Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI – MALTA www.qormisbparish.org
18 TA’ DIĊEMBRU 2016
4 AVVENT A
__________________________________________________________________________________________
Għada l-Ħadd / Dal-għodu għall-quddiesa tal-11.00am huma mistiedna b’mod speċjali lanzjani, sew dawk li ma joħorġux minn djarhom, kif ukoll dawk li qegħdin fid-djar ta’ l-anzjani, biex huma wkoll iduqu parti mill-atmosfera tal-Milied fil-Parroċċa tagħna. Fil-ġranet ta’ din il-ġimgħa inkomplu bin-Novena tal-Milied, bil-quddies ta’ fil-għaxija animat minn diversi għaqdiet u movimenti tal-Parroċċa. Importanti li f’dawn il-ġranet insibu ħin għal Alla, nersqu lejh u nitolbuh. Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa issir il-Lectio Divina. Nhar is-Sibt huwa lejliet il-Milied. Fil-għaxija, ikun hawn il-quddiesa tal-5.15pm u tat-7.45pm, imma ma ssirx il-quddiesa tas-6.30pm. Fil-5.30pm tibda l-purċissjoni tal-Bambin minn ħdejn ilMUSEUM tas-Subien li għaliha mistiedna jieħdu sehem it-tfal kollha tal-Parroċċa. Il-purċissjoni tasal il-Knisja fis-6.45pm, fejn issir ċelebrazzjoni għat-tfal. Fl-10.30pm tiftaħ mill-ġdid il-Knisja u fil-11.00pm tibda l-velja tal-Lejl tal-Milied, bi preżentazzjoni mtellgħa miż-żgħażagħ tal-parroċċa u l-priedka tat-tifel. Wara toħroġ ilquddiesa tal-Lejl tal-Milied. F’dan il-lejl qaddis, postna huwa fil-Knisja. Inħeġġiġkom ħafna biex nattendu bi ħġarna għal din il-quddiesa, għaliex hija l-qofol taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied. Il-Ħadd, jum il-Milied il-quddies ikun bħall-Ħdud l-oħra. Ma nkunux iċċelebrajna vera Milied jekk ma nkunux qerrejna, ħadna sehem fil-quddiesa u ersaqna għat-tqarbin. Għada l-Ħadd / Illejla ser isir il-Kunċert tal-Milied imtella mis-Soċjetà Filarmonika Pinto fil-Knisja z-Zgħira. jindaqqu diversi siltiet popoari tal-Milied kif ukoll il-priedka tat-tifel. Id-Dhul ikun b'xejn.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TE L : 21 48 6 35 0
•
E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g