Avviżi 3 ta' April 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

3 ta’ April 2022

____________________________________________________________________________________ 

Bħal issa f’Malta għandna l-grazzja li nilqgħu fostna lill-Papa Franġisku. Dawk li għada/Illum ser jużaw it-trasport għall-Quddiesa tal-Papa ta’ fuq il-Fosos tal-Furjana, dan jitlaq fit-8.00am minn ħdejn il-Knisja. Ilkoll mħeġġa biex nkomplu nitolbu, ħalli din iż-żjara tħalli l-frott u l-ġid mixtieq. Tkun ħaġa xierqa li jitilgħu l-bnadar fuq il-bjut, bħala wkoll sens ta’ rispett lejn il-Missier tagħna l-Papa Franġisku. Navżaw li l-Quddies tal-Ħadd, fil-Parroċċa tagħna ser ikun fis-6.30am, fis-7.30am u fis-6.00pm.

It-Tnejn/Għada, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-6.30pm sas-7.00pm fil-Knisja. Imexxi, Dr Joseph Ciappara li huwa studjuż fuq il-Kelma ta’ Alla u li ser jgħinna napprezzaw aktar dak li jrid iwassal San Luqa, fir-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej li jinqara f’Ħadd il-Palm.

Mit-Tnejn sal-Ħamis, fis-7.30pm, ser isiru l-Eżerċizzi tar-Randan għal Kulħadd, fil-Każin tal-Banda, San Sebastjan, Ħal Qormi. Imexxi Patri Clive Camilleri OFM.

Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħamis mill-5.30pm sat-8.00pm ser ikollna fil-Knisja diversi saċerdoti għall-Qrar. Inħeġġu lil kulħadd sabiex inħejju ruħna għal dawn il-jiem għeżież billi nilqgħu l-ħniena li Ġesù jagħtina f’dan is-Sagrament tal-Qrar.

Nhar il-Ġimgħa, niċċelebraw il-festa tad-Duluri. Il-Quddies fil-Parroċċa tagħna jkun: fis-6.30am, fis-7.30am, fit-8.30am u fil-5.00pm. Fis-6.00pm nitolbu t-talba tar-Rużarju li jkun animat mill-Fratellanza tad-Duluri. Fis-6.30pm Quddiesa kantata mmexija minn Patri Alex Scerri O.Carm, bis-sehem tal-abbatini, l-fratelli u l-Kor taż-żgħażagħ. Il-Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri ser tkun il-Ħadd 10 ta’ April, peress li minn dakinhar jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru attivitajiet bħal dawn minħabba l-pandemija. Dakinhar fil-5.00pm ikollna Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm u fis-6.00pm purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq San Bartilmew, Triq San Dwardu, Triq Santa Katerina, Triq il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali, bil-Barka Sagramentali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.