Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
L-24 Ħadd ta’ Matul is-Sena
12 ta’ Settembr u 2021
Nhar it-Tnejn/Għada, fis-7.30pm, isir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fiċ-Ċentru. Nhar it-Tlieta, niċċelebraw l-festa għażiża tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Mqaddes. Il-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun bis-sehem tal-Kor taż-żgħażagħ u animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Fiha ser jiġu milqugħa persuni mill-komunità tagħna li ser joffru li ser jimpenjaw ruħhom biex jitolbu kuljum għall-konverżjoni tal-midinbin. Wara l-Quddiesa, ser inkomplu bi ftit ħin ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-Barka Sagrametali. Ilkoll mħeġġa biex nieħdu sehem. Għall-ġimgħa d-dieħla biss l-Adorazzjoni ser isir nhar it-Tlieta, minflok il-Ġimgħa. Nhar l-Erbgħa, hija l-festa liturġika tad-Duluri ta’ Marija. Fis-6.30pm, ser ikollna r-rużarju animat mill-fratelli tal-fratellanza tad-Duluri u fis-7.00pm ikollna l-Quddiesa bis-sehem tal-fratelli kolha tal-parroċċa tagħna. Nhar l-Erbgħa, fis-7.30pm ser issir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Bi tħejjija għas-Sena Kateketika, ser isir it-tieni laqgħa ta’ formazzjoni għall-katekisti taċ-Ċentri tadDuttrina. Din ser tkun nhar il-Ħamis li ġej, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa, ser ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm. Din ir-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Mill-ġimgħa ta’ wara, l-Lectio Divina terġa tkun nhar ta’ Tnejn bħas-soltu. Il-Ħadd li ġej ser issir l-ġabra għall-Art Mqaddsa. Bl-oferti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet qaddisa marbuta mal-fidi tagħna u nkunu wkoll ta’ għajnuna għal ħutna nsara li jgħixu fl-Art Imqaddsa u li għaddejjin minn tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-Quddiesa li ser tixxandar fuq TVM 2, fid-9.30am, il-Ħadd li ġej u ta’ wara ser tkun mill-Knisja żżgħira tal-Parroċċa tagħna. Din il-Quddiesa ma tkunx miftuħa għall-pubbliku, għalhekk nħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg