Sliem u Ħajja - Marzu 2018

Page 1

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Marzu 2018

KELMA TAL-KAPPILLAN

Xi jrid Alla minnha? Għeżież tiegħi, l-paċi magħkom! Huwa ta’ ferħ kbir għalija li niltaqa magħkom u naqsam il-ħsiebijiet u xewqat tiegħi fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħi, f’din il-parroċċa għażiża ta’ San Sebastjan, f’Ħal Qormi. Meta Mons. Arċisqof wrieni x-xewqa tiegħu li nibda naqdi din il-parroċċa, jiena għaraft li għandi nobdi u naċċetta. Wieħed jifhem u jemmen li fix-xewqa tas-superjuri, għandu jagħraf ir-rieda ta’ Alla għalih. Għalhekk ħassejt li għandi nintelaq f’ idejn Alla u naċċetta din it-talba permezz tal-Knisja. Dan imlieni qalbi bil-ferħ, għax naf li apparti l-koperazzjoni tagħkom l-Qriema, Alla żgur li mhux ser jonqos millgrazzji tiegħu. Jiena konvint li fil-parroċċa tagħna hawn ħafna u ħafna tajjeb u dan irridu nibżgħu għalih u ngħożżuh, imma fl-istess ħin, kontinwament irridu nistaqsu lilna nfusna u ngħidu: Xi jrid Alla minnha? Għalhekk il-missjoni tiegħi magħkom, fil-komunità tagħna, trid tkun dejjem mottivata min din ix-xewqa, ħalli tabilħaqq nkunu l-qaddejja tal-Mulej. Jeħtieġ għalhekk li nħallu l-Kelma ta’ Alla tkun dik li tmexxina u turina t-triq fejn irridu nimxu, ħalli b’hekk nkunu nistgħu nkunu Parroċċa skont il-Qalb u x-xewqa ta’ Ġesù. Nixtieq nwassal kelma ta’ apprezzament u gratitudni għal ħidma siewja, li ħuti s-saċerdoti jwettqu f’ din

il-parroċċa, flimkien ma’ numru sabiħ ta’ operaturi pastorali li b’tant mħabba u dedikazzjoni jagħtu ħajjithom għall-qadi tal-komunità. Fl-istess ħin, nixtieq nagħmel sejħa biex kulħadd jħossu parti min din il-parroċċa, ħalli tabilħaqq ngħixu flimkien bħal aħwa kif irridna Ġesù, u nkunu tassew familja waħda. Ejjew għalhekk ngħożżu lil xulxin, billi nuru rispett lejn l-oħrajn u nkunu ta’ sostenn għal min qegħed ibati u jeħtieġ l-għajnuna tagħna. B’dan il-ħsieb f’qalbna, nistgħu naslu biex niċċellebraw il-qofol tal-mixja tagħna, meta kull nhar ta’ Ħadd, bħala komunita niċċellebraw Jum il-Mulej. Tħallux dan il-jum jasal u ma nersqux lejn l-Ewkaristija. Ġesù jkun għattxan biex jiltaqa magħna. Ma nħalluħx jistenna. Għalhekk nagħmel sejħa qawwija lil dawk li jinsabu fil-bogħod, biex ma jibżgħux jersqu lejn Ġesù, ħalli b’hekk huma wkoll jħossuhom viċin tagħna. B’dawn is-sentimenti f’qalbna, ejjew nibdew flimkien din il-mixja, billi nitolbu lil Alla bl-interċessjoni talmartri San Sebastjan, sabiex jinterċedi għalina u għallParroċċa tagħna, ħalli nkunu tassew komunità ta’ fidi, fejn kulħadd jħossu milqugħ u maħbub. Inselli ħafna għalikom u għall-familji tagħkom. Tkunu mberkin DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Sliem u Ħajja - Marzu 2018 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu