Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Trinità Qaddisa
12 ta’ Ġunju 2022
____________________________________________________________________________________ Għada/llum 66 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina waqt Quddiesa li ser tkun fl-10.00am fil-Knisja Arċipretali. Ilkoll mħeġġa biex inżommu lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom fit-talb tagħna, sabiex il-ferħ ta’ Ġesù jimmarka tassew il-ħajja u l-qalb tagħhom. Navżaw li l-Quddiesa tad-9.30am u tal-11.00am jsiru fil-Kripta. Biex napprezzaw aħjar ir-rigal tal-Ewkaristija, l-parroċċa, matul din il-ġimgħa li ġejja ser toffri tlett ijiem ta’ katekeżi fuq dan is-Sagrament ta’ mħabba. Dawn ir-riflessjoni ser isiru fil-knisja mit-Tnejn sal-Erbgħa, fis-7.00pm sas-7.30pm u ser ikunu mmexija minn Fr Mark Zammit. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattedni. Nhar il-Ħamis, ser niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fiż-Żona tas-Sokkors, in-naħa ta’ St. Thomas hospital. Nibdew b’Quddiesa fis-7.15pm fuq barra fit-Triq tal-Bajjada (naħa ta’ fuq, fejn hemm id-daħla tal-garaxxijiet) u wara purċissjoni qasira b’Ġesù Sagramentat fit-toroq tal-inħawi. Dawk li jgħixu f’din iż-żona huma mħeġġa biex jattendu u jieħdu sehem. Nhar il-Ġimgħa, bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Din ser tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa għażiża ta’ Corpus Domini; tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Fil-5.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar u fil-5.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini, l-fratelli, il-Kor taż-Żgħażagħ u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fis-6.15pm Purċissjoni b’ Ġesù Sagramentat li tgħaddi mit-toroq: Triq San Bartilmew, Spiteri Fremond, is-Sienja, San Bastjan, il-Kunċizzjoni, Santu Rokku, San Bastjan, il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali bil-Barka Sagramentali. B’turija ta’ mħabba lejn Ġesù Ewkaristija, ikun xieraq li lkoll nieħdu sehem u minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, it-toroq jiżżejnu bil-qsari. Fit-twieqi jew galleriji tad-djar tagħna tajjeb li narmaw ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesù.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org