Avviżi 5 ta' Diċembru 2021

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tieni Ħadd ta’ l-Avvent

5 ta’ Diċembru 2021

____________________________________________________________________________________ 

Infakkru li bħala Parroċċa għaż-Żmien tal-Avvent, qed nagħtu dawn it-tlett suġġerimenti prattiċi: 1. Nieħdu sehem fin-Nofs Siegħa mal-Kelma nhar ta’ Tnejn fil-Knisja, bejn is-6.30pm u s-7.00pm fejn ikollna l-Lectio Divina li tgħinna napprezzaw aħjar il-Kelma ta’ Alla, fil-ħajja tagħna. 2. Nersqu għas-Sagrament tal-Qrar u nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin. 3. Inkunu nies ta’ Karità. Bħalha Parroċċa ser ngħinu lid-Dar ta’ St. Patrick’s tas-Sliema. Għalhekk taħt il-girlanda tal-Avvent, issibu diversi envelopes li jirrapreżentaw x-xewqat li dawn it-tfal u żgħażagħ jixtiequ bħalha rigal f’dan il-Milied. Inħeġġukom biex ninpenjaw ruħna ħalli b’dan il-ġest inferrħu lil dawn it-tfal u żgħażagħ f’dan il-Milied. Wieħed jistà jixtri r-rigal waħdu jew inkella ma’ oħrajn. Ir-rigali tistgħu tgħadduhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru.

Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn, fil-Kripta fid-9.15am, ssir il-laqgħa għall-Anzjani.

Nhar it-Tlieta, fil-Quddiesa tat-8.30am, ser isir it-Tesserament tal-Membri tal-Azzjoni Kattolika.

Nhar l-Erbgħa, niċċelebraw l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Xieraq li nqaddsu din il-ġurnata billi nieħdu sehem fil-Quddiesa, li jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa u nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna.

Il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mistiedna nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru, l-Parroċċa ser torganizza l-Kunċert tal-Milied, fis-6.30pm, fil-Knisja. F’dan il-Kunċert ser jiġi inawgurat presepju ġdid għall-Knisja, maħdum b’mod voluntarju minn Alex Powell, bil-għajnuna wkoll tal-Grupp tal-Armar. Inħeġġukom biex tattendu.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.