Gwida għal min jgħallem

Page 1

għal min jgħallem

ARTI:

Il-Ħniena tal-Missier STUDJU:

Il-Lingwi tal-Kultura Tagħna RIFLESSJONI:

Familjarità mal-Kelma ta’ Alla

ID-59 VOLUM  |  IT-TIENI ĦARĠA  |  MARZU - APRIL 2016


1.

Editorjal

Il-ħdax-il Kmandament: Inxandru l-Bxara t-Tajba Alan Bonello

2.

Il-Mixja Liturġika

Rigali u Talenti Mariosa Micallef

6.

Minn Idejn l-Artist

Il-Ħniena tal-Missier Vince Mangani

8.

Psikoloġija

Il-Psikoloġija fix-Xandir tal-Kelma Fr Dunstan Xuereb

10. TIM EDITORJALI Joseph Bonnici, Alan Bonello u Kurt Miceli

Steven Mifsud li kkoreġa t-test, lis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għallkontribut u l-għajnuna li dejjem joffri u lill-kontributuri li b’sagrifiċċji personali għamlu din il-ħarġa possibbli.

16.

DISTRIBUZZJONI

18.

Din ir-rivista tista’ tinxtara mill-ħwienet ta’ Librerija Preca u Emmaus, minn Faith Hope and Charity fil-Belt Valletta u miċċentri kollha tal-M.U.S.E.U.M.

Blata l-Bajda

VERITASPRESS

Ħaż-Żabbar

Studju

Il-Predeċessuri tal-Konċilju Vatikan II Storja

Il-Pingwin ta’ Waħdu Joseph Bonnici

20.

Riflessjoni

Dixxipli fit-Tielet Millennju Fr Kevin Schembri

22.

gwida@sdcmuseum.org

Tassew Martri ta’ Żmienna

Fr Joe Inguanez

SENA - 6 ĦARĠIET

GRAFIKA STAMPA

Xhieda

Robert Aloisio

ABBONAMENTI

€10 (Bl-Idejn)  €12 (Bil-Posta) €2 (Ħarġa waħda)

Il-Lingwi tal-Kultura Tagħna Dr Nadia Delicata

14.

HAJR LIL

Studju

Sena tal-Ħniena

Is-Sitt Verbi tal-Ħniena Francesco Pio Attard

24.

Il-Katekisti Jistaqsu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Anthony Dimech

26.

għal min jgħallem Pubblikazzjoni tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M.

www.sdcmuseum.org

Atlas

Id-Dekapoli Mario Zerafa

28.

Riżorsi

Mil-Librerija Karmenu Borg u Albert Mercieca


Editorjal

Il-ħdax-il Kmandament: Inxandru l-Bxara t-Tajba Ħafna jirraġunaw li aħjar tkun Nisrani u ma tgħidx milli tgħid li inti Nisrani imma tgħix ħajja li ma tantx tixhed dan. Jgħidu dan qisu qed jipprattikaw xi virtù ta’ awtentiċità speċjali. Jirraġunaw qisu l-fidi kienet xi ħaġa li tista’ tipprattikaha b’mod privat. Biex isaħħu l-argument jikkwotaw kliem Ġesù fil-Vanġelu meta jgħid li meta titlob, idħol fil-kamra ta’ ġewwa, fil-moħbi. Ma jindunawx li Ġesù hawn mhux jitkellem fuq kif ngħixu l-fidi tagħna imma kemm nippruvaw nidhru ta’ nies perfetti. Imma aħna nafu li dan mhux minnu. Il-fidi tagħna hi ħajjitna, fis-sens li f’kulma nagħmlu, il-marka tal-fidi tagħna trid tidher. L-Insara jridu jispikkaw. Ġesù jsejħilna biex inkunu bħal belt fuq muntanja u dawl li jixgħel madwaru. M’għandix dubju

li kull wieħed u waħda minna jipprova jagħmel dan mill-aħjar li jista’ imma forsi fadlilna xi ħaġa li qed taħarbilna. Fiċ-ċentri tagħna jiġu l-maġġoranza tat-tfal u taladolexxenti kif ukoll numru sabiħ ta’ żgħażagħ u ta’ ġenituri. Kemm qed jirnexxilna nwassluhom li jgħixu din is-sejħa li jkunu dawl għal dawk ta’ madwarhom? Fil-laqgħat tagħna kemm qed inħeġġuhom jgħixu ħajja ta’ veri dixxipli ta’ Ġesù? Jew inkella kuntenti li jkunu jafu l-Kredu u l-Att tal-Indiema? Huwa importanti li jkunu jafu x’tgħallem il-Knisja, imma dan mhux biżżejjed. Irridu mmorru pass aktar ’il quddiem u nara li dak li tgħallmu qed iħalli l-marka fihom. “Morru fid-dinja kollha xandru l-Bxara t-Tajba.” Dawn huma l-aħħar kliem li

Ġesù jgħid fl-Evanġelji. Din il-missjoni ma ħallihiex lill-appostli u dawk li komplew il-ħidma tagħhom bħallisqfijiet u s-saċerdoti. Din is-sejħa Ġesù qed jagħmilha lill-Knisja kollha, millkbar saż-żgħar. U ċ-ċentri tagħna jridu jkunu djar li fihom tinħass din is-sejħa li kulħadd għandu sehem minn din il-missjoni. Fuq kollox ejjew nuru li din ilBxara ma tixxandarx biss bil-kliem imma l-aktar li tinxtered b’dak li nagħmlu.

Nagħlaq bi kwotazzjoni famuża tal-Papa Pawlu VI meta qal li d-dinja llum ma tantx għandha bżonn għalliema imma xhieda, u jekk tisma’ mill-għalliema, dan tagħmlu għax huma xhieda. Ejjew naħdmu biex barra li nkunu aħna xhieda tal-Evanġelju, dawk li jgħaddu miċċentri tagħna jkunu huma wkoll xhieda tal-Bxara t-Tajba. 1


Mariosa Micallef

RIGALI U TALENTI 2


Il-Mixja Liturġika

D

in hija ċelebrazzjoni ta’ ferħ li tgħin lit-tfal jaraw li huma rigali mingħand Alla u li Alla żejjen lil kull wieħed u waħda minnhom b’ħafna talenti u kwalitajiet sbieħ. Alla fl-imħabba tiegħu lil ħadd ma ta t-talenti kollha, biex b’hekk kulħadd għandu ċerti limitazzjonijiet u għandu bżonn lil ħaddieħor. B’dan il-mod ta’ qsim ta’ kapaċitajiet tinbena relazzjoni bejnietna u armonija fl-ambjent fejn inkunu. It-tfal jindunaw ukoll li minħabba li nkunu qegħdin inħallu lil ħaddieħor jgħinna fejn aħna dgħajfa, flimkien nistgħu naslu li nagħmlu aktar milli kieku waħedna. Qabel din iċ-ċelebrazzjoni nistgħu nagħtu lit-tfal karti maqtugħa f’forma ta’ rigal. Fuq quddiem jiktbu isimhom u l-kliem ‘Jiena rigal ta’ Alla’ u fuq wara jiktbu x’talenti għandhom. Għal din iċ-ċelebrazzjoni jkollna bżonn: » Il-Bibbja » Santa tat-Trinità » Qoffa bil-karti forma ta’ rigali li jkunu għamlu t-tfal » Xemgħa kbira tixgħel u oħrajn żgħar skont in-numru ta’ tfal » Mużika » Il-qari

Nibdew b’innu li jafu t-tfal. Radd tas-salib. Illum inġbarna biex niftakru li l-ħajja tagħna hija speċjali u prezzjuża. Kull ħajja hija rigal mingħand Alla u fl-istess ħin hija rigal għal dawk kollha li niltaqgħu magħhom. San Pietru jgħid hekk, “Kull wieħed minnkom jgħix skont id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn; hekk tkunu amministraturi tajbin talgrazzja ta’ Alla, li hi ta’ ħafna xorta.” Flimkien ser nirringrazzjaw lil Alla għal dan ir-rigal u nitolbuh jibqa’ magħna, nitolbuh ukoll jgħinna biex inkunu ta’ għajnuna lil xulxin f’din il-mixja tal-ħajja. Nibdew billi nfaħħru lil Alla ħallieq ta’ kollox b’dan is-Salm. SALM 104 R/. Bierek, ruħ tiegħi, ’il-Mulej! Bierek, ruħ tiegħi, ’il-Mulej! Mulej, Alla tiegħi, int kbir bil-bosta! bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes, bid-dawl inti mkebbeb bħal b’mantell. R/. Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bil-għerf int għamilthom, 3


Il-Qaddisin: rigali mingħand Alla

mimlija hi l-art bil-ħlejjaq tiegħek. Bierek, ruħ tiegħi, ’il-Mulej. R/. Il-ħlejjaq kollha minnek jistennew li tagħtihom l-ikel tagħhom f’waqtu; inti tagħtihom, u huma jiġbru, tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid. R/. Jekk teħdilhom nifishom imutu, u lejn it-trab jerġgħu jmorru. Meta tibgħat l-Ispirtu tiegħek, jinħalqu; w inti ġġedded il-wiċċ tal-art. R/. Aħna lkoll rigali ta’ Alla. Xi wħud imgeżwrin sabiħ, għalhekk jidhru sbieħ. Oħrajn ma huma xejn speċjali. Hemm oħrajn li fil-posta tqattgħatilhom il-karta ta’ barra. Iżda l-ippakkeġġjar mhux ir-rigal. Xi kultant nagħmlu dan l-iżball. Kemm-il darba t-tfal iż-żgħar jieħdu gost bl-ippakkeġġjar aktar milli dak li hemm ġewwa! Xi kultant ir-rigal niftħuh bla problema ta’ xejn; oħrajn ikollna bżonn l-għajnuna. Jien persuna, għalhekk jiena rigal ukoll. L-ewwel u qabel kollox jien rigal għalija nnifsi. Il-Mulej tani dan ir-rigal tal-ħajja. Imma jien ħarist sewwa biex nara x’hemm f’dan ir-rigal? Forsi nibża’? Forsi għax ma naċċettahiex li jien rigal? Forsi naħseb li ġewwa hemm xi ħaġa li ma nistennihiex? Min-naħa l-oħra forsi naf li jien rigal sabiħ. Għax kif jista’ jkun li Alla ma jagħtix rigal sabiħ? Jien jogħġbuni r-rigali li naqla’ mingħand oħrajn, allura kif jista’ ma jogħġobnix dan li ġej mill-Missier? 4

U jien ukoll rigal għall-oħrajn. Imma qiegħed inħalli lili nnifsi ningħata għall-oħrajn? Jew inħallihom jaraw biss l-ippakkeġġjar ta’ barra... qatt ma jistgħu jgawdu r-rigal? Kull laqgħa ma’ oħrajn għandha tkun waħda fejn naqsmu dawn ir-rigali.

l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.”

Il-ħbiberija hija relazzjoni bejn persuni differenti li jaraw lil xulxin kif fil-fatt huma: rigali mingħand Alla għal xulxin. Ħabib mhuwiex rigal għalija biss, iżda permezz tiegħi jasal għand oħrajn ukoll. Meta nżommu għalija biss inkun qed intellfu milli jingħata għall-oħrajn.

Il-Kelma tal-Mulej Tifħir lilek Kristu

Il-persuni huma rigali, rigali li nirċievu u ngħadduhom lill-oħrajn, bħalma ngħata l-Iben. Minbarra li l-ħajja tagħna hija rigal, aħna mżejna wkoll b’ħafna kwalitajiet sbieħ. Il-ġenituri u l-għalliema għenuna niskopru dak li nafu nagħmlu. Dawn il-kwalitajiet sbieħ ingħatawlna biex aħna nużahom kemm għall-ġid tagħna kif ukoll għal tal-oħrajn, b’hekk inkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor, inkunu bħal dawl għalihom. Aktar ma nikbru aktar niskopru min aħna u nagħrfu aktar it-talenti differenti li hemm ġo fina.

Naħsbu ftit dwar dan il-qari waqt li nisimgħu din id-diska u naraw kif aħna nistgħu nkunu ta’ dawl u għajnuna għall-oħrajn. Wieħed wara l-ieħor ser noħorġu minn postna u nixegħlu xemgħa u npoġġuha quddiem is-santa tat-Trinità biex nuru li aħna nixtiequ nkunu ta’ dawl u rigal għall-oħrajn.

Inqumu bilwieqfa biex nisimgħu l-Kelma ta’ Alla.

Nitolbuk Mulej biex tmexxina inti biex inkomplu naqdu lilek u lilloħrajn bi mħabba akbar. Għallimna nagħrfu li dak li għandna u dak li aħna huwa rigal mingħandek. Inti tajtna dan kollu għax tħobbna. Inti ma tixtieqx li nżommu dan kollu għalina, imma tridna naqsmuh ma’ ħaddieħor, lanqas ma trid li naħbuh “taħt is-siegħ”. Inti tridna nkunu amministraturi tajba ta’ dan kollu biex nibnu l-Ġisem tiegħek. San Pawl jgħidilna li aħna ġisem wieħed li “fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed”.

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (5,14-16) “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu

Mulej, inti żejjintna b’tant kwalitajiet sbieħ; xi wħud għadna lanqas biss skoprejniehom. Aħna nemmnu li dawn it-talenti mhux ġejjin mingħandna iżda mingħandek.


Il-Mixja Liturġika

Iftħilna għajnejna għal dak li tajtna b’tant imħabba. Agħmel li kif nibqgħu niskopru dak li hemm fina, aħna nibqgħu umli u rikonoxxenti lejk. Agħtina l-kuraġġ biex aħna nagħrfu li ma nistgħux nagħmlu kollox, u li hemm affarijiet li aħna dgħajfa fihom. Agħtina l-għerf biex naċċettaw dak li joffri ħaddieħor biex flimkien naslu nagħmlu aktar milli stajna nagħmlu waħedna. Mulej, għinna nagħrfu li inti tħobbna ħafna. Mexxina inti lejn dak li tixtieq li nsiru. Nitolbu. Agħmel li dejjem nagħmlu l-almu tagħna biex nużaw it-talenti li inti tajtna biex inkunu ta’ servizz għal ħaddieħor. Nitolbu. Biex napprezzaw it-talenti tal-oħrajn u naċċettaw għajnuna fejn aħna dgħajfa. Nitolbu.

Agħtina l-kuraġġ biex nibqgħu niskopru l-kwalitajiet sbieħ li inti żejjintna bihom u nkunu ġenerużi f’dak li nagħmlu. Nitolbu. Agħmel li dak kollu li nagħmlu jkun għall-glorja tiegħek. Ammen. Sabiex nuru li aħna lesti li nħallu lil Alla jmexxina, flimkien ngħidu t-talba ta’ San Franġisk: Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek… Talba tal-għeluq Missier li tista’ kollox, ibqa’ ħu ħsiebna, Ġesù ibqa’ għallimna, Spirtu s-Santu ibqa’ mexxina biex ngħixu l-ħajja skont ix-xewqa ta’ Alla li ħalaqna. Dan nitolbuh b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen. Radd tas-salib.

Wara li nlestu din it-talba, it-tfal jieħdu l-karti forma ta’ rigal biex jiftakru jirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li tahom, u biex jużaw dawn it-talenti biex jaqdu lill-oħrajn. Nispiċċaw b’innu addattat.7

REFERENZI: 1 http://images.clipartpanda.com/christmaslights-coloring-pages-a-present-boxoutline-coloring-page.jpg 2 Int Missier il-ħolqien kollu http://www. iktusmalta.org/BrowseSong.php?song=293 3 1 Pt 4, 10 4 http://www.catholic-forum.com/forums/ showthread.php?20265-Persons-are-Gifts http://www.appleseeds.org/Persons-AreGifts.htm 5 We are, Kari Jobe jew Go light your world, Chris Rice 6 1 Korintin 12,12 7 Iddeċidejt http://www.iktusmalta.org/ BrowseSong.php?song=252

5


Vince Mangani

IL-ĦNIENA

TAL-MISSIER “Għax dan ibni kien mejjet u raġa’ qam, kien mitluf u nstab!” (Luqa 15,24)

Din il-pittura tal-iben il-ħali, jew aħjar kif ġieli smajna, tal-missier ħali fil-ħniena u fl-imħabba, turi xena verament sabiħa u intima. Mhux biss fl-għafsa tal-missier, iżda wkoll l-ambjent li fih qed isseħħ il-laqgħa. Laqatni ħafna l-post. Hija xena ambjentata f’post mhux tas-soltu flarti. Jiena neħodha li l-missier jidher qed iħaddan lil ibnu f’nofs ta’ triq, barra mill-bieb tad-dar. Il-Vanġelu stess jgħidilna li, “Kif kien għadu filbogħod missieru lemħu u tħassru, u b’ġirja waħda mar inxteħet fuq għonqu u biesu” (Lq. 15,20). Warajh fuq il-lemin, jidher raġel ieħor bilwieqfa, kommoss għallaħħar b’dak li kien qed jara. Jidher li bl-ebda mod ma jrid jindaħal f’dan l-att ta’ intimità bejn il-missier u ibnu. Aktar ’il ġewwa, jidhru tlieta min-nies li xirfu mill-bieb ta’ 6

darhom biex isegwu din il-ġrajja, mistagħġbin b’din il-laqgħa mhux komuni ta’ missier li jerġa’ jilqa’ lil ibnu li kien telaq mid-dar ħabta u sabta, qisu qatt ma kien xejn! Wiċċhom jixhed kurżità mħallta ma’ stagħġib. Żgur li n-nies kollha tal-madwar kienu semgħu bil-ġrajja ta’ ibnu ż-żgħir li telaqlu mid-dar u li ħadd ma kien jaf x’sar minnu. Min

jaf is-sefturi li kellu l-missier kemm tkellmu dwar dan. U għalhekk, irritorn qajjem kurżità. Qabelxejn ninnutaw il-kuntrast fl-ilbies tal-missier u l-iben. L-iben jidher bi lbies imċerċer u maħmuġ. Mal-art ħalla l-bastun u kappell, żewġ affarijiet li juru li kien qed jivvjaġġa.


Minn Idejn l-Artist

Xi ngħidu mbagħad fuq il-ħarsa tenera li tidher f’wiċċ il-missier, għalkemm jidher laġenba? L-għafsa ta’ jdejn madwar għonq it-tifel u l-oħra fuq rasu jgħidulna ħafna affarijiet u qed jittrażmettu emozzjoni u tenerezza kbira. Anke l-pożizzjoni tiegħu turi li kien lest jitbaxxa, basta jżommu qribu. Mhux dritt iżda xi ftit inklinat. Għamel x’għamel it-tifel, il-missier kien lest jilqgħu lura. Sabiħ il-wiċċ tat-tifel mitluf f’sider missieru, wiċċ li għalkemm jidher ftit minnu, jidher imbikki iżda wkoll seren. Il-forza li imbuttatu biex imur lura għenitu jkompli jiskopri min verament kien missieru. Iżda fl-istess ħin, donnu qed jistħi jħares f’għajnejn dak li kien tant nikktu bi mġiebtu. Anke l-ħafna ta’ jdejh madwar missieru tfisser ħafna. Kien żgur kuntent b’din il-laqgħa li għamillu missieru: laqgħa mingħajr kundizzjoni. Laqgħa li għalqitlu kapitlu ikrah u bit-tama li jibda wieħed isbaħ minn ta’ qablu. Din ix-xena nħossha tittrażmetti ċerta paċi li żgur tirrifletti l-paċi talqalb wara l-indiema u l-maħfra. WAQT LI TĦARES LEJN DIN IX-XENA… » Kieku int wieħed/waħda minn dawk li qed isegwu x’kien qed jiġri, x’taħseb li kienet tkun ir-reazzjoni tiegħek? » Kieku kellek tkun fid-dar, fejn tixtieq tkun? » X’impressjoni tieħu tal-missier?

1886-1894 Brooklyn Museum, USA

» Wara dan kollu, kif taħseb li tħossok? » Kif ser tibda tħares lejn isSagrament tal-Qrar? GĦAR-RIFLESSJONI… “Fil-parabboli ddedikati lill-ħniena, Ġesù juri n-natura ta’ Alla bħala dik ta’ Missier li qatt ma jgħodd ruħu b’mirbuħ sakemm ma jkunx

xejjen id-dnub u għeleb ir-rifjut, bilkompassjoni u l-ħniena. Nafuhom dawn il-parabboli, tlieta b’mod partikolari: dawk tan-nagħġa l-maħruba u l-munita mitlufa, u dik tal-missier u ż-żewġ ulied.” Misericordiae Vultus, Nru 9 Il-Papa Franġisku

7


Psikoloġija

Fr Dunstan Xuereb

IL-PSIKOLOĠIJA

FIX-XANDIR TAL-KELMA Kollox hu frott it-twemmin. Jekk int temmen fik innifsek, timxi ’l quddiem. Jekk int temmen f’ħaddieħor, tkun kapaċi toħloq relazzjonijiet li jsostnuk. Fuq kollox, jekk temmen f’dak li nissel fik ilfidi, dak li jagħtik kliem u għerf biex tingħaqad u tgħaqqad lill-oħrajn, ser jagħtik ukoll l-għodda biex tifhem, tgħix, u tgħallem il-kelma tiegħu. La l-kelma hija ħajja u qawwija u taqta’ aktar minn xafra b’żewġt ixfar, l-ewwel ħaġa li trid tagħmel meta tieħu f’idejk ir-responsabbiltà li tgħallem u xxandar il-kelma hi li tħalliha ssir parti minnek, biex tmexxik ’il quddiem, tgħaqqdek mal-oħrajn u li ssir għalik għajn ta’ ilma ħaj u musbieħ għal riġlejk.

8

L-GĦAN TA’ ALLA HU LI JIKKOMUNIKA MAL-BNIEDEM Jekk fl-istorja tas-salvazzjoni Alla jibqa’ l-protagonista assolut fixxandir u fit-twassil tal-Kelma, li laħqet il-milja sħiħa tar-rivelazzjoni permezz tal-Inkarnazzjoni tal-Iben, dan għandu jimla kull katekist b’kuraġġ u tama sħiħa, għax kull katekist ħabib u midħla tal-kelma, li jħalliha ssir għajn ta’ ħajja, isir kapaċi li jgħix u jibni ħbiberija ma’ Alla u ħbiberija mal-kelma f’ħajtu. Allura kull katekist jitgħallem b’ħajtu stess kif jgħallem il-mod ta’ kif tgħallem jimita l-mudell ta’ Alla. Il-Mudell li Alla juża hu wieħed. Ilkapaċità ta’ Alla ħanin li jaf jistenna, biex ikellem il-qalb tal-bniedem, fil-

ħin adatt, f’ambjent eżatt, fejn kollox donnu jaqa’ f’postu, fejn Alla jissara mal-bniedem u l-bniedem iħalli ’l Alla jirbħu. L-GĦAN TAL-KATEKISTA HU LI JIKKOMUNIKA MAL-BNIEDEM FUQ ALLA Qatt ma kienet ħaġa faċli li twassal il-kelma. Illum itqal mill-bieraħ, u għada itqal mil-lum. L-esperjenza tal-Knisja wara ż-żewġ gwerer il-kbar inbidlet. Il-mixja postmodernista u l-esperjenza tal-globalizzazzjoni ħolqu sfidi kbar għal dawk li għażlu li jxandru l-bxara t-tajba. Kull katekista jistenna li dawk li jitgħallmu, jaraw it-tagħlim fil-lenti ta’ ħajjithom u kif jistgħu jinkwadraw bil-ferħ


għemilhom, fix-xebh sħiħ tal-Mulej. U dawk li jitgħallmu jistennew katekisti li jkunu kapaċi li jirriflettu fuq il-messaġġ teoloġiku fid-dawl tas-sinjali taż-żminijiet. Fil-kuntest ta’ dan kollu wieħed qatt ma għandu jaqta’ qalbu. Niftakru fil-wegħda u fit-twettiq tagħha bil-miġja talIspirtu tal-Qodos, fil-qawwa tad-doni tiegħu, u fil-wegħda tal-Mulej li jagħti kliem u għerf li ħadd ma jkun jista’ jiqaflu. Dan kollu jwassal biex kull katekist jifhem li mhux biżżejjed li tkun taf tikkomunika tajjeb u effettiv, lanqas mhu biżżejjed li tkun mimli bl-entużjażmu. Irridu nifhmu li qed ngħixu f’dinja li l-informazzjoni informatika qed timxi f’passi mgħaġġla fit-trażmissjoni tal-ideat u l-valuri. Hemm bżonn ħakma talmudell ta’ Alla. Jiġifieri kull katekist għandu bżonn tliet ħwejjeġ: 1. ħakma sħiħa tat-tagħlim li ser iwassal, 2. ħniena u mħabba lejn dawk li qed jitgħallmu, 3. għarfien sħiħ tal-mod ta’ kif ser iwassal dan it-tagħlim fl-ambjent, fil-kultura u fil-livelli kollha li wieħed jinsab. Aħna u ngħixu u nirrelataw ma’ xulxin dan il-proċess ta’ komunikazzjoni jitwettaq dejjem fil-ħajja ta’ kuljum. L-EWWEL: ĦAKMA SĦIĦA TATTAGĦLIM LI SER JITWASSAL Kull katekista jrid ikun fidil għallkelma li qed iwassal, billi jgħix dak li jgħallem u jgħallem dak li jgħix. Kull katekista jrid jemmen b’mod

qawwi tant li jinħass, mhux sempliċiment jirrepeti dak li jaf blamment. Hekk biss il-melħ iżomm l-imluħa tiegħu. Hekk biss tkun konvinċenti, meta tinħass li int taf x’qed tgħid, u li lest tfassal ħajtek fuq dak li qed tistqarr. Kull katekista jrid jgħallem b’qawwa ta’ ċertezza sħiħa. Irid ikun kunfidenti li jaf x’qed jgħid. Li hu persuna responsabbli u ppreparat sa snienu. Li kapaċi jfittex u jikkonsulta f’każ ta’ dubju, u li fuq kollox iħossu komdu fuq dak li qed jgħallem. IT-TIENI: ĦNIENA U MĦABBA LEJN DAWK LI QED JITGĦALLMU Il-qawwa ta’ kull imgħallem hi l-paċenzja li jifhem u li jimxi bilpass tad-dixxiplu. Kull katekista jrid ikun umli biex jaċċetta dak li għandu quddiemu, hu kif inhu. Irid jifhem u jkun empatiku ma’ nies li jew m’għandhomx jew mhux kapaċi għalissa li jifhmu u jintegraw ittagħlim it-tajjeb fil-ħajja tagħhom. Imġiba rispettuża u etika, kordjalità fil-ġesti, fl-għemil u fl-ilbies, jittrażmettu sens ta’ aċċettazzjoni u

mħabba ġenwina, fejn kull persuna tingħata spazju biex titgħallem, tiżbalja u tikber mill-iżbalji, f’ambjent ħieles mill-preġudizzju u n-nuqqas ta’ libertà. IT-TIELET: GĦARFIEN SĦIĦ TALMOD TA’ KIF SER IWASSAL DAN IT-TAGĦLIM FL-AMBJENT, FILKULTURA U FIL-LIVELLI KOLLHA LI WIEĦED JINSAB Kull katekista jrid ikun kapaċi jikkalibra t-tħabbir tal-Kelma lill-udjenza li jkollu quddiemu, u jaħdem biex il-kontenut tal-messaġġ ikun rilevanti għall-kuntest li fih qed tkun mgħallma l-kelma. Dan għandu jsir mingħajr ma jintuża kliem tqil, jew kliem marbut ma’ klassi, kultura u kuntest. F’kultura fejn qed toktor id-diversità u tikber is-soċjetà kosmopolita, il-katekist irid jitħarreġ fl-għarfien tad-diversità kulturali, li tinkludi lingwa, ġesti, ċelebrazzjoni ta’ stil ta’ ħajja u valuri, biex ikun jista’ jħossu komdu li jifhem il-bniedem li jkollu quddiemu b’mod sħiħ, qabel ma jxandar il-kelma lill-bniedem. 9


Dr Nadia Delicata

IL-LINGWI TAL-KULTURA TAGĦNA Fl-ewwel artiklu minn din is-serje ta’ sitt artikli fuq il-pedagoġija tal-media, staqsejt il-mistoqsija, “Imma medium x’inhu?” Biex nibda nwieġeb il-mistoqsija, esplorajt tliet metafori li jgħinuna nifhmu x’inhuma l-media f’ħajjitna: l-ewwel tnejn - il-medium huwa l-mezz li bih ‘nittrasportaw’ l-informazzjoni, u ‘il-medium huwa l-messaġġ’

10

- huma radikalment opposti għal xulxin. Jekk l-ewwel metafora pjuttost tinjora r-rwol tal-medium fil-proċess tal-komunikazzjoni, it-tieni metafora kważi kważi tneżża’ lill-‘messaġġ’, jew dak li qed jiġi kkomunikat, mill-importanza tiegħu. Fil-fatt, it-tielet metafora, it-triq tan-nofs bejn it-tnejn ta’ qabilha, tagħtina ħjiel iktar ċar tal-medium

fl-essenza tiegħu. Il-medium huwa l-esperjenza ta’ komunikazzjoni fiha nnifisha. Jew aħjar: kif il-bniedem qatt ma jiltaqa’ mar-realtà tiegħu b’mod dirett jew immedjat (litteralment ‘mhux medjat’) imma dejjem b’mod ‘medjat’. Il-medjazzjoni primarja hija l-bniedem innifsu bis-sensi u l-intellett tiegħu. Imma l-bniedem jikkrea u jagħmel użu wkoll minn


ħafna teknoloġiji li jwessgħu u japprofondixxu l-esperjenza ta’ medjazzjoni. F’dan is-sens, bħala teknoloġija, kull medium huwa ‘estensjoni’ tal-kapaċitajiet fiżiċi u intellettwali tal-bniedem. F’dan it-tieni artiklu se nitfgħu ftit iktar dawl fuq dan is-sinifikat tal-medium/ teknoloġija bħala ‘estensjoni talbniedem’. Dan se nagħmluh permezz ta’ żewġ metafori importanti oħra: il-medium bħala ‘lingwa’ u l-medium bħala ‘ekoloġija’ umana. IL-MEDIUM HUWA LINGWA Il-metafora ta’ ‘lingwa’ tista’ tidher stramba u astratta. Kif jista’ t-televixin jew l-internet ikunu meqjusin bħala lingwa? Mhux ħafna iktar ovvju li fuq it-televixin jew l-internet huma l-persuni li jitkellmu b’lingwi differenti? U li l-internet jew ittelevixin huma biss mezz kif nisimgħu dak li persuna għandha xi tgħid? Il-metafora ta’ ‘għodda’ jew ‘mezz’ hija fil-fatt simili għall-metafora tat-trasport. Il-metafora tat-trasport tissepara l-messaġġ mill-medium, jew dak li hu kkomunikat mill-kuntest komunikattiv. Bil-maqlub, il-frażi provokattiva ta’ McLuhan, “il-medium huwa l-messaġġ” turina kif il-medium huwa l-kuntest komunikattiv li mingħajru l-komunikazzjoni hija impossibbli. Il-metafora tal-lingwa wkoll timplika l-komunikazzjoni: fuq kollox, aħna kif nikkomunikaw jekk mhux permezz ta’ lingwa? Huwa ovvju li kull lingwa umana hija medium li tikkrea opportunità għall-komunikazzjoni bejn il-persuni li jitkellmuha. Imma huwa daqstant ieħor ovvju li kull medium huwa

lingwa? X’jagħmel social media site, l-internet innifsu, televixin, radju u magazin, lingwi? Biex naraw kif kull medium huwa lingwa, l-ewwel nett irridu nħarsu lejn xi nfissru biha ‘komunikazzjoni’. Bħalma medium mhuwiex biss mezz ta’ trasport tal-informazzjoni, hekk ukoll il-komunikazzjoni mhix biss it-trasferiment ta’ informazzjoni minn persuna għall-oħra. Bl-istess mod, bħalma ‘il-medium huwa l-messaġġ’ għax il-medium għandu effetti fuq il-bniedem innifsu, hekk ukoll il-komunikazzjoni, fis-sens l-iktar profond tagħha, hi t-trasformazzjoni tal-persuna umana. Il-komunikazzjoni vera bejn żewġ persuni hija mhux biss avveniment fejn it-tnejn isiru jafu fuq xulxin imma lil xulxin. Għaldaqstant, il-komunikazzjoni hija avveniment straordinarju proprju għax tnejn jitwieldu mill-ġdid bħala ‘ħbieb’.

Dan is-sinifikat joħroġ ċar milletimoloġija tal-kelma nnifisha. Il-kelma ‘komunikazzjoni’ ġejja mill-kelma Latina communis, li minnha nnifisha hija mibnija minn żewġ frammenti millingwa ħafna eqdem li minna evolvew il-lingwi klassiċi tal-Ewropa u l-Asja: Grieg, Latin u Sanskrit. Il-framment *ko- li jfisser ‘flimkien’ u l-framment *mei- li jfisser ‘li tibdel’, ‘tpartat’ jew ‘tiskambja’, flimkien joħolqu s-sens ta’ communis bħala ‘imħaddan minn kulħadd’ jew ‘b’mod komuni’. Fil-fatt minn communis ħarġu wkoll kliem oħra familjari bħal ‘komunità’ jew ‘komunjoni’ li wkoll jimplikaw ‘dak li l-bnedmin jaqsmu flimkien’ jew ‘jagħmilhom ħaġa waħda’. B’hekk nirrealizzaw li komunikazzjoni sseħħ biss bejn persuni, fil-kuntest ta’ skambju reċiproku li jikkrea realtà ġdida - u allura tassew ‘trasformattiva’ - li hi iktar rikka minn dik ta’ qabel: komunità. Komunikazzjoni tfisser ittrasformazzjoni tal-‘jien’ u l-‘int’ li minn 11


sempliċi individwi, insiru ħaġa waħda: komunjoni ta’ ħbieb. Bħala ħbieb, aħna ma ‘nitilfux’ dak li konna qabel (l-individwalità tagħna): anzi, hija l-individwalità tagħna li tagħmilna realtà soċjali ġdida fejn flimkien insiru kapaċi nagħmlu dak li waħedna, jew separatament, ma stajniex. B’hekk il-komunikazzjoni tippermetti mhux biss il-komunjoni, imma l-kreazzjoni ta’ dak li hu ġid ‘komuni,’ maqsum u mifrux bejn il-membri kollha: ilkultura u kulturi umani. Dan kollu huwa possibbli minħabba l-‘iskambju reċiproku’ li huwa r-ruħ tal-komunità u l-komunikazzjoni. Imma dan l-iskambju, x’inhu? Xejn ħlief il-‘jien’ innifsi u l-‘int’ innifsek bl-istejjer, bl-għerf, bit-tagħlim, bilħolm, bil-kapaċitajiet kollha tagħna. F’kelma waħda, bl-‘ispirtu’ tagħna, spirtu li b’mod l-iktar fundamentali fil-bniedem hu espress u kkomunikat permezz tal-‘kelma’. Huwa bil-‘kliem’ li aħna nesprimu dak li naraw, nisimgħu, niftakru u nħossu… f’kelma waħda, dak kollu li ngħixu u li aħna. 12

Għaldaqstant, il-kelma hija medjazzjoni (medium) prinċipali bejni u r-realtà ta’ madwari. Nagħraf xi ‘ħaġa’ x’tassew ‘hi’ fl-essenza tagħha proprju għax nifhimha, u meta nifhimha, nagħtiha ‘isem’. L-isem, il-kelma li tissimbolizza realtà li jiena naf u nifhem, huwa l-bidu tal-lingwa; u allura l-bidu tal-espressjoni tiegħi nnifsi li jiena nagħżel li naqsam mal-oħrajn. Meta jien naqsam min jien mal-oħrajn, jien nikkomunika. U fil-mument talkomunikazzjoni, jien u int nikkreaw realtà ġdida komuni għalina t-tnejn. Il-komunikazzjoni hi tassew trasformattiva, għax il-‘kelma’ u l-lingwa huma trasformazzjoni tar-realtà jew kuntest li ngħixu fih. Ir-realtà li hi barra minni, issir parti mill-istorja tiegħi, parti intrinsika minni. U wkoll permezz tal-lingwa, dak li ‘jien’ isir parti minnek ukoll. Illingwa tirrifletti l-kapaċità spiritwali u intellettwali tal-bniedem li tagħmlu uniku fost il-ħlejqiet. Huwa għalhekk li fil-Ġenesi, Alla jġib ilbhejjem kollha quddiem Adam biex hu jagħtihom isem (Ġen. 2,19-20). U

meta jagħtihom isem, Adam isir konxju tad-dominju tiegħu fuqhom. Imma jekk il-lingwa hi r-ruħ talkomunikazzjoni, kif naslu għallkonklużjoni li l-media huma lingwi? Dan għaliex bħalma l-media huma estensjoni tal-kapaċitajiet talbniedem li permezz tagħhom jikkrea kuntest ġdid li fih jagħraf u jirrelata mal-oħrajn, hekk ukoll lingwa mhix sempliċiment tesprimi r-realtà: lingwa tbiddel, tgħatti, jew tpoġġi dell fuq ir-realtà, u allura tikkrea realtà ‘ġdida’ li jien nipparteċipa fiha. Lingwi differenti huma metafori u perċezzjonijiet differenti tar-realtà oġġettiva; huma modi differenti kif naraw id-dinja komuni tagħna. Bħalma jekk immiss saqajn l-iljunfant ħa nieħu impressjoni differenti milli jekk immiss widnejh (allavolja ż-żewġ perċezzjonijiet huwa veri anke jekk frammentarji) hekk ukoll il-lingwa: dak li għalija huwa sempliċi ‘abjad’, għall-persuna li tgħix fis-silġ huwa mijiet ta’ xejriet ta’ bjuda differenti li lkoll għandhom l-isem distint tagħhom. Mhux biss għax eskimo kapaċi jarahom u jiena le;


imma proprju għax fil-kuntest kulturali tal-eskimo, il-lingwa hija l-‘għodda’ li permezz tagħha titgħallem tkun attent għad-differenzi sottili li lingwa oħra (li tevolvi f’kuntest ieħor) ma tgħallmekx tagħraf. Hija għal din ir-raġuni li Marshall McLuhan, l-istudjuż talmedia, jgħid li iktar milli ‘il-bniedem jara biex jemmen,’ ‘il-bniedem jemmen biex jara’. Bħal lingwi li jgħallmuk tgħix f’komunità f’kuntest partikolari, hekk ukoll il-media li, bħala estensjonijiet tal-kapaċitajiet sensorjali, intellettwali u spiritwali tal-bniedem, huma pedagoġiji: mezzi ta’ formazzjoni iktar milli biss ta’ informazzjoni - li jgħallmuk mhux biss ‘taqra’ r-realtà mil-lenti distinta tagħhom, imma jgħallmuk tesprimi r-realtà bil-lingwa jew mod distint tagħhom. Kull medium litteralment jagħtina l-opportunità li nesploraw aspett ġdid, mhux biss tar-realtà li ngħixu fiha, imma tagħna nfusna bħala dawk li jirrelataw b’mod intelliġenti mal-ħolqien. IL-MEDIUM HUWA EKOLOĠIJA Wara din ir-riflessjoni dwar il-media bħala lingwi, il-konklużjoni hija pjuttost ovvja li bħalma lingwa hi frott ta’ kuntest kulturali u tikkrea l-kuntest kulturali, hekk ukoll il-media. Proprju għax medium huwa lingwa li biha naqra, nifhem u nikkomunika r-realtà, il-medium jikkrea ambjent ġdid. Dan l-ambjent ġdid ikkreat mill-media - li joffri opportunitajiet ġodda ta’ relazzjoni u ta’ stili ta’ ħajja; li fih ngħixu b’mod komuni għax fih nikkomunikaw kull aspett ta’ ħajjitna huwa l-‘kultura’ umana.

