Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Is-Seba` Ħadd tas-Sena
20 ta’ Frar 2022
____________________________________________________________________________________
It-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd mistieden.
Navżaw li minn nhar it-Tnejn/Għada l-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jerġa jibda jkun darbtejn fil-ġimgħa. Darba jkun onlajn u darba oħra jsir fiċ-Ċentru. Id-dettalji l-ġenituri irċivewhom b’email u minn fuq in-noticeboards tal-knisja.
Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.
Nhar it-Tnejn fis-7.15pm ssir il-laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija fid-dar parrokkjali.
Nhar it-Tlieta, fl-4.30pm ssir il-laqgħa tal-kummissjoni Liturġija fid-dar parrokkajli.
Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm ssir il-laqgħa tal-kummissjoni Familja tal-Parroċċa, fid-dar parrokkjali
Il-Ħamis, fis-6.45pm, fil-Knisja, ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Il-ġenituri huma mħeġġa li jattendu.
Nhar il-Ġimgħa bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa.
Il-Ġbir li ser isir fil-weekend li ġej ser ikun għas-Seminarju, l-post ta’ formazzjoni li fih jitħejjew dawk li jinsabu fil-mixja biex ikunu saċerdoti. Filwaqt li nkunu ġenerużi fl-offerti tagħna nħeġġu biex fit-talb tagħna nitolbu għall-aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi.
It-Tnejn 28 ta’ Frar, fl-4.00pm ssir l-laqgħa tat-Terżjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org