Page 1

Numru 111

Newspaper Post

Frar 2014 |

3 Editorjal 5 Il-kelma tal-Arċisqof 5 Xiżmi, kruċjati, konċilji 6 Tiġi Saltnatek 7 Evangelii Gaudium 9 San Valentinu 10 The two rooms 13 Our little girl is a young woman 14 Announcing Christ to Schools 18 Il-ħajja sabiħa ... jekk trid! 19 Il-kuruna ta’ Bernadette 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Parroċċi Maltin: L-Imdina 25 Testment bla inkwiet 27 Tisliba u Alfakodo 29 Fil-brejk 30 L-Immigrant


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

L-Gœid æewwa

Lourdes

Inÿuru Lourdes, Bartres, Meridien Shopping Arcade, Pau u Pont d’Espagne 17-22 ta’ April

MINN

¢579

L-Gœid æewwa

Fatima - Portugall Inÿuru Fatima, Lisbona, Tomar, Mira d’Aire Caves, Batalha, Alcobaca u Nazare 17-21 ta’ April

MINN

¢399

L-Gœid æewwa

Lisbona/Fatima - Portugall Inÿuru Lisbona, Estoril, Cascais, Fatima, Sesimbra, Arrabida, Leira u Coimbra 17-21 ta’ April

MINN

¢399

Ruma

Kanonizzazzjoni tal-Papa Æwanni XXIII u tal-Papa Æwanni Pawlu II Inÿuru Ruma, Assisi u Tivoli L-eskurzjonijiet huma kollha nkluÿi fil-prezz 25-28 ta’ April

MINN

¢599

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim Tripla u jinkludu Titjiriet, Lukanda bil-Kolazzjon, Trasferimenti, Servizzi ta’ Tour Leader u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun A nton Por telli

Minn dak li għandek

T

agħti biss minn dak li jkollok. Ma tistax tagħti minn dak li m’għandekx. San Pawl lill-Maltin u lil dawk kollha li ltaqgħu miegħu tahom lil Ġesù. Ġesù tant kien importanti għalih, tant xtaq li l-ferħ li jġib Ġesù jasal għand ħaddieħor, li wara li kkonverta għadda l-bqija ta’ ħajtu jitkellem u jikteb fuq Ġesù, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, li ħa fuqu d-dnubiet tagħna u ħelisna minnhom. Il-Maltin li raw lil San Pawl u lil sħabu jaslu l-art, min bil-għum u min iggranfat ma’ biċċa injama, tawhom merħba: laqgħuhom u qabbdulhom in-nar. Il-Maltin taw imħabba, kenn u ħbiberija. U hekk dak li kellu fih San Pawl iltaqa’ ma’ dak li kellhom fihom il-Maltin: San Pawl ta lill-Maltin il-fidi f’Ġesù; il-Maltin taw lil San Pawl dak kollu li kellu bżonn. San Pawl għadu llum ukoll jiġi fostna u għandna l-Maltin: ix-xandir ta’ Ġesù għadu jsir. Il-Maltin ukoll għadhom qalbhom tajba, u jgħinu ħafna lil min ikun fil-bżonn. Imma għandna aktar bżonn nilqgħu lil Ġesù nnifsu, inħallu l-imħabba tiegħu tinżel iżjed f’qalbna u f’moħħna u fl-imġiba tagħna, u hekk ikollna x’nagħtu lil ħaddieħor.

Mini-Kwizz 1. Kemm kien hemm nies fuq il-ġifen li wassal lil San Pawl f’Malta? 2. Kemm dam f’Malta San Pawl? 3. Fejn mar meta telaq minn hawn? Ara t-tweġibiet f’paġna 7.

Frar 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Ingħaqad magħna fuq Facebbok int ukoll fil-paġna “Magazin Flimkien” u agħti l-kummenti tiegħek

Flimkien b’TIPI KBAR Jekk trid li l-Flimkien jasallek id-dar bilposta, agħtina ismek u l-indirizz flimkien ma’ ċekk ta’ €10 (f’isem il-Kulleġġ talKappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ għal 12-il ħarġa f’sena. Ibgħat hekk: Magażin Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew email flimkien@maltadiocese.org. Faċċata: Mużajk tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Monasteru ta’ Cernica, ir-Rumanija.

The Little Boy and the Old Man Said the little boy, ‘Sometimes I drop my spoon.’ Said the old man, ‘I do that too.’ The little boy whispered, ‘I wet my pants.’ ‘I do that too,’ laughed the little old man. Said the little boy, ‘I often cry.’ The old man nodded, ‘So do I.’ ‘But worst of all,’ said the boy, ‘it seems Grown-ups don’t pay attention to me.’ And he felt the warmth of a wrinkled old hand. ‘I know what you mean,’ said the old man. Shel Silverstein Ibgħat ħsibijiet qosra għal din ir-rokna: Flimkien, Aħseb Fuqha, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org


Il-Kelma tal-Arċisqof • Mons P. Cremona O.P.

Fuq il-passi tagħhom

F

tit ilu ċċelebrajna l-festa ta’ meta l-Maġi ġew jaduraw it-tarbija Ġesù. Din il-ġrajja tolqotni bħala mudell ta’ kif nersqu lejn Ġesù. 1. L-ewwel li jolqotni hu li dawn xtaqu jfittxu lit-tarbija Ġesù. Il-ħajja tagħna ta’ talb trid tibda minn tfittxija. Irid ikolli x-xewqa li nsir nafu mill-qrib. Dak hu l-ewwel pass. 2. Il-Maġi mhux biss xtaqu, iżda mxew triq twila wara kewkba. Il-kewkba tagħna li tmexxina lejn Ġesù jrid ikun il-Vanġelu. Hemm insibu min hu Ġesù, x’għallem u x’għamel. 3. Il-Maġi waslu fejn kien jinsab Ġesù u stagħġbu bih. Saru jafuh; setgħu jmissuh. Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù trid twassalna biex inħossuh ħdejna, li nistgħu nitkellmu miegħu. 4. Il-Maġi tawh ir-rigali. Anki aħna meta nersqu lejn Ġesù nistgħu nagħtuh rigal. U x’hemm aktar addattat mir-rigal tagħna nfusna? 5. Wara, telqu lura minn triq oħra. Ma ridux jipperikolaw l-esperjenza li kellhom ta’ Ġesù. Anki aħna, wara li niltaqgħu miegħu, irridu ngħaddu “minn triq oħra” biex ma nipperikolawx il-laqgħa tagħna miegħu. Irridu nevitaw it-toroq l-oħra li ma kinux iħalluna niltaqgħu miegħu.

Irtir fil Kampanja Barra, fil-kampanja, bogħod mill-istorbju ta’ madwarna, f’xi kappella ċkejkna, fil-kampanja sabiħa ta’ Għawdex, nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, u nħalluh ikellimna. Mumenti ta’ skiet, talb u qsim ta’ esperjenzi. Mill-Ġimgħa, 7 sal-Ħadd, 9 ta’ Marzu. Imexxu Dr. Edward Warrington u Ms. Clare Camilleri. Dar Manresa, Victoria 2155 6635; manresagozo@gmail.com

4 | Flimkien

STOR JA TAL-KNISJA FIL- QOSOR (10)

Xiżma, kruċjati, konċilji 1054 Mikiel Cerularius jilħaq Patrijarka ta’ Kostantinopli. Ma jaċċettax lill-Papa bħala kap tal-Knisja kollha. Ix-Xiżma bejn il-Knisja Ortodossa u dik Rumana tkompli tikber. 1079 Ikkundannat it-tagħlim ta’ Berengarius li ċaħad il-Preżenza Reali ta’ Kristu taħt l-ispeċi tal-ħobż u l-inbid. Aktar tard Berengarius jirtira t-tagħlim tiegħu. 1097-99 L-Ewwel Kruċjata (fost diversi li saru sal-1265) bl-iskop li l-postijiet sagri filPalestina jerġgħu jiġu f’idejn l-Insara minn taħt il-Misilmin. 1122 Iffirmat il-Konkordat ta’ Worms (filĠermanja) bejn Papa Kallistu II u l-Imperatur Neriku V biex jikkontrolla l-indħil tal-Imperatur fil-ħatra tal-isqfijiet u tal-Papa. 1127 Malta tgħaddi f’idejn in-Normanni. 1139 It-Tieni Konċilju tal-Lateran. Fost digrieti oħra jiddeċiedi li s-saċerdoti m’għandhomx jiżżewġu. 1170 L-Arċisqof San Thomas Becket jinqatel fil-katidral ta’ Canterbury. Ma kienx jaqbel mar-Re Neriku II tal-Ingilterra dwar kif kellhom ikunu r-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat.


HEARING TESTS ARE

AS SIMPLE AS EYE TESTS & C AN HELP TO IMPROVE THE QUALITY OF YOUR LIFE JUST AS EASILY Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Tuesday 18th February - Tuesday 25th February. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology. A standard clinic fee will apply.

CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571

ty n rra ble a l w aila a v ob w a l G o n


Il-Missierna (2) • Fr Hector Scerri

6 | Flimkien

Tiġi

I

t-tieni petizzjoni li għallimna Ġesù fittalba tal-Missierna hi “Tiġi Saltnatek”. Is-Saltna ta’ Alla mhix saltna ġeografika u li nistgħu nsibuha fuq il-mapep tal-atlas. Is-Saltna ta’ Alla, kif jgħallimna San Pawl, hija “ġustizzja u sliem u grazzja fl-Ispirtu s-Santu” (Rum 14:17).

I

fisser li nimitaw lil Ġesù fl-għażliet li huwa għamel. Ifisser li nkunu nies li jġibu ’l quddiem il-paċi u l-ġustizzja. Ifisser li ngħixu l-Beatitudnijiet, kif anke fakkarna l-Papa Franġisku meta kien Rio de Janeiro, fil-Brażil, f’Lulju li għadda.

I

fisser, għalhekk, li naħarbu d-dnub u dak kollu li huwa konsegwenza tad-dnub. San Ċirillu ta’ Ġerusalemm, fil-Katekeżi tiegħu lil dawk li kienu qed jitħejjew għallMagħmudija, jgħallem hekk: “Qalb safja biss tkun tista’ tgħid fi żgur ‘Tiġi saltnatek’. Trid tkun tgħallimt fl-iskola ta’ San Pawl biex tgħid: ‘Tħallux li d-dnub isaltan fuq dan il-ġisem li jmut’. Min iżomm ruħu safi f’għemilu, fi ħsibijietu u fi kliemu, jista’ jgħid lil Alla: ‘Tiġi Saltnatek’ ”.

F

’din it-talba, il-Knisja qed tħares ukoll lejn it-tieni miġja ta’ Ġesù Kristu fl-aħħar taż-żmien, u għalhekk lejn il-miġja fl-aħħar taż-żmien tas-Saltna ta’ Alla. Fil-fatt, dak li Ġesù stess ħabbar, meta kien fostna, li “waslet is-Saltna ta’ Alla”, jilħaq il-milja tiegħu fl-aħħar taż-żmien, meta r-rieda ta’ Alla tkun seħħet għalkollox f’dawk li billibertà kollha laqgħuha fil-ħajja tagħhom. Dan kollu jitlob minna li nagħtu wisa’ għal din is-Saltna f’kull ħin tal-ġurnata tagħna. Is-Saltna ta’ Alla nibnuha kuljum, ftit ftit.

I

s-Saltna ta’ Alla tiġi fik u tikber fik daqs kemm tagħti wisa’ lil Alla kuljum – billi tieħu deċiżjonijiet li jaqblu ma’ dak li għallimna hu, billi tħobb, billi tagħti lilek innifsek, billi taħfer – u tevita d-dnub.

D

M

eta nitolbu li tiġi s-Saltna ta’ Alla madwarna u ġewwa fina nkunu qegħdin nitolbu li aħna ngħixu dak li qalilna hu, partikolarment dak li għallimna Ġesù.

an nistgħu nifhmuh aħjar billi niftakru f’din it-talba mill-Quddiesa u nippruvaw ngħixuha: “Eħlisna, nitolbuk, Mulej, minn kull deni; agħtina fit-tjieba u l-ħniena tiegħek, il-paċi fi żmienna, biex inkunu ħielsa mid-dnub, u mħarsa minn kull inkwiet, aħna u nistennew u nittamaw il-hena u l-miġja tas-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.”

Alessandra Balzan

Saltnatek


Evangelii Gaudium

Frar 2014 | 7

Aħjar feruta jew komda? Ħafna jsemmu l-Eżortazzjoni Appostolika EVANGELII GAUDIUM li ħareġ il-Papa Franġisku fl-24 ta’ Novembru li għadda. Imma eżattament dwar xiex inhi? Dawn huma siltiet qosra li jagħtu ħjiel tal-kontenut. Ma nibżgħux inbiddlu: Il-Papa jgħid li l-Knisja u l-istrutturi kollha tagħha – minn fuqnett sa isfelnett – iridu jkunu ispirati millEvanġelju. Dak li mhuwiex skont l-Evanġelju għandu jinbidel jew jitneħħa. Irridu nkunu kuraġġużi u kreattivi, u nieqfu darba għal dejjem ngħidu “għax dejjem hekk għamilna”. Il-ħniena ta’ Alla: Jeħtieġ niskopru millġdid il-ħniena ta’ Alla bħala “l-akbar fost il-virtujiet”. Irridu niftħu l-bibien u noħorġu niltaqgħu ma’ kulħadd, u nilħqu “il-periferiji umani” ta’ żminijietna.     Il-ferħ tal-Vanġelu: Għal 59 darba l-Papa jirrepeti l-kelma “ferħ”. Jistieden lil kull Nisrani jġedded ir-relazzjoni personali ma’ Ġesù, jew għall-inqas iħalli lil Ġesù jiltaqa’ miegħu. Alla ma jgħeja qatt jaħfrilna. Huwa jġorrna fuq spallejh, u dan jagħmlu kull darba li jaħfrilna.   F’salib it-toroq: L-imgħammdin huma msejħa biex jitilqu mill-għeluq u s-sigurtà li jsibu “ġewwa”, fil-kenn ta’ dak li mdorrijin bih jew li jafu, u joħorġu fil-misraħ fejn jobrom irriħ, u fejn aktarx se nkunu kkontestati minn dawk li ma jaqblux magħna. Il-membri talKnisja għandhom imorru jfittxu l-imbegħdin li jinsabu f’salib it-toroq. “Nippreferi Knisja feruta u mċappsa għax ħarġet fit-toroq, milli Knisja marida minħabba l-għeluq u l-kumdità li ggranfat magħhom biex ikollha sigurtà”.

Parroċċa: Jekk il-parroċċa tkun kapaċi tadatta ruħha kontinwament, tibqa’ tkun dik l-espressjoni tal-Knisja li tgħix qalb id-djar ta’ wliedha. Il-parroċċa hija l-post tas-smigħ tal-Kelma, fejn il-ħajja Nisranija tikber, fejn iseħħ ix-xandir tal-kelma, il-karità ġeneruża, l-adorazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni. L-Omelija: Trid tkun ippreparata; turi kemm ir-ragħaj huwa qrib tal-poplu afdat f’idejh; tixbah konverżazzjoni bejn omm u wliedha: tgħallem, tfiehem, tikkoreġi, tapprezza dak li huwa tajjeb, tittrasmetti il-kuraġġ; l-omelija trid tkebbes il-qlub.   Il-Fqar: Il-Papa jixtieq “Knisja fqira mogħtija kollha kemm hi għall-fqar”. Jeħtieġ nagħrfu l-preżenza tal-foqra u npoġġuhom fiċ-ċentru tal-ħajja tal-Knisja. It-tagħlim tal-Knisja għandu jindirizza aspetti bħall-ekonomija, il-ġid komuni, il-ħtiġijiet ta’ dawk li qegħdin ibatu l-isfruttament, id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi soċjali, id-djalogu soċjali u l-libertà reliġjuża. Aqra t-test sħiħ: laikos.org/Evangelii_Gaudium

Mini-kwizz

Fuq il-ġifen kien hemm 276 ruħ (ara l-ktieb tal-Atti tal-Appostli, kapitlu 27, vers 37). Dam tliet xhur. Skont San Luqa: “Wara tliet xhur tlaqna fuq ġifen li kien għadda x-xitwa fil-gżira … u nżilna Sirakuża fejn qgħadna tlitt ijiem (Atti 28:11-12). Aktar tard wasal Ruma.


Insurance cover also includes...

FREE Home assistance and Emergency services. • FAILURE OF ELECTRICAL SUPPLY • DAMAGE TO DOOR LOCKS • WATER LEAKAGES • BREAKAGE OF GLAZING TO EXTERNAL WINDOWS OR DOORS

Middlesea Home Insurance Policy

Your home is a cherished and valued possession. Ensure that your home building and its contents are well protected with a HOME InsurancE. Our unique policy will cover the cost of the callout and labour that is necessary for the repair of the home emergency. If it matters to you, it matters to us. contact us on 21246262, visit www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries. Find us on

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 120313 737 JOB 39207 01/14

IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.

Electric Scooter

Platform Lift

Curved Stairlift

CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN

Straight Stairlift

Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com


San Valentinu

Frar 2014 | 9

Faċċati differenti tal-imħabba Jum San Valentinu għandu ħafna faċċati. U l-imħabba tista’ tintwera b’ħafna modi. Mhux biss b’kartolina, bukkett fjuri, ċikkulatini jew ikla f’ristorant. U mhux biss fl-14 ta’ Frar. Ftit suġġerimenti:

T

qum fis-sebgħa ta’ filgħodu, avolja tkun bil-leave, u bit-tbissima fuq fommok tipprepara breakfast għallmara, u tagħtiha ċans toqgħod nofsiegħa oħra fis-sodda. Tqum f’nofs ta’ lejl biex tikkalma t-tarbija jew tqum tara x’ġaralu t-tifel li qam jisgħol jew jibki. Tagħmel xi faċenda għall-ġenituri anzjani tiegħek li ma jistgħux jagħmluhom huma: ħasil, xiri, żebgħa, lift sal-isptar, eċċ. Tagħti ftit mill-ħin tiegħek biex tisma’ lil xi ħadd li għandu bżonn jitkellem (bla ma toqgħod titkellem fuq il-problemi tiegħek). Twassal lil xi anzjan bil-karozza sal-knisja jew saċ-ċentru tal-anzjani.

Tkanta minn taħt l-ilsien xi kanzunetta kalma lit-tarbija waqt li żżommha f’dirgħajk biex traqqadha. Tilqa’ f’darek lill-ħbieb tat-tfal tiegħek, anki jekk ma tantx ikollok aptithom, u avolja jqallbulek xi ftit is-salott. Tmur tara lin-nanniet jew lil xi ħadd l-isptar. Kuljum tħalli ħin għat-talb, bħala koppja u mat-tfal. Tagħti sorpiża lill-mara jew lir-raġel permezz ta’ rigal – mhux għax San Valentinu jew ilMilied jew għeluq żmienu jew żmienha, imma għall-ebda raġuni partikolari – rigal li ma jiswiex ħafna flus imma li jfisser kemm hu jew hi importanti għalik. Taħfer – anki lil min ma kellux id-diċenza jitolbok maħfra wara li weġġgħek. Turi rispett lejn il-familja tar-raġel jew tal-mara, anki jekk forsi ma taqbilx magħhom f’kollox. Tkun lest timxi żewġ mili ma’ min talbek tmur miegħu mil wieħed, kemm ma’ tax-xogħol imma anki ma’ tad-dar. Jekk għal xi raġuni hemm xi firda fil-familja, tara kif issib mezz kif terġgħu tibdew titkellmu mill-ġdid. Tagħti s-sehem tiegħek fil-ħajja tal-parroċċa jew tal-komunità fejn tgħix – bla ma ddoqq ittrombi jew tistenna l-prosit.


10 | Flimkien

Relazzjonijiet

The

two r o o ms

I

n the deep and private corridors of your heart, there is a room. It’s called the Appreciation Room. It’s where your thoughts go when you encounter positive and encouraging things about your spouse. And every so often, you enjoy visiting this special place. On the walls are written kind words and phrases describing the good attributes of your mate. These may include characteristics like ‘honest’ and ‘intelligent, or phrases like ‘wonderful cook’ or ‘beautiful eyes’. They are things you have discovered about your husband or wife that have embedded themselves in your memory. When you think about these things, your appreciation for your spouse begins to increase. In fact, the more time you spend meditating on these positive attributes, the more grateful you are for your spouse.

Most things in the Appreciation Room were likely written in the initial stages of your relationship. You could summarize them as things you liked and respected about your loved one. They were true, honorable, and good. And you spent a great deal of time dwelling on them in this room … before you were married. But you may have found that you don’t visit this special room as often as you once did. That’s because there is another competing room nearby. Down another corridor of your heart lies the Depreciation Room, and unfortunately you visit there as well. On its walls are written the things that bother and irritate you about your spouse. These things were placed there out of frustration, hurt feelings, and the disappointment of unmet Meħuda minn The Love Dare, expectations. Stephen & Alex Kendrick


Relazzjonijiet

Frar 2014 | 11

Love chooses to believe the best about This room is lined with the weaknesses and people. It gives them the benefit of the failures of your husband or wife. Their bad doubt. It refuses to fill in the unknowns with habits, hurtful words, and poor decisions are negative assumptions. And when our worst written in large letters that cover the walls hopes are proven to be true, love makes every from one end to the other. If you stay in this room long enough, you get depressed and start effort to deal with them and move forward. As much as possible, love focuses on the expressing things like, ‘My wife is so selfish,’ positive. or ‘I think I married the wrong person’. It’s time to start thinking differently. It’s Some people write very hateful things time to let love lead your thoughts and your in this room, where tell-off statements are focus. The only reason you should glance in rehearsed for the next argument. Emotional the door of the Depreciation Room is to know injuries fester here, adding more scathing remarks to the walls. It’s where ammunition is how to pray for your spouse. And the only reason you should ever kept for the next big fight we have this unfortunate tendency go in this room is to write and bitterness is allowed to downplay our own negative ‘COVERED IN LOVE’ in to spread like a disease. attributes while putting our partner’s huge letters across the People fall out of love failures under a magnifying glass walls. here. It’s time to move to the But know this: Spending time in the Depreciation Room kills Appreciation Room, to settle down and make it your home. As you choose to meditate marriages. Divorces are plotted in this room and violent plans are schemed. The more time on the positives, you will learn that many more wonderful character qualities could you spend in this place, the more your heart be written across the walls. Your spouse is devalues your spouse. It begins the moment a living, breathing, endless book to be read. you walk in the door, and your care for them Dreams and hopes have yet to be realized. lessens with every second that ticks by. Talents and abilities may be discovered like You may say, ‘But these things are true!’ hidden treasure. But the choice to explore Yes, but so are the things in the Appreciation them starts with a decision by you. Room. Everyone fails and has areas that need You must develop the habit of reining in growth. Everyone has unresolved issues, hurts, your negative thoughts and focusing on the and personal baggage. This is a sad aspect positive attributes of your mate. This is a of being human. We have all sinned. But we crucial step as you learn to lead your heart have this unfortunate tendency to downplay to truly love your spouse. It is a decision that our own negative attributes while putting our you make, whether they deserve it or not. partner’s failures under a magnifying glass. Let’s get down to the real issue here. Love knows about the Depreciation Room and does Għaddejt minn separazzjoni? not live in denial that it exists. Eżerċizzi tar-Randan But love chooses not to live there. Organizzati mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, You must decide to stop running to il-Moviment ta’ Kana u Caritas this room and lingering there after every 10-14 ta’ Marzu, fis-7pm, Sarrija, Floriana frustrating event in your relationship. It does Predikatur: Fr Kevin Schembri you no good and drains the joy out of your Għal aktar informazzjoni: 79202477 marriage.


fuq id-dahar speċjalment in-naħa ta’ isfel, fejn din tikkawża xi ftit problemi wkoll.

L-uġigħ tad-dahar hija l-aktar problema medika komuni fost in-nies ta’ kull età wara l-influwenza. Minħabba uġigħ fid-dahar jintilfu ħafna ġranet ta’ xogħol madwar id-dinja kollha. Hu anke stmat li madwar 80% tal-popolazzjoni tad-dinja ser tbati minn uġigħ fid-dahar xi darba jew oħra. Id-dahar hi struttura komplessa magħmula minn għadam, muskoli, ġogi, ligamenti u nervituri fost oħrajn. Din tibda mill-għonq u tibqa’ nieżla sal-warrani. Faċli li nweġġgħu jew nikkawżaw sforz fuq xi waħda minn dawn l-istrutturi waqt ix-xogħol jew meta nżommu postura ħażina. Daharna jżommna dritti, jieħu l-isforz waqt li nkunu bilwieqfa, jtina sapport meta nużaw idejna, meta nimxu, niġru, nitgħawġu biex nerfgħu u waqt l-erfiegħ innifsu. Maż-żmien tibda dieħla wkoll l-artrite

L-uġigħ tad-dahar jista’ jiġi evitat jekk persuna żżomm lilha nnifisha attiva u bla piż żejjed; toqgħod attenta kif tpoġġi bilqiegħda biex ma tikkawżax sforz ħażin; meta terfa’ tinżel millirkoppa għax il-muskoli ta’ saqajna huma aktar b’saħħithom mill-muskoli ta’ daharna; tuża saqqu tajjeb meta torqod u ma tużax tkaken għoljin għal ħafna ħin. LiveLife hu ċentru privat ta’ riabilitazzjoni li joffri kura, pariri u taħriġ għal kull min għandu problema fid-dahar. Terapisti kwalifikati u ta’ esperjenza, attrezzatura bħal gyms u pool, u apparat modern ta’ riabilitazzjoni għandhom jgħinuk biex issolvi l-problema tiegħek. Ittrattament jibda b’eżami ddettaljat biex jiġu identifikati il-kawżiet li qed joħolqu l-uġigħ, u minn hemm tibda l-kura.

LiveLife se jtella’ seminar dwar ir-riabilitazzjoni ta’ problemi fl-għonq u fid-dahar, nhar is-Sibt, 22 ta’ Frar fl-10:00am. Se jagħti s-seminar Mr Robert Grech, il-manager ta’ LiveLife u fiżjoterapista kwalifikat. Għal aktar informazzjoni u biex tirriserva post, ċempel fuq 2133 9000

Għal aktar infomazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

Uġigħ tad-dahar

L-obeżità taffettwa wkoll b’mod ħażin ħafna lil daharna. Ikun hemm sforz u toqol żejjed fuq l-irkieken u d-disk tad-dahar, tant li dan tal-aħħar jibda jittiekel/jitgħaffeġ b’rata aktar mgħaġġla u għalhekk itellef il-mekkaniżmu naturali ta’ daharna u jpoġġi sforz fuq il-ġogi ż-żgħar tad-dahar u n-nervituri. Meta jibda’ jinqaras xi nerv iwassal għal aktar uġigħ b’sintomi li jinħassu wkoll fis-saqajn bħal taxxatka.


Uliedna • Michel Quoist

Frar 2014 | 13

Tifla tgħid lil ommha li kien ġieha l-ewwel period. X’ħasbet u x’għamlet l-omm? X’għamel il-missier? Meħuda mill-ktieb MEET CHRIST AND LIVE.

Our little girl is a

I

young woman

had prepared her for this. In order to do a good job of it I had also prepared myself by searching, in the light of faith, for the deeper meaning of this important step in the physical and psychological development of my daughter. When Jacqueline came to me and happily told me what had happened, I kissed her. And then, together, we improvised a prayer to thank God for his goodness to her. There was now in her a source of life, hidden but none the less real. Together, we went to tell her father the news. He gave her the small gift that we had selected some time before, and he told her that from that time on she would choose her own clothes. I would go with her, we explained, to make sure that her choice was not too expensive, but I would respect her tastes (which, I confess, won’t be an easy thing to do).

At dinner that night, we had a little celebration and we took the opportunity afterwards to explain things to her brother. We must make sure that he has a sufficient appreciation of feminine dignity so that, now and later, he will treat women with proper respect. To be frank, I couldn’t help envying my daughter a little. In spite of myself, I thought, “She’s so lucky to have parents like us!” I remembered my own childhood and the shame and guilt I experienced when I began to mature. But then, I thanked God for allowing us to live, at least a little, in the faith. All that God has made is good, and how stupid we are to drag down our human level and to deform and corrupt what God intends to be great and beautiful!


14 | Flimkien

Noel Mifsud

Announcing Christ To Schools Haiti. 9 ta’ Marzu 1983. Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem dwar “Evanġelizzazzjoni Ġdida” u l-impenn tal-lajċi Nsara firrievanġelizzazzjoni ta’ dinja li ħalliet warajha l-fidi f’Ġesù. Fuq il-passi ta’ din is-sejħa, f’Settembru tal2001 inbeda proġett ta’ evanġelizzazzjoni fost l-adolexxenti fl-iskejjel sekondarji f’pajjiżna. Minn dak iż-żmien ’il hawn madwar 85 persuna ddeċidew li jieqfu għal sena mixxogħol sekulari tagħhom biex jiddedikaw ruħhom bħala voluntiera full-time għal dan il-proġett li beda jissejjaħ Announcing Christ to Schools (ACTS). ACTS huwa wieħed millproġetti ta’ outreach ta’ Youth Fellowship. Ispirati mill-ewwel ħidma tal-Knisja hekk kif insibuha fl-Atti tal-Appostli, kull sena timijiet differenti ta’ voluntiera jwasslu l-messaġġ ħaj tal-Vanġelu. Dan isir l-aktar permezz tal-użu effettiv tal-midja u tal-qsim ta’ esperjenzi mill-istess membri. Fost l-oħrajn, il-programm ta’ ACTS jinkludi sessjoni ta’ disgħin minuta li ssir fl-iskejjel u li hi mibnija madwar ħafna interazzjoni bejn l-istudenti u l-membri ta’ ACTS, u bl-użu ta’ vidjows, diskussjoni, mużika, testimonjanza personali u ħin ta’ talb. Hawnhekk l-istudenti jiġu mħeġġa biex huma stess jilqgħu lil Alla f’ħajjithom. Għal

ħafna minnhom din tkun esperjenza mhux tas-soltu, fejn huma jsarrfu dak li jkunu tgħallmu sa minn mindu kienu żgħar f’xi ħaġa prattika u tanġibbli. L-istudenti jingħataw materjal biex jgħinhom jitolbu waħidhom, kif ukoll jiġu mistiedna għal-laqgħat ta’ ACTS Teens għal aktar formazzjoni. ACTS Teens huwa miftuħ għall-adolexxenti ta’ bejn it-13 u s-16-il sena. Jingħataw iċ-ċans li mhux biss jitgħallmu fuq il-fidi Nisranija iżda wkoll li jesperjenzaw l-imħabba ta’ Alla fost l-oħrajn fil-ħin tattalb. Huma dejjem jiġu mħeġġa biex jitolbu ta’ kuljum u jingħataw materjal biex jiġu megħjunin f’dan. Il-laqgħat ta’ ACTS Teens ikunu kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-7pm u d-9pm, f’Gattard House, Blata l-Bajda. Il-parteċipazzjoni f’ACTS Teens hija valida bħala parti mill-Informal Education li l-istudenti tas-sekondarja huma rikjesti li jagħmlu. M’hemmx bżonn applikazzjoni jew ħlas biex tattendi. Għal aktar informazzjoni: fittex ACTS Malta fuq Facebook jew is-sit www.acts.org.mt jew ċempel lil Youth Fellowship 2124 1010.


Last few weeks to benefit from up to

50%

*

refund on your Photovoltaic System Available till 31st March

ACT NOW! CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 | Email: sales@bajadagroup.com

YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. *up to maximum â‚Ź2,500

ideas for life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS


18 | Flimkien

Uliedna • Andreana Attard

Il-ħajja sabiħa ... jekk trid

W

aħda mill-iżjed esperjenzi koroh għal omm hi li tara lil bintha żagħżugħa inkwetata u mdejqa.

Bħal binti. Għandha 15-il sena, vivaċi u ferriħija. Fi tmiem il-ġimgħa kienet toħroġ ma’ ħbiebha, u wara li tasal id-dar dejjem kienet tiġi mimlija enerġija, tgħid kemm ħadu pjaċir. Użajt il-kelma ‘kienet’ - għax dan l-aħħar m’għadhiex. Ftit ilu waslet id-dar imdejqa għall-aħħar. Daħlet tiġri f’kamritha u smajtha tgħajjat fuq il-mowbajl. Mid-dehra kellha xi tgħid ma’ xi ħadd minn sħabha. Kien tard billejl u ma stajtx ma nismagħhiex. Imma ddeċidejt li mmur lura fis-sodda u nistennieha tiġi tgħidli x’ġara. Hekk għamlet. Ġiet ħdejja u nfaqgħet tibki. Qaltli x’kien qed jiġri fil-grupp: stejjer ta’ tipjip; self ta’ flus li ma jitħallsu lura qatt; stejjer dwar alkoħol; stejjer dwar ġlied bejniethom; kliem fuq xulxin. Ma stajtx nibqa’ kwieta speċjalment fuq din tax-xorb. Aktar ma qaltli x’kien qed jiġri, iktar bdejt naħseb li t-tifla kienet qiegħda tirrakkonta xi episodju milli jidhru fut it-tv.

Imma l-iżjed ħaġa li nikktitni kienet meta qaltli dwar wieħed mill-ġuvintur li kien iffissat li hu ikrah, li beda jnaqqas mill-ikel, u beda jżid fit-tipjip u x-xorb biex jaqta’ l-ġuħ: tliet żbalji f’daqqa! Minħabba l-karattru dgħajjef tiegħu binti bdiet tibża’ li jekk jiġi xi ħadd joffrilu d-droga, żgur li jgħid iva. Apprezzajt ħafna li binti ġiet tgħidli dan kollu għaliex tatni ċ-ċans inkellimha. Jekk int li qed taqra int ġenitur, naħseb taqbel miegħi li mhux sewwa li ż-żgħażagħ jitħallew jgħaffġu ħajjithom waħedhom. Interessa ruħek fihom u kun af x’qed jagħmlu, fejn qed imorru, ma’ min qed jagħmluha. Agħtihom ċans ikellmuk, kun disponibbli, agħtihom il-ħin! Agħmlilhom kuraġġ jitkellmu dwar il-problemi tagħhom ma’ xi ħadd li jista’ jgħinhom. Mhux biżżejjed jiftħu qalbhom bejniethom. Jekk int li qed taqra int żagħżugħ jew żagħżugħa, taħbix il-problemi tiegħek minn persuna matura li tista’ tgħinek. Tingħalaqx fil-problemi tiegħek. Tħallix lilek innifsek taqa’ f’vizzji, għax dawk ma jsolvu xejn, anzi l-kuntrarju. Kun ferħan b’li għandek u b’min int. Il-ħajja sabiħa!

Dixxerniment skont il-Padri tad-Deżert

Irtir għall-familji bit-tfal

Workshop li matulu naqraw u nistudjaw konferenza tar-raħeb Ġwann Kassjanu: “Fuq id-dixxerniment”.

F’dinja mimlija pressjoni ta’ xogħol, sport u r-responsabbiltajiet oħra, fejn hu l-post tal-fidi għalina bħala familja?

Jintuża l-ktieb John Cassian: Conferences (Classics of Western Spirituality).

Żewġ weekends fl-istess ħin, wieħed għall-ġenituri u ieħor għat-tfal.

Jinkiseb mingħand www.bookdepository.co.uk

Mill-Ġimgħa, 7 sal-Ħadd, 9 ta’ Marzu

Mill-Ġimgħa, 21 sal-Ħadd, 23 ta’ Frar Imexxi Fr. Joe Buhagiar Bianco, SJ

Imexxu Fr. Pierre Grech Marguerat, SJ u Ms. Christine Spiteri

Dar Manresa, Victoria

Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta

2155 6635; manresagozo@gmail.com

2276 0201; info@mtsjoseph.org


Frar 2014 | 19

Il-kuruna ta’

Bernadette “D

aħħalt idi fil-but, qbadt il-kuruna tar-Rużarju u ppruvajt nagħmel is-sinjal tas-Salib…” Hekk għamlet Bernadette Soubirous fil-grotta ta’ Massabielle meta rat għall-ewwel darba lillMadonna fil-11 ta’ Frar, 1858. Anki l-Madonna kienet iżżomm kuruna f’idejha waqt id-dehriet. Skont Bernadette iż-żibeġ u s-salib tal-kuruna tal-Madonna kienu bojod. Dak iż-żmien Bernadette kellha 14-il sena. L-uniċi talb li kienet taf kienu l-Missierna, l-Ave Marija u l-Kredu - “għodda” biżżejjed biex setgħet tgħid ir-Rużarju. Fiż-żmien tad-dehriet ħafna ppruvaw jakkwistaw din il-kuruna ta’ Bernadette li l-ġenituri tagħha kienu xtrawlha u li hi kienet tuża biex titlob mal-Madonna. Kienet għal qalbha u ma xtaqitx tbigħha jew tagħtiha imma, jum fost l-oħrajn, din il-kuruna sparixxiet. “Poġġejtha fil-but… u filgħaxija ma sibthiex!” Minn dakinhar Bernadette ma kkonfonditx aktar u diversi drabi tatha lil min talabhielha. Wara kollox kienet biss strument biex tgħinha titlob. Matul id-dehriet stess Bernadette għexet il-misteri tar-Rużarju. Fl-ewwel seba’ dehriet Bernadette għexet il-misteri tal-ferħ. Anki wiċċha kien ikun jiddi bil-ferħ. Bħalma fl-ewwel misteru deher l-anġlu lil Marija, hekk ukoll f’Lourdes il-Madonna dehret lil Bernadette. Fit-tieni misteru Marija żaret lil Eliżabetta, bħalma l-Madonna talbet lil Bernadette iżżurha 15-il darba. Fit-tielet niftakru fit-twelid ta’ Ġesù fl-għar ta’ Betlehem; anki d-dehriet f’Lourdes seħħew ġo għar fejn kienu jistkennu l-qżieqeż li

kienu jirgħaw f’dawk l-inħawi. Fir-raba’ Marija ppreżentat lil Ġesù, tawh isem u tħabbrilha li sejf ta’ dulur kellu jinfdilha ruħha. Xi ħaġa simili ġara lil Bernadette meta l-Madonna qaltilha x’jisimha (Immakulata Kunċizzjoni) u li mhux se twegħidha kuntentizza f’din id-dinja imma fl-oħra. Fil-ħames misteru Marija tilfet lil Ġesù. F’Lourdes il-Madonna titkellem dwar it-telfa li nsofru meta nagħmlu dnub, għalhekk qalet spiss lil Beradette, “Penitenza, penitenza, penitenza, itlob għall-midinbin”. Matul l-erba’ dehriet ta’ wara (mit-8 sal-11) Bernadette esperjenzat il-misteri tat-tbatija. Wiċċha kien jidher serju u mnikket, u għamlet azzjonijiet li ma jinftehmux, bħal meta kielet ħaxix morr, ħaffret l-art tliet darbiet, xorbot l-ilma mdardar bit-tajn u kellha tobżqu, u ċappset wiċċha bit-tajn, tant li n-nies ħasbuha miġnuna. Fl-aħħar seba’ dehriet Bernadette daqet xi ftit il-misteri tal-glorja. Id-dehriet bdew jiġu rikonoxxuti u ġara kif xtaqet ilMadonna, jiġifieri li tinbena kappella u jsiru purċissjonijiet. F’Nevers, fejn qattgħet il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru, Bernadette baqgħet fidila lejn ir-Rużarju. Kienet tgħid, “Meta torqdu filgħaxija, żommu l-kuruna f’idejkom, u orqdu bir-Rużarju fuq xofftejkom.” Fis-16 ta’ April, 1879 Bernadette mietet, hi u tgħid l-Ave Marija … Dakinhar marret tgħix il-Misteri tad-Dawl. Ritratt: Josef ħdejn Bernadette f’Lourdes. Meħud minn Claire Zammit Mercieca


It tri mill-qarrejja

Frar 2014 | 21

ITTRA REBBIEĦA

Il-ġuvni li ħabbejt

Waqt li qed nikteb din l-ittra, ninsab l-isptar ħdejn is-sodda ta’ żewġi marid bid-dimenzja. M’għadux jagħrafni, imma ċerta li mħabbti lejh xorta għadu jħossha. F’mumenti bħal dawn, bħall-mard, joħroġ aktar ir-rispett lejn min tkun tħobb. Għaddew 52 sena mindu ltqajt miegħu. Il-Mulej ferraħna b’tifel u tifla, illum it-tnejn miżżewġin ukoll. Bħal ħaddieħor f’ħajjitna kellna mumenti diffiċli imma kellna wkoll mumenti ta’ barka. Meta snin ilu kont imradt bid-dipressjoni, kien żewġi li dejjem kien hemm għalija. Illum qed inkun spalla għalih jien. Żewġi jibqa’ dejjem għalija dak il-ġuvni li ħabbejt! Meta taċċetta u tkun lesta tagħmel sagrifiċċju, tħoss ċerta serenità ġo fik u tkun lest tinsa lilek innifsek. Illum nitlob biex ikolli s-saħħa nkompli nieħu ħsiebu u li nibqgħu hemm għal xulxin sal-mewt. J. Debattista, il-Ħamrun

Tard għall-quddies

Nappella lil kull min jattendi l-quddies tas-Sibt filgħaxija jew il-Ħadd biex jaslu ftit qabel u mhux wara li tibda l-quddiesa. Min jidħol tard jitlef hu u jtellef lil ħaddieħor. Qed nitkellmu fuq siegħa (anzi inqas) mill-168 siegħa li għandna fil-ġimgħa. Veru li l-parking problema, imma kulma trid tagħmel hu li taħseb ftit qabel. Dan hu fejn aħna l-kbar nistgħu nagħtu eżempju lit-tfal u ż-żgħażagħ. R. Gauci, Għargħur

Il-motto tal-Papa

Il-motto tal-Papa Franġisku huwa: MISERANDO ATQUE ELIGENDO. Il-motto kien għażlu meta kien sar isqof u baqa’ bih anki bħala Papa. Għal min ma jafx xi jfisser u minn fejn oriġina, tajjeb ngħidu li dawn il-kelmiet bil-Latin ifissru ĦENN GĦALIH U GĦAŻLU. Meħudin millBrevjar tal-21 ta’ Settembru (festa ta’ San Mattew) meta tinqara l-omelija tal-Venerabbli Beda dwar is-sejħa ta’ Mattew. Meta jikkummenta din is-silta, Beda jespandi ftit il-kliem użati fil-vanġelu u jgħid, “Ġesù ra wieħed li jiġbor it-taxxi u filwaqt li ħares lejh ġietu ħniena minnu (miserando) u għażlu (atque eligendo) bħala dixxiplu tiegħu.” Kif qal l-istess Papa: il-Mulej ma jiddejjaq qatt jaħfer. Huma aħna li niddejqu nitolbu maħfra. Ejjew nitolbu l-grazzja li qatt ma negħjew nitolbu maħfra, għax Hu qatt ma jegħja jaħfer. A. Spiteri, Mosta

L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ voucher ta’ €20 li jissarraf f’ikla għand Pollino’s, Malta International Airport. Ibgħatha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri tal-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Kunċert ta’ Mużika Sagra mill-Kor u l-Orkestra Paulus 9 ta’ Frar fis-7:30pm fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat, Malta. Dħul b’xejn. Ir-repertorju tal-kunċert u l-programm tal-AGAPE Festival jinsabu fuq il-paġna facebook tal-Kor u l-Orkestra Paulus.


Ingravajjet

Il-festa taghna

Gerijiet tal-festa

Ġabra ta’ oġġetti li jkomplu jsebbħu u jkabbru l-briju fil-jiem tal-festa u ’lil hinn...

SCREEN & DIGITAL PRINTERS Triq in-Nassab, Ħal Qormi QRM3542

Tel: 2144 0815, Mobile: 7920 9252

Email: info@uvprint.com.mt • www.uvprint.com.mt

Kpiepel ta’ kull għamla UV Print is operated by Vibeca Ltd


Parroċċi Maltin • Mons. Anton Vella, Arċipriet tal-Imdina

Frar 2014 | 23

L-eqdem u l-iżgħar L -Imdina hi l-ewwel parroċċa fost ilparroċċi kollha ta’ Malta. Anzi għal numru ta’ snin kienet l-unika parroċċa fid-djoċesi. Imma l-Imdina hija wkoll l-iżgħar parroċċa: illum jgħixu fiha madwar 100 familja, b’popolazzjoni ta’ 300 persuna. Il-Katidral inbena aktar minn 300 sena ilu wara li dak ta’ qablu ġarrab ħsarat kbar fit-terremot tal-1693. L-arkitett tiegħu kien Lorenzo Gafà u ġie kkonsagrat fit-8 ta’ Ottubru, 1703. Huwa ddedikat lillKonverżjoni ta’ San Pawl u mhux, kif jaħsbu ħafna, lil San Pietru u San Pawl. Il-Katidral huwa wkoll il-knisja parrokkjali tal-Imdina. Fl-Imdina nsibu l-knisja tal-Karmelitani ddedikata lil-Lunzjata. Hemm ukoll ilmonasteru tas-Sorijiet Benedittini u l-kunvent tas-Sorijiet Dorotej. Hemm ukoll ħames kappelli ddedikati lill-Madonna tadDawl u Santu Rokku, liż-Żjara tal-Madonna lil Eliżabetta, lil San Pietru, lil Sant’Agata, u lil San Nikola. Il-Katidral huwa l-knisja fejn l-Arċisqof ta’ Malta għandu l-katedra tiegħu. Minbarra l-Arċipriet li għandu f’idejh il-kura pastorali tan-nies tal-Imdina, il-Katidral huwa

moqdi wkoll minn numru ta’ monsinjuri. Il-Kapitlu tal-Katidral hu magħmul minn tletin monsinjur. Matul is-sena nofshom iservu l-Imdina u n-nofs l-ieħor iservu filKonkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. L-Arċisqof imexxi l-festi prinċipali kemm fl-Imdina u kemm fil-Belt. L-Arċisqof jiġi l-Imdina għall-festa titulari tal-Konverżjoni ta’ San Pawl (25 ta’ Jannar), għall-festa ta’ Lapsi, fl-Imnarja, f’Santa Marija, fil-festa tal-konsagrazzjoni tal-Katidral u fil-lejl talMilied. Jiġi wkoll fl-anniversarju tal-mewt tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u biex iqaddes għall-isqfijiet, is-saċerdoti u r-reliġjużi mejtin f’Novembru. Illum l-Imdina bħala komunità qiegħda dejjem tonqos għax hi magħmula minn persuni anzjani. Madankollu bħala lokalità saret popolari iżjed minn qabel minħabba n-numru kbir ta’ Maltin u turisti li jżuruha kif ukoll minħabba diversi attivitajiet kulturali u soċjali li jsiru fiha. Hi mfittxija ħafna wkoll għat-tiġijiet kemm fil-Katidral kif ukoll fil-knisja tal-Karmnu: attivitajiet li xi drabi ma jħallux l-Imdina tgawdi l-isem li fl-antik kisbet bħala l-“Belt Siekta”.


Rodi

Ġita edukattiva għall-ġzira ta’ It-Tlieta 18 ta’ Marzu 2014, lejliet festa pubblika Il-programm jinkludi: • Kolazzjon • Mawra fil-belt kapitali ta’ Rodi. • Ikla ta’ nofsinhar • Lindos, • Filermos • Quddiesa • Ħin għax-xiri • Servizz ta’ tour leader u gwidi lokali Prezz €335 il-kbar, €320 it-tfal taħt il-ħdax-il sena, li jinkludi kollox mit-titjira tal-ajru, taxxi tal-ajruporti ta’ Malta u ta’ Rodi, kolazzjon filgħodu u l-ikla ta’ nofsinhar, coach ta’ Rodi, gwidi lokali. F’kas ta’ diffikultà ibgħatu email fuq barkuna1977@hotmail.com jew ċemplu fuq 21555816 / 79557168. L-organizzatur huwa għalliem tal-istorja ta’ Malta, gwida liċenzjat u għandu l-esperjenza li diġà organizza ġiti simili għal Rodi.


L-Avukat • Dr Raymond Zammit

Frar 2014 | 25

Testment bla inkwiet Għandi tlett itfal u t-tnejn li aħna għadna ħajjin għall-grazzja t’Alla. Kif l-aħjar nagħmlu t-testment biex ma nħallux inkwiet warajna u nkunu ġusti ma’ kulħadd?

H

uwa normali li l-ġenituri jħallu lil uliedhom eredi universali f’ishma indaqs. Imma jekk iż-żewġ ġenituri jkunu għadhom ħajjin, l-aħjar tip ta’ testment biex ma jinqalax inkwiet hu li ż-żewġ miżżewġin iħallu lil xulxin bħala eredi, b’dan li wara li t-tnejn ikunu mietu, kollox jitħalla lil uliedhom f’ishma ndaqs. Fit-testment il-partijiet għandhom jagħtu lil xulxin il-fakoltà li parti jew oħra tvarja t-testment tagħha wara l-mewt tal-ewwel wieħed minnhom it-tnejn. Hekk kull parti jkollha s-setgħa li timmaniġġja l-assi tagħha kif tħoss li jkun l-aħjar. Mhuwiex rakkomandat li l-ġenituri jgħaddu kollox lil uliedhom tul il-ħajja tagħhom (tal-ġenituri). Madankollu, kull każ irid jiġi meqjus skont iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu. Bħala eżempju wieħed jista’ jipprospetta każ fejn il-ġenituri jħossuhom obbligati li, anki tul ħajjithom, jaħsbu f’wieħed jew f’waħda mill-ulied li jkun jew tkun partikolarment batut jew batuta. Għalhekk dan kollu qed jingħad b’mod ġeneriku ħafna għaliex kull sitwazzjoni jista’ jkollha fatturi li jirrikjedu pjan testamentarju differenti. Huwa evidenti imma li tul il-ħajja l-ġenituri għandhom jagħmlu l-almu

tagħhom kollu biex iżommu lil uliedhom magħquda flimkien u mingħajr piki bejniethom. Dan jista’ jseħħ anke billi l-ġenituri jippruvaw jevitaw li jiffavorixxu lil xi wieħed jew aktar minn uliedhom – dejjem sakemm ma jkunx hemm raġuni aċċettabbli u serja għal dan. Possibbiltà oħra għall-ġenituri li jkunu jridu jħallu l-paċi bejn uliedhom hija li jiddisponu minn ġidhom permezz ta’ “legati”. F’dan il-każ wieħed joqgħod attent biex il-legati lid-diversi wlied ikunu ta’ valur bejn wieħed u ieħor l-istess. Hekk jevitaw li t-tfal ikollhom jersqu biex joqogħdu jagħmlu pjan ta’ diviżjoni (qsim). Intant ukoll it-tfal għandhom, permezz tar-rispett li jibqgħu juru lejn il-ġenituri tagħhom, juru li jkun jixirqilhom li jirtu lillistess ġenituri. Ibgħat id-diffikultajiet legali tiegħek: Flimkien, Avukat, Kurja, Floriana. Tiħux din it-tweġiba minflok parir legali. Għal problemi legali, fittex għajnuna professjonali. Il-paġna tat-Tabib terġa’ tkun magħna x-xahar id-dieħel.

Tħejjija għaż-Żwieġ għal tfajliet u guvintur Maltin m a’ barranin. Organizzat mill-Kummissjoni Emigranti Jibda t-Tlieta, 4 ta’ Frar Biex tibbukkja jew għal aktar tagħrif: 21222644, 21240255, 21232545 jew imejl cecmalta@mecmalt.com


Logħob • Claudia Cini

Mimdudin 1. Rokna sigrieta (5) 3. Boċċa kbira (5) 6. Patruna tal-Mostin u l-Qrendin (5,6) 8. Rota biex ittella’ u tniżżel piżijiet tqal (7) 12. Attakki mhux mistennija (7) 15. Iggvernat; immexxi (11) 16. Artist tal-palk (5) 17. Malta mdawra bih (5) Weqfin 1. Hawn issib ir-Rotunda (5) 2. Minn hawn jinbigħu l-affarijiet (5) 4. Qxur li jaqa’ minn mal-qorriegħa (5) 5. L-istess qies (5) 7. Ħnieżer (7) 9. Karta tal-logħob bin-numru 1 (3) 10. In-neputi ta’ Abraham (3) 11. Tajba roti roti mal-insalata (5) 12. Lest għall-gwerra (5) 13. Ħu pjaċir (5) 14. Għandu l-esperjenza (5) Irbaħ voucher ta’ €25 mingħand V&F Portelli and Sons Ltd, l-Imrieħel. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana. A B C D E F G H I J K L M

E÷K W-R RxY V-O H+T N-E KxO Z-O AxR W÷K L-X J+Y I÷Y

2

N O P Q R S T U V W X Y Z

C+H Q-Y S+T TxK S÷M B-F N÷R VxK U÷K P+D U-T G÷F M+J

10

3

Frar 2014 | 27

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Soluzzjoni ta’ Jannar

Rebbieħ: M. Quattromani, il-Mosta

Mimdudin: 1. FUTUR, 3. SMINA, 6. TRADIZZJONI, 8. MELLIEĦA, 12. RUTELLA, 15. SANTA TEREŻA, 16. AGATA, 17. LVANT. Weqfin: 1. FATAT, 2. TRAMM, 4. IKONA, 5. AĊIDU, 7. ZALZETT, 9. EMU, 10. ĦAL, 11. RASPA, 12. RANDA, 13. ARENA, 14. FLAWT. Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Alfakodo Irbaħ żewġ kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana

Soluzzjoni ta’ Jannar

4

A 8 N 14

B 10 O 4

C 15 P 24

D 18 Q 5

E 1 R 16

F 11 S 19

G 2 T 25

H 21 U 20

I 3 V 6

J 13 W 17

K 23 X 7

L 26 Y 22

M 12 Z 9

Rebbieħ: M. Micallef, Ħal Tarxien

Mulej tiegħi u Alla tiegħi L-Iskola ta’ Evanġelizzazzjoni ACEF qed toffri formazzjoni dwar l-Adorazzjoni Ewkaristika f’żewġ forom: Weekend residenzjali: mill-Ġimgħa 21 sal-Ħadd 23 ta’ Marzu fid-Dar tal-Irtiri Rivotorto, Birkirkara. Kors ta’ ħames sessjonijiet: nhar ta’ Erbgħa 7pm-8.30pm (jibda l-Erbgħa 30 ta’ April) fiċ-Ċentru Annunzjata, 13, Triq Anton Agius, Floriana. Miftuħin għal kulħadd, l-aktar għal min iħoss is-sejħa jew diġà jagħmel l-Adorazzjoni Ewkaristika. Għal aktar informazzjoni: Mario 99494977, Carmen 77809555 jew info@disciplesofjesus.org.mt


TENA jgħinuk tadatta aħjar għar-realtà TENA FLEX

Bilqiegħda

It-TENA Flex huwa prodott magħmul mill-aqwa materjali biex jgħinuk tħossok komdu/a l-ħin kollu. Il-kwalitajiet li jagħmlu dan il-prodott speċjali u superjuri għal prodotti oħrajn huma: Meta xxarrab il-prodott – int tibqa’ niexef/niexfa.

Bilwieqfa

Il-ġilda tiegħek tibqa’ naturali bla ma tinstelaħ. Iċ-ċinturin SuperfitTM jassigura li l-prodott joqgħod sew miegħek, filwaqt li l-lakstu tal-ġenb ma jillikja qatt.

TENA jipprovdu prodotti ta’ kwalità li jagħmlu l-ħajja inqas diffiċli kemm għal min jużahom, kif ukoll għall-carers.

Għal aktar informazzjoni ibagħat e-mail fuq tena@pharma-cos.com jew ċempel fuq 2144 1870. Mit-tnejn sal-Ġimgħa bejn 08:00 u 17:00 www.tena.com.mt

Il-materjal fuq barra mhuwiex plastik, allura ma jħaxwix.


Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Frar 2014 | 29

Din is-sena l-paġna tat-tfal ħadet forma ta’ KOMIK, bi storja meħuda mill-ħajja ta’ kuljum tat-tfal. Nissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom għax kull waħda fiha x’titgħallem. Wara li taqraw l-istorja u taraw tajjeb l-istampi, iddiskutuha, araw il-mistoqsija u ibagħtu t-tweġiba hekk: Flimkien, Komik, Kurja, Floriana. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ voucher ta’ €10 li jissarraf għand Alfsons Enterprises Ltd. Ħamrun. Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: M. Zammit, Ħaż-Żabbar Belti kien miexi fil-kampanja, meta kelb tar-razzett beda jinbaħ għalih. F’ħin minnhom deher il-bidwi. Belti: Sejjaħlu lura ’l dal-kelb! Bidwi: Mela ma tafx il-qawl li kelb jinbaħ ma jigdimx? Belti: Jiena nafu, imma l-kelb jafu?


30 | Flimkien

L-Aħħar Paġna

Lill-Immigrant Jien ilbieraħ dħalt fis-sodda bil-kuxjenza tniggeż ftit, għax kamarti wisq se ssiefer bl-imbarazz u bit-tħarbit.

Imbagħad fik ftakart fil-kesħa, fuq id-dgħajsa f’ħafna ksieħ, titlob b’qalbek hekk imtertqa forsi tilħaq jum fis-sbieħ.

Mhux li jien nixtieq nirranġa, għax ordnata qatt ma kont. U naf li mhux se mmut kwadra bħal kull min jitwieled tond. Imma l-ħtija bdiet tagħfasni meta jien ftakart fil-pront:

U la kellek żraben jiġru, la tapit, jew ktieb xi ssorr, la ħwejjeġ, la par kalzetti, la ħlewwiet, imm’ikel morr. Għax il-fwieħa li int kellek kienet dik tal-baħar żorr, li għalkemm kiesaħ u mqalleb ma semgħekx għal darba tgorr.

fil-kalzetti ta’ mas-siġġu, fuq il-kotba li ma qrajtx, fit-tapit biż-żraben jiġru tant li nimxi jien ma stajtx, fuq il-fwejjaħ għadhom ġodda b’riħa li għadni ma drajtx, fuq il-ġkieket kontra ġkieket li jien bqajt ma żbarazzajtx, fuq il-kxaxen se jesplodu, fuq il-karti kullimkien, f’dawk il-buddha fuq l-ixkafef li jien ġbart matul iż-żmien, fuq ruxxmata ċikkulata li jien niekol bla waqfien, fuq l-istampi u r-rigali, fuq l-ispazju qed jiċkien….

U jien hawn ġo sodda sħuna f’dil-kamra kollha taqlib, f’dil-kamra li fiha ħafna, f’dil-kamra kollox issib. U int hemm fis-sirda kiefra waqt li jien nimsaħ id-dmugħ, nibki għax l-imbarazz tiegħi m’għandekx kamra biex naqsmuh. Victoria Pisani, Santa Luċija

Victoria għandha 22 sena. Qaltilna li tawgura li bħalma l-Maltin ħafna ilu laqgħu lill-aktar “immigrant” famuż, lil San Pawl, aħna llum nuru kompassjoni akbar mal-immigranti li qed jaslu f’pajjiżna.


GOOD NEWS! We are now open at Malta International Airport The Axis Complex, Paceville The Point, Sliema Balzan

FOR COFFEE LOVERS facebook.com/CostaCoffeeMalta


Flimkien Frar 2014  

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Advertisement