Avviżi 7 ta' Mejju 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

4 GĦID A

7 ta’ Mejju 2017

____________________________________________________________________________________ •

Matul il-ġimgħa li ġejja ser isir it-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 8 ta’ Mejju

Triq Ġuże` Galea, Misraħ 15 ta' Marzu, Triq S. Bastjan (Numri biżżewġ)

It-Tlieta 9 ta’ Mejju

Triq Ġuże Duca, Triq Pascarella, Tal-Ħandaq, Triq Spiteri Fremond Nos 1-100.

L-Erbgħa 10 ta’ Mejju Il-Ħamis 11 ta’ Mejju

Triq id-Drama, Triq Ellul Mercer, Triq Spiteri Fremond Nos 101-170 Triq il-Poeżija, Triq il-Għana, Triq Lydda

Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju Triq it-Tin, Misraħ iz-Zebbuġ, Triq Ħal Luqa •

Għada / illejla fil-5.00pm laqgħa ta’ follow-up tal-eżerċizzi tal-miżżewġin fiċ-Ċentru Parrokkjali. Koppji miżżewġin kollha mistiedna jattendu. Dħul minn Triq San Bartilmew.

Mill-Ħamis sal-Ħadd li ġej ser ikun hawn fil-Knisja l-istatwa tal-Madonna ta’ Kana, miżmuma filMoviment ta’ Kana, Floriana. Din l-istatwa tħeġġiġna biex nitolbu aktar għas-saħħa tal-familji tagħna.

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju tiġi ċċelebrata il-quddiesa b’suffraġju għall-mejtin tal-Parroċċa tagħna li mietu bejn Jannar u April ta’ din is-sena. Qraba u ħbieb tagħhom mistiedna jattendu.

Fetaħ il-booking tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ li ser jibda fl-24 ta’ Settembru li ġej. L-għarajjes huma mħeġġa li jagħmlu dan il-kors madwar sentejn qabel iż-żwieġ. Il-booking isir fl-Uffiċċju Parrokkjali, fil-ħinijiet tal-Uffiċċju.

Il-Ħamis li ġej issir l-ikla ta’ Jum l-Omm. Biljetti mill-helpers tal-Knisja.

Il-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa ser jorganizza Pizza Night għal kulħadd fl-okkazzjoni ta' Jum lOmm nhar is-Sibt, 13 ta' Mejju 2017 fit-Teatru taċ-Ċentru fit-8.00pm, dħul minn Triq San Edward. Dak inhar ser ikun hemm ukoll il-Eurovision li ser nuruh fuq big screen. Jingħata wkoll rigal ta' apprezzament lill-ommijiet kollha. Bookings mingħand Fr Brian jew l-uffiċċju parrokkjali.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.