Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
L-Ewwel Ħadd tar-Randan
6 ta’ Marzu 2022
____________________________________________________________________________________
Mit-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa ser isir l-ewwel kors ta’ Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd, mit3.30pm sal-4.00pm fil-Knisja ż-Żgħira. Imexxi Patri Victor Farrugia O.Carm.
Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tat-Tieni Ħadd tar-Randan. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi. Infakkru li matul ir-Randan, il-Lectio Divina qed titmexxa minn Dr Joseph Ciappara li huwa lettur tal-Iskrittura fil-fakulta tat-teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Il-Ħamis, fis-6.45pm fil-Knisja, ssir it-tieni laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-ġenituri huma mħeġġa jieħdu sehem.
Nhar il-Ġimgħa bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll imħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun titmexxa mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Nhar il-Ħadd il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.
Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ Marzu, fis-7.00pm, ser isiru l-Eżerċizzi tar-Randan għall-Koppji Miżżewwġin, familji u għarajjes. Dawn ser jitmexxew minn Fr Kevin Schembri u jkunu mis-7.00pm sat-7.45pm fil-Knisja. Inħeġġu lill-familji biex jieħdu sehem u ma jitilfux din l-opportunità offruta lilhom għall-ġid tal-familji tagħna. Għal dik il-ġimgħa biss l-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.30pm.
Matul ir-Randan kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fil-5.30pm fil-Knisja nitolbu t-Talba tal-Via Sagra. Infakkru wkoll li bħalha Parroċċa matul ir-Randan, bħala Karità ser ngħinu lil Dun Anton Grech, missjunarju fil-Guatemala. Għalhekk kull €100 li niġbru, nkunu qed nagħtu "clean stove" biex isajru fuqu n-nies li jgħixu fir-rain forest ta Izabal. Din iservi għal ħafna affarijiet pero b'mod specjali biex l-omm meta ssajjar ma tiblax id-duħħan li tant jagħmel ħsara fil-pulmun u
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org