Avviżi 27 ta' Frar 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tmien Ħadd tas-Sena

27 ta’ Frar 2022

____________________________________________________________________________________ 

Nhar It-Tnejn/Għada, fl-4.00pm ssir l-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira. Din tibda bit-talba tar-Rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna O. Carm.

Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-ewwel Ħadd tar-Randan. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi. Matul ir-Randan, il-Lectio Divina ser titmexxa minn Dr Joseph Ciappara li huwa lettur tal-Iskrittura fil-fakulta tat-teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Nhar it-Tlieta 1 ta’ Marzu, bejn l-4.00pm u s-6.00pm, aħna s-saċerdoti ser nqassmu l-flixkun tal-ilma mbierek lir-residenti li jgħixu fit-toroq: it-Tin u Misraħ iż-Żebbuġ, Triq iċ-Ċawsli u Triq il-Kus. Nittamaw li wara l-Għid il-kbir nkomplu nagħmlu dan f’toroq oħrajn u jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu nittamaw li jsir ukoll parti mit-tberik tal-familji fid-djar.

Nhar it-Tlieta, fis-6.45pm isir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa, nagħtu bidu għaż-Żmien Qaddis tar-Randan. Nitolbu biex f’dan iż-żmien ta’ konverżjoni, nersqu aktar lejn Ġesù permezz tas-Sagrament tal-Qrar. Il-Quddies dakinhar ikun bħal matul il-ġimgħa, imma ser inżidu Quddiesa fil-5.00pm għat-tfal u l-familji tagħhom. Fis-6.00pm nitolbu t-talba tal-Via Sagra animata mill-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet u fis-6.30pm ikollna Quddiesa kantata tal-bidu tar-Randan bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini u l-fratelli tal-parroċċa tagħna. Filwaqt li nħeġġu lil kulħadd biex nhar l-Erbgħa, nieħdu sehem fil-Quddies, infakkru li dakinhar f’kull Quddiesa jsir it-tqiegħed tal-irmied fuq rasna, bħala sens ta’ ndiema. Infakkru li dakinhar huwa jum ta’ sawm u astinenza.

Il-Ħamis li ġej, fid-9.30am, il-Grupp tal-Fundrasing tal-Parroċċa ser jorganizza Coffee Morning b’risq il-Knisja, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-biljetti mingħand il-helpers tas-soltu.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 63 5 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.