Avviżi TalKommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI MALTA
IlKonsagrazzjoni talKnisja
19 ta’ Jannar 2020
Flokkażjoni talfesta liturġika ta’ San Sebastjan, għada/llum fid9.30am ikollna Quddiesa filKnisja għattfal u lfamilji tagħhom u wara purċissjoni qasira blistatwa żżgħira ta’ San Bastjan li tintemm fuq izzuntier talKnisja żŻgħira, bissehem talBanda San Sebastjan. Fis6.00pm Transalazzjoni tarrelikwa ta’ San Sebastjan bissehem talfratelli u wara Quddiesa tal34 anniversarju millKonsagrazzjoni talKnisja. Imexxi: Dun Sergio Fenech.
Nhar itTnejn/Għada, Jum ilfesta liturġika, bejn l10.00am u l11.00am filKnisja Arċipretali ssir. lAdorazzjoni animata misSuperjur Joe Fenech u fis6.30pm Quddiesa solenni talfesta, mmexija millIsqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex f’dan iljum għażiż, nieħdu sehem bi ħġarna għal din ilQuddiesa talfesta. Navżaw li tTnejn wara nofsinhar, lUffiċċju Parrokkjali, jkun magħluq.
ItTlieta, fl4.30pm, ikollna lKummissjoni Kateketika u fis7.15pm, lKummissjoni Familja fidDar Parrokkjali.
IlĦamis, fis6.00pm, ikollna Quddiesa filKnisja, għal dawk li mietu filParroċċa tagħna, minn Settembru sa Diċembru li għadda. Din tkun organizzata millKummissjoni Djakonija. Ilfamiljari ta’ dawn ħutna huma mħeġġa li jattendu.
IlĠimgħa, lQuddiesa tas6.00pm issir filKnisja żŻgħira, biex wara bejn is6.30pm u 7.00pm ikollna nofs siegħa adorazzjoni flimkien quddiem Ġesù Ewkaristija. Ladorazzjoni ta’ nhar ilĠimgħa, ser titmexxa millKummissjoni Familja.
Bejn it18 u l25 ta’ Jannar, ilKnisja, tiċċellebra lĠimgħa ta’ Talb, għallGħaqda fost ilKnejjes Insara. F’dawn iljiem, aħna mħeġġa biex nitolbu, biex fuq xewqa ta’ Ġesù, nkunu merħla waħda taħt ragħaj wieħed.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg