Avviżi 2 t'Ottubru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

27 Ħadd C

2 ta’ Ottubru 2016

____________________________________________________________________________________ •

Min nhar it-Tnejn li ġej jibdew il-lezzjonijiet tal-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Ilkoll għandna ngħarrfu l-importanza tat-tagħlim kateketiku. Għalhekk il-ġenituri għandhom jagħmlu mezz biex lulied jattendu darbtejn fil-ġimgħa għat-tagħlim. Mat-tagħlim tal-katekiżmu importanti wkoll lattendenza għall-quddiesa tal-Ħadd.

Nhar it-Tlieta issir il-laqgħa tal-Azzjoni Kattolika tan-nisa, fiċ-Ċentru, fid-9.30am. Din l-ewwel laqgħa wara s-sajf ser tkun quddiesa.

Nhar il-Ġimgħa li ġeja issir il-Festa tar-Rużarju. Wara l-quddiesa tas-6.30pm, toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn Triq il-Vitorja, Triq San Sebastjan, Triq San Bartilmew, Triq il-Kbira u lura għallKnisja minn Triq San Sebastjan.

Ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar iddedikat lir-Rużarju. Għandna nfittxu li nitolbu din it-talba sabiħa, li togħġob lil Ommna Marija u lil Alla. Ċirkolari ta’ Mons. Arċisqof tħeġġiġna biex f’dan ixxahar nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Kuljum, fis-6.00pm ikollna l-esposizzjoni Ewkaristija u jingħad ir-Rużarju.

Nhar is-Sibt issir l-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru, fil-Kappella tas-Sgħajtar, in-Naxxar mid9.00-11.00pm.

Ser isir kors għall-ġenituri biex isiru familjari mad-dinja tal-computers u internet, fl-uffiċċji talKunsill Lokali. Il-kors huwa b’xejn u jibda fil-15 ta’ Ottubru. Applikazzjonijiet mill-Kunsill Lokali.

Ħareġ il-Fuljett Flimkien ta’ Ottubru. Distributuri jistgħu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.