Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
L-Ewwel Ħadd ta’ l-Avvent
28 ta’ Novembru 2021
____________________________________________________________________________________
Filwaqt li bħalha Knisja qed nagħtu bidu għaż-Żmien tal-Avvent, ejjew nitolbu għalina lkoll biex dan ikun wieħed ta’ grazzja billi tkompli tikber fina x-xewqa li nagħrfu lil Ġesù u li nkunu aktar viċin tiegħu fil-ħajja tagħna. Bħala Parroċċa għaż-Żmien tal-Avvent, qed nagħtu dawn it-tlett suġġerimenti prattiċi: Nieħdu sehem fin-Nofs Siegħa mal-Kelma nhar ta’ Tnejn fil-Knisja, bejn is-6.30pm u s-7.00pm fil-Knisja, nersqu għas-Sagrament tal-Qrar u nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin u nkunu nies ta’ Karità. Fil-fatt bħalha Parroċċa fl-Avvent ser ngħinu lid-Dar ta’ St. Patrick’s tas-Sliema, mmexija mis-Salesjani. Din tilqà fiha tfal u żgħażagħ minn disà sa tmintax–il sena li jkunu qed jgħixu hemmhekk minħabba li fis-sitwazzjoni din tkun l-aħjar għażla għalihom. Fil-ġranet li ġejjin taħt il-girlanda tal-Avvent, ser nqiegħdu 25 envelope, kemm bħal issa hemm persuni jgħixu f’din id-dar, bix-xewqa tagħhom ta’ rigal li jixtiequ f’dan il-Milied. Inħeġġiġkom biex ninpenjaw ruħna ħalli b’dan il-ġest inferrħu lil dawn it-tfal u żgħażagħ f’dan il-Milied. Wieħed jistà jixtri r-rigal waħdu jew inkella ma’ ħaddieħor. Ir-rigali tistgħu tgħadduhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru.
Għada/Illum bejn it-8.30am u 1.00pm, ser ikollna l-opportunità li nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit, ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jagħtu d-demm, biex ma jibqgħux lura milli jagħmlu dan il-ġest sabiħ ta’ mħabba u Karità. Ma ninsewx li hemm ħafna pazjenti fl-isptar jistennew li jingħataw d-demm. Grazzi bil-quddiem.
Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn, fil-Kripta fid-9.15am, ssir il-laqgħa għall-Anzjani.
Nhar it-Tnejn/Għada, bejn l-4.00pm u l-5.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira.
Navżaw li nhar it-Tnejn filgħodu l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq, imma mbgħad jiftaħ bħas-soltu filgħaxija bejn il-5.00pm u s-7.00pm.
Nhar l-Erbgħa, fis-6.30pm ssir il-laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija fid-Dar Parrokkjali.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org