Fi żmien fejn il-media ma kinitx tippermetti komunikazzjoni barra mill-ambjent fiżiku immedjat, il-kultura kienet pjuttost magħluqa u żgħira. Illum li t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni u komunjoni huma globali, naraw kif id-dinja qed tingħaqad f’kultura waħda. Dan ma jfissirx li kulturi lokali qed jispiċċaw. Ifisser biss li dawn qed jitħalltu u jesprimu ruħhom f’ambjent, f’kuntest ta’ kulturi iktar wiesa’. Din il-kumplessità ta’ relazzjonijiet umani, ta’ ħajja umana kollettiva fil-kuntest ta’ teknoloġiji dejjem jinbidlu, ma nistgħux nifhmuha jekk mhux permezz ta’ metafora li hi ugwalment kumplessa. Waħda mill-iktar metafori ta’ relazzjonijiet sistemiċi u kumplessi li l-bniedem jaf bihom hija dik tal-‘ekoloġija’ mislufa mix-xjenzi naturali. Huwa għalhekk li l-media li jikkreaw l-ambjent li jgħix fih il-bniedem ukoll jista’ jitqiesu bħala ekoloġija. Fil-fatt, il-medium innifsu huwa l-ekoloġija, għax il-messaġġ prinċipali li jikkomunika hu l-ekoloġija li jgħix fiha l-bniedem flimkien ma’ ħutu: ekoloġija li hija s-simbolu tat-trasformazzjoni talbniedem stess.

Il-metafora tal-ekoloġija turi biċ-ċar ilkumplessità tar-relazzjonijiet reċiproċi li huma kkreati permezz ta’ lingwi u stili ta’ komunikazzjoni differenti. Ir-realtà kkreata mit-teknoloġija hija l-ambjent uman - l-ambjent ikkreat mill-bniedem stess għalih innifsu. Imma jekk il-bniedem jikkrea l-ambjent li jgħix fih, huwa wkoll minnu li l-ekoloġija umana, jew il-kultura, tikkrea l-bniedem. U meta l-kultura tifforma lill-bniedem tista’ tiffurmah kemm biex ħajtu ssir aħjar u anke biex ħajtu tmur għall-agħar. Hija din ir-raġuni prinċipali għaliex il-bniedem ma jistax ikun passiv, imma jrid dejjem jibni l-kultura tiegħu b’mod responsabbli. Imma biex kultura tkun iffurmata b’mod responsabbli, din timplika li l-bniedem irid mhux biss jaqra s-sinjali taż-żminijiet - sinjali miktuba mill-effetti tal-mediateknoloġija - imma anke jikteb is-sinjali taż-żminijiet biex l-ekoloġija umana tilħaq żvilupp integru u sħiħ. Is-suġġett tal-artikli li jmiss f’din is-serje huwa kif naqraw u niktbu s-sinjali taż-żminijiet bil-ħafna lingwi tal-media li għandna għaddispożizzjoni tagħna llum. 13


Robert Aloisio

TASSEW MARTRI

TA’ ŻMIENNA Fl-4 ta’ Marzu li għadda, fil-Jemen, grupp ta’ rġiel armati għamlu attakk terroristiku fuq dar tal-mistrieħ għallanzjani u persuni b’diżabilità mmexxija mill-Missjunarji tal-Karità, is-sorijiet ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta. Qatlu erba’ sorijiet u ħdax-il persuna oħra. U ħatfu saċerdot Sależjan. Persuni massakrati, forsi minn Al-Qaeda, f’xenarju ta’ gwerra ċivili li ilha tifni lill-pajjiż f’din l-aħħar sena u nofs, u li diġà ħalliet sitt miljun ruħ mejta. Fil-Jemen, l-ifqar pajjiż tal-Lvant Nofsani, hemm jitqabdu indirettament l-Iran u l-Arabja Sawdija, żewġ forzi qawwija u għedewwa kbar ta’ xulxin. Il-belt ta’ Aden tinsab f’idejn il-gvern li hu kontra r-ribelli Houthi. Ilpup jattakkaw lill-ħrief Ma kinitx iebsa għal nies armati biex jattakkaw rifuġju ta’ xjuħ, morda u persuni b’diżabilità. Ilpup jattakkaw lill-ħrief. Fost tant attentati mdemmija li nisimgħu bihom kuljum fid-dinja, dan

14

kien wieħed mill-aktar mistmerra. Qatlu nisa kkonsagrati li jieħdu ħsieb l-iktar nies batuti daqslikieku kienu wliedhom. Qatlu lilhom għax Insara u għax faċilment jintgħarfu mill-veru abjad u ikħal tagħhom. Tlieta missorijiet kienu Afrikani: tnejn mirRwanda u waħda mill-Kenja, u l-oħra Indjana. Dawn flok ħarbu mill-periklu, għażlu li jagħmlu darhom f’dan ilpajjiż ta’ faqar estrem, u jagħtu dar lil min m’għandu l-ebda dar. Dawn l-erba’ sorijiet żgħar żgur ma setgħu jkunu theddida għal ħadd. Ma kinux jirrappreżentaw xi multinazzjonali barranija, jew qawwa tal-għadu, ma kienu jirrappreżentaw xejn għajr il-wiċċ u l-idejn ta’ Kristu, mgħottijin permezz ta’ wiċċhom u ta’ jdejhom lill-ifqar fost il-fqar. Miżerikordja u ħniena mogħtija – kif kienet dejjem tfakkar Madre Tereża – għax naraw lil Kristu

f’kull persuna, f’kull wieħed millimwarrbin tad-dinja. Riskji kbar Dawk is-sorijiet żgur kienu jafu x’riskju kienu qegħdin fih meta għażlu li jibqgħu f’pajjiż mifni bi gwerra ċivili. Kienu jafu x’mibegħda kien hemm tielgħa minn taħt l-art, fit-toroq tal-Jemen. Iżda ma ppruvawx jitilqu. Ma kinux kapaċi jabbandunaw ix-xjuħ tagħhom, dawk ħuthom morda, ma kinux kapaċi jagħlqu l-ospizju u jħalluhom weħidhom f’nofs gwerra feroċi. Issuktaw, taħt il-bumbardamenti u elf periklu, imexxu d-dar tagħhom, jitimgħu lix-xjuħ u lill-morda, jieħdu ħsiebhom, ifarrġuhom. B’reżistenza ġwejda iżda tenaċi kontra l-ħażen; fis-skiet, bil-ħidma ta’ kuljum – isajru, jaħslu, jitolbu – filwaqt li barra kienet u għadha għaddejja traġedja kbira.


Ulied Madre Tereża Dawk is-sorijiet kienu ċerti li hekk kienet tagħmel il-Beata Madre Tereża, li se tkun iddikjarata qaddisa fl-4 ta’ Settembru li ġej. Madre Tereża li kienet tgħid, “L-ikbar don li Alla jista’ jagħtik huwa li jagħtik il-forza li taċċetta kulma jibgħatlek, u r-rieda li tagħtih lura kulma jitolbok”. U xahrejn ilu, dawn l-erba’ sorijiet, bħal ħrief, iffaċċjaw il-mewt bil-“forza li taċċetta kulma jibgħatlek”. Taw ħajjithom lura lil Alla – “tagħtih lura kulma jitolbok.” U forsi, xi mkien, f’dik il-belt, xi ħadd jieqaf daqsxejn u jaħseb fuq l-għażla stramba ta’ dawn il-barranin li ġew hemm biex imutu ħalli jikkuraw ħlejqiet li “ma jiswew” xejn. Għaliex? Għall-imħabba gratwita ta’ Ġesù. U f’xi wħud li raw il-massakru ta’ Aden tibqa’ mistoqsija. L-imħabba gratwita u bla limiti tidher wisq stramba għallbniedem tal-lum, tant li min jiltaqa’ magħha bilfors jistaqsi kif jista’ jkun u għaliex. Huwa l-faxxinu ta’ Ġesù Kristu li jibqa’ misterjuż u ħaj, ’il fuq minn kull orġja ta’ mewt, ’il fuq minn kull vjolenza tal-bniedem. Persuni kbar li bħal qaddejja jew ilsiera jagħżlu li jaqdu lil ħuthom il-bnedmin. L-Aħħar Ittra tas-Sorijiet F’dawn l-aħħar jiem sar magħruf li proprju f’Ġunju li għadda, dawn l-erba’ sorijiet martri kienu bagħtu ittra kommoventi u kuraġġuża lis-sorijiet sħabhom f’Ruma. Din l-ittra tgħid hekk: “Kull darba li l-bumbardamenti jiħraxu aħna nintefgħu għarkupptejna quddiem is- Santissimu Sagrament espost, nitolbu lill-Ħanin Ġesù jħares lilna u lill-foqra tagħna u li jagħti l-paċi

lil dan in-nazzjon. Ma negħjew qatt inħabbtu mal-qalb ta’ Alla għax nafu li dan kollu se jispiċċa. Filwaqt li l-gwerra tissokta aħna nħabblu rasna kemm se jservina l-ikel. Ilbumbardamenti jissuktaw, sparar minn kullimkien, u aħna għandna dqiq biss għal-lum.” “Għada kif se jirnexxilna nitimgħu l-foqra tagħna? B’fiduċja mimlija mħabba u b’abbandun totali, aħna l-ħamsa niġru lejn iddar tal-akkoljenza, anke meta l-bumbardament ikun aħrax. Xi drabi nfittxu kenn taħt is-siġar bħallikieku qishom l-idejn ta’ Alla li qegħdin jipproteġuna. U mbagħad niġru millġdid biex nilħqu lill-foqra tagħna li nsibuhom jistennewna sereni. Huma xjuħ ħafna, xi wħud ma jarawx, oħrajn b’diżabilitajiet fiżiċi jew mentali.” “Mill-ewwel nibdew il-ħidma tagħna, innaddfu, naħslu, insajru bl-aħħar xkejjer ta’ dqiq u l-aħħar fliexken taż-żejt bħall-istorja tal-Profeta Elija u l-armla. Alla qatt ma jista’ jonqos mill-ġenerożità tiegħu sakemm nibqgħu miegħu u mal-foqra. Meta l-bumbardamenti jiħraxu nistaħbew taħt it-taraġ, il-ħamsa li aħna dejjem magħqudin. Flimkien ngħixu, flimkien immutu ma’ Ġesù, Marija, u l-Madre tagħna.” Is-Sorijiet jibqgħu hemm Jumejn wara l-massakru, ilMissjunarji tal-Karità ħabbru li mhumiex se jabbandunaw ilħidma tagħhom fil-Jemen, iżda se jissuktaw “iservu lill-foqra u n-nies fil-bżonn”, għax kif qalu

huma, “Madre Tereża dejjem kienet fl-inħawi l-iktar imbiegħda tad-dinja, indipendentement mis-sitwazzjoni lokali.” Il-popolazzjoni lokali “tħobb lis-sorijiet ta’ Madre Tereża maqtula f’Aden, jammiraw il-mod kif jaqdu lill-oħrajn bla ma jħarsu lejn x’reliġjon iħaddnu, iżda biss li jagħmlu preferenza ma’ min l-iktar għandu bżonn. Dan iqanqal l-imħabba talpoplu. U forsi dan kien qed jagħti fastidju”. Hekk tkellem l-Isqof Paul Hinder, Vigarju Appostoliku għallArabja tan-Nofsinhar li pprova jifhem l-għerq ta’ din il-mibegħda “dijabolika” – kif sejħilha Papa Franġisku – li wasslet għall-massakru ta’ xahrejn ilu f’Mother Theresa’s Home. L-għada tal-massakru, grupp ta’ nies inġabru jipprotestaw quddiem id-dipartiment tas-sigurtà tal-belt kapitali Aden. “In-nies tal-Jemen ma baqgħux indifferenti għall-istraġi li laqtet lis-sorijiet. Il-qtil tagħhom huwa sinjal traġiku tat-tbatijiet talpopolazzjoni kollha tal-Jemen, ta’ gwerra li d-dinja għalqet għajnejha għaliha għal tant żmien.” Il-Globalizzazzjoni tal-Indifferenza Fi kliem il-Papa Franġisku, “Dawn huma l-martri tal-lum! Mhumiex fl-ewwel faċċata tal-gazzetti, mhumiex aħbarijiet: dawn jagħtu demmhom għall-Knisja. Dawn il-persuni huma vittmi tal-attakk ta’ dawk li qatluhom, imma wkoll talindifferenza, ta’ din il-globalizzazzjoni tal-indifferenza, li ma jimpurtahiex. Madre Tereża, akkumpanja lejn is-sema lil dawn uliedek martri tal-karità, u interċedi għall-paċi u r-rispett sagru lejn il-ħajja umana.” 15


Fr Joe Inguanez

Il-Predeċessuri tal-Konċilju Vatikan II Il-Konċilju Vatikan II mhuwiex biss ġabra ta’ dokumenti mill-iżjed importanti tal-Maġisteru tal-Knisja. Min jaħseb hekk jiżbalja, almenu għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett għax jibda jħares lejn il-Konċilju qisu kaxxa magħluqa li m’għandhiex tinfestah qabel ma jgħaddu xi mitt sena bħalma ġara bejn l-Ewwel u t-Tieni Konċilju Vatikan. It-tieni nett, jaqa’ fil-periklu li ma jinterpretax tajjeb id-dokumenti stess tal-Konċilju għax ikun qed joħroġhom barra millkuntest – barra ż-żmien u l-ispazju. Il-Konċilju kien primarjament dak li bl-Ingliż insejħulu event, li mhux tajjeb nittraduċuha bħala ġrajja, għax ma tagħtix it-tifsira sħiħa.

16

Event mhix ġrajja, imma katina, jew konkatenazzjoni ta’ azzjoni, ġrajjiet u nies imdaħħla fiha; meta nitkellmu fuq event irridu nitkellmu fuqha bħal effett ta’ dak li ġie u ġara qablu u warajh. F’din is-sensiela ser nikteb fuq atturi aktar milli fuq atti jew ġrajjiet. Dawn jistgħu jkunu suġġett għal sensiela oħra. Inħoss li ma nistgħux niktbu fuq il-Konċilju Vatikan II jekk ma nitkellmux fuq xi ideat ċentrali talKardinal Ingliż John Henry Newman – li ġie msejjaħ “Missier il-Konċilju Vatikan II” – u s-saċerdot filosfu u teologu Taljan Antonio Rosmini. Fi żmienhom, b’mod u għal raġunijiet differenti kienu ‘suspettati’, wieħed

f’pajjiżu u l-ieħor Ruma, illum ittnejn ġew iddikjarati beati! It-tnejn għexu fl-istess żmien. Newman twieled Londra fl-1801 u miet Birmingham fl-1890, waqt li Rosmini twieled Rovereto, provinċja ta’ Trento, fl-1797 u miet Stresa fl1855. Iżda l-ħsieb tagħhom iltaqa’. It-tagħlim fuq il-kuxjenza huwa wieħed mill-kontributi ta’ Newman. Kulħadd sema’ bil-famuża sentenza fil-ħames kapitlu tal-ittra lid-Duka ta’ Norfolk, “I shall drink – to the Pope, if you please, – still, to Conscience first, and to the Pope afterwards.” Il-kitba ta’ Newman fuq il-kuxjenza ma tistax ma tfakkrekx fuq il-ktieb Trattat talKuxjenza Morali ppubblikata fl-1839.


Dak li hu ċentrali fil-ħsieb ta’ Rosmini hu l-mod kif inżewġu l-fidi u r-raġuni. Dwar dan nistgħu ngħidu l-istess dwar Newman. Fl-Apologia pro Vita Sua, insibu rakkont tat-taqbida intellettwali li kellu dwar fidi li tmur ’l hinn mill-intellett. Min-naħa l-oħra Rosmini kellu ħerqa għar-riforma tal-Knisja, espress b’mod qawwi fil-ktieb tiegħu ddedikat lill-kleru Kattoliku Delle cinque piaghe della santa Chiesa. Fuq dan l-aspett insibu lil Newman fuq l-istess linja. Waqt li ġedded l-enfasi fuq l-awtorità talKnisja, Newman saħaq u ħeġġeġ il-bżonn tar-riforma tal-Knisja Anglikana li tagħha kien membru importanti qabel ma kkonverta għall-Kattoliċiżmu, u li rieda tirritorna lejn mudell ‘Kattoliku’ jew univerali kif kienet fl-ewwel ħames sekli tal-Knisja. Kif wieħed jista’ jara, il-Konċilju Vatikan II ried jagħti tweġiba lil dawn id-domandi. Il-ħajja u l-kitba ta’ Newman u Rosmini antiċipaw dawn id-domandi. U din hi prova li ma jistax ikun li fid-dinja tal-lum ikollok konċilju kull mitt sena! Il-Kardinal

Martini ma kienx iddejjaq jgħid li għandna bżonn ta’ konċilju ieħor. Wieħed jista’ jgħid li Newman għamel tliet kontribuzzjonijiet lill-Konċilju Vatikan II. L-ewwel kontribuzzjoni hi l-metodu tiegħu li wara kkaratterizza t-teoloġija msejħa ressourcement – la nouvelle théologie. Is-segwaċi tiegħu fis-seklu għoxrin skoprew l-importanza tasSanti Padri. L-essay ta’ Newman On the Development of Christian Doctrine hu t-tieni kontribut ta’ ġustifikazzjoni teoloġika lix-xogħol tal-Konċilju

Vatikan II. Kif qalilna l-Papa Ġwanni XXIII, is-sustanza tad-duttrina antika fiddepożitu tal-fidi hi ħaġa, waqt il-mod kif inhi ppreżentata hija ħaġa oħra. It-tielet kontribut ta’ Newman hu li ma kienx nostalġiku. Newman ma kienx joħlom b’xi era tad-deheb. Dan ma kienx xi ottimiżmu faċli, imma tama Nisranija. Ikun żball jekk ma nħarsux lejn ilKonċilju Vatikan II bħala boxxla għallKnisja ta’ żminijietna. Kif ukoll ikun żball jekk nippruvaw inġebbduha li l-Konċilju ma bidel xejn, jew li ninterpretawh b’mentalità legalista. Il-Knisja hi organiżmu ħaj... u min hu ħaj jinbidel.

17


Joseph Bonnici

IL-PINGWIN TA’ WAĦDU Adattat għall-Malti minn Storie bellebuone ta’ Bruno Ferrero, Elledici

Għall-elf darba matul dak il-jum, ilpingwin dar id-dawra tal-blokka silġ li kien jgħix fuqha. Ftit għarqan wara l-battikata li ħa ħares lejn biċċa silġ tleqq biex jara lilu nnifsu u qal bejnu u bejn ruħu: ‘M’hemmx dubju! Jiena l-isbaħ ħlejqa tal-univers kollu!’ Qabdu l-ġuħ u qabeż fl-ilma frisk li fuqu kienet tistrieħ il-blokka silġ tiegħu. Qabad ħuta u kielha u reġa’ lura fejn kien. Ittewweb u reġa’ nefaħ… ġurnata oħra bħall-oħrajn! Ittewweb bil-qawwi u tmattar fuq is-silġ. Kien joqgħod waħdu u ma kienx jagħti kas ta’ edukazzjoni!

18

Seta’ jitla’ fuq ponta għolja tas-silġ u jiżżerżaq għal ġol-ilma. Imma ma kellux aptit. Ġieli kien joqgħod iħares lejn is-sema u jgħodd is-sħab li jgħaddi. Kien ikellimhom ukoll. Imma qatt ma rrispondewh! ‘Kemm għandkom ħajja ta’ dwejjaq! Dejjem tiġru ’l hawn u ’l hemm mar-riħ bla ma tieqfu. Araw jien, għadni żgħir u diġà għandi blokka silġ tiegħi! Tafu b’xi pingwin ieħor li għandu l-istess bħali?’ Is-sħab baqa’ għaddej mar-riħ. Wara kollox, pingwin fuq is-silġ mhu xejn

għalihom ħlief tikka sewda! Il-pingwin għalaq għajnejh. ‘Jiena l-isbaħ pingwin tad-dinja. L-isbaħ, l-aqwa u l-aħjar pingwin. Imma għalfejn xorta waħda nħossni mdejjaq?’ Probabbli tafu għalfejn kien imdejjaq, imma hu ma indunax. Beda jibki u jolfoq bil-qawwi tant li gerrex qatgħa gawwi li kienet qed tittajjar fil-qrib. SKOP FIL-ĦAJJA Imma darba waħda, il-pingwin ra tikka sewda riesqa lejh mis-sħab. It-tikka bdiet tikber sakemm induna li kienet gawwija. L-ebda gawwija ma kienet qatt rifset fuq il-blokka silġ tiegħu


u feraħ fuq li feraħ b’din is-sorpriża. Tant feraħ li għalaq għajnejh biex ma jbeżżax lill-gawwija. Il-gawwija resqet lejn il-pingwin u dan ħarrek rasu. ‘Għall-erwieħ! Ħsibtek kont mejjet. Ilbieraħ ukoll kont mimdud hekk u stħajjiltek bla ħajja!’ ‘Veru’, qal bejnu u bejn ruħu l-pingwin. ‘U l-jum ta’ qabel u ta’ qabel...’ Imma issa kien kuntent li kellu l-kumpanija. ‘Bonġu’, lissen il-pingwin. ‘Jisimni Ġojja’, qaltlu l-gawwija. ‘Inti x’jismek?’ Il-pingwin ma kienx jaf x’se jwieġeb. Fuq il-blokka silġ hu biss kien hemm! Ma kienx hemm bżonn isem! ‘M’għandix isem’, qalilha. ‘Tgħidx ħmerijiet’, qaltlu l-gawwija. ‘Kulħadd ikollu isem. Imma

f’dan il-każ se nagħtik isem jien. Insemmik ‘Waħdu’!’ ‘Isem sabiħ’, qalilha l-pingwin. Imma f’qalbu, dan l-isem ġablu dwejjaq kbar. Il-gawwija staqsietu sensiela sħiħa ta’ mistoqsijiet. Kif kien l-ilma hemm? Il-ħut kien tajjeb? Kemm kien hemm pingwini fil-qrib? Ma tantx kellu xi jwieġeb, għax id-dinja tiegħu kienet żgħira. U kien imdejjaq. ‘Imma għalfejn ma tmurx fuq l-art? Mhix bogħod minn hawn. Hemm issib ħafna pingwini oħra. Pingwini oħra?! Il-pingwin ‘Waħdu’ għoġbitu l-idea. Kemm seta’ jieħu ħin? Forsi nofs siegħa? U jekk jegħja jgħum, jintelaq fil-wiċċ u jimxi mal-kurrent. Kellu ġenn biex jitlaq. Akkost ta’ kollox! Talab lillgawwija turih it-triq u ntefa’ fil-baħar fid-direzzjoni li wrietu. Fl-aħħar kellu skop f’ħajtu. Il-gawwija ttajret fuqu għall-ewwel parti tat-triq, imbagħad ħallietu jgħum waħdu. ‘Insellimlek, ħabib! Ibqa’ għaddej u tasal żgur!’

IL-QABBIEŻ ‘Dan għeja!’ ‘Wasal ftit ħin ilu.’ ‘Min jaf kemm ilu ġej, miskin!’ ‘Kemm hu ħelu!’ Il-pingwin tagħna kien għajjien wisq biex jieqaf fuq saqajh. Il-vjaġġ li kien għamel kien twil wisq. Fetaħ għajnejh u ra l-isbaħ pingwina li seta’ jimmaġina! ‘Għadu ħaj’, qalu l-pingwini. ‘Ġibulu xi ħaġa x’jiekol!’ Il-ħbieb il-ġodda tiegħu ġabulu minn kull xorta ta’ ħut u tgħidx kemm kiel bil-qalb. Wara t-tempesti li kien għadda minnhom, l-imħabba u l-attenzjoni ta’ dawn il-pingwini tawh ir-ruħ u fetħulu l-aptit. Ma damx ma sab postu f’din il-komunità. Ma baqax iktar ‘Waħdu’, imma ismu sar ‘Il-Qabbież’, għax kien jagħmel qabżiet tal-għaġeb għal ġol-ilma! Fl-aħħar kien sab skop għal ħajtu u qalbu kienet ferħana. MISTOQSIJIET GĦAD-DISKUSSJONI: » Lil min jixbah il-pingwin waħdu fuq il-blokka tas-silġ? » Ġieli tħossok bħalu? Meta? » Min tista’ tkun il-gawwija f’ħajtek? » Għalfejn irriskja kollox il-pingwin? Xi xtaq tassew? » Għal liema skopijiet ta’ min tirriskja kollox u toħroġ mill-qoxra ta’ waħdek? » Min jista’ jgħinek fil-ħidma tiegħek biex toħroġ mill-għeluq tal-ħajja? » Taf b’xi ħadd li tista’ tgħinu joħroġ mis-solitudni?

