Avviżi 25 ta' Diċembru 2021

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Jum il-Milied

25 ta’ Diċembru 2021

____________________________________________________________________________________ 

F’Jum il-Milied, il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal nhar ta’ Ħadd, filgħaxija fis-6.00pm ikollna Quddiesa kantata.

Il-Ħadd/Għada niċċelebraw il-festa tal-Familja Mqaddsa, il-Quddiesa tal-11.00am ser tkun animata mill-membri tal-Kummissjoni Familja u għaliha qed nistiednu lil dawk li żżewwġu mill-parroċċa tagħna matul din is-sena u lil dawk li qed jiċċelebraw il-ħames, l-għaxra, il-ħmistax u l-għoxrin sena miżżewwġin.

It-Tnejn, fl-4.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira. Tibda fl-4.00pm bit-talb tar-Rużarju u wara tkompli b’ħsieb spiritwali minn Patri Ivan Sciclina O.Carm.

Nhar it-Tnejn, mis-6.30pm sas-7.00pm ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma fil-Knisja bi tħejjija għall-Evanġelju tal-festa tal-Epifanija tal-Mulej.

It-Tlieta ser norganizzaw Quddiesa għall-Anzjani tal-Milied, fit-3.30pm, fil-Knisja. Inħeġġu lill-familjari biex sakemm jkun possibli jġibu l-anzjani tagħhom għal din il-Quddiesa. Fi tmiem tal-Quddiesa tingħata tifkira lill-anzjani li jattendu.

L-aħħar tlett ijiem tas-Sena, fil-Parroċċa tagħna ikunu jiem ta’ Kwaranturi, jiġifieri tlett ijiem ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Kwaranturi jibdew b’quddiesa fil-Knisja Żgħira nhar l-Erbgħa fl-4.30pm u l-Adorazzjoni dakinhar tibda fil-5.00pm u tkompli għaddejja sat-8.00pm. Il-Kwaranturi jkomplu fil-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa mit-8.00am sal-5.00pm. Napprezzaw li f’dawn il-ġranet aħna wkoll bħal Maġi, mmorru naduraw lill-Ġesù Ewkaristija billi nieħdu nofs siegħa mill-ġurnata biex b’hekk dawn ikunu verament jiem ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat. Wieħed jista jimmarka il-ħin tiegħu minn fuq karti apposta li għandna ħdejn il-bieb tas-sagristija.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.