Avviż 26 ta' Settembru 2021

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Is-26 Ħadd ta’ Matul is-Sena

26 ta’ Settembr u 2021

____________________________________________________________________________________  Il-Quddiesa li ser tixxandar għada/llum fuq TVM 2, fid-9.30am ser tkun mill-Knisja ż-Żgħira. Inħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. Għada/llum lKnisja ż-Żgħira ser tibqà magħluqa għall-pubbliku.  Nhar it-Tnejn/Għada jkollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja. Din

ir-

riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd.  Nhar l-Erbgħa, ser jergħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa, b’Quddiesa

fil-

Knisja, fit-8.30am. Inħeġġu lin-nisa kollha sabiex jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat.  Il-Ħamis, ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal li ser jibdew jattendu għall-katekiżmu

fiċ-

Ċentru Parrokkjali. Din il-laqgħa ssir fil-Knisja, fis-7.15pm. Inħeġġu lill-ġenituri sabiex jattendu.  Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar, lkoll imħeġġa biex nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. Mis-6.00pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm, disponibbli għall-Qrar. Wara l-Quddiesa tas-6.30pm, ilkoll mistiedna għall-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li tinkludi t-talba tar-Rużarju u li ser titmexxa mill-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet.  Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk ikollna l-ġabra speċjali b’risq il-proġett

tat-

tiswija u żebgħa tal-Koppla. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.  Fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena Skolastika u tal-katekiżmu, qed nistiednu lit-tfal kollha biex nhar

il-

Ħadd 3 ta’ Ottubru, jieħdu sehem flimkien mal-familji tagħhom għall-Quddiesa tad-9.30am u magħhom iġibu xi oġġetti ta’ stationery biex ngħinu lis-Sorijiet ta’ Madre Tereża f’Bormla,

fil-

ħidma tagħhom mat-tfal.  Nhar il-Ħadd 3 ta’ Ottubru, niċċelebraw fil-Parroċċa, l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5.30pm nitolbu flimkien t-talba tal-Għasar u fis-6.00pm ikollna Quddiesa kanatata bis-sehem tal-Kor

taż-

żgħażagħ, l-abbatini u l-fratelli. Wara l-Quddiesa, fil-Knisja, nitolbu t-talba tar-Rużarju li ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa u li tintemm bil-Barka Sagramentali. Ilkoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien, sabiex niċċelebraw din il-festa għażiża u nitolbu lill-Madonna sabiex tkompli tbierek u tħares il-familji tagħna.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.