19


Riflessjoni

Fr Kevin Schembri

DIXXIPLI FIT-TIELET

MILLENNJU 02 | FAMILJARITÀ MAL-KELMA TA’ ALLA Fil-ħarġa li għaddiet rajna dwar kemm hu importanti li, bħala Nsara li qegħdin f’mixja, ikollna għarfien tajjeb tal-kuntest u l-ambjenti li fihom imsejħin interrqu. F’din il-ħarġa se nagħtu ħarsa lejn waħda mill-karatteristiċi fundamentali li huma mitluba minn kull dixxiplu: familjarità mal-Kelma ta’ Alla. Fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium, il-Papa Franġisku jikteb li l-Kelma ta’ Alla għandha tkun dik li ddawwal u ssostni lilna – bħala dixxipli tal-Mulej Ġesù – fil-vjaġġ tagħna fid-dinja. Il-Papa jgħid li dan iseħħ meta aħna nadottaw ħames atteġġjamenti importanti lejn ilKelma: nisimgħuha, nimmeditawha, ngħixuha, niċċelebrawha, u nagħtu xhieda għaliha. Hawnhekk Franġisku bħal donnu jidwi l-parir li kien spiss jinsisti dwaru San Ġorġ Preca – “Kunu ħbieb tal-Evanġelju” – għax iħeġġeġ lill-Knisja u lill-Insara kollha biex inrawmu fina “familjarità malKelma ta’ Alla”. Barra minn hekk, jindikalna wkoll żewġ modi prattiċi kif nistgħu nagħmlu dan: billi nistudjaw l-Iskrittura b’mod serju u kontinwu, u billi nitolbu spiss bilBibbja (ara par. 174-175). 20

F’dan id-dawl nixtieq naqsam dawn il-ħmistax-il pass dwar it-talb bilBibbja, bit-tama li jservu ta’ għajnuna prattika għal dawk li jixtiequ jibdew iħallu l-Kelma ta’ Alla ddawwal it-triq tagħhom (ara Salm 119,105). Sib il-post  Qabel tibda titlob bilBibbja, sib post komdu u fis-skiet li jgħinek tinġabar mingħajr ħafna distrazzjonijiet. Tagħmel tajjeb jekk tiftakar ukoll fil-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju: “Meta titlob, idħol filkamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu” (Mt. 6,6). Stabbilixxi t-tul tal-ħin tat-talb Qabel tibda titlob bil-Bibbja, iddeċiedi wkoll kemm se ddum titlob. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun hemm riskju kbir li tibda titlob biss skont iċ-ċirkostanzi u l-aptit li jkollok; f’kelma oħra, tibda ddum titlob meta tibda tħossok tajjeb u jkollok ilkonsolazzjonijiet waqt it-talb, imma tibda tieqaf kmieni meta ma tħoss xejn jew tixba’ jew tħossok distratt u qed tagħżaq fil-vojt. Għalhekk dan il-pass hu importanti ħafna għax jgħinek tkejjel il-fedeltà tiegħek lejn il-ħin tat-talb u, fuq kollox, jgħinek

tagħżel lil Alla tal-konsolazzjoni mhux il-konsolazzjonijiet ta’ Alla. Ftakar li tinsab fil-Preżenza ta’ Alla Meta tiġi biex titlob bil-Bibbja, ftakar li tinsab fil-Preżenza ta’ Alla. Tista’ tagħmel dan b’diversi modi: tiskot, tbaxxi rasek, tagħlaq għajnejk, tisma’ l-ħsejjes ta’ madwarek, tinnota kull nifs li tieħu, tinżel għarkupptejk jew minn tulek fl-art, tirrepeti b’kalma xi talb qasir (bħal “Sinjur Alla, Inti hawn u jiena fik” ta’ San Ġorġ Preca), timmaġina lil Alla jħares lejk bħalma ġenitur iħares bi tbissima lejn it-tarbija tiegħu, eċċ. Itlob id-dawl tal-Ispirtu Qaddis Qabel taqbad is-silta, itlob lit-Tielet Persuna tat-Trinità Qaddisa – “il-Mulej li jagħti l-ħajja” – biex idawwallek issensi u jkebbislek qalbek ħalli tkun tista’ tifhem sew il-Kelma li se taqra (ara Lq. 24,32). Itlob l-għajnuna ta’ Marija Qabel taqbad is-silta, itlob ukoll lil Marija biex takkumpanjak fit-talb u tagħtik l-għajnuna ħalli bħalha twieġeb, “Hawn jien!” (ara Lq. 1,38). Aqra s-silta  Aqra s-silta mill-Bibbja bil-mod u b’attenzjoni, anke jekk inti diġà familjari magħha. Aqraha bi spirtu


ta’ talb, daqslikieku tinsab bilqiegħda f’ħoġor Alla u qed jgħidlek xi ħaġa importanti. Taqrahiex b’attitudni ta’ studju, analiżi jew kritika letterarja. Erġa’ aqra s-silta  Aqra s-silta għal darb’oħra, b’attenzjoni u bi spirtu ta’ talb. Immedita s-silta  Jekk is-silta tkun tinvolvi xi diskors jew xi tagħlim, ipprova ifhem il-kuntest u dak li qed jingħad, u agħti kas tal-kliem u taddettalji li jolqtuk. Mill-banda l-oħra, jekk is-silta tkun tinvolvi xi ġrajja jew episodju, immaġina x-xena u pprova idħol fl-istorja: immaġina dak li qed jiġri; isma’ l-ħsejjes u l-kliem li qed jintqal; osserva l-imġiba, il-ħars, u l-movimenti tal-personaġġi fl-istorja; u innota l-involviment tiegħek fil-ġrajja. Irrifletti dwar dak li jolqtok  Wara li timmedita s-silta, irrifletti dwar x’reazzjoni qajmet fik din is-silta, liema kienu d-dettalji li laqtuk u x’ħassejt meta, bl-immaġinazzjoni tiegħek, dħalt f’dik ix-xena. Saqsi lilek innifsek għalfejn laqtuk dawk id-dettalji

partikolari u mhux oħrajn, u ara wkoll x’rabta hemm bejn ħajtek u dak li hemm fis-silta. Kellem lil Alla  Wara r-riflessjoni, dur lejn Alla u kelmu b’sinċerità dwar dak li tkun qrajt, immeditajt u rriflettejt. Indirizza lilu, u aqsam miegħu dak li qed tħoss u li hemm f’qalbek. Tista’ tagħmel dan billi tagħlaq għajnejk, billi tħares lejn xi xbieha (bħal xi kurċifiss jew inkwatru), jew billi tikteb it-talba tiegħek. Iskot u stenna lil Alla  Wara li tkun tkellimt, agħmel ħin ta’ skiet u stenna t-tweġiba ta’ Alla. Dan hu l-aktar pass diffiċli fit-talb bil-Bibbja, għax jirrikjedi spirtu ta’ ġabra, disponibilità, paċenzja u fedeltà. Barra minn hekk, it-tweġiba ta’ Alla mhux bilfors tiġi meta u kif nixtiquha aħna; anzi, ħafna drabi tiġi f’mument u taħt forma li ma nistennewhiex (ara 1 Sl. 19,11-13). Agħmel proponiment prattiku Ibda agħlaq it-talb tiegħek billi

tagħmel proponiment dwar xi aspett mis-silta li tlabt biha. Importanti ħafna li dan il-proponiment ikun konkret, prattiku, u applikat għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek. Itlob il-grazzja ta’ Alla  Minbarra l-proponiment min-naħa tiegħek, itlob ukoll lil Alla biex jagħtik il-grazzja tgħix u twettaq dak li qed tipproponi. Itlob il-Missierna u s-Sliema  Agħlaq il-mument tat-talb bil-Bibbja kif bdejtu: bil-ħarsa tiegħek imdawra lejn Alla l-Missier u lejn Marija. Evalwa lilek innfisek  Kif tlesti mit-talb, agħmel evalwazzjoni u ikteb nota qasira dwar dawn il-punti: jekk żammejtx il-ħin stabbilit u l-konċentrazzjoni (u jekk le, għaliex); liema kienu l-punti li laqtuk; x’reazzjonijiet qajmet fik din is-silta millKelma ta’ Alla; u xi proponiment għamilt qabel għalaqt il-mument tat-talb. Dawn in-noti jgħinuk biex minn żmien għal żmien, tħares lura u tara fejn tinsab filħajja tiegħek bħala dixxiplu tal-Mulej Ġesù. 21


Pedagoġija tal-Ħniena

IS-SITT VERBI

TAL-ĦNIENA Artiklu mill-‘Bollettino Salesiano’ ta’ Pino Pellegrino u miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Meta titkellem dwar il-ħniena, qisek qed titkellem dwar stil ta’ ħajja li jfassal kollox mill-ġdid, anki l-edukazzjoni. Biżżejjed eżempju, biżżejjed nidħlu fil-qalba ta’ waħda mill-iżjed parabboli qawwija ta’ Ġesù, dik tal-Missier ħanin (Lq. 15,11-32), li aħna bi żball insejħulha tal-“Iben il-ħali”, biex nikkonvinċu ruħna minn dan. Fiha fil-fatt insibu sitt mossi (sitt verbi) li minnhom nistgħu noħorġu trattat sħiħ ta’ pedagoġija tal-ħniena. “LEMĦU” L-iben għadu ’l bogħod u l-missier diġà jilmħu ġej. Din hi l-ewwel mossa li l-ġenituri ta’ esperjenza jafuha sewwa: l-ulied għandna nixħtu ħarsitna fuqhom! M’hemm l-ebda iben jew bint li ma jiħdux gost li jkunu oġġett tal-attenzjoni ta’ xi ħadd. “Ara, mamà, xi tpinġija sabiħa għamilt!” “Ara, pa, kemm naf insuqha r-rota!” “Ara, nanna, xi flokk ġdid xtrawli!” Saħansitra l-adolexxenti, li minn barra jidhru ċerti minnhom infushom u indipendenti, iridu min iħares lejhom. X’inhuma t-tattoos, it-titqib ta’ msielet u dik l-attenzjoni kollha għad-dehra jekk mhux karba: “Ħarsu lejna, arawna!” Insomma, m’hemmx dubju: l-ulied iridu l-kuntatt viżiv tagħna, il-ħarsa ta’ għajnejna. Il-komunikazzjoni bl-għajnejn tissodisfa l-bżonnijiet 22

emottivi tagħhom ħafna iżjed milli jissodisfawhom (innota) il-kuntatti kollha diġitali tad-dinja flimkien. Meta tħares lejn ibnek, qisek qed tgħidlu: “Int għalija teżisti. Int dħalt fil-ħsibijiet tiegħi, fid-dinja ta’ mħabbti”. Mhux ta’ b’xejn fil-kampijiet ta’ konċentrament tal-Ġermaniżi, ilpriġunieri għall-ebda raġuni ma setgħu jħarsu f’għajnejn is-suldati, minħabba l-biża’ li dawn tal-aħħar setgħet tiġihom ħniena. Il-ħarsa tal-għajnejn, barra li tissodisfa

l-bżonnijiet emottivi tal-ulied, kif għadna kemm għedna, għandha l-qawwa li tagħtihom valur. Fil-fatt, meta xi ħadd iħares lejk, ifisser li qed jikkunsidrak. Li ħadd ma jħares lejk ifisser li m’intix ikkunsidrat, li m’inti ħadd. F’kelma waħda: il-ħarsa hi fattur b’saħħtu li jżid l-istima tal-persuna. Mela hemm ħaġa ċerta: kieku nħarsu lejn uliedna tal-inqas daqskemm inħarsu lejn il-banju u l-karozza, ikollna inqas tfal imdejqa, inqas tfal b’qalbhom sewda, inqas tfal morda bl-iskuntentizza.


Minn dan kollu li għedna hu ċar illi li nitgħallmu nħarsu lejn uliedna mhijiex għażla, imma impenn preċiż. Nitgħallmu nħarsu, għax mhux il-ħars kollu hu pedagoġikament aċċettabbli. Hemm ħars żbaljat u ħars tajjeb. ĦARS ŻBALJAT Tip ta’ ħars żbaljat huwa l-ħarsa pulizjeska li l-ħin kollu tikkontrolla t-tifel, ma tħallihx liberu mqar għal mument wieħed, issus warajh ilġurnata kollha. Il-ħarsa pulizjeska taf tagħmel tifel dixxiplinat, imma mhux edukat; bħall-ħarsa tal-pulizija li jikkontrolla l-ordni, imma b’daqshekk ma jiffurmax il-karattru tal-bnedmin. It-tieni tip ta’ ħars żbaljat huwa l-ħarsa ta’ theddida. Hemm ġenituri li jużaw il-ħarsa biex jagħtu ordnijiet, iċanfru, jikkritikaw: “Ħares f’għajnejja!”, jgħajtu, huma u jħarsu f’għajnejn binhom jew binthom b’ħarsa mimlija qilla. Veru li xi drabi l-ulied trid tikkoreġihom, imma l-ħarsa ta’ theddida ma jidhrilniex li hi l-aħjar mod kif iċċanfar. L-ulied għandhom jibqgħu jiftakru lil missierhom u lil ommhom b’għajnejn oħra, mhux b’dawk severi u inkurlati. Naqsam din magħkom: min qed jikteb għadu jiftakar b’ferħ il-ħarsa profonda u ħelwa ta’ ommu li kienet tinfed lil qalbu u thennih. It-tielet tip ta’ ħarsa żbaljata hu l-ħarsa indifferenti. Fost kollha, din bla dubju hi l-agħar waħda. L-indifferenza hi l-bestja sewda

ta’ kull tifel u tifla (u mhux biss): tkessaħ ir-ruħ, tneħħi kull aptit li wieħed jgħix. Forsi mhuwiex minnu li l-ħajja fiha gost biss jekk inħossuna milqugħa fid-dinja affettiva ta’ xi ħadd? Jekk jogħġobkom, mela, ejjew naraw kif neħilsu minn dan il-ħars żbaljat u ngħaddu għal dak tajjeb, tipiku tal-ħniena, l-uniku wieħed pedagoġikament aċċettabbli. ĦARS TAJJEB L-ewwel tip ta’ ħars tajjeb hu l-ħarsa ġeneruża li tilmaħ fl-iben dak li ħadd ma jkun ra. Il-kittieb Franċiż François Mauriac (1885-1970) kellu intuwizzjoni sabiħa meta qal, “Li tħobb lil xi ħadd ifisser tkun l-uniku wieħed li tilmaħ il-miraklu li għalloħrajn kollha hu inviżibbli”. Fil-fatt, f’kull tifel u tifla hemm miraklu moħbi. Hemm ħaġa waħda li aħna mija fil-mija konvinti minnha: jekk nibdew nagħtu kas u naraw dak li binna għandu, ma jifdlilniex żmien biex naħsbu fuq x’ma għandux. Eżempju tipiku ta’ ħarsa ġeneruża hu dak tat-tfal li t-tikka safra fittpinġija tagħhom jibdluha f’xemx. It-tieni tip ta’ ħars tajjeb hu dak li ma jillimitax ruħu biss għal li jkollu għajnejh miftuħa, imma jasal biex jara dak li hemm ġewwa. Hemm nies li jaraw, imma l-ħarsa tagħhom tieqaf ma’ barra. L-annimali jħarsu, imma ma jarawx dak li hemm fil-qalb. Li tara hu spontanju. Li tgħarrex f’dak li hemm fil-qalb hu rebħa li trid tagħmel int. Li tara persuna

jista’ jfisser biss li tinnota l-preżenza tagħha, imma meta tħares ġewwa tkun qed tidħol f’dik il-persuna, tifhem kif qed tħossha, il-ħsus talqalb tagħha. Uliedna jintebħu jekk aħniex sempliċement inħarsu lejhom, jew aħniex narawhom tassew; jintebħu aħniex hemm għalihom jew għallħabiba li magħha qed nitkellmu; iħossu jekk aħniex hemm għalihom jew għal-libsa li qed ngħaddu. Hu minnu li l-ulied m’għandhomx jimmonopolizzaw l-attenzjoni kollha tagħna fil-ġurnata (hekk ma nkunux nedukawhom: jekk inpoġġuhom dejjem fiċ-ċentru tal-attenzjoni nkunu qed intellgħu despoti ċkejknin), imma li, minn żmien għal żmien, inżommu għalihom dak l-ispazju xieraq ta’ kunsiderazzjoni totali jfisser li nkunu nagħtuhom dak li hu indispensabbli biex jistgħu jkunu grati tal-ħajja li għandhom! It-tielet tip ta’ ħarsa tajba hu dik dejjem ġdida. Uliedna jikbru u jinbidlu: irridu niġġeddu wkoll filmod kif inħarsu lejhom. Għaliex inwebbsu rasna biex naraw dejjem u biss il-pjanta ċkejkna u mhux issiġra mill-isbaħ li tielgħa? Għaliex ma nadattawx ruħna għall-fatt li qed jikbru? Xi darba jkollna nbiddlu n-nuċċali u nintebħu li wliedna m’għadhomx iżjed trabi, imma kibru fi tfal, adolexxenti, u allura għandna nsibu mod ġdid kif nitkellmu u nimxu magħhom. 23


Il-Katekisti Jistaqsu

Anthony Dimech

IL-MISTOQSIJA

OĦT IL-GĦERF Jiena u l-ħbieb Qatt rajtuh il-film Cast Away (2000) b’Tom Hanks fil-parti prinċipali? Wara li l-ajruplan li kienu fuqu waqa’ waqt maltempata, Chuck (ilprotagonista) jispiċċa iżolat fuq gżira deżerta – f’ambjent l-aktar imwarrab immaġinabbli. Mingħajr l-iktar affarijiet bażiċi għall-ħajja ta’ kuljum, huwa l-ewwel ikollu bżonn jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tiegħu bħall-ilma, l-ikel u l-kenn. Chuck jibda l-vjaġġ personali tiegħu, iżda huwa wkoll jispiċċa iżolat minn xi ħaġa importantissima fil-ħajja ta’ kuljum: il-kuntatt uman. Chuck jibda jiġġennen minħabba li ma jkollu lil ħadd ma’ min jitkellem. Għalhekk hu joħloq ‘ħabib immaġinarju’ jismu Wilson li kien ballun b’wiċċ miżbugħ fuqu. Wilson kien l-uniku li żamm lil Chuck f’sensih. Kull bniedem jgħix dipendenti minn bnedmin oħra. Aħna fil-ħajja tagħna 24

nagħtu importanza lill-ħbieb. Aħna ma ngħaddux mingħajr il-ħbieb. Xi kultant l-argumenti tagħna malġenituri jkunu dwar il-ħbieb, min huma dawn il-ħbieb, jekk humiex bil-għaqal jew le, fejn immorru magħhom u kif ngħaddu l-ħin liberu magħhom. Ġenituri tajbin dejjem iridu l-aħjar għal uliedhom. Mill-esperjenza tagħhom, huma jafu li l-peer pressure (il-pressjoni li jeżerċitaw il-ħbieb fuq uliedhom) hi dejjem qawwija ħafna. Bħal ħafna ġenituri, huma jinkwetaw. Aħna, bħala żgħażagħ, li għaddejjin minn dawn l-esperjenzi simili għandna nsaqsu dawn il-mistoqsijiet: » Il-ħbieb għandhom influwenza negattiva fuqi? Attitudnijiet u eżempji ħżiena jiġu kkupjati mal-ewwel. Kif qed jaffettwawni l-ħbieb? » Jien sirt iktar onest jew minħabba

l-ħbieb qed ikolli nigdeb biex ngħatti l-ħruġ tiegħi u dak li nagħmel mal-ħbieb? Ħbieb tajbin jagħmluni persuna aħjar. Ħbieb ħżiena jħażżnuk. » Jista’ jkun li l-ġenituri ma jkunux jafu min huma l-ħbieb tiegħek. Il-ħbieb tiegħek jirrispettaw lillġenituri tiegħek u dak li jgħidulek? Tiddejjaq tkellem lil ħbiebek filpreżenza tal-ġenituri tiegħek? Ilħbieb tiegħek ġieli jġegħluk tmur kontra l-ftehim li tkun għamilt mal-ġenituri tiegħek? Darba Lord Byron, poeta Ingliż, ra lill-ħabib tiegħu jaqla’ xebgħa mingħand wieħed. Byron ma felaħx jara din ix-xenata u mar fuq dak li kien qed isawwat lill-ħabib tiegħu u qallu, “Jekk jogħġbok, tista’ nofs id-daqqiet li qed tagħti lill-ħabib tiegħi, tagħtihom lili?” Ħbieb vera


jsofru għal xulxin – isiru ħaġa waħda. Il-karatteristiċi ta’ ħbiberija sana u b’saħħitha: » Ir-rispett reċiproku lejn xulxin – huma leali lejn xulxin. » Ħbieb tajbin kapaċi jisimgħu għal dak li ħabib jgħid u jkunu sensittivi għal dak li ħaddieħor iħoss. » Il-ħbieb jgħaddu ħafna ħin flimkien. » Il-ħbieb jippruvaw ikunu hemm għal xulxin fil-bżonnijiet kollha li jiltaqgħu magħhom. Il-ħbieb jagħmlu l-kuraġġ lil xulxin biex jissuperaw ostakli diffiċli. Huma jisfidaw lil xulxin biex jegħlbu ostakli ġodda u mhux jaqtgħu qalb xulxin. » Il-ħbieb huma dejjem onesti ma’ xulxin – qatt ma jirrakkuntaw gideb jew ikunu dispreġjattivi filkummenti tagħhom. » Il-ħbieb kapaċi jidħku daħka tajba flimkien, imma qatt ma jidħku bid-difetti ta’ xulxin jew joffendu lil xulxin. » Il-ħbieb kapaċi jżommu s-sigrieti. » Il-ħbieb iħallu lil xulxin jiżviluppaw it-talenti tagħhom, l-ideat tagħhom u l-personalità tagħhom. » Il-ħbieb huma awtentiċi – qatt ma juru wiċċ b’ieħor u jitkellmu ma’ xulxin b’mod miftuħ, mimli rispett u sinċerità u mingħajr ħabi. » Il-ħbieb jafu jaħfru u jinsew. Jien kif għandi naġixxi bħala ħabib? Kif għandi nkun ħabib tajjeb għal ħaddieħor? Ftit punti importanti: » Kun int innifsek b’dak kollu li jagħmel il-personalità tiegħek. » Aċċetta lil kulħadd kif inhu u tippruvax tbiddel lill-oħrajn.

»

»

» » »

»

Ipprova agħmel ħbieb ma’ diversità ta’ persuni li jkollhom interessi differenti. Il-ħbiberiji spiss jinbtu meta jkun hemm interessi komuni. Allura pprova pprattika xi sports jew kun membru ta’ xi għaqda tażżgħażagħ u tal-adolexxenti. Kun miftuħ u tkellem fuq l-interessi tiegħek ma’ ħaddieħor u isma’ lil ħaddieħor jitkellem fuq l-interessi tiegħu. Kun semmiegħ tajjeb – ipprova ttellifx lil min ikun qed jitkellem u żomm kuntatt permezz tal-għajnejn. Kun bniedem li jkollok dejjem tbissima fuq fommok – it-tbissima hi l-bidu ta’ ħafna mill-ħbiberiji. Kun persuna interessanti billi jkollok ħafna interessi u passatempi u kapaċi titkellem dwarhom b’mod sabiħ ħafna. Kun bniedem li jinteressawk l-isports, il-mużika, iċ-ċinema, il-politika u ħafna affarijiet oħra. Kun persistenti u żomm ilpaċenzja. Ħbiberija ddum ħafna biex tiżviluppa, imma mbagħad jaf tibqa’ sal-mewt. Benjamin Franklin darba qal, “Tgħaġġilx biex tagħżel il-ħbieb”.

