Avvizi 1 ta' Novembru 2020

Page 1

Avviżi Tal­Kommunità Festa tal­Qaddisin Kollha

1 ta' Novembru 2020

____________________________________________________________________________________  Qed nagħtu bidu għax­xahar ta’ Novembru, fejn fih aktar mis­soltu mistiedna, biex napprezzaw il­fidi tagħna, mibnija mhux fuq il­mewt, imma fuq il­Qawmien ta’ Kristu, li jnissel fina t­tama tal­ħajja ta’ dejjem. Għalhekk f’dan id­dawl, niftakru fid­dmir tagħna li niftakru f’ħutna l­mejtin fit­talb tagħna. Għada/Dalgħodu fl­10.15am, ser issir mument qasir ta’ talb u wara jsir it­tberik tal­oqbra fiċ­Ċimiterju.  Minn nhar it­Tnejn/Għada, l­Quddiesa ta’ filgħaxija mit­Tnejn sal­Ġimgħa, tibda tkun fis­6.00pm.  Nhar it­Tnejn/Għada nagħmlu t­Tifkira tal­Mejtin kollha. Il­Quddies, fil­parroċċa tagħna, jkun bħal matul il­ġimgħa, imma ser inżidu Quddiesa oħra fl­4.30pm. Fis­6.00pm, ikollna l­Quddiesa kantata fejn fiha nitolbu għal dawk ħutna li mietu fil­Parroċċa tagħna, matul din l­aħħar sena. Inħeġġu b’mod speċjali l­familjari tagħhom biex jattendu.  Nhar it­Tnejn/Għada jiftaħ il­booking tal­Quddies tal­mejtin għall­perjodu minn Jannar sa Ġunju tas­sena d­dieħla. Aktar il­quddiem imbagħad, jiftaħ għas­sitt xhur ta’ wara. Qed nagħmlu hekk, minħabba ċirkustanza li qed ngħixu, ħalli b’hekk ma jkunx hemm ħafna nies jistennew għal tul ta’ ħin u anki biex tkun rispettata d­distanza meħtieġa f’dan iż­żmien. Il­booking isir fl­Uffiċċju Parrokkjali; t­Tnejn, t­Tlieta u l­Erbgħa bejn it­3.30pm u 6.30pm.  Is­Superjura tal­MUSEUM tal­Bniet ta’ Correa, tixtieq tavża li mill­ġimgħa d­dieħla, ser tibda d­duttrina online għat­tfal bniet. It­Tnejn ser tkun għat­tfal tal­Grade 2 u l­Ġimgħa għat­tfal tal­Grade 5. Il­lezzjoni tkun mill­5.30pm sas­6.10pm.  Nhar il­Ħamis, fis­6.45pm, ser issir laqgħa għall­Ministri Straordinarji tat­Tqarbin fil­Kripta.  Nhar il­Ġimgħa, lkoll mistiedna, biex mis­6.30pm sas­7.00pm nieħdu sehem fl­Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija, li ser tkun animata mis­Sorijiet Agostinjani tal­Parroċċa tagħna. TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.