Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Ir-Rabà Ħadd tal-Għid/Jum il-Vokazzjoniet
8 ta’ Mejju 2022
____________________________________________________________________________________
Għada l-Ħadd, niċċelebraw il-festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-5.30pm nitolbu t-talba tar-Rużarju u s-Supplika tal-Madonna quddiem Ġesù Ewkaristija u wara nirċievu l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm ikollna l-Quddiesa li fiha ser ikollna fostna lid-Djaknu l-ġdid mill-Parroċċa tagħna, id-Dumnikan Ian Zammit biex flimkien miegħu nroddu ħajr lil Alla għal dan ir-rigal sabiħ tas-sejħa u fil-Quddiesa huwa jagħmel l-omelija.
Ilum qed ikun iċċelebrat il-Jum ta’ Talb għall-Vokazzjoniet. Infakkru li din is-sena l-Parroċċa qed tiddedikaha biex bħalha komunità nitolbu aktar mis-soltu għall-Vokazzjoniet Saċerdotali u Reliġjużi mill-Parroċċa tagħna. Għalhekk nitolbu lil Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb biex jkompli jagħtina fi żminijietna saċerdoti qaddisa biex iqaddsuna u jieħdu ħsiebna. Inħeġġu biex fil-familji tagħna noħolqu wkoll ambjent addattat, biex lil dawk li l-Mulej isejjaħ minn fostna, jaqduh bil-kuraġġ u bil-ferħ. Marbut ma’ dan il-jum ta’ talb għall-vokazzjoniet, illum ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja, hemm Grace Gambin, biex minn jixtieq, jgħin biex xi ħadd jsir qassis fil-missjoni, jkun jistà jagħmel dan.
Nhar is-Sibt li ġej 14 ta’ Mejju, fid-9.30am fil-Katidral tal-Imdina, Mons. Arċisqof ser jordna tlett saċerdoti ġodda. Nitolbu għalihom u nirringrazzjaw lil Alla magħhom.
Bil-ferħ navżaw li l-Parroċċa tagħna ser tiġi afdata b’rigal prezzjuz, billi wieħed mid-Djakni l-ġodda li ġew ordnati l-ġimgħa li għaddiet se jkun assenjat fil-Parroċċa tagħna sakemm jiġi ordnat saċerdot is-sena d-dieħla. Dan huwa Fr Gylan Camilleri minn Wied il-Għajn u ser jibda fil-Parroċċa tagħna l-ġimgħa d-dieħla. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-grazzja sabiħa, nitolbu għalih u nilqugħ fostna. Nawgurawlu wkoll peress li nhar it-Tlieta jiċċelebra għeluq sninu.
It-Tnejn/Għada, fid-9.15am issir il-laqgħa tal-anzjani fil-Kripta tal-Knisja.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org