Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Corpus Domini
19 ta’ Ġunju 2022
____________________________________________________________________________________
Qed niċċelebraw l-festa għażiża ta’ Corpus Domini; tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Għada/Ilejla fil-5.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar, jiġifieri t-talba ta’ filgħaxija tal-Knisja u fil-5.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini, l-fratelli, il-Kor taż-Żgħażagħ u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fis-6.15pm Purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi mit-toroq: Triq San Bartilmew, Spiteri Fremond, is-Sienja, San Bastjan, il-Kunċizzjoni, Santu Rokku, San Bastjan, il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali bil-Barka Sagramentali. B’turija ta’ mħabba lejn Ġesù Ewkaristija, ikun xieraq li lkoll nieħdu sehem f’din il-purċissjoni u nuru l-fidi tagħna f’dan is-Sagrament ta’ Mħabba. Ikun xieraq li minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, it-toroq jiżżejnu bil-qsari, għax ser jgħaddi Ġesù Sagramentat u fit-twieqi jew galleriji tad-djar tagħna tajjeb li narmaw ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesù.
Għada/llum qed niċċelebraw Jum il-Missier. Nirringrazzjaw lill-missierjiet kolha tal-preżenza u s-sehem siewi tagħhom fil-familji tagħna, tajjeb li ma nonqux mill-istima u rispett tagħna lejhom u fuq kollox nitolbu l-Barka ta’ Alla fuqhom. Infakkru wkoll li għada/llum fl-10.00am ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi b’suffraġju għall-missierijiet mejtin.
It-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja ż-Żgħira. Minħabba f’hekk il-Quddiesa tat-8.30am ssir fil-Knisja ż-Żgħira ukoll biex wara nkomplu bl-Adorazzjoni.
Minn nhar it-Tnejn/Għada sa nhar il-Ġimgħa, fil-Parroċċa tagħna ser ikollna Ġimgħa Ewkaristika fil-Knisja ż-Żgħira. Fl-4.00pm tibda l-Adorazzjoni bit-talba tar-Rużarju u wara sas-6.00pm ikun ħin għal talb fis-skiet. Fis-6.05pm nitolbu t-talba tal-Għasar u fis-6.30pm mit-Tnejn sal-Ħamis il-Quddiesa ta’ filgħaxija tas-6.30pm ssir fil-Knisja ż-Żgħira stess, biex wara ‘l Quddiesa nkomplu b’nofs siegħa adorazzjoni li tkun animata minn diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa; it-Tnejn mill-Ministri tat-Tqarbin, it-Tlieta mill-Katekisti u l-grupp Ħobż tal-Ħajja, l-Erbgħa mill-abbatini u l-grupp ta’ talb għall-vokazzjoniet u l-Ħamis miż-żgħażagħ tal-Kor u tal-Grupp IMPACT. F’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Ewkaristika, ilkoll mħeġġa biex nsibu ftit ħin u mmorru fis-skiet fil-Knisja ż-Żgħira biex naduraw u nitkellmu ma’ Ġesù Ewkaristija.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org