»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Lulju 2019
IL-PAPA MHUX PERFETT! Il-Papa Franġisku mhuwiex perfett. Meta staqsew lil Papa : ‘‘Int min tgħid li int?’’ Il-Papa weġibhom ‘‘Jiena midneb’’. Fil-ħajja tiegħu l-Papa Franġisku ssemmi ġrajja meta huwa deher li ma kienx perfett. Huwa jgħid li darba minnhom meta kien isqof, kellu irtir u telaq biex jaqbad it-tren. Iżda qabel għadda il-knisja, ftit passi bogħod mill-istazzjon biex jitlob quddiem Ġesu’ Sagramentat. Hekk kif kien se jitlaq resaq lejh ġuvni u talbu biex iqerr. Peress li ried jaqbad it-tren dar fuq il-ġuvni u qallu: ‘‘Dalwaqt ikun hawn qassis ieħor biex tqerr. Qerr għandu għax jien għandi x’nagħmel’’. Kien jaf li dak il-ħin ma kienx hemm qassis fil-knisja. Kif l-isqof għamel l-ewwel passi biex jitlaq, l-Papa jgħid li ħass il-kuxjenza tniggżu u reġa lura. Sab lil ġuvni u qallu: ‘‘Il-qassis se jdum ma jiġi. Ejja qerr għandi’’. U dak il-ġuvni qerr. Il-Papa Franġisku (dak iż-żmien, ismu kien Jorge Bergoglio) ma kienx perfett fl-imħabba, iżda is-sabiħ ta’ l-istorja huwa li nduna li kien midneb u reġa lura biex jixbah lil Ġesu’ u jwassal lil Ġesu’ lil dak il-ġuvni permezz tal-Qrar. Il-Papa Franġisku ta’ sikwit iħeġġeġ lil nsara jwasslu lil Ġesu’ lil oħrajn bil-ħajja u l-eżempju tagħhom. Dan għandu jseħħ allavolja ħadd minnha m’hu perfett iżda kulħadd jixtieq li jkun qaddis, jixtieq li jkun tajjeb. Għalhekk il-Papa Franġisku f’dokument dwar iż-żgħażagħ Christus Vivit isemmi lil San Sebastjan bħala mudell għażżgħażagħ - mudell ta’ mħabba lejn Ġesu’. Il-Papa Franġisku jfakkarna li San Sebastjan kien jitkellem ta’
kuljum dwar Ġesu’ u allavolja ma kienx perfett kien jipprova jgħix ta’ nisrani tajjeb. Il-Papa jkompli jgħid li San Sebastjan bil-ħajja tiegħu ikkonverta lil diversi nies. Aħna, bħal Papa Franġisku m’aħniex nies perfetti iżda għadna xewqa kbira li nkunu qaddisin u li nerġgħu lura għat-tajjeb. Għalhekk ejjew fil-festa ta’ San Sebastjan, li ser niċċelebraw flimkien, nersqu aktar lejn Ġesu’ mhux għax aħna perfetti iżda għax aħna midinbin li nixtiequ nikkonvertu għat-tajjeb permezz tal-ħniena u l-imħabba ta’ Alla. Dun Nicholas Dimech VIĊI ARĊIPRIET
NIĊĊELLEBRAW FESTA SABIĦA BILLI: Fuq l-eżempju ta’ San Sebastjan nersqu aktar lejn Alla. Nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Knisja, biex b’hekk inħejju ruħna spiritwalment aħjar biex niċċellebraw il-festa. Nersqu għas-Sagrament tal-Qrar. Ngħożżu l-għaqda ta’ bejnietna u nuru rispett lejn kulħadd, anki bil-kliem tagħna. Inkunu aktar sensittivi għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Napprezzaw il-ħidma volontarja li ssir millorganizzaturi tal-festa u nieħdu sehem flattivitajiet li jiġu organizzati.