snin ilu fi skola f’Malta kien miet tifel li waqgħet il-lasta tal-ħadid fuq rasu. Inċidenti bħal dawn irridu noqogħdu attenti li ma jiġru qatt fl-ebda sport, u għalhekk inkunu dejjem ċerti li t-tagħmir li jintuża bħal lasti, ċrieki tal-baskitbol, ġinnastika, eċċ. ma jkunu qatt ta’ periklu għas-saħħa fiżika tat-tfal. Imma l-akbar ħsara u l-iżjed komuni li ssir fit-tfal waqt l-isports hija flemozzjonijiet tagħhom. Kull tifel irid u għandu dritt jilgħab, u kulħadd jaħseb li hu tajjeb. Ikun hemm tfal,

li mhumiex tajbin fl-isports, li jsiru vittmi ta’ sħabhom u jbatu ħafna minn bullying. Oħrajn huma l-vittmi tal-kowċis meta dejjem isibu ruħhom fuq il-bank tas-sostituti u qatt ma jingħataw ċans li jilagħbu. Dan mhux biss huwa bullying imma wkoll abbuż kbir li jħalli effett ikrah ħafna fuq il-psyche tat-tifel li jħossu umiljat quddiem sħabu, ikissirlu s-self-esteem li jista’ ma jqum minnu qatt. Anki dawk li matul logħba dejjem ikunu huma li jinqalgħu u jkunu mibdula. Dawn iħossuha u l-kowċis jagħmlu dan mhux għax iridu jagħmlu xi ħsara lit-tifel, imma għaliex ma jħarsux lejn id-dinjità, il-kobor u l-well-being tat-tifel. Jaraw biss u moħħhom ikun fir-riżultat talpartita li jridu jirbħu bilfors. Dawn huma kowċis li mhumiex kapaċi jagħmlu distinzjoni bejn tkun il-kowċ tal-plejers kbar u adulti ġa ffurmati, u tkun kowċ fin-nursery jew tat-tim tal-iskola! Ġesù kellu rispett u attenzjoni kbira lejn dawk li kienu fil-marġni

tas-soċjetà. Dik il-mara marida u mbeżżgħa resqet fil-folla fejn kien Ġesù, u rraġunat bejnha u bejn ruħha li kien biżżejjed għaliha li tmiss it-tarf tal-libsa tiegħu biex tfiq. U Ġesù kien pront fejjaqha! Meta kien jgħid lill-Appostli tiegħu biex iħallu t-tfal imorru għandu, qatt ma qalilhom “ġibu biss min hu bravu jew bil-għaqal”, imma lil kulħadd. Kull għalliem u kowċ irid jara s-sbuħija u d-dinjità ta’ kull tifel afdat f’idejh, fil-klassi jew fil-prattika tal-isports. F’dan il-livell ta’ futbol, l-importanti mhux li tirbaħ il-logħba li qed tilgħab imma li kull tifel jitgħallem u jikber. Għalhekk anki f’telfa ta’ logħba, il-kapaċità talkowċ tidher meta juri lit-tfal x’kien hemm x’titgħallem. Dan kemm fil-progress personali li jista’ jkun għamel, kif ukoll fl-iżbalji li saru bħala tim. L-akbar sodisfazzjon ta’ kowċ jew għalliem mhuwiex is-suċċess immedjat ta’ rebħ ta’ tazza imma li jara lill-plejers tiegħu jikbru f’karattru sod, dixxiplinat, u ferħanin bil-ħajja li qed jgħixu. 11


Joseph Bonnici

IS-SIĠRA

LI TGERGER Adattat għall-Malti minn Storie bellebuone ta’ Bruno Ferrero, Elledici.

12


Ma tantx kien fiha x’tara. Kellha zokk mgħawweġ u friegħi koroh li kienu jagħtu biss tuffiħat żgħar u morri li ħadd ma kien ikun irid jiekol. Imma l-agħar ħaġa li kellha kienet il-karattru. Siġra li dejjem tgerger. Kienet iddejjaq l-iktar lis-siġra ta’ maġenbha li kienet tieħu ħafna paċenzja biha. Fir-rebbiegħa, is-siġra li tgerger ma waqfitx teqred: ‘Issa tara kif illejla tagħmel ix-xita u anke għada. U mbagħad jonfoħ ir-riħ u jaqsmilna xi fergħa.’ ‘Imma ma tafx li r-riħ tar-rebbiegħa huwa ħafif?’, weġbitha s-siġra l-oħra. ‘U dawk l-għasafar! Jagħmlu l-bejta fuqi u jikluli l-frott kollu!’ U baqgħet teqred, siegħa wara l-oħra: f’moħħha l-għalqa kienet se tegħreq, il-baqar u l-fniek kienu se jiklulha l-qoxra, ilħaxix għoli kien jagħraxha u l-bqija. Imma s-siġra ta’ maġenbha ma felħitx iktar. Riedet tara kif twaqqaf it-tgergir tas-siġra ta’ ħdejha. L-ikbar ħabib li kellha din is-siġra l-oħra kien Ċawlun xwejjaħ li spiss kien jitgeddes qalb il-friegħi tagħha wara l-ikel u jgħid kelma magħha. Spjegatlu x’kien qed jinkwetaha: ‘Kif se nwaqqafha mit-tgergir?’ Iċ-Ċawlun waqaf jaħseb, imbagħad qalilha: ‘Dik m’għandhiex skop filħajja, għalhekk teqred il-ħin kollu.’ ‘Imma fejn se nsibulha raġuni?’ ‘Is-soltu tkun taħt imnieħrek!’ LIEMA HI L-IKTAR ĦAĠA KERHA TA’ ĦAJTEK? Wara r-rebbiegħa ġie s-sajf, u s-siġra paċenzjuża mtliet bil-weraq. Bħassoltu, il-friegħi tagħha nksew ukoll

bi fjuri żgħar ifuħu. In-naħal kien idur magħha l-ħin kollu. Daret lejn is-siġra li tgerger u staqsietha: ‘Għidli ftit. Liema hi l-iktar ħaġa kerha ta’ ħajtek?’ Is-siġra li teqred ħasbet ftit u mbagħad weġbitha: ‘L-agħar ħaġa hi li ħadd ma jħobbni. Għax kerha. Ilfjuri tiegħi ma jdumux wisq. Il-weraq tiegħi mhumiex sbieħ u t-tuffieħ tiegħi morr wisq biex jittiekel.’ ‘Imma dan nistgħu nirranġawh ukoll!’, qaltilha seħbitha. ‘Nistgħu ngħidu lil waħda mill-pjanti li jixxebilku tiksik bil-fjuri tagħha. B’hekk ikollok kisja fjuri jfuħu s-sena kollha. Imma hemm diffikultà waħda. Din il-pjanta ma tħobbx tgergir!’ Is-siġra siktet. Imbagħad qalet: ‘Jekk inwiegħed li ma ngergirx, taħseb li tikber fuqi wkoll?’ ‘Jekk ma teqridx għal sena sħiħa, forsi taċċetta!’ ‘IRRID INĦARES IL-PJANTA!’ U għalhekk, għal sena sħiħa, is-siġra ma qalitx kelma waħda ta’ tgergir. Lanqas meta kien hemm in-nixfa, u lanqas meta għamlet maltempata qawwija tas-silġ. Lanqas tniffset meta l-fniek bdew igerrmulha l-għeruq. Sena wara, il-pjanta li tixxeblek, ħarġet fjura ċkejkna. Imbagħad ħarġet fergħa ċkejkna li bdiet ixxeblek madwar is-siġra li tgerger. Ftit ftit telgħet u xxebilket mal-friegħi kollha tagħha u, meta nefaħ ir-riħ ta’ Mejju, dehru fjuri sbieħ ikkuluriti minn taħt il-weraq tas-siġra. Minn dakinhar ’il quddiem, ma gergritx iktar. Lanqas darba! Qatt iżjed. Lejla xitwija, iċ-Ċawlun mar fuq is-siġra ta’ maġenbha. ‘M’għadnix nisma’ lis-siġra ta’ ħdejk tgerger. Żgur

li sabet raġuni għall-ħajja. Taf x’inhi?’ ‘Staqsiha inti!’, qaltlu s-siġra. Iċ-Ċawlun tar lejn is-siġra l-oħra u staqsieha x’kienet ir-raġuni li għaliha kienet qed tgħix. ‘Ma nistax inkellmek issa, sieħbi! Irrid inħares lil din ilpjanta mir-riħ.’ ‘Imma issa tidher niexfa u bla ħajja.’ ‘Issa tidher hekk,’ kienet it-tweġiba. ‘Imma tistrieħ fuqi sabiex inħarisha sarrebbiegħa. Imbagħad terġa’ tieħu l-ħajja u tidher isbaħ mis-sena li għaddiet.’ Iċ-Ċawlun xwejjaħ u s-siġra l-oħra kienu tassew kuntenti. Is-siġra kienet sabet ir-raġuni għalfejn tgħix u qatt iktar ma gergret. MISTOQSIJIET GĦAD-DISKUSSJONI: Liema kien l-inkwiet li kien qed jeqred is-siġra li tgerger? Għalfejn kienet imdejqa? Kif reġgħet sabet il-ferħ? Taf lil xi ħadd li jixbah lil din is-siġra li tgerger? Għalfejn jixbaħha? Skont iċ-Ċawlun, fejn jinsab il-ferħ veru? X’jista’ jkun skop sabiħ għall-ħajja? Kif tista’ ssib l-iskop ta’ ħajtek? ATTIVITÀ Tista’ tinkiteb il-kelma ‘Ferħ’ u flimkien tinħareġ id-definizzjoni ta’ dak li huwa l-ferħ veru. Jistgħu jsiru wkoll intervisti lil diversi persuni fuq dak li jferraħhom fil-ħajja. MILL-BIBBJA Ir-rakkont tad-dixxipli t’Għemmaws (Lq. 24,13-35) jista’ jgħin fir-riflessjoni dwar il-ferħ li jagħti Ġesù lill-qalb taddixxipli tiegħu, anke f’mumenti ta’ dwejjaq. 13


Robert Aloisio

IL-PEDAGOĠIJA

TA’ ĠESÙ

“B’ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-Kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom.” (MILL-EVANĠELJU SKONT SAN MARK, KAP 4, VERS 34)

Ġesù, mastrudaxxa żagħżugħ minn Nazaret, kien magħruf min-nies bħala didaskolos (għalliem). Kien jiddedika ħin apposta speċifikament biex jgħallem (didaskein) lin-nies fit-Tempju, fis-sinagogi fil-Galilea u fil-Ġudea, fil-beraħ u anke minn xi dgħajsa. Ġużeppi Flavju jispjega kif kull nhar ta’ Sibt, il-Lhud kienu jiltaqgħu flimkien biex jitgħallmu l-Liġi u Ġesù approfitta ruħu minn din il-prattika Ġudajka. Meta kien ikun Ġerusalemm, Ġesù kien regolarment jgħallem fit-Tempju. Meta jingħad li kien imur “ixandar” (kêrussein) is-Saltna ta’ Alla, b’dan nifhmu li kien imur jgħallem fil-pubbliku. Ġesù kien imur fl-ibliet u l-irħula tal-Galilea bil-ħsieb li jgħallem lin-nies fuq is-Saltna t’Alla u ħwejjeġ oħra. Barra minn hekk, kien jgħallem lid-dixxipli weħidhom. Kien milqugħ ħafna min-nies bħala għalliem, u kellu ċerta awtorità li l-iskribi Lhud u l-imgħallmin tagħhom tal-Liġi ma kellhomx. In-nies kienu lesti jbatu fiżikament biex jisimgħuh jgħallem u kienu jistagħġbu bit-tagħlim tiegħu. Mark u Luqa jgħidu dan, fost l-oħrajn, wara li Ġesù għallem fisSinagoga ta’ Kafarnahum: “Innies baqgħu mistagħġbin bilmod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba” (Mk 1, 22); filwaqt li Mattew jgħid kważi l-istess wara l-Parabbola taż-Żewġ 14


Pedamenti. M’hemmx dubju li n-nies spiss kienu jistagħġbu b’dak li kien jgħallimhom Ġesù. Ġesù kien jibgħat lid-dixxipli tiegħu biex huma wkoll ixandru s-Saltna t’Alla. Jidher li għar-Rabbini talbidu, li joqogħdu bilqiegħda kienet il-pożizzjoni komuni għat-tagħlim. L-istess Ġesù. Huwa ħafna drabi kien joqgħod bilqiegħda biex jgħallem (Mt 5,1. 26,55. Mk 4,1. Lq 5,3). IL-METODU LHUDI TA’ TAGĦLIM Ġesù kien jgħallem fil-Palestina meta din l-art kienet taħt il-ħakma ta’ Ruma Imperjali. Ir-Rumani kienu għarfu li l-poplu Lhudi kien kategorija speċjali fi ħdan l-Imperu. B’differenza millpopli l-oħra maħkumin minnhom, il-proċeduri reliġjużi tal-Lhud ma setgħux jingħaqdu mas-sinkretiżmu reliġjuż ġenerali li l-Pantheon kien jirrappreżenta. Huma ma kinux jaduraw l-idoli u għalhekk ma kellhom l-ebda xbieha ta’ Jaħweh li r-Rumani setgħu jpoġġu maġenb l-allat lokali li kienu jiġbru mingħand is-sudditi varji tagħhom. Dan kien ifisser li l-ħakma barranija ftit li xejn kellha impatt fuq il-metodi reliġjużi tal-Lhud. Il-metodi ta’ tagħlim tal-Lhud jistgħu jgħinuna xi ftit biex nifhmu l-metodi ta’ Ġesù. Jidher li l-għalliema Lhud kienu jimxu fuq prinċipji pedagoġiċi spelluti sew fil-mod kif jgħallmu lill-istudenti tagħhom. L-ewwel stadju kien li jitgħallmu blamment it-test li kellhom jistudjaw, mingħajr ma jippruvaw jifhmu xi jfisser, għax dan kien stadju ieħor għalih. Kienu jisħqu ħafna fuq it-

trażmissjoni preċiża tat-testi, u kienu jużaw ħafna għajnuniet għallmemorja. Biss, irridu ngħidu li Ġesù ma kienx rabbi tradizzjonali. Iżda xorta kien konxju mill-ħtieġa talmemorja u tal-interpretazzjoni. Din il-ħtieġa bażika tista’ tkun iċ-ċavetta biex nifhmu l-għan tal-parabboli. Ġesù riedhom jaħżnu moħħhom b’tagħrif li jerġa’ jieħu l-ħajja meta tinftiehem it-tifsira vera tiegħu. Ngħidu aħna, ħafna mit-tagħlim ta’ Ġesù ħa tifsira ġdida fid-dawl ta’ dak li ġara wara l-qtil tiegħu. IL-METODU TA’ ĠESÙ B’differenza mir-rabbini, Ġesù kien għalliem itineranti, dejjem jivvjaġġa. Ir-rabbini setgħu jiġbru lill-istudenti tagħhom biex jirrepetulhom ħalli jkunu kapaċi jirriproduċu dak li jkunu tgħallmu. Iżda Ġesù ma setax juża dan ilmetodu, u fil-fatt ma użahx. Huwa ried jadatta t-tagħlim tiegħu biex jaħtaf l-opportunità li tiġih, bl-aħjar mod possibbli. It-tagħlim tiegħu kien jgħaddih b’mod iktar konċiż. Irid ikollok ħila kbira biex jirnexxilek tgħallem b’dan il-mod u jidher ċar li Ġesù kien jeċċella f’din il-ħila. Millmetodi kollha tiegħu ta’ tagħlim, l-użu tal-parabboli juri kif hu għażel din il-forma ta’ tagħlim biex jaħtaf l-opportunità bl-aħjar mod. Ġesù ried jimmarka fil-memorja tas-semmiegħa tiegħu xeni li ma jintesewx, li jekk jaħsbu fuqhom jaslu biex jifhmu ċerti veritajiet. Tagħlimu kien mimli metafori, tant li ħafna minnhom daħlu fid-diskors tagħna ta’ kuljum, bħal “oqbra mbajda” għal xi ħadd ipokrita.

Il-forma li Ġesù kien juża biex jesprimi t-tagħlim tiegħu jvarja qatigħ. Xi drabi ġrajja kienet tnissel epigramma li tiġbor fil-qosor il-ħsieb tiegħu fuq tema importanti, bħar-rimarka tiegħu fuq it-taxxa fejn qalilhom biex jagħtu “lil Ċesari dak li hu Ċesari u lil Alla dak li hu ta’ Alla” (Mt 22,21). Iżda minkejja li nistgħu nitkellmu fuq ‘forom’ tattagħlim ta’ Ġesù, m’hemmx skemi sterjotipati fit-tagħlim tiegħu. Jekk Ġesù uża metodi retoriċi, dawn ma ħallihomx jiddominaw it-tagħlim tiegħu. Huwa ġieli uża l-metodi Lhud ta’ argumentazzjoni, iżda biex jaqduh għal għan speċifiku. Il-varjetà fil-metodu tat freskezza bla preċedent lit-tagħlim tiegħu. In-nies kienu jisimgħuh b’attenzjoni għax kien jadatta dak li jgħid skont ilħtiġijiet ta’ min qed jisimgħu, minflok ma juża forom konvenzjonali. Ngħidu aħna, kien ikellem lill-Fariżej, li kienu qegħdin jabbużaw mill-privileġġi tagħhom, b’ton ta’ sfida ikbar milli bih kien ikellem lin-nies komuni bħal f’Mattew kapitlu 23, vers 13. Karatteristika oħra tat-tagħlim tiegħu hi li ma tantx kien juża forom astratti. Il-metodi tal-għalliema Semitiċi kienu iktar konkreti milli astratti. Anke meta jitkellem fuq il-Verità u d-Dawl, Ġesù jagħżel eżempji sempliċi biex is-semmiegħa tiegħu jkunu jistgħu jaraw ir-rilevanza tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum: ngħidu aħna, il-musbieħ li mhux postu taħt is-sodda (Mt 5, 15). L-għan ta’ Ġesù kien dejjem li jiġbdilhom l-attenzjoni ħa jdaħħlilhom ideat li jistimulawhom ikomplu jaħsbu. 15


Katektika

IL-MOD TA’ RAĠUNAR TA’ ĠESÙ Kull tagħlim għandu l-għan li jkun mifhum. Ġesù kien juża ħafna forom ta’ ħsieb u metodi ta’ argument loġiku li s-semmiegħa setgħu jifhmu. Ħafna drabi kien juża l-analoġija biex huma jifhmu veritajiet spiritwali. Billi n-nies malajr jifhmu kemm missier jimpurtah mill-ġid ta’ wliedu, Ġesù seta’ jfissrilhom kemm iktar Alla, bħala Missier, jimpurtah minn uliedu l-bnedmin (Mt 7, 10). Għal Ġesù, id-dinja fiżika tipprovdi mudelli biex bihom nifhmu dik spiritwali. Ir-ragħaj li jieħu ħsieb in-ngħaġ tiegħu huwa mudell ħaj tal-kura li r-Ragħaj it-Tajjeb jieħu tal-poplu tiegħu (Ġw 10, 1). Metodu komuni ieħor kien l-argumentum ad absurdum. Meta akkużawh li jkeċċi x-xjaten bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten, Ġesù uża dan il-metodu biex jagħlqilhom ħalqhom u jgħallem lis-semmiegħa tiegħu xi ħaġa profonda. “Kif jista’ xitan ikeċċi xitan?” sfidahom (Mk 3, 23). Dawk li akkużawh, fiehmu kemm kienet assurda l-akkuża li għamlulu. L-istess bit-tixbiha tal-irqajja’ fuq il-mantar u tal-inbid f’damiġġani qodma tal16

ġild (Mk 2, 21. 22), Ġesù ried juri l-assurdità tagħhom li jippruvaw jillimitaw it-tagħlim ġdid tiegħu għal forom skaduti tal-passat. B’dawn il-metodi ried juri s-superfiċjalità fil-mod kif kienu jaħsbu. Metodu ieħor kien l-argumentum ad hominem, li joħroġ mill-premessi li jagħmel ir-rival tiegħek, argument użat ħafna fid-diskussjonijiet bejn ir-rabbini. Ġesù kien jistaqsi lissemmiegħa tiegħu jew iwieġeb billi jagħmel mistoqsija hu. F’iktar minn okkażjoni waħda, b’ħila kbira, kien jagħlaq ħalq dawk li ppruvaw idaħħluh f’nasba. Meta l-Kittieba u l-Fariżej qagħdu jfittxu x-xagħra fl-għaġina għax id-dixxipli kienu jaqtgħu ż-żbul tal-qamħ nhar ta’ Sibt, Ġesù staqsiehom jekk qrawx x’kien għamel David meta ġie f’sitwazzjoni simili (Mk 2, 23-27). Hemm iktar okkażjonijiet fejn Ġesù wriehom kemm ma jafux l-Iskritturi tagħhom: bħal meta rrefera għat-tagħlim ta’ Mosè fuq id-divorzju (Mt 19, 3-6). Ġesù ġieli uża wkoll l-argumentum a fortiori, minn xi ħaġa żgħira għal

xi ħaġa ikbar. Bħal meta għallem fuq kemm Alla jagħti lill-bnedmin dak li jitolbuh billi xebbhu ma’ missier li jitgħaxxaq jagħti r-rigali lil uliedu (Mt 7, 11). Jew bħal meta qal li Alla jieħu ħsieb anki tal-ħaxix selvaġġ biex juri kemm aktar jieħu ħsieb tal-bniedem (Mt 6, 30). L-istess metodu ġieli applikah bil-kontra, bħal meta ħasel riġlejn id-dixxipli u sfidahom jagħmlu bħalu għax il-qaddej mhuwiex aqwa minn sidu (Ġw 13, 14.15). Ġesù għallem ħafna wkoll bil-metodu ta’ mistoqsija u tweġiba. Uża ħafna l-mistoqsija retorika bħal meta staqsa, “Jekk tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas ikollkom?” (Mt 16, 26). Mistoqsija penetranti li ċċaqlaq lil min qed jisma’ biex ifittex tweġiba. Ħafna drabi, Ġesù ma kienx jistenna tweġiba imma jassumiha. Ġesù ried parteċipazzjoni mentali mis-semmiegħa tiegħu. L-EŻEMPJI Fost l-iktar metodi ta’ tagħlim importanti użati minn Ġesù hemm l-eżempji (jew illustrazzjonijiet) verbali u viżwali, b’mod speċjali l-użu talmetafora. Ngħidu aħna, uża ħafna


metafori mill-ġisem uman biex iwassal verità spiritwali. L-agħma fiżiku kien eżempju ta’ agħma iktar serju tar-ruħ (Ġw 9, 39-41). Il-jasar politiku jindika l-jasar tar-ruħ (Ġw 8, 31-36). Ġesù kien josserva ħwejjeġ żgħar u jużahom biex jiċċara t-tagħlim tiegħu. Għasfur tal-bejt ifakkrek fl-imħabba t’Alla (Mt 10,29). Is-siġar huma eżempju ta’ jekk wieħed ikunx kiber jew le spiritwalment (Mt 7, 17.18). Eżempji bħal dawn jibqgħu fil-moħħ ħafna iktar minn argumenti astratti. Tagħlim bla eżempji qisu dar bla twieqi: jista’ jkollha ħafna teżori imma qatt ma tarahom. Ġesù xi drabi juża metafori li ma tistenniex, bħal meta jiddeskrivi l-inutilità ta’ ħajja mgħixa mingħajr Alla bil-metafora tad-demel (Lq 14, 35), u tal-ħuta tinten (Mt 13, 47). Dawn l-eżempji mill-ħajja ta’ kuljum, li jaħsdu u jixxukkjaw lin-nies biex jaħsbu bis-serjetà, kienu karatteristika tal-pedagoġija ta’ Ġesù. Xi uħud milleżempji huma qawwija anki llum, bħall-qawl “Tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer” (Mt 7, 6). Il-varjetà ta’ eżempji li jagħti għalliem tirrivela ħafna fuq l-għalliem. Fil-każ ta’ Ġesù turina moħħ konxju ħafna tal-ambjent tiegħu, kemm kien jinnota ħwejjeġ insinifikanti biex jiċċara veritajiet profondi. Jidher ċar li Ġesù kien iħobb il-kampanja u r-raba’ għax iġib ħafna eżempji minnhom. Seta’ juża l-figura tal-madmad għax seta’ ħadem minnhom fil-ħanut ta’ mastrudaxxa (Mt 11, 29.30). Kien josserva n-negozjanti jipprattikaw is-sengħa tagħhom u uża dan fit-tagħlim tiegħu

(Mt 13, 45. 46). L-istess għamel bissajjieda u l-ħallelin. IL-PARABBOLI Il-metodu ta’ tagħlim ta’ Ġesù huwa kkaratterizzat mill-parabboli. Bħala mezz ta’ tagħlim, il-parabbola hija mmirata biex tgħin lill-moħħ jaħseb f’xeni, fi stampi, għax tippreżenta verità bażika permezz ta’ storja sempliċi. Il-parabboli ta’ Ġesù huma partikolari wkoll għax tant huma qosra. Ħafna azzjoni fi ftit kliem, bħal tas-Sammaritan it-Tajjeb (Lq 10, 29). Proprju għax huma qosra tiftakarhom. L-essenza tal-metodu tal-parabboli titlob trama (plott) li ma tkunx ikkumplikata. Il-karattri jidhru fix-xena bla ma jidħlu f’xulxin. M’hemmx overlapping. Bħal filParabbola tal-Iben il-Ħali, fejn ilmissier, l-iben iż-żgħir, u l-iben il-kbir isiru fokalizzati f’punti differenti tal-parabbola. Ftit insibu dettalji fix-xena u dawn mhumiex essenzjali għall-interpretazzjoni. Ta’ edukatur prim li kien, Ġesù għażel l-iktar mezz sempliċi, l-istorja, biex iwassal ideat li kienu stimolu għar-riflessjoni għall-iktar imħuħ profondi. IL-PERSONALITÀ TA’ ĠESÙ Xi edukaturi jistrieħu fuq il-metodu eċċellenti tagħhom u ma tantx jagħtu kas tal-impatt li l-personalità tagħhom tħalli fuq min jismagħhom. Għalliema oħra jużaw il-personalità tagħhom għax jemmnu li ġaladarba għandhom relazzjoni tajba malistudenti tagħhom, dawn jitgħallmu aħjar. Ġesù rnexxielu jgħaqqad dawn

it-tnejn flimkien. Meta jitkellem, kien jitkellem b’awtorità. Ma kellux dubju mill-validità ta’ kliemu. Kien jitkellem b’tant ċertezza li anki r-rivali tiegħu kienu jistagħġbu. Dan jikkuntrasta ma’ ħafna tagħlim kif isir illum, b’mod suġġettiv. Ġesù kien wieħed mill-ftit edukaturi, jekk mhux l-uniku, li wara li poġġa ideal etiku għoli, irnexxielu jwettqu perfettament. Huwa mudell perfett għal min irid isegwih. Anke meta għallem xi ħaġa li tidher impossibbli, bħal li tħobb lill-għedewwa tiegħek (Mt 5, 44), huwa wera kif billi ħafer lil min sallbu. F’tagħlimu hemm umanità kbira. M’hemm xejn kiesaħ jew astratt. Xi tagħlim tiegħu kellu xejra umoristika bħal meta semma l-ġemel li jgħaddi minn għajn ta’ labra jew it-travu fl-għajn (Mt 19, 24. 23, 24). L-umoriżmu huwa strument leġittimu biex tikkomunika t-tagħlim. Ġesù kellu messaġġ li mhux biss issodisfa l-ħtiġijiet tan-nies ta’ żmienu, iżda wkoll tal-bnedmin ta’ kull żmien li kienu lesti li jisimgħu t-tagħlim tiegħu.

REFERENZI: 1 Gunthrie, Donald, Jesus, A History of Religious Educators, Elmer L. Towns (Editur), Liberty University, 1975. 2 Smith, Barry D., Jesus as Teacher and Pedagogical Method, www.mycrandall.ca, 2013.

17


Fr Reuben Gauci

BIEX INWASSLU

MESSAĠĠ SĦIĦ Hemm ħafna x’wieħed jesplora fil-ministeru mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Wieħed irid jibda minn dak li hu essenzjali, li ngħinu lil kull persuna tikber fl-ispirtu ta’ Ġesù. Fl-aħħar artiklu f’din is-sensiela dwar il-pastorali mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, irriflettejt fuq żewġ elementi minn diversi dimensjonijiet ta’ kif niċċelebraw, nikbru u nwasslu l-ispirtu ta’ Ġesù qalb iż-żgħażagħ

18

u bħala żgħażagħ fil-komunità Nisranija u fid-dinja. Il-komunità Nisranija tilqa’ liż-żagħżugħ u tgħinu jimxi l-vjaġġ tal-fidi f’Ġesù qalb irrealtajiet tad-dinja. Il-komunità hija l-ispazju fejn ngħixu l-fidi tagħna f’Ġesù fil-prattika għax “minn dan jagħrfukom li intom dixxipli tiegħu, li tħobbu lil xulxin” (Ġw 13,35). Huwa essenzjali li t-tmexxija ta’ din il-komunità tkun bħat-tmexxija ta’

Ġesù li “ġie biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi” (Mt 20,28). L-iżvilupp tat-tmexxija msejjes fuq il-fiduċja f’Alla huwa element importanti li ż-żgħażagħ jikbru fih biex jipparteċipaw fil-komunità li qed jikbru fiha. L-Evanġelizzazzjoni u katekeżi Din il-komunità b’sejħa kontinwa li tixbah iktar lil Alla Trinità tissaħħaħ


billi tkun mibnija dejjem aktar fuq il-Kelma ta’ Alla, Alla li sar bniedem u li hu t-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa u li hu l-Aħbar it-Tajba għallħolqien kollu. Ġesù stess qalilna biex inwasslu l-Aħbar it-Tajba sa truf l-art kollha. Dan il-proċess li nsejħulu l-Evanġelizzazzjoni, inwassluh ukoll mal-adolexxenti u maż-żgħażagħ filħajja tagħhom ta’ kuljum. Fil-ktieb The Challenge of Catholic Youth Evangelisation, maħruġ minNational Federation for the Catholic Youth Ministry tal-Istati Uniti talAmerika fl-1993, naqraw li l-punt tattluq tal-ministeru tal-evanġelizzazzjoni huwa r-rikonoxximent li l-preżenza ta’ Alla hija diġà fiż-żagħżugħ, flesperjenzi tagħhom, fil-familji, u fil-kultura. Permezz tal-Inkarnazzjoni ta’ Alla, permezz ta’ Ġesù, l-Insara huma konvinti li Alla hu preżenti filkreazzjoni u permezz tal-kreazzjoni kollha, u b’mod speċjali fl-umanità. Għalhekk, l-Evanġelizzazzjoni tgħin liż-żgħażagħ biex jikxfu u jagħrfu l-esperjenza ta’ Alla li diġà huwa attiv u preżenti f’ħajjithom. Din tipprovdi ftuħ biex jilqgħu l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesù Kristu. Ir-relazzjonijiet bejn il-persuni, l-elementi kollha tal-ministeru tagħna mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u l-programmi kollha li nfasslu għandhom iwasslu l-Aħbar it-Tajba. Dan jinkludi wkoll li nimpenjaw irwieħna f’li nkunu xhieda li s-Saltna ta’ Alla qiegħda hawn fl-art permezz ta’ Ġesù u li nistiednu liż-żgħażagħ biex jisimgħu fuq il-Kelma ta’ Alla li saret laħam u li naqsmu l-Aħbar tas-Saltna ta’ Alla.

Il-fidi, li tiġi mis-smigħ u missmigħ tal-Kelma t’Alla, tkompli tapprofondixxi ruħha matul il-ħajja tal-persuna. Fil-ministeru tal-katekeżi mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ wieħed jirrikonoxxi li f’dan il-proċess, irridu nippreżentaw l-elementi tal-fidi Kattolika b’mod addattat skont l-età, l-interessi u l-bżonnijiet tagħhom. L-għarfien tal-fidi Kattolika jsir ukoll billi wieħed jitgħallem ilkontenut l-aktar importanti tal-fidi Kattolika bħall-professjoni tal-fidi, iċ-ċelebrazzjoni tal-Misteri qaddisa, il-ħajja ta’ Ġesù u t-talb Nisrani. Dawn jipprovdu pedament sod biex il-fidi tkun tista’ tikber. Huwa aspett importanti f’dan il-proċess kateketiku, fejn qed jgħin lill-persuna tikber fil-fidi tul ħajjitha billi tgħaqqad u tintegra l-għarfien tat-tagħlim talKnisja mal-ħajja ta’ kuljum. IT-TALB U L-QIMA Din l-integrazzjoni tgħin biex in-Nisrani jgħix il-fidi tiegħu

b’mod sħiħ. Aspetti importanti filministeru tagħna huma l-element tat-talb, is-servizz u l-ġustizzja, u l-kura pastorali tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. L-esperjenza ta’ Alla li sseħħ fil-mument meta l-qalb tal-persuna tkun miftuħa għall-preżenza ta’ Alla fit-talb hija essenzjali kemm għal dawk li qed jaħdmu f’dan il-ministeru u anke mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. It-talb, bħal kull komunikazzjoni bejn il-bnedmin, jinkludi diversi aspetti, bħal dak personali, komunitarju, formali u informali u talb f’diversi realtajiet. Madankollu aktar ma nagħrfu n-natura tat-talb u ngħixuha, inkunu qed inħallu l-ministeru tagħna jiġi integrat filpreżenza ta’ Alla. B’hekk nagħrfu dejjem iżjed xi jrid Alla minna kemm fil-ħajja tagħna personali u kemm fil-komunità. L-għatx għattalb u t-talb innifsu huwa don minn Alla. It-talb huwa patt bejn Alla u l-bniedem, u l-kumpass li jiggwida 19


l-komunikazzjoni mal-oħrajn u l-kumplament tal-ħolqien. Iktar ma t-talb isir importanti, aktar ilministeru maż-żgħażagħ isir talba fih innifsu u mhux it-talb ikun parti miżjuda mal-kumplament ta’ dak li qed nagħmlu. Il-youth leader, ilkatekist jew il-prefett jinkludi l-ferħ, in-niket, il-qtigħ ta’ qalb, ix-xewqat u l-preokkupazzjonijiet fi ħdan Alla fit-talb. Jitlob għaż-żgħażagħ u mażżgħażagħ. Jgħallimhom jitolbu biex huma jitolbu fil-ħajja personali u komunitarja tagħhom. Fuq kollox permezz tat-talb qed naffermaw li hu Alla li beda din ir-relazzjoni ta’ mħabba ma’ min qed jaqdi u min qed jiġi moqdi. Huwa Alla l-ħaj li jkompli jsalvana b’mod li xi drabi nifhmuh u drabi oħra le. IL-ĠUSTIZZJA U L-KURA PASTORALI Aktar ma nidħlu l-ġewwa firrelazzjoni ma’ Ġesù, aktar qalbna ssir tixbah lil tiegħu, qalb ħelwa

20

u umli, qalb li mhux biss tħoss għall-bnedmin imma li tmidd idha biex taħfer, tfejjaq u tinkoraġġixxi. Il-qalb ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, tħeġġeġ il-qalb ta’ dawk involuti f’dan il-ministeru biex jikkuraw il-persuni afdati f’idejhom. Il-fidi ssejħilna wkoll biex naħdmu għall-ġustizzja, li naqdu lil min hu fil-bżonn, li nġibu l-ġustizzja, li niddefendu l-ħajja, id-dinjità u d-drittijiet ta’ ħutna l-bniet u subien kollha. Din hija s-sejħa ta’ Ġesù, l-isfida tal-profeti u t-Tradizzjoni ħajja tal-Knisja. Għalhekk huwa imperattiv li nrawmu lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ jagħrfu li parti missejħa li nkunu dixxipli missjunarji ta’ Ġesù huma l-ġustizzja, is-servizz u l-Advocacy. Dan ma jinkludix biss billi nesponuhom għad-diffikultajiet li qed jesperjenzaw il-persuni ta’ madwarhom. Għandna ngħinu liżżgħażagħ biex huma jkunu aġenti ta’ bidla tas-sitwazzjonijiet li qed

iġibu din it-tbatija u l-oppressjoni talpersuni. Servizz dirett bħall-volontarjat f’realtajiet ta’ faqar kemm Malta u madwar id-dinja, azzjoni favur ilġustizzja u li nkunu vuċi għal dawk li qed ibatu sabiex inġibu bidla b’mod konkret. Din tinkludi wkoll formazzjoni ta’ kif wieħed jinfluwenza l-policies biex it-tagħlim soċjali tal-Knisja jingħex aktar. Flimkien huma jaqdu bħala għodda b’saħħitha sabiex jagħmlu s-Saltna ta’ Alla aktar reali fi żminijietna. KONKLUŻJONI X’ħa ngħidu lill-Mulej għal dak kollu li qed jafdalna? Infaħħruh fit-talb u bl-aħjar għemil tagħna u fl-istess ħin nafdaw kollox f’idejh. Nitolbuh sabiex jurina r-rieda tiegħu u l-bidla personali u tal-komunitajiet tagħna biex inwassluh liż-żgħar tiegħu – tfal, adolexxenti u żgħażagħ – li hu jħares lejhom b’ħarsa ta’ mħabba sabiex jagħtihom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra (Ġw. 10,10).


Edward Wright

IL-VALUR U L-METODOLOĠIJA

TAL-EDUKAZZJONI RELIĠJUŻA F’DINJA SEKULARI U PLURALISTA

IS-SORSI TAL-PEDAGOĠIJA TAL-EDUKAZZJONI RELIĠJUŻA KATTOLIKA (CRE) Il-pedagoġija tal-Edukazzjoni Nisranija Kattolika (CRE) għandha għalhekk tliet sorsi prinċipali li jsawruha u li minnhom hija sostnuta kontinwament. Dawn huma: Ir-Rivelazzjoni Divina L-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika (CRE) tħares u tirrifletti kontinwament u profondament dwar kif Alla juri lilu nnifsu lill-bniedem

fl-Iskrittura u l-modi differenti ta’ kif jedukah gradwalment biex permezz ta’ dan l-għarfien divin, il-bniedem jagħraf aktar lilu nnifsu, il-missjoni tiegħu fid-dinja, u l-għanijiet tależistenza tiegħu. Dan l-għarfien jasal fil-milja tiegħu fil-persuna ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla li jsir bniedem biex juri lill-bniedem it-triq lejn Alla li hu l-Verità. Ġesù kien l-għalliem per eċċellenza, pedagogu uniku, li għandu ħafna x’jgħallimna dwar kif aħna nistgħu nwasslu u nittrażmettu dak li nemmnu fih.

Ix-Xjenzi Umani u Soċjali L-Edukazzjoni Nisranija Kattolika jeħtieġ li tkun imdawla wkoll mix-xjenzi umani u soċjali (storja, antropoloġija, filosofija, ekonomija, soċjoloġija, politika, psikoloġija). L-għan prinċipali ta’ dawn huwa dak li jifhmu aktar lill-bniedem, mhux biss x’jikkostitwih u jagħmlu

21


Studju

Jekk Alla jrid, fil-ħarġiet li jmiss ta’ dirrivista, ser ngħarbluhom f’aktar dettall, u nitkellmu dwar l-implikazzjonijiet tagħhom għas-suġġett tal-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika fil-kuntest tal-klassi.

dak li hu (identità personali) imma wkoll l-oriġini tiegħu, il-mistoqsijiet fundamentali li jsaqsi u l-esperjenzi li jgħaddi minnhom u l-impatt talinterpretazzjoni tagħhom fuq ħajtu. Jistudjaw ukoll il-post u r-rwol talbniedem fis-soċjetà u r-relazzjonijiet tiegħu mal-oħrajn. L-istudju talpsikoloġija huwa partikolarment sinifikanti għall-metodoloġija u l-pedagoġija tal-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika għax jagħti lill-edukatur ilpossibbiltà li jifhem aħjar u japprezza aktar id-dinja ta’ kull student, x’jagħmel lil kull student uniku u d-differenzi bejn l-istudenti bħallisfond familjari, soċjali u kulturali, il-kapaċitajiet u l-ħiliet intellettwali u tekniċi, it-tipi u forom differenti ta’ intelliġenza, il-karattri varji, l-istil ta’ kif nies differenti jitgħallmu affarijiet ġodda, eċċ).

xjentifika, jiġifieri waħda li tkun imsawra fuq prinċipji effettivi ta’ pedagoġija kostruttiva, fejn l-istudenti jkunu dejjem fiċ-ċentru tal-proċess tat-tagħlim, ikunu l-protagonisti prinċipali tat-tagħlim tagħhom li fih ikollhom sehem attiv. Dan jesiġi lil kull għalliem biex jitgħallem it-tekniki u l-ħiliet fliddisinjar u l-ippjanar tal-lezzjonijiet, b’mod li l-għanijiet ta’ kull lezzjoni jaslu għand l-istudenti b’mod effettiv, interessanti u attraenti. Dan l-ippjanar jeħtieġ li jwassal ukoll lill-istudenti biex jaħsbu u jirriflettu b’mod kritiku, biex b’hekk dak li jitgħallmu jservihom għal ħajjithom, għax jifhmu tabilħaqq issiwi prattiku tiegħu f’sitwazzjonijiet differenti li jiltaqgħu magħhom u f’deċiżjonijiet importanti li jkollhom jieħdu f’kull stadju tal-ħajja.

L-Ippjanar u l-Iddisinjar tat-Tagħlim L-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika jeħtieġ li jkollha pedagoġija

Dawn huma t-tliet pilastri li fuqhom tistrieħ kull Edukazzjoni Reliġjuża Nisranija u t-tliet għejun li minnhom tieħu l-identità proprja tagħha.

22

IL-VALURI PRINĊIPALI FIT-TAGĦLIM TAL-EDUKAZZJONI RELIĠJUŻA KATTOLIKA Fid-dawl tal-għanijiet tal-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika msemmija qabel, kull sillabu tas-suġġett għandu jippromwovi valuri fundamentali u mill-aktar importanti għas-soċjetà. Wieħed jista’ jsib dawn il-valuri fissillabi l-ġodda tal-Edukazzjoni Reliġjuża li ħarġu u għadhom ħerġin f’Malta (speċjalment is-sillabi msawra fuq ilLearning Outcomes Framework). Dawn huma: L-Imħabba Din hija l-aktar karatteristika importanti tan-Nisrani, li minnha toħroġ u fuqha hija msawra l-identità Nisranija. Kulma n-Nisrani jagħmel għandu jkun imqanqal mill-imħabba li Alla wera lill-bniedem permezz ta’ Ġesù Kristu. L-istudenti għandhom mhux biss jiġu mgħallma dwar din l-imħabba imma fuq kollox għandhom jarawha u jħossuha fina, jitgħallmu kif jistgħu jesperjenzawha flimkien u ma’ xulxin, u jitgħallmu kif u għalfejn għandhom jgħixuha fis-soċjetà u fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. L-Ugwaljanza fid-Diversità L-aktar twemmin fundamentali li fuqu tinbena kull Edukazzjoni Reliġjuża Nisranija huwa dak li l-bniedem huwa maħluq fuq l-istess sura u xbieha ta’ Alla. Għaldaqstant, minkejja li l-bnedmin huma maħluqa differenti (raġel u mara,


karattri u personalitajiet differenti), għandhom l-istess dinjità ta’ wlied Alla, maħluqa fuq ix-xbieha tiegħu. Fittwemmin Kattoliku, Alla huwa Wieħed (Unità) fi tliet Persuni distinti minn xulxin u ndaqs fid-divinità, il-misteru tat-Trinità Qaddisa. Għalhekk Alla tal-Insara huwa ċelebrazzjoni tal-Unità fid-Diversità. Id-differenzi bejn l-individwi huma għalhekk rifless tan-natura eterna u infinita ta’ Alla. Minn din il-verità wieħed jista’ japprezza wkoll id-diversità ta’ doni li l-Ispirtu ta’ Alla jagħti lil persuni differenti, għall-ġid tal-komunità kollha kemm hi. Għaldaqstant kull persuna għandha tingħata rispett indaqs, u dan jiġi muri permezz ta’ valuri bħalma huma l-ġustizzja soċjali, l-inklużjoni u d-demokrazija. Is-Sens ta’ Komunità Dan is-suġġett jgħin ukoll lil kull student jiskopri l-kapaċitajiet, id-doni u l-inklinazzjonijiet tiegħu u jħossu apprezzat mill-oħrajn għal dawn kollha.

B’hekk jikber fl-istima tiegħu nnifsu permezz ta’ kull komunità/grupp li jħoss fih/a sens ta’ appartenenza u fejn jiġi mifhum, apprezzat u rrispettat għal dak li hu aktar milli għal dak li għandu jew li jista’ joffri. L-istudent, għalhekk, jitgħallem juża d-doni u t-talenti tiegħu għasservizz tal-oħrajn. Mhux biss, imma jitgħallem ukoll l-importanza talvaluri tar-responsabbiltà u s-sens ta’ solidarjetà ma’ min hu l-aktar dgħajjef. Il-Familja Fl-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika, l-istudent jitgħallem li l-familja kif ħalaqha Alla, bħala komunità ta’ mħabba bejn raġel u mara li tnissel l-ulied u trabbihom fid-dawl tal-liġi ta’ Alla u l-imħabba tiegħu, hija mwettqa mill-Patt ta’ mħabba li Alla għamel mal-bniedem, speċjalment permezz ta’ Ġesù Kristu. Din il-verità tesiġi mill-miżżewġin li jittrażmettu

lil uliedhom il-valuri tas-sagrifiċċju personali, il-maħfra, il-fedeltà, is-sens ta’ impenn dejjiemi u l-imħabba vera li tkun dejjem lesta biex tingħata. Il-Kultura tal-Ħajja L-Edukazzjoni Reliġjuża għandha l-obbligu li teduka għar-rispett tal-ħajja f’kull forma u f’kull stadju tagħha, mill-konċepiment sal-mewt. Minħabba f’hekk, f’dan is-suġġett l-istudenti jkollhom l-opportunità li jitkellmu dwar u jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi bħall-abort, ewtanasja, ġenoċidji u gwerer, pornografija u forom żbaljati ta’ sesswalità, kontraċettivi, eċċ, li kollha huma parti mill-kultura talmewt. Is-suġġett jagħtihom iċ-ċans li jifhmu l-implikazzjonijiet ta’ dawn ir-realtajiet u oħrajn fuq kull individwu u fuq is-soċjetà inġenerali. Fuq kollox, ikollhom iċ-ċans li jaħsbu fuq kif huma jistgħu jkunu aġenti tal-kultura favur il-ħajja.

23


Il-Katekisti Jistaqsu

Anthony Dimech

IL-MISTOQSIJA

OĦT IL-GĦERF Kif tifforma għat-talb? Xi kultant, aħna bħala katekisti, niltaqgħu ma’ ġenituri jew anke sħabna stess li jistaqsuna din ilmistoqsija: Kif se ngħallmu lit-tfal jitolbu? Xi ġenituri u anke katekisti jsibuha xi ftit diffiċli li jgħallmu lit-tfal jitolbu, speċjalment lit-tfal iż-żgħar. Issib min isibha diffiċli biex jorganizza laqgħat ta’ talb għat-tfal, minħabba li xi wħud mit-tfal ma jissaportux iktar minn ftit minuti. Xi kultant, meta nitolbu lit-tfal jitolbu, huma dejjem jgħidu l-istess talb. Ser insemmi xi raġunijiet x’inhi r-relazzjoni tal-Maltin mat-talb: » moħħna mxerred wisq: qed ngħixu f’dinja mimlija ħsejjes; hawn tant ħwejjeġ li jolqtu s-sensi tagħna, naraw, nisimgħu u nieħdu sehem f’tant varjetà ta’ affarijiet; m’għadniex kapaċi nikkonċentraw. » nuqqas ta’ ħin: ħajja mgħaġġla wisq; skola, privatijiet, tisjir, tindif, radju, televiżjoni, attivitajiet. » m’għandniex bżonn lil Alla: hawn xi wħud jaħsbu li jgħixu mingħajr Alla; oħrajn qatgħu qalbhom mit-talb għax ma qalgħux dak li talbu, jew talbhom ma nstemax. » it-talb sar rutina: quddiesa filgħodu; talb qabel u wara ikel, talb malqawmien u qabel l-irqad; talb meta 24

jkollna lil xi ħadd marid; it-talb sar ħaġa ta’ rutina, ta’ drawwa; induru lejn Alla biss meta jkollna bżonnu. » it-talb hu relazzjoni: għal xi wħud it-talb hu relazzjoni ta’ mħabba bejn il-bniedem u Alla.

X’INHU T-TALB? It-talb hu ħafna aktar milli titlob għall-bżonnijiet tiegħek. Hu ħafna aktar milli ċċaqlaq xufftejk. It-talb hu djalogu bejn tnejn li jitkellmu ma’ xulxin, jisimgħu lil xulxin, iħobbu lil


xulxin. Qegħdin nitolbu kull meta ħsibijietna u qalbna nerfgħuhom lejn Alla; kull meta nduru lejn Alla u nersqu lejh bħala wliedu. Dan kollu, xi drabi nistgħu nesprimuh bilkliem, xi drabi bil-ġesti, drabi oħra bil-kliem u bil-ġesti flimkien; xi drabi nistgħu sempliċiment inqiegħdu ruħna fis-skiet quddiem il-preżenza t’Alla. Ġesù qalilna hekk dwar ittalb: “U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu. Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħallpagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom” (Mt. 6,5-8). Biex it-talb ikun tajjeb: » jeħtieġ li jkun ġej minn ħajja ta’ fiduċja f’Alla bħala Missier tagħna – l-Ispirtu s-Santu jgħallimna nittamaw f’Alla u nsejħulu “Abba Missier” (Rum. 8,15); » jeħtieġ li jkun magħqud ma’ ħajja ta’ ġustizzja u mħabba lejn l-oħrajn – “Mela jekk tkun qiegħed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja tella’ l-offerta

tiegħek” (Mt. 5,23-24); » ħajja ta’ dispożizzjoni li wieħed jagħmel ir-rieda t’Alla – filMissierna ngħidu: “Ikun li trid Int kif fis-sema hekkda fl-art”; » ikun ġej minn ġewwa, mill-qalb – it-talb tal-Pubblikan kien aċċettat minn Alla vis-à-vis it-talb talFariżew. KIF SE NGĦALLMU LIT-TFAL JITOLBU? Li wliedna jitgħallmu jitolbu hija waħda mill-aktar ħwejjeġ importanti

IT-TALB HU DJALOGU BEJN TNEJN LI JITKELLMU MA’ XULXIN, JISIMGĦU LIL XULXIN, IĦOBBU LIL XULXIN. QEGĦDIN NITOLBU KULL META ĦSIBIJIETNA U QALBNA NERFGĦUHOM LEJN ALLA fl-edukazzjoni reliġjuża tagħhom. Jekk jirnexxilna ngħallmuhom ħafna fuq ħwejjeġ t’Alla u ma ngħallmuhomx jitolbu, inkunu għallimna ftit wisq. Biss, jitolbu ma jfissirx li jafu jgħidu bl-amment ilkliem tat-talb minn barra, iżda fuq kollox jafu jesprimu ħsibijiethom u mħabbithom lejn Alla. Importanti li fit-talb it-tfal jiltaqgħu m’Alla u jkellmuh bħala wliedu.

Biex tifel jitgħallem jitlob kemm il-ġenituri kif ukoll il-katekisti jridu jagħtuh stampa sabiħa t’Alla – Alla li dejjem iħobbna; Missier li jħobb, Missier il-Ħniena u li qatt mhu se jirrabja magħna. It-tifel irid jara s-sbuħija u t-tjieba t’Alla u b’hekk jinġibed lejh u jibda jħobbu. Quddiem is-sbuħija u t-tjieba t’Alla, it-tifel iħoss il-bżonn li jkellmu u jiftaħ qalbu miegħu. It-talb hu ferħ u sliem bħal kull laqgħa bbażata fuq l-imħabba. Dak kollu li jagħmel lit-tfal xi ħaġa ta’ kastig, ta’ dwejjaq, ta’ għajjat, għandna naraw kif inneħħuh. Ftit punti importanti dwar it-talb u t-tfal: » Nevitaw talb li fih kliem jew esperjenzi li t-tifel għadu ma jistax jifhem – inħeġġu lit-tfal jitolbu fi kliemhom. » Ngħallmuhom talb bl-amment – dan għadu moda! – importanti li nispjegaw il-kliem ħalli wieħed jifhem xi jkun qed jgħid. » It-talb m’għandux ikun twil ħafna – talb twil idejjaq lit-tfal – l-aħjar talb qasir u mibni fuq l-esperjenzi tagħhom. » It-tfal ikollhom sehem attiv fit-talb permezz tal-kliem u tal-ġesti. » Ngħallmu l-importanza tassilenzju lit-tfal. » Ngħallmu lit-tfal li jistgħu jitolbu f’ħinijiet fissi – filgħodu malqawmien, filgħaxija qabel jorqdu, qabel u wara l-ikel. » Inħeġġu lit-tfal għall-quddiesa. » Ngħallmu lit-tfal jitolbu waħedhom jew flimkien ma’ ħaddieħor. 25


Atlas

Mario Zerafa

TARSU

Ma jistax jonqos li kif tisma’ dan l-isem mill-ewwel jiġi f’moħħok l-isem ta’ Pawlu, għaliex kien proprju f’din il-belt li twieled dan ilqaddis kbir. Tarsu hija belt fit-Turkija madwar 20 kilometru bogħod mill-baħar. Fi żmien San Pawl kienet belt kbira u importanti, u kienet il-kapitali taċ-Ċiliċja. Ma ninsewx li fi żmien ir-Rumani, it-Turkija kienet għadha mhix iffurmata. Il-post kien jissejjaħ l-Asja Minuri u kien maqsum f’ħafna provinċji bħall-Kappadoċja, Ċiliċja, Lidja, Pontus, Galazja u Pamfilja. 26

Il-belt kibret minħabba li kienet fi triq ideali għall-kummerċ peress li viċin il-Baħar Mediterran u x-Xmara Berdan. Il-klima ta’ dan ir-reġjun hija simili ħafna għal dik ta’ Malta, jiġifieri sħana kbira fis-sajf u kesħa krudila fix-xitwa. L-istorja ta’ din il-belt tmur lura għal żmien il-Preistorja fejn instabu evidenzi ta’ villaġġ żgħir. Probabbli dawn l-ewlenin nies kienu bdiewa għax dawn in-naħat huma fertili ħafna. Nafu wkoll li l-belt intrebħet mill-Assiri u dawn kienu jsejħulha Tarsisi. Bosta studjużi fl-antik kienu

tal-fehma li din il-belt kienet l-istess belt fejn il-profeta Ġona pprova jaħrab minn Alla, jiġifieri Tarshish. Għalkemm hemm xebh bejn iż-żewġ ismijiet, madankollu llum l-istudjużi bibliċi kollha jaqblu li Tarshish ta’ Ġona hija proprjament Tartessos fi Spanja u mhux Tarsu. Wara l-Assiri, il-belt intrebħet mill-Persjani u wara għaddiet taħt il-Griegi. Kien fiż-żmien Ellenistiku li l-belt kibret fl-importanza tagħha. F’dan iż-żmien inbniet ukoll librerija kbira li kellha aktar minn 200,000 manuskritt. Din il-librerija kienet


TARSU

tħabbatha ma’ dawk famużi ta’ Ateni u Lixandra. Fis-sena 67 wK, il-Ġeneral Pompew għamel rebħa kbira fuq il-pirati Ċiliċji li kienu qed jimpestaw l-ibħra u jħarbtu l-kummerċ. Huwa għaqqad iċ-Ċiliċja mal-Imperu Ruman u Tarsu saret il-belt kapitali tal-provinċja. Iċ-ċittadini ta’ Tarsu kienu tant eżemplari li kollha ngħataw iċċittadinanza Rumana. Tiftakru kif f’okkażjoni minnhom San Pawl kien ser jiġi msawwat mir-Rumani wara li nqala’ l-inkwiet fit-tempju ta’ Ġerusalemm u qalilhom li kien ċittadin Ruman. Kif iċ-ċenturjun sar jaf b’dan, beża’ u ma sawtu xejn. Dan kien privileġġ li kellhom biss iċċittadini Rumani. Iċ-ċittadini Rumani kellhom bosta privileġġi oħra, fosthom li jappellaw direttament għand l-Imperatur u jmutu mewta dinjituża bix-xabla u mhux imsallba ma’ salib. Nafu wkoll li Marku Antonju u Kleopatra bdew jibnu flotta kbira qrib Tarsu u li għexu għal xi żmien

hemmhekk ukoll. Eventwalment tilfu l-gwerra kontra Awgustu Ċesari u għamlu suwiċidju t-tnejn. It-twelid ta’ Sawlu jissemma flAtti. Nafu li tfulitu għaddieha hemm u li meta kiber mar jistudja Ġerusalemm. Wara l-konverżjoni tiegħu reġa’ mar Tarsu u għex għal xi żmien hemm sakemm ġie jarah Barnaba u ħeġġu biex imur miegħu bħala missjunarju. Minn dak iżżmien ’il quddiem ma nafux jekk reġax mar f’raħal twelidu. L-ewwel isqof li nafu bih huwa Elenju. Jidher li Tarsu mill-ewwel żminijiet kienet ċentru talKristjanità. Ma nafux min wassal il-fidi hawn, jista’ jkun Pawlu stess u jista’ jkun xi appostlu jew missjunarju ieħor. Tarsu tat ukoll xhieda tal-fidi b’ħafna martri fosthom il-qaddisin Pelaġja, Bonifaċju, Ġulilla, Diomede u Kirinu. Fis-sena 361 wK, l-Imperatur Ġuljanu xtaq jagħmel Tarsu l-kapitali tiegħu fil-Lvant. Biss, il-ħolma tiegħu sfumat fix-xejn meta miet sentejn wara. Il-ġisem tiegħu kien midfun

ħdejn il-ħitan tal-belt. Lejn l-aħħar żmien tal-Imperu Ruman, il-belt waqgħet f’telqa kbira u n-nies naqsu sew. L-Imperatur Biżantin Ġustinjanu rrestawra l-belt mill-ġdid. Fis-sena 630 wK, il-belt waqgħet f’idejn l-Għarab. L-Imperatur Heraclius, biex ma jagħtix sodisfazzjon lill-Għarab, kisser parti kbira millbelt u b’hekk ħasra li tlifna ħafna monumenti storiċi. Madankollu sal-lum min imur Tarsu għadu jista’ jara xi ftit monumenti antiki saħansitra ta’ żmien Pawlu jew qablu, fosthom il-famuża arkata ta’ Kleopatra. Tarsu hija belt sinjura fl-istorja antika tagħha imma għalina l-Insara hija belt providenzjali għaliex minnha ħareġ wieħed millaqwa qaddisin tal-Kristjanità.

REFERENZI: 1. Atti 6:5. 2. Atti 21.

27


Riżorsi

MIL-LIBRERIJA

Karmenu Borg

Syngamy or Karyogamy? Interfaces between Ethics and Science in Human Fertilisation – Michael Asciak

Għalkemm it-titlu jista’ jidher diffiċli u s-suġġett huwa wieħed ikkumplikat, naħseb li dan il-ktieb huwa topiku u ta’ min iqisu. Hekk kif pajjiżna jinsab jiddiskuti l-liġi tal-iffriżar tal-embrijuni, żgur li d-diskussjoni ser tqum fix-xhur

li ġejjin. Essenzjalment, il-qalba tal-argument hija meta tibda l-ħajja. Dr Asciak juża l-argumenti kollha li tipprovdi x-xjenza u l-filosofija sabiex iwieġeb din il-mistoqsija. Ikolli nammetti li dan mhux ktieb ħafif, iżda s-suġġett mhux wieħed

ħafif lanqas. Li hu żgur hu li bl-età, meta wieħed jara u jgħarbel kollox, joħroġ il-valur tal-ħajja. Joħroġ ukoll il-bżonn li dan il-valur jiġi protett u li minkejja kollox wieħed ma jistax ma jammirax l-għerf ta’ min lest li jiddefendi dan il-prinċipju.

THE WISE MAN FROM THE WEST – VINCENT CRONIN Ktieb ieħor li xorta għadu topiku, minkejja li pjuttost ilu miktub, huwa The Wise Man from the West ta’ Vincent Cronin. Dan il-ktieb jirrakkonta l-ħajja ta’ Matteo Ricci, missjunarju Ġiżwita Taljan li fis-seklu 16 irnexxielu jaddatta ruħu għall-ħajja Ċiniża tant li spiċċa uffiċjal għoli fil-qorti tal-imperatur. L-istorja ta’ Ricci hija waħda valida għal-lum ukoll. Iċ-Ċina hija potenza importanti fuq livell dinji, u ħafna mill-prattiċi u l-etikett li

jmexxu bih għadhom l-istess bħal dak tal-qorti imperjali Ċiniż. Iżda fuq kollox, il-ħajja ta’ Matteo Ricci hija waħda dwar kif l-Evanġelju ta’ Ġesù inkarna f’kultura li tista’ tidher tant barranija għal dik li fiha kien magħruf. It-tensjonijiet u l-kunflitti ideoloġiċi ta’ dak iż-żmien jidhru flimkien mal-eroiżmu talmissjunarji Ġiżwiti li minkejja kull diffikultà wasslu l-Kelma ta’ Kristu anke fl-ibgħad postijiet.

Warriors of the Lord: The Military Orders of Christendom – Michael Walsh Suġġett affaxxinanti huwa dak tal-Ordnijiet Militari fi ħdan il-Knisja Kattolika. Li jkollok Ordni reliġjuż u militari fl-istess waqt tista’ tidher kontradizzjoni, madankollu wieħed irid jifhem mhux biss il-kuntest taż-żmien iżda wkoll il-kultura li fih seħħew dawn il-ġrajjiet. Michael Walsh jagħti storja dettaljata iżda li fl-istess ħin tinftiehem min-nies li mhumiex storiċi iżda biss interessati fis-suġġett. Huwa jagħti sfond storiku u teoloġiku tal-qawmien ta’ dawn l-Ordnijiet. Interessanti d-deskrizzjoni li jagħti tat-tliet Ordnijiet prinċipali: 28

» L-Ospitallieri, dawk li llum insejħulhom Kavallieri ta’ Malta, li bdew bħala Ordni jmexxi sptar f’Ġerusalemm u spiċċaw gwerriera kbar; » It-Templari li twaqqfu fuq regola miktuba minn San Bernard u li maż-żmien tant saru sinjuri li l-istess re ta’ Franza organizza l-qerda tagħhom; » It-Tewtoniċi huma Ordni Ġermaniż li beda fl-Art Imqaddsa u kompla jiġġieled bosta gwerer kontra l-popolazzjonijiet pagani tal-Baltiku u l-Ewropa tal-Lvant.

Ma’ dawn iżid bosta Ordnijiet oħrajn żgħar speċjalment fi Spanja u l-Portugall li tqabdu mal-Misilmin f’pajjiżhom u wara taw sehemhom flesplorazzjoni tal-Amerika u l-Afrika. Huwa ktieb interessanti li jogħġob lil dawk li huma dilettanti tal-istorja u fl-istess waqt iġiegħlek taħseb dwar kemm hija kompatibbli l-gwerra u l-vjolenza mat-twemmin fi Kristu s-Sultan tal-Paċi. Għal aktar informazzjoni żur

www.sdclibrary.org


ĊENTRU TAR-RIŻORSI

Albert Mercieca SEGRETARJAT GĦALL-KATEKEŻI, L-ISTITUT KATTOLIKU, IL-FURJANA

ELLEN P. CAVANAUGH LIVING THE WORKS OF MERCY SAINT MARY’S PRESS

Dan il-ktieb huwa ta’ użu għall-għalliema, diretturi għalledukazzjoni reliġjuża, katekisti u dawk kollha li għandhom x’jaqsmu maż-żgħażagħ. Fih erbatax-il sessjoni, kull waħda minnhom tinvolvi l-adolexxenti b’mod attiv, fiżiku, mentali u ta’ talb fuq waħda mill-opri talħniena b’diversi modi: tagħrif fuq l-Iskrittura fejn tidħol il-ħniena; suġġerimenti għal proġetti fi gruppi; aċċess għal siti relatati fuq l-internet; gwidi għal diskussjoni; riproduzzjoni ta’ materjal għallużu fi gruppi; kuntatt mal-istorja u t-tradizzjoni Kattolika; sensiela ta’ talb emottiv. Fih ukoll żewġ temi għall-irtiri: ‘Ġesù misterjuż’ u ‘Kristu jħares lejna bi mħabba’. Dan hu xogħol li jgħin lill-adulti jressqu lill-adolexxenti lejn l-esperjenza umana u l-Kelma ta’ Alla. Huwa riżorsa li biha ż-żgħażagħ jistgħu jaslu jifhmu x’sens u dimensjoni għandha l-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tagħhom, sfida li taf twassalhom jittraduċu dan id-djalogu sagru f’azzjonijiet li jistgħu jbiddlu d-dinja.

TEMPLE GRANDIN

THE JEWISH CARDINAL

DVD

Din hija l-istorja straordinarja ta’ Jean-Marie Lustiger, iben immigranti Pollakki-Lhud li baqa’ jżomm l-identità kulturali tiegħu ta’ Lhudi, anki wara li kien ikkonverta għall-Kattoliċiżmu f’età żgħira u wara li kien ordnat qassis. Avvanza b’mod l-aktar mgħaġġel fil-ġerarkija tal-Knisja. Lustiger kien appuntat Arċisqof ta’ Pariġi mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Permezz ta’ din il-kariga ħa l-inizjattiva biex jiċċelebra u jimmanifesta b’mod aktar miftuħ ir-rwol tiegħu ta’ qassis Kattoliku-Lhudi. Dan akkwistalu kemm ħbieb kif ukoll għedewwa minn kull qasam. Meta s-sorijiet Karmelitani bdew jibnu kunvent ġewwa Auschwitz, Lustiger isib lilu nnifsu medjatur bejn iż-żewġ komunitajiet. B’hekk fl-aħħar seta’ jagħżel postu.

A SONG OF THE HEART

DVD

DVD

Temple Grandin tpinġi stampa ta’ mara mimlija perseveranza u determinazzjoni waqt li tkun qiegħda tiġġieled ma’ kundizzjoni ta’ awtiżmu, f’perjodu meta din ilkundizzjoni kienet ftit li xejn magħrufa. Il-film jeħodna mill-ewwel mumenti ta’ analiżi: iż-żmien imħarbat meta kienet l-iskola; id-dedikazzjoni li rċiviet mingħand ommha, zijietha u l-għalliem tagħha tax-xjenza; u l-mod kif saret mara magħmula b’sensibilità ġewwinija u għarfien tal-istint annimalesk. L-awtiżmu taha viżjoni u hi tat vuċi lilu.

Maryann Lowrey, mara sabiħa, għamja u għalliema tal-mużika ġewwa Milford Conservatory of Music, togħġobha l-ħajja kwieta u komda ma’ Oliver, il-ħabib u l-ġar tagħha li kien romol. Meta darba waħda, il-famuż mużiċista Gregory Pavan iżur dan il-Konservatorju biex jirrikordja album ġdid, jara f’Maryann talent mistur u moħbi, u jwegħidha ċelebrità u jikkonvinċiha biex tieħu riskju u tagħmel operazzjoni biex tiġi tara. Hekk kif tinbet l-imħabba bejniethom, Maryann tiskopri mument ta’ grazzja u tinduna li kultant il-vera mħabba tinsab quddiem għajnejk, lesta biss biex tkun skoperta.

Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tar-Riżorsi tas-Segretarjat għall-Katekeżi OTTUBRU-MEJJU FILGĦODU FILGĦAXIJA

It-Tnejn 9:00 - 12:00 Magħluq

ĠUNJU-SETTEMBRU FILGĦODU 9:00 - 12:00 FILGĦAXIJA Magħluq

It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Ġimgħa 9:00 - 12:00 9:00 - 12:00 Magħluq 9:00 - 12:00 17:30 - 19:30 Magħluq 17:30 - 19:30 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq


Magazin bil-Malti

għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@sdcmuseum.org

www.facebook.com/xehda


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.