Fil-bidu tal-artiklu semmejna l-peer pressure – il-pressjoni li jistgħu joħolqu fuqek il-grupp tal-klassi taliskola jew inkella l-grupp tal-ħbieb li s-soltu tkun magħhom. Il-peer pressure tista’ tkun pożittiva – wieħed jiftiehem ma’ sħabu li jmorru jżuru lil seħibhom li hu marid; tista’ tkun newtrali – il-grupp kollu jkollu l-istess stil ta’ xagħar; imma tkun ukoll negattiva – u hawn għandna problema. Wieħed hawnhekk iħoss li għandu jaqbel mal-grupp u jagħmel dak li jgħidulu. Din it-tip ta’ pressjoni tista’ tkisser l-individwalità talpersuna. Tista’ tmur kontra l-morali li wieħed iħaddan. Wieħed jista’ jirraġuna u jgħid, “Għax kulħadd hekk qed jagħmel!” Wieħed għandu jkun ċar dwar dak li jemmen u jkun konvint minn dak li jemmen ħalli ma jċedix il-valuri morali tiegħu. Meta l-pressjoni tkun waħda negattiva, wieħed għadu jeżamina sew il-grupp li hu parti minnu. Hu sabiħ li wieħed jikkultiva ħbiberiji sani. Ma ninsewx l-eżempji sbieħ bibliċi ta’ David u Ġonatan, ta’ Ġesù u Lazzru, Marta u Marija, u ta’ Ġesù u l-Appostli. 25


Atlas

Mario Zerafa

ID-DEKAPOLI Din id-darba minflok sejrin nitkellmu fuq belt waħda ħa nieħdu ħafna bliet flimkien. Preċiżament ser naqbdu għaxra f’daqqa. Dawn l-ibliet fi żmien Ġesù kienu jissejħu d-Dekapoli. L-oriġini ta din il-kelma ġejja minn żewġ kelmiet Griegi. Deca li tfisser għaxra u Polis li tfisser belt. Dawn l-ibliet kienu mibnija ħafna żmien qabel Kristu, imma ħadu l-importanza tagħhom wara li Alessandru l-Kbir rebaħ ir-reġjun. L-ibliet komplew jikbru fl-importanza tagħhom sakemm ir-Rumani għaqqduhom flimkien bħala reġjun wieħed. Dan sar prinċipalment għaliex dawn l-ibliet kienu viċin xulxin imma wkoll għaliex kienu jaqsmu flimkien l-istess lingwa, reliġjon u drawwiet. Nibdew billi nsemmu dawn l-ibliet. Din il-lista jagħtihielna l-istoriku Ruman tal-ewwel seklu Plinju l-Kbir. Nibdew bl-aktar belt fit-Tramuntana, jiġifieri Damasku, imbagħad insibu l-ibliet ta’ Pella, Rafana, Gerasa, Hippo, Gadara, Capitolias, Philadelfia, Qanawat u Syntopolis. 26

Dawn l-ibliet kienu abitati minn popli Semitiċi li jixbhu ħafna lillpoplu Lhudi kemm fil-lingwa kif ukoll fl-użanzi tagħhom. Biss, għaddifferenza tal-Lhud, dawn il-popli pagani kienu jaduraw bosta allat Semitiċi, l-aktar popolari jkun alla Durasa, l-alla prinċipali tan-Nabatej. Imbagħad mal-miġja tal-Griegi u l-kultura tagħhom, dawn l-ibliet wessgħu l-adorazzjoni u l-qima għal bosta allat Griegi wkoll. Instabu mijiet ta’ muniti ta’ żmien Kristu fejn juru xbihat diversi ta’ allat kemm Semitiċi kif ukoll allat Griegi. Fis-sena 63 qK, il-ġeneral Ruman Pompew rebaħ il-Palestina u l-artijiet tal-madwar. M’għandniex xi ngħidu, il-Lhud offrew reżistenza u qatt ma ħamlu l-ħakkiema Rumani. Dan iddiskors ma jistax jingħad għall-ibliet tad-Dekapoli. Dawn raw fir-Rumani okkażjoni ta’ libertà assoluta minn taħt idejn il-Lhud. Issa setgħu jipprattikaw ir-reliġjon pagana tagħhom mingħajr tfixkil mil-Lhud. Dan jista’ forsi jfisser ir-raġuni għaliex Ġesù ma tantx għamel

mirakli u pprietka f’dawn l-ibliet li ġeografikament kienu jmissu mal-Galilija u kienu viċin wisq l-ibliet li tradizzjonalment Ġesù wettaq il-missjoni tiegħu bħal Kana, Kafarnahum u Nazaret. Billi dawn l-ibliet tad-Dekapoli ma kinux iqisu ruħhom bħala Lhud, Ġesù kien se jsibha diffiċli biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Kif nafu sew, Ġesù beda l-missjoni tiegħu prinċipalment malLhud. Madankollu fl-Evanġelji sinottiċi nsibu bosta episodji fejn Ġesù żar id-Dekapoli u għamel ukoll xi mirakli. Nafu kif Ġesù fejjaq raġel trux u b’diffikultà li jitkellem. Ġesù daħħal subgħajh f’widnejn dak ir-raġel u bilbżieq tiegħu mess ilsien dak ir-raġel, fil-waqt li għajjat infetaħ u minn dak il-ħin dak ir-raġel ġie jisma’ u jitkellem sew. Imma bla dubju l-iktar miraklu famuż kien dak li Ġesù wettaq ġo Gadara fejn ħareġ bosta xjaten li kienu jsejħu lilhom infushom leġjun għaliex kienu ħafna. Ix-xjaten talbu lil Ġesù bilħniena u Ġesù ħalliehom jippossedu ruħhom fil-ħnieżer li ntefgħu minn fuq l-għoljiet għal isfel u għerqu lkoll.


Nafu li dak ir-raġel ried isir dixxiplu ta’ Ġesù u jmur miegħu kullimkien, imma Ġesù ma ħalliehx u minflok qallu biex imur id-dar. Dak mar iddar u beda jxandar dak li għamel miegħu Ġesù mad-Dekapoli kollha.

maħkumin mix-xitan, il-morda b’talqamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom. U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija, mid-Dekapoli, minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u millinħawi ’l hemm mill-Ġordan.”

Fl-Evanġelju ta’ San Mattew insibu kif, “il-fama tiegħu xterdet masSirja kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b’xi mard jew uġigħ, il-

L-istorja tad-Dekapoli tispiċċa malwaqgħa tal-Imperu Ruman. Bosta mill-ibliet ġew meqruda jew millPersjani jew mill-Għarab, u kollha waqgħu f’rovina. Illum min iżur il-

Palestina u jiddeċiedi li jżur xi waħda minn dawn l-ibliet għandu jara bosta monumenti u fdalijiet li sal-lum juru kemm dawn l-ibliet kienu sbieħ u ta’ kultura avvanzata.

REFERENZI: 1. Mark 7,31-35. 2. Mark 5,9-20.

27


Riżorsi

MIL-LIBRERIJA

Karmenu Borg

THE MONKS OF WAR: THE MILITARY RELIGIOUS ORDERS TA’ DESMOND SEWARD

Ilkoll aħna familjari ma’ ordnijiet reliġjużi. Prattikament kull Malti jew Maltija jaf xi ħaġa dwar il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Iżda kemm hawn min jaf li kellna bosta ordnijiet reliġjużi li kienu militari? Il- ktieb The Monks of War: The Military Religious Orders ta’ Desmond Seward jagħtina dehra pjuttost sħiħa fuq dan is-suġġett. Ktieb relattivament ħafif u li jżommok, Monks of War fih l-ingredjenti kollha ta’ storja tajba. Seward jibda mill-bidu nett, mill-perjodu tal-Kruċjati u l-formazzjoni tat-tliet ordnijiet il-kbar – l-Ospitallieri (ta’ San Ġwann), it-Templari u t-Tewtonici. Dawn tal-aħħar, għad li mhux tant magħrufa f’pajjiżna, kienu Ordni Ġermaniż li

minkejja li bdew fl-Art Imqaddsa firxu l-attivitajiet tagħhom fil-Lvant Nofsani u fl-Ewropa speċjalment fil-Baltiku. Iżda barra minn dawn l-ordnijiet prinċipali, Seward jikteb dwar ordnijiet mhux tant magħrufa bħal ta’ Santiago jew ta’ Calatrava, ordnijiet żgħar ta’ kavallieri li kellhom sehem importanti filħolqien ta’ Spanja u l-Portugall. Fil-każ tal-ordni ta’ Kristu saħansitra ħadmu sabiex jibda l-proċess ta’ esplorazzjoni fl-Oċean Atlantiku u dak Indjan. F’dan il-ktieb naqraw ġrajjiet mimlijin azzjoni u taqbid f’deżert jaħraq, ibħra mqallbin u saħansitra fuq xmajjar iffriżati. Iżda fuq kollox naraw x’seħħ minn kull ordni hekk kif il-Kavallieri spiċċa ż-żmien

tagħhom bħala gwerriera. Naraw kif kull ordni addattat ruħha għaż-żmien jew spiċċat. Ktieb interessanti li żgur fih xi ħaġa għal kull min jaqrah.

Quo Vadis ta’ Henryk Sienkiewicz maqlub għall-Malti minn Dun Ugo Gambin Dan ir-rumanz klassiku ta’ Henryk Sienkiewicz, inkiteb fil-Polonja lejn tmiem is-seklu 19. Interessanti li dan l-istess awtur, bħal bosta awturi oħra ta’ żmienu, kien jesponi sentimenti nazzjonalistiċi u għad li ħafna qarrejja jaħarbilhom dan id-dettall, in-nazzjonaliżmu mħallat mal-fidi Nisranija huma l-bażi ta’ dan ir-rumanz. L-imħabba bejn tfajla Nisranija u uffiċjal Ruman fi żmien ta’ persekuzzjoni hija fil-verità allegorija tal-Polonja Kattolika ppersegwitata minn ħakkiema Russi u Ġermaniżi. Il-ġrajja iżda tmur lil hinn min-nazzjonaliżmu. Il-preżenza tal-martri Nsara, ix-xewqa li l-imħabba u l-paċi jirbħu fuq il-mibegħda u fuq 28

kollox l-universalità tal-fidi huma sentimenti li jinħassu fir-rumanz kollu. Il-kunflitt bejn stat u Knisja, imħabba u mibegħda u fuq kollox fidi u tirannija jispjegaw għaliex dan ir-rumanz huwa mill-aktar popolari. It-traduzzjoni għall-Malti, għalkemm daqsxejn qadima, xorta taqbad l-ispirtu tal-istorja u hija garanzija ta’ pjaċir għal dawk kollha li jixtiequ jaqraw rumanz tajjeb.

Għal aktar informazzjoni żur

www.sdclibrary.org


ĊENTRU TAR-RIŻORSI

Albert Mercieca SEGRETARJAT GĦALL-KATEKEŻI, L-ISTITUT KATTOLIKU, IL-FURJANA

ON A CLEAR DAY

94 MIN.

Din hi l-istorja ta’ Frank, raġel ta’ 55 sena rispettat fil-komunità tiegħu, li ħin minnhom isib ruħu mingħajr xogħol. Għall-ewwel darba f’ħajtu, Frank jitlef kull sens ta’ direzzjoni. Meta l-ħabib tiegħu, Danny, jiċċajta miegħu u jgħidlu li f’ġurnata sabiħa kapaċi jgħum sa Franza, Frank daħallu fellus f’rasu. Bla ma qal xejn lill-mara tiegħu Joan, Frank ikkonvinċa ruħu li jerġa’ jorganizza ħajtu billi jagħmel ħiltu kollha biex jaqsam l-English Channel. B’dan ried ifejjaq ir-relazzjoni xejn tajba li kienet inħolqot bejnu u ibnu l-kbir.

THE MAGIC OF BELLE ISLE

AN UNFINISHED LIFE

THE GOOD LIE

Rakkont qawwi fejn familja mkissra tasal biex tinduna li l-unika ħaġa aktar iebsa milli torbot qalbek ma’ li għandek, hija li tinqata’ mill-imgħoddi. B’qalb maqsuma iżda b’kuraġġ kbir, Einar jgħix fil-kwiet mal-ħabib tal-qalb sakemm il-mara li kien akkuża bil-mewt ta’ ibnu, ġurnata waħda tasal fuq l-għatba tal-bieb tiegħu, imkissra, iddisprata u b’neputija li ma kienx jaf biha. Iżda anki meta rrabja u l-ħtijiet jerġgħu jidhru fil-wiċċ, tinfetaħ triq fejn tinħoloq relazzjoni mhux mistennija, avventuruża, ta’ maħfra u għaqda sinċiera.

Orfni mill-gwerra ċivili Sudaniża, grupp ta’ refuġjati żgħażagħ kienu offruti l-opportunità jħallu il-kamp fejn kien joqogħdu u jmorru jgħixu ġewwa l-Amerika. Kien l-ewwel impatt mad-dinja moderna, fejn ħolqu relazzjoni kemxejn improbabbli ma’ impjegata kunsilliera li kienet imsaħħra minn dak kollu li kienu għaddew. Flimkien jgħaddu minn esperjenza ta’ qtigħ il-qalb kif ukoll ta’ tama f’din il-ħajja ġdida tagħhom.

103 MIN.

105 MIN.

Novellist alkoħoliku u persuna b’diżabilità jsib il-muża tal-kitba meta jiddeċiedi li jmur joqgħod ġewwa għorfa biswit għadira. Hemmhekk jiltaqa’ ma’ mara miżżewġa iżda bla raġel u t-tlett ibniet tagħha. Atturi eċċellenti li jagħtu interpretazzjoni mill-isbaħ waqt li jipproġettaw esperjenza umana li fiha tħossok komdu.

105 MIN.

Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tar-Riżorsi tas-Segretarjat għall-Katekeżi OTTUBRU-MEJJU FILGĦODU FILGĦAXIJA

It-Tnejn 9:00 - 12:00 Magħluq

ĠUNJU-SETTEMBRU FILGĦODU 9:00 - 12:00 FILGĦAXIJA Magħluq

It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Ġimgħa 9:00 - 12:00 9:00 - 12:00 Magħluq 9:00 - 12:00 17:30 - 19:30 Magħluq 17:30 - 19:30 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq


Magazin bil-Malti

għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@sdcmuseum.org

www.facebook.com/xehda


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.