Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Il-25 Ħadd ta’ Matul is-Sena
19 ta’ Settembr u 2021
____________________________________________________________________________________ Il-Quddiesa li ser tixxandar għada/llum fuq TVM 2, fid-9.30am u l-Ħadd li ġej ser jkunu mill-Knisja ż-Żgħira tal-Parroċċa tagħna. Inħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. Navżaw li għada/llum l-Knisja ż-Żgħira ser tibqà magħluqa għall-pubbliku. Nhar it-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd mistieden. Nhar it-Tnejn/Għada jkollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja. Din ir-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar il-Ħamis, il-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun b’suffraġju għall-ħutna mill-Parroċċa tagħna li mietu fix-xhur ta’ Mejju u Awwissu ta’ din is-sena. Il-familjari huma mħeġġa biex jattendu. Bi tħejjija għas-Sena Kateketika, ser isir it-tielet laqgħa ta’ formazzjoni għall-katekisti taċ-Ċentri tad-Duttrina. Din ser tkun nhar il-Ħamis li ġej, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u 7.30pm, ilkoll mistiedna, biex bħala Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Din ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa. Nhar is-Sibt li ġej, il-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa, IMPACT, ser jagħmlu talent show ġewwa ċ-ċentru parrokkjali. Ser ikun hemm żewġ sessjonijiet, waħda tibda fis-5.45pm u l-oħra fis-7.30pm. Min jixtieq jibbukja jidħol fuq il-paġna tal-facebook tal-grupp jew inkella mill-uffiċċju parrokkjali. Ser nieħdu ħsieb id-distanza soċjali u miżuri oħrajn. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Settembru, ser jergħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa, b’Quddiesa fil-Knisja, fit-8.30am. Inħeġġu lin-nisa kollha sabiex jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg