»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Settembru 2018
“Aqdef ’il barra fil-fond”
Il-ħidma fil-Parroċċa tinqasam f’diversi taqsmiet, kollha għandhom l-importanza tagħhom, imma l-kuntatt tagħha man-nies, jibqa’ dejjem prijorità. Għalhekk hija msejħa, biex f’isem Ġesù, tħobb u tgħin lin-nies, tilqa’ li kulħadd, tweżinhom fl-isfidi u diffikultajiet, takkumpanjahom fil-mixja tal-ħajja u tgħinhom jersqu aktar lejn Ġesù.
B’dan il-ħsieb, f’dawn l-aħħar xhur, fil-Parroċċa tagħna qed naħdmu fuq żewġ inizjattivi importanti, bl-iskop li nkunu ta’ għajnuna u sostenn lilladdolexxenti u żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna. Għall-grazzja ta’ Alla, fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, ser nerġgħu niftħu l-MUSEUM tal-Bniet fi triq St. Edward’s. Nixtieq ta’ dan nirringrazzja lis-Soċjetà tal-Museum tal-Bniet li laqgħu t-talba tal-Parroċċa u aċċettaw il-proposta tagħna. Dan ser ikun post ta’ formazzjoni għall-adolexxenti bniet tal-Form 1 u Form 2. Bħalissa, dan il-post, flimkien malKappella li hemm miegħu, qed jiġu rranġati, biex b’hekk ikun hemm ambjent tajjeb biex dawn l-adolexxenti jieħdu l-formazzjoni tagħhom. Peress li nifhmu li dawn l-addolexxenti, f’din l-età jkollhom bżonn xi ħadd li jakkumpanjahom, ser ikun hemm magħhom nies apposta tal-Museum, biex mhux biss jedukawhom fil-mixja tal-fidi, imma wkoll jgħinhom fil-mixja tal-ħajja. Għalhekk minn issa ’l quddiem, l-addolexxenti kollha bniet u subien minn Form 1 ’il fuq, ser jibdew jattendu
l-MUSEUM rispettiv tagħhom, fi tħejjija għasSagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nixtieq għalhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Katekisti kollha taċ-Ċentru Parrokkjali u tal-MUSEUM, għallimpenn u dedikazzjoni tagħhom fil-Parroċċa tagħna. Tassew, għandna għalfejn inkunu grati lejn dawn innies li jiddedikaw ħajjithom għall-ġid tal-oħrajn. It-tieni inizjattiva li qed naħdmu fuqha fil-Parroċċa, hija ż-żgħażagħ. Bl-iskop li ngħinu aħjar lil din ilkategorija ta’ persuni, għadna kemm waqqafna team ta’ 16 il-żagħżugħ/a li flimkien miegħi bħala l-Kappillan, qed naraw kif bil-mod il-mod nkunu aktar viċin taż-żgħażagħ fil-ħajja tagħhom. Din ilħaġa, filwaqt li għadha fil-bidu tagħha, impenjati li nagħmluha billi; naħdmu flimkien, nisimgħu u naraw x’hemm bżonn isir u fejn hemm il-ħtieġa nieħdu l-formazzjoni li hemm bżonn biex dak li għandna nagħmlu, nagħmluh tajjeb għall-ġid ta’ dawn il-persuni. B’dawn iż-żewġ inizjattivi, inħoss li qed nilqgħu l-istedina ta’ Ġesù meta jgħidilna: “Aqdef ’il barra fil-fond” (Lq 5,4). Dan ifisser, li bħala Parroċċa, noħorġu mill-ambjent tagħna, biex niltaqgħu mannies, biex ngħinuhom jagħmlu esperjenza ta’ Ġesù. Din hija l-missjoni tal-Knisja llum. Ejjew għalhekk nikkoperaw ma’ dawn l-inizjattivi u nitolbu ħalli l-ġid, bil-grazzja ta’ Alla jkompli jitkattar. Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN