Flimkien - April 2019

Page 1

Newspaper Post

APRIL 2019 Numru 173

8 L-aħħar sigħat ta’ Ġesù 10 Vallapena tiġġieled għaliha! 13 Dik ix-xemgħa kbira 14 Is-sultan u t-tfajla

18 Kemm biegħu lil Ġesù? 20 Ir-raġel li ħolom 25 Id-denunzja wara l-mewt 28 Riċetta tal-figolla 30 L-istorja tat-tliet siġriet


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Weekend f’Lourdes

Tluq minn Malta l-Ġimgħa fil-5.50pm u tluq minn Lourdes it-Tnejn fid-9.00pm 28 ta’ Ġunju – 1 ta’ Lulju 5-8 ta’ Lulju 12-15 ta’ Lulju 19-22 ta’ Lulju 26-29 ta’ Lulju 2-5 ta’ Awwissu 9-12 ta’ Awwissu 16-19 ta’ Awwissu 23-26 ta’ Awwissu 30 ta’ Aww – 2 ta’ Sett 6-9 ta’ Settembru

Erbat ijiem f’Lourdes

Tluq minn Malta t-Tnejn fil-5.50pm u tluq minn Lourdes il-Ġimgħa fid-9.00pm 1-5 ta’ Lulju 8-12 ta’ Lulju 22-26 ta’ Lulju 29 ta’ Lul – 2 ta’ Aww 5-9 ta’ Awwissu 12-16 ta’ Awwissu 19-23 ta’ Awwissu 26-30 ta’ Awwissu 2-6 ta’ Settembru

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Dun Joseph Mizzi

E D I TO R JA L

Marzu 2019

Ħajja Sib żmien ġdida fi Kristu Rxoxt

F

rar li għadda l-Papa Franġisku kellu laqgħa importanti ħafna mal-isqfijiet tad-dinja, fejn qal li fil-Knisja jeħtieġ naqtgħu l-abbużi sesswali u l-ħabi darba għal dejjem. Tenna li l-Knisja trid toffri post sigur għat-tfal tagħna u saħaq li din l-imġiba gravi u skandaluża ma taqbel xejn mal-vokazzjoni tal-Knisja. Hu ssuġġerixxa li quddiem din it-traġedja l-Knisja taddotta b’responsabbiltà l-aqwa prattiki mressqa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex tispiċċa l-vjolenza fuq it-tfal. Il-Papa huwa determinat li jissielet kontra l-ħabi biex hekk niddefendu aħjar it-tfal u l-minuri. Il-prinċipji li se jmexxu l-Knisja huma: 1. bidla fil-mentalità, li tiffoka fuq il-protezzjoni tat-tfal u mhux il-protezzjoni tal-istituzzjoni; 2. serjetà impekkabbli u trasparenza fil-każijiet; 3. tisfija ġenwina b’impenn għall-qdusija; 4. formazzjoni sħiħa tas-saċerdoti; 5. tisħiħ u reviżjoni tal-linji gwida għall-isqfijiet; 6. appoġġ u għajnuna lil dawk abbużati; 7. miżuri mill-pajjiżi u l-awtoritajiet kollha biex iwaqqfu dak kollu fid-dinja diġitali li jhedded id-dinjità umana, id-dinjità tal-mara u tat-tfal; 8. ġlieda kontra t-turiżmu sesswali madwar iddinja. Jalla f ’dan l-Għid qaddis dawn il-prinċipji jwasslu għal qawmien ġdid fil-ħajja tal-Insara u tal-Knisja.

Ritratt fil-faċċata: Cristo Sorniente (Kristu Jitbissem), kurċifiss tas-seklu tlettax, fil-Kastell ta’ Javier, Spanja. Ara paġna 12 għal spjega.

3

Magazin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirreklama u għal kull korrispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 jew bil-posta. Indirizz Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana Email flimkien@maltadiocese.org Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

Raġġ Dawl What God knows about you is more important than what others think about you. God knows your heart. X’ jaf Alla dwarek hu aktar importanti minn x’ jaħseb dwarek ħaddieħor. Alla jaf x’hemm f’qalbek.


MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


M e ssaġġ ta l - a r ċ i s q o f

April 2019

5

Rebbiegħa tal‑Ispirtu Ir‑rebħa tal‑ħajja fuq il‑mewt hija xi ħaga li aħna l‑Insara rridu ngħixu f’kull mument ta’ ħajjitna

nifirħu bir‑rebħa tad‑dawl fuq id‑dlam u tal‑ħajja fuq il‑mewt!

I

Il‑ħajja hija prezzjuża. Ir‑rebħa tal‑ħajja fuq il‑mewt hija xi ħaga li aħna l‑Insara rridu ngħixu f ’kull mument ta’ ħajjitna billi nieħdu ħsieb tagħna nfusna, tal‑proxxmu tagħna u niddefendu l‑ħajjiet l‑iżjed vulnerabbli, kemm dawk li huma fil‑ġuf u kif ukoll dawk li qegħdin fuq l‑għatba tal‑ħajja ta’ dejjem. Inutli niċċelebraw b’ferħ żmien l‑Għid jekk imbagħad ma nimxux mal‑valuri tiegħu matul is‑sena.

Dawn il‑15‑il ġurnata (ġimgħa ta’ kommemorazzjoni tal‑Passjoni, il-mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù u mbagħad ġimgħa ta’ ferħ li jtenni f ’qalbna l‑għajta tar‑rebħa u t‑tislima tal‑paċi) għalina huma ‘rebbiegħa tal‑ispirtu’, twelid ġdid tar‑ruħ. Mhux ta’ b’xejn li fil‑lejl qaddis tal‑Għid aħna l‑Insara nġeddu l‑wegħdiet tal‑Magħmudija, nikkonsagraw il‑ħobż u l‑inbid li bil‑qawwa tal‑ispirtu jsiru l‑ġisem u d‑demm ta’ Ġesù, nilqgħu Nsara ġodda fi ħdan il‑Knisja, u

L‑awgurju tiegħi huwa li permezz taċ‑ċelebrazzjonijiet sbieħ li jkollna fil‑parroċċi tagħna, nidħlu fl‑ispirtu profond ta’ dawn il‑jiem qaddisa, li jfakkruna fl‑għotja ta’ Ġesù għalina, u minnhom nieħdu l‑qawwa li fil‑ħajja tagħna nkunu xhieda tar‑rebħa tal‑ħajja fuq il‑mewt, u tar‑rebħa tad‑dawl fuq id‑dlam.

x‑xahar ta’ April iwassalna lejn l‑ikbar festa li niċċelebraw aħna l‑Insara. Hi festa li tibda bil‑kommemorazzjoni qaddisa tat‑tluq ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm f ’Ħadd il‑Palm u tispiċċa bir‑rebħa tiegħu fuq il‑mewt f ’Ħadd il‑Għid. Din iċ‑ċelebrazzjoni nkomplu nifirħu biha għal tmint ijiem li jwassluna għall‑Ħadd tal‑Ħniena Divina.

+ Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Kelma ta’ Franġisku

‘Il-fidi mhijiex dawl li jkeċċi d-dlamijiet kollha tagħna, imma musbieħ li jmexxi l-passi tagħna billejl’ (Dawl tal-Ħajja, 57)



Fr Stefan Attard

PA R ABBOLI

April 2019

7

Kemm tiswa ruħek?

Il-Parabbola tal-bidwi u ż-żerriegħa (Mk 4:1-9)

I

l-Mulej Ġesù, li telaq il-glorja tas-sema u ftaqar minħabba fina biex jgħix flumiltà ta’ ħajja sempliċi fost ir-raħħala u s-sajjieda tal-Galilija, donnu kien jinħasad meta jiltaqa’ ma’ nies rgħiba. Lil dawn wissiehom: “Imqar jekk wieħed ikollu birradam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu” (Lq 12:15). Mela fuqiex tiddependi? Il-bniedem x’jista’ jakkwista li mhu se jitteħidlu qatt? Fil-parabbola tal-għani iblah, li l-ġid materjali tiegħu ried iżommu biss għalih, Ġesù tkellem dwar bniedem li ħarstu kienet tasal biss sa butu. Ried jibni mħażen akbar biex jaħżen il-ħafna li kien ħasad. Fuq dan, wieħed mill-awturi antiki tal-Knisja qal li kienu l-ħluq ta’ dawk bil-ġuħ l-imħażen fejn messu poġġa dak il-ġid kbir li ngħatalu. Ġidi għandu jgħinni nidħol f ’relazzjoni maloħrajn, mhux jiżolani f ’egoiżmu sfrenat li qatt ma jħallini sodisfatt. Il-mentalità ta’ xi wħud hija: ġib, geddes, u ġemma’. Meta darba ħeġġiġt lil grupp ħaddiema biex imorru jqerru, wieħed pront pront weġibni: “Father, il-qrar iżarma d-dar!”

U żgur li jżarmaha, iżda biss jekk tant tkun ilek tisraq u taħtaf li tkun imlejtha bil-ġid ta’ ħaddieħor! Il-loġika ta’ Ġesù hija ċara: aktar ma tagħti valur kbir lil dak li jgħaddi, hu kemm hu utli f ’din id-dinja, aktar hu probabbli li qed tagħti valur żgħir lil dak li jiswa tassew għall-ħajja ta’ dejjem. U f ’dal każ, ruħek hija dik ir-realtà ta’ importanza liema bħalha li tqiegħdet fil-periklu. Il-mistoqsija tiġi weħidha: Ruħek xi kemm tiswa, jekk jogħġbok? Hawnhekk m’aħniex f ’xi supermarket fejn il-prodotti jinxtraw bl-euro. Hija din ir-ruħ il-ġid kbir u ta’ siwi enormi li għandek li qatt mhi ser titteħidlek. Din tkun ta’ ġid veru għalik jekk issalvaha, kif qal il-Mulej stess, li spiss tkellem fuq il-ħajja imprezzabbli tagħna: “X’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha iżda mbagħad jinqered jew jintilef?” (Lq 9:25) Ruħek tiswa’ wisq. Hija realtà serja; mhix ħaġa taċ-ċajt. Xejn milli tara b’għajnejk jew tmiss b’idejk ma tista’ tqabblu fil-valur bla qjies mal-ħajja tiegħek li mhi se tintemm qatt.


8

April 2019

L - A Ħ Ħ A R VJAĠĠ

18­-il siegħa Rikostruzzjoni tal-aħħar 18-il siegħa fil-ħajja ta’ Ġesù bbażata fuq elementi mill-erba’ vanġeli: Mattew kapitli 26-27, Mark 14-15, Luqa 22-23, Ġwanni 18-19. Id-dijagramm juri mappa ta’ Ġerusalemm ta’ żmien Ġesù bil-postijiet u t-toroq li għadda minnhom Ġesù fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu. 1.

Fid-9pm tal-Ħamis: Ġesù jagħmel l-Aħħar Ikla mad-dixxipli, ftit passi biss bogħod mid-dar ta’ Kajfa. 2. Nofsillejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa: Ġesù jasal fil-Ġetsemani. Jegħreq l-għaraq tad-demm.. 3. Fis-2am: Jiġi arrestat u meħud quddiem Anna, l-eks Qassis il-Kbir. Ġesù mistoqsi dwar it-tagħlim u d-dixxipli tiegħu. Isfel, fil-bitħa, Pietru jiċħad li hu dixxiplu ta’ Ġesù. Ġesù jingħata daqqa ta’ ħarta. Fit3am: Ġesù jintbagħat għand Kajfa, il-Qassis il-Kbir, li flimkien ma’ xi membri tas-Sinedriju jgħadduh ġuri preliminari. Pietru jiċħad lil Ġesù. Għal xi l-4am: Jgħaddu lil Ġesù biż-żuffjett u jsawtuh. Sadattant membri tas-Sinedriju jinġemgħu fit-tempju għall-ġuri uffiċjali ta’ Ġesù quddiem Pilatu ma’ tlugħ ixxemx tal-Ġimgħa. 4. Għal xi l-5:15 ta’ filgħodu: Ġesù jittieħed quddiem is-Sinedriju fit-tempju. Hawn Ġesù jixhed li hu l-Iben ta’ Alla. Kajfa jaqtagħha li ħaqqu l-mewt. Ġesù jittieħed għand Pilatu.

5. Għal xi s-6am: Ġesù fil-Fortizza Antonia fejn jittieħed quddiem Pilatu. Pilatu jinterroga lil Ġesù. Kif isir jaf li Ġesù millGalilija, jibagħtu għand Erodi, f ’Ġerusalemm stess. 6. Għal xi s-6:45am: Ġesù jidher quddiem Erodi. Ġesù jibqa’ ma jitkellimx. Erodi jibagħtu lura għand Pilatu. 7. Bejn is-7:30am u t-8:30am: Pilatu jipprova diversi drabi jsib xi mod kif jeħles lil Ġesù. Minkejja kollox, Ġesù jingħata s-swat. Il-poplu jagħżel lil Barabba u Ġesù jkun ikkundannat għallkruċifissjoni. Fil-Pretorju, is-suldati Rumani jifflaġellawh u jiżżuffjettaw bih, iqegħdulu kuruna minsuġa bix-xewk, jobżqulu. Ġesù jġorr is-salib matul it-toroq ta’ Ġerusalemm. 8. Għal xi d-9am: Ġesù msallab bejn żewġ ħallelin. Ġesù jaħfer lil min sallbu. Fit-3pm Ġesù jmut u jindifen f ’qabar viċin.


April 2019

Pilatu

5

7

9

Ġnien taż-Żebbuġ

2

Kalvarju

8 4

Erodi

6 3 Ċenaklu

Kajfa

1

Sinedriju


10

t o n s i e Lov a fight Relazzjonijiet

April 2019

T

But it is always worth fighting for!

he deepest, most heart-breaking damage you can ever do to your marriage will most likely occur in the thick of conflict. Because that is when your anger is hottest, your words contain the most venom, when you make the worst decisions.

are NOT in conflict. These rules apply during any fight. Each of you has the right to gently but directly remind or ‘enforce’ them if these rules are violated. These could include:

Love reminds you that your marriage is too valuable to allow it to destroy itself. It reminds you that your love for your spouse is more important than whatever you’re fighting about.

1. We will never mention separation or divorce. 2. We will not bring up old, unrelated items from the past. 3. We will never fight in public or in front of our children. 4. We will call a “time-out” if conflict escalates to a damaging level (timeout does not mean slamming the door and leaving). 5. We will never touch one another in a harmful way. 6. We will never go to bed angry with one another.

Love reminds you that married couples who learn to work through conflict tend to be closer, more trusting, more intimate, and enjoy a much deeper connection afterwards. But how? The wisest way is to learn to fight clean by establishing healthy ‘rules of engagement’. These will help you keep within bounds when you approach hot topics, when the action heats up. Let’s call them ‘we’ boundaries and ‘me’ boundaries. ‘We’ boundaries are rules you establish during a time when you

Effective ‘Me’ boundaries include: 1. I will listen first before speaking. 2. I will speak gently and avoid namecalling. 3. I will keep my voice down.


Relazzjonijiet

Mhijiex glieda

April 2019

11

Imma vallapena tiġġieled għaliha! L-akbar ħsara li tistgħu tagħmlu liż-żwieġ tagħkom probabbli sseħħ waqt konflitt. Għaliex dak hu l-mument meta r-ras l-aktar li tisħon, meta l-aktar li hemm velenu fi lsienek, meta jittieħdu l-agħar deċiżjonijiet.

mhux meta miġġildin, imma mbagħad tużawhom waqt konflitt. U jekk waqt ilkonflitt xi ħadd minnkom jaqbeż il-linja, l-ieħor bil-ġentilezza kollha imma b’mod ċar jiġbidlu l-attenzjoni biex iġibu lura lejn ilboundaries. ‘We’ boundaries jinkludu li:

1. Qatt ma nsemmu s-separazzjoni jew id-divorzju. 2. Ma nqajmux kwistjonijiet mill-passat, L-imħabba tfakkarkom li ż-żwieġ tagħkom speċjalment jekk mhux relatati ma’ tant hu prezzjuż li ma għandkomx dak li qed nitkellmu dwaru. tħalluh ikisser lilu nnifsu. Tfakkarkom li 3. Ma niġġieldu qatt fil-pubbliku jew l-imħabba għal xulxin hija aktar importanti quddiem it-tfal. minn dik il-ħaġa, 4. Meta l-konflitt jilħaq livelli naqra hi x’inhi, li qed tiġġieldu dwarha. perikolużi, nieqfu ftit ħa nikkalmaw (ma jfissirx insabbtu l-bieb u nitilqu L-imħabba tfakkarkom li jekk koppji barra rrabjati) miżżewġin ikunu jafu kif iġibu ruħhom waqt 5. Qatt ma mmissu lil xulxin b’mod li konflitt, ġeneralment wara jsiru nweġġgħu. eqreb ta’ xulxin, jafdaw aktar lil xulxin, aktar 6. Qatt ma norqdu meta għadna rrabjati intimi. għal xulxin. Imma kif? L-aħjar mod hu billi f’konflitt tużaw armi ġodda. Dawn huma r-regoli ‘fair’ kif tiġġieldu bejnietkom. Jgħinukom ma taqbżux il-linja meta tmissu suġġetti jaħarqu, meta tkunu se titilfu l-kontroll. Ejja nsejħulhom ‘we’ boundaries u ‘me’ boundaries. ‘We’ boundaries huma ‘regoli’ li tagħmluhom f’mument meta intom kalmi,

‘Me’ boundaries effettivi jinkludu: 1. L-ewwel nisma’, imbagħad nitkellem. 2. Ma nużax kliem goff u ma ngħajjarx. 3. Inżomm leħni baxx. Tiġġieled fair ifisser li tuża armi differenti. Ifisser li tista’ ma taqbilx imma b’mod dinjituż. Il-konflitt jista’ jgħinna nibnu pont bejnietna mhux naħarqu dak li hemm. Ftakar: l-imħabba mhijiex ġlieda, imma dejjem vallapena tiġġieled għaliha!


12

April 2019

Il-massakru fi New Zealand Id-dinja għadha maħsuda bil-massakru li seħħ f ’żewġ moskej fil-belt ta’ Christchurch fejn inqatlu 50 persuna u ndarbu 50 oħra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu li għadda. Qtil ta’ persuni innoċenti, hi x’inhi r-reliġjon, il-kulur tal-ġilda jew it-twemmin tagħhom huwa dejjem qtil, kemm meta jsir kontra ħutna l-Insara imma wkoll meta jsir kontra ħutna l-Musulmani. Aħna lkoll ulied l-istess Missier. Meta xi ħadd xi mkien ibati, inkunu qed inbatu aħna lkoll.. Irtir bit-Taljan: ‘Vi ho chiamati amici’ 12-16 ta’ April, Dar Manresa, Għawdex. Imexxi P. Tommaso Guadagno s.j. info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000. Il-Ġimgħa Mqaddsa fit-talb 18-21 ta’ April, Mount St. Joseph, Mosta. Imexxu Fr Chris Vella s.j. u oħrajn. Il-Ġimgħa Mqaddsa hija l-iktar ġimgħa importanti fil-kalendarju tan-Nisrani. Dan l-irtir fissilenzju hu opportunità biex dan iż-żmien speċjali ngħixuh fit-talb. Niċċelebraw flimkien il-liturġija, nikkontemplaw il-ġrajjiet tremendi tal-Passjoni u l-Qawmien, nisimgħu riflesssjonijiet li jgħinuna, nakkumpanjaw lil Ġesù f ’qalbna u nħalluh ikellimna dwar kif jaf iħobb Alla. info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000. Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju 23 ta’ April sal-1 ta’ Mejju, Mount St. Joseph, Mosta. Imexxi Fr Tony Calleja s.j. u t-tim tiegħu Opportunità biex tapprofondixxi r-relazzjoni tiegħek ma’ Alla permezz ta’ rtir fis-skiet fuq l-istil ta’ Sant Injazju li tant nies isibu ta’ għajnuna kbira. Tista’ tagħżel bejn erbat ijiem jew tmint ijiem. info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000. Korrezzjoni Grazzi lill-qarrejja li ġibdulna l-attenzjoni għal żball f ’paġna 14 fil-ħarġa ta’ Marzu fl-artiklu ‘Kif taqbad tifhmu?’ Fil-fatt l-Iżraelin damu 40 sena fid-deżert biex waslu fl-Art Imwiegħda, mhux 40 jum kif deher bi żvista.

Kristu Jitbissem Il-faċċata ta’ dan ix-xahar turi lil ‘Cristo Sorniente’ (Kristu Jitbissem), kurċifiss tas-seklu tlettax li jinstab fid-dar ta’ San Franġisk Saverju, il-Ġiżwita. Għalkemm Ġesù inkurunat u msallab, wiċċu hu trankwill u fil-paċi, anzi jitbissem. Dan żball? Xi ħadd ried jiċċajta? Kif tista’ titbissem ftit minuti qabel tmut? Waqt li qed imut Ġesù ħafer lil min sallbu u wiegħed il-Ġenna (illum stess) lil min nidem. Tana lil ommu stess, u l-aħħar kelma tiegħu kienet: ‘Missier nerħi ruħi f ’idejk.’ Dawn il-kliem forsi juru għaliex ‘Kristu Jitbissem’ jidher trankwill u fil-paċi. Aħna l-Insara ma aħniex eżentati mittbatija, imma ‘Cristo Sorniente’ jurina li la l-mewt u lanqas it-tbatija ma huma se jifirduna mill-imħabba ta’ Alla.


LITU R ĠIJA

April 2019

13

Dik ix-xemgħa kbira Xi jfisser il-blandun? Xi jfissru dawk is-simboli li jkun hemm fuqu? Meta jinxtegħel?

Imbagħad min-nar is-saċerdot jixgħel il-blandun filwaqt li jgħid: ‘Id-dawl ta’ Kristu, li qam glorjuż mill-imwiet, mill-qalb u l-fehma tagħna jkeċċi d-dlamijiet.’

I

l-kelma ‘blandun’ ġejja misSiċiljan ‘blanduni’. Huwa x-xemgħa kbira li tinxtegħel fil-velja solenni tal-Għid. Il-blandun huwa simbolu tad-dawl ta’ Kristu, rebbieħ fuq id-dlam tal-mewt u l-ħażen. Normalment il-blandun jinxtegħel barra l-knisja, f ’post li jkun imdawwal biss mill-fjamma tannar li minnu jkun se jinxtegħel il-blandun. Wara li jbierek il-blandun, issaċerdot inaqqax jew jindika dawn is-simboli fuq il-bandun: (a) is-salib (b) l-alfa u l-omega, li huma l-ewwel u l-aħħar ittra tal-alfabett Grieg, li jindikaw li Kristu huwa l-bidu u t-tmiem ta’ kollox (ċ) is-sena li nkunu fiha, biex nuru li Kristu hu sid tal-istorja (d) ħames boċċi inċens, tifkira talħames pjagi. Waqt li jagħmel dan, is-saċerdot jgħid din it-talba: ‘Kristu lbieraħ u llum, il-Bidu u t-Tmiem, l-Alfa u l-Omega. Tiegħu ż-żminijiet u l-eternità. Lilu kull glorja u setgħa għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Bil-pjagi tiegħu qaddisa u glorjużi jħarisna u jżommna Kristu l-Mulej. Ammen.’

Wara dan tibda purċissjoni qasira u għal tliet darbiet tieqaf filwaqt li l-blandun jitgħolla ’l fuq u kull darba s-saċerdot ikanta: ‘Id-Dawl ta’ Kristu.’ Kulħadd iwieġeb: ‘Inroddu ħajr lil Alla.’

2 0 1 9

Minn wara t-tieni waħda jibdew jinxtegħlu x-xemgħat tas-saċerdoti, li minnhom imbagħad ikomplu jinxtegħlu x-xemgħat ta’ kulħadd. Fi tmiem din il-purċissjoni qasira jinxtegħlu d-dwal tal-knisja. Wara dan, il-blandun jitqiegħed f ’postu u jiġi inċensat. Ikun wasal il-mument biex issir it-tħabbira tal-Għid (innu li jissejjaħ Exultet) li jibda bil-kliem ‘Jifirħu l-qtajja’ tal-anġli fis-sema’. Propjament din hija t-tħabbira talGħid, avolja aħna mdorrijin indoqqu l-qniepen u nixegħlu d-dwal kollha u nċapċpu mad-daqq tal-Glorja. Il-blandun ikun preżenti wkoll u mixgħul waqt il-Magħmudija, meta f ’mument minnhom wieħed millġenituri jixgħel xemgħa mill-istess blandun. Jinxtegħel ukoll waqt il-funeral, biex ifakkar il-qawmien ta’ Kristu li jirbaħ fuq il-mewt u li xi darba se jqajjem anki lilna mill-mewt.


14

April 2019

Is-sultan u t-t fajla Adattament minn storja ta’ Søren Kierkegaard

D

arba waħda kien hawn sultan li kien iħobb tfajla fqira. Is-sultan ma setax jiżżewwiġha mingħajr ma jkollu jħalli t-tron. Kieku kellu jġibha l-palazz miegħu u jinkurunaha bid-deheb u d-djamanti u jlibbisha ta’ reġina, żgur kienet tibqa’ grata lejh ħajjitha kollha.

biex ikun jista’ jiddikjara mħabbtu għattfajla.

Imma kienet se tħobbu? Jew se tibqa’ tibża’ minnu? Jew iddispjaċuta li kellha tħalli warajha l-ħajja li kienet taf? Kienet se tibqa’ tirrispettah biss, imma ma tħobbux? Hi qatt ma setgħet tiġi daqsu.

Tfakkrek f ’xi storja oħra? San Pawl esprimiha mod ieħor fl-Ittra lill-Filippin: ‘Hu, li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib’ (Fil 2:6-8).

Ġieh ħsieb ieħor. Jekk minflok jagħmel lilha reġina, isir hu stess raġel komuni u joffrilha mħabbtu? Imma malajr irrealizza li kien se jirriskja wisq. Kien se jidher iblah f ’għajnejn kulħadd, forsi anki f ’għajnejn it-tfajla. Anzi, jista jiġi f ’pożizzjoni li jitlef kemm is-saltna kif ukoll lilha għax tlumu li tellifha ċ-ċans li ssir reġina. Is-sultan libes ta’ tallab imċerċer u mar ħabbtilha fuq il-bieb fejn kienet tgħix. Kien iddeċieda li jieħu r-riskju, lest jitlef it-tron

‘Aħjar nirriskja kollox,’ qal, ‘jekk b’dan il-mod l-imħabba tagħna ssir possibbli.’ C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K


Marzu 2019

15

TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi fis-smiegħ, kellimna. ■ Screening Test b'xejn ■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali. ■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar. ■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll. ■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll. ■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Nagħmlu wkoll forom ta’ ġewwa l-widna – Puliti, Diskreti u Ma Jsaffrux. Jekk għandek forma li mhix komda jew pulita, kellimna, anke jekk il-hearing aid mhux mixtrija minn għandna. Dawn il-forom huma ta’ l-aqwa kwalita' magħmulin b’makkinarju sofistikat, apposta għalik fuq il-qies tal-widna tiegħek.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

Mudell kompletament ġewwa l-widna. L-aktar mudell żgħir u diskret iżda l-aktar b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’ wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u b’saħħtu, anke għal min għandu nuqqas ta’ smiegħ serju.


fotografija ta’ MarIo CoCker kummentarju ta’ CHev. MarIo ColeIro o.S.J.

Merging Art and Faith L-espressjonijiet u l-movimenti f ’dawn ix-xbihat devoti u artistiċi huma manifestati permezz tal-arti tal-fotografija ... Chev. Mario Coleiro O.S.J.

Huwa rigal ideali mhux biss għad-dilettanti tal-vari u l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira iżda wkoll għal kull min għandu għal qalbu l-istorja, it-tradizzjoni reliġjuża u l-fotografija.

€35 Formola tal-abbonament Nixtieq nordna...........................kopja/i tal-ktieb bil-prezz ta’ €35 Qed nibgħat ċekk ta’ €

pagabbli lil Horizons.

Isem u Kunjom ......................................................................................................................................................................................... Indirizz ....................................................................................................................................................................................................... .................................................................................................................... Kodiċi Postali ....................................................................... Numru tat-telefon.................................................................................... Numru tal-mowbajl ............................................................ Indirizz elettroniku ..................................................................................................................................................................................

Ċekkijiet għandhom isiru f’isem Horizons u jintbagħtu hekk: Horizons, Triq l-Iskultur, Qormi. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn info@horizons.com.mt jew 2144 1604 www.horizons.com.mt

horizons malta


EASIPIK 121118

FREE 24/7 PARCEL LOCKERS

STOP WAITING IN LINE & START SAVING YOUR TIME

easipik@maltapost.com | www.maltapost.com/easipik


18

April 2019

K WIZZ

Kemm biegħu lil Ġesù? 1. Fuqiex rikeb Ġesù meta daħal Ġerusalemm? a) Felu ta’ ħmar b) Żiemel abjad ċ) Karru bir-roti tan-nar 2. X’għajtu n-nies meta Ġesù daħal Ġerusalemm? a) “Qaddis, Qaddis, Qaddis” b) “Alleluja” ċ) “Osanna” 3. X’għamel Ġesù meta ħares lejn Ġerusalemm? a) Kanta Salm 120 b) Beka ċ) Seħitha 4. Pietru kemm-il darba ċaħad lil Ġesù? a) Tliet darbiet b) Sebgħa u sebgħin darba ċ) Għaxar darbiet 5. Wara l-Aħħar Ikla fejn mar jitlob Ġesù? a) Fil-kamra ta’ fuq b) Fit-Tempju ta’ Ġerusalemm ċ) Fuq l-Għolja taż-Żebbuġ 6. Ġuda għal kemm biegħ lil Ġesù? a) 30 biċċa tal-fidda b) 13-il biċċa tad-deheb ċ) Munita tad-deheb, fidda u bronż 7. Fejn kien Pietru meta ċaħad lil Ġesù? a) Fil-bitħa tal-palazz ta’ Kajfa b) Barra l-bieb tat-Tempju ċ) F’xatt il-Baħar tal-Galilija

8. L-irġiel li żammew lil Ġesù bdew jgħadduh biż-żuffjett, isawtuh u jgħidulu: a) “Sallbu!” b) “Aqta’ min tahielek din id-daqqa!” ċ) “Demmu fuqna u fuq uliedna!” 9. Meta Pilatu staqsieh: “Inti s-sultan tal-Lhud?” x’wieġeb Ġesù? a) “Inti qiegħed tgħidu.” b) Ma qal xejn. ċ) “Agħti lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari.” 10. Meta sema’ li Ġesù kien mill-Galilija, Pilatu bagħtu għand: a) Erodi b) Il-Faragħun ċ) L-Imperatur ta’ Ruma 11. Biex jipprova jeħilsu, Pilatu offrielhom jagħżlu bejn Ġesù u: a) Diżma b) L-Iskarjota ċ) Barabba 12. Min għen lil Ġesù jġorr is-salib? a) Xandru minn Lixandra b) Rufu minn Ruma ċ) Xmun minn Ċirene 13. Meta Ġesù kien mislub, is-suldati newlulu: a) Inbid qares b) Ftit ilma ċ) Biċċa ħobż bla ħmira 14. Fuq ras Ġesù kien hemm kitba li kienet tgħid:


K WIZZ

a) Il-Mastrudaxxa ta’ Nazaret b) Dan huwa s-sultan tal-Lhud ċ) Imbierek min ġej f ’isem il-Mulej 15. Ġesù għajjat għajta kbira u qal, “Missier, f’idejk jien nerħi ruħi.” Iċ-ċenturjun, meta ra dan, qal: a) “Tassew li dan bniedem ġust!” b) “Mulej tiegħi u Alla tiegħi.” ċ) “Iva, nemmen!” 16. Min mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù? a) Marija ta’ Magdala b) Ġużeppi minn Arimatija ċ) Ġajru u Lazzru 17. Kmieni l-Ħadd filgħodu, Marija ta’ Magdala u xi nisa oħra sabu l-qabar vojt u f’daqqa waħda dehrulhom: a) Żewġt irġiel libsin ilbies jiddi b) Xi suldati ċ) Id-dixxipli ta’ Għemmaws 18. In-nisa marru jgħidu lid-dixxipli li Ġesù kien qam. Dawn ma emmnuhomx, imma wieħed minnhom telaq jiġri lejn il-qabar. Min kien? a) Mattew b) Ġakbu ċ) Pietru 19. Dakinhar stess ġara li żewġ dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu: a) Ġeriko b) Għemmaws ċ) Betanja

April 2019

19

20. Meta qorbu lejn ir-raħal tagħhom, Ġesù għamel tabirruħu li se jibqa’ sejjer, iżda huma qalulu: a) “Aħna x’għandna x’naqsmu miegħek, Ġesù ta’ Nazaret?” b) “Mur bis-sliem!” ċ) “Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm.” 21. Meta kienu fuq il-mejda, Ġesù qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom. Dak il-ħin għarfuh, imbagħad Ġesù: a) Ċanfarhom u qalbilhom il-mejda b) Għab minn quddiemhom ċ) Kiel u xorob magħhom 22. Filgħaxija stess Ġesù deher lill-Ħdax. Meta rahom jibżgħu, għax ħasbuh fantażma, uriehom idejh u riġlejh u talabhom jagħtuh jiekol. X’tawh jiekol? a) Biċċa ħuta mixwija b) Ħaxix morr ċ) Ħaruf moqli Tweġibiet: 1 (a) Felu ta’ ħmar. 2 (ċ) “Osanna”. 3 (b) Beka. 4 (a) Tliet darbiet. 5 (ċ) L-Għolja taż-Żebbuġ. 6 (a) 30 biċċa tal-fidda. 7 (a) Fil-bitħa tal-palazz ta’ Kajfa. 8 (b) “Aqta’ min tahielek din iddaqqa!” 9 (a) “Inti qiegħed tgħidu.” 10 (a) Erodi. 11 (ċ) Barabba. 12 (ċ) Xmun minn Ċirene. 13 (a) Inbid qares. 14 (b) Dan huwa s-sultan tal-Lhud. 15 (a) “Tassew li dan bniedem ġust!” 16 (b) Ġużeppi minn Arimatija. 17 (a) Żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. 18 (ċ) Pietru. 19 (b) Għemmaws. 20 (ċ) “Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm.” 21 (b) Għab minn quddiemhom. 22 (a) Biċċa ħuta mixwija.


20

April 2019

ANNI V E R SA R JU

Ir-Raġel li ħolom Martin Luther King Jr inqatel fl-4 ta’ April 1968. Kellu biss 39 sena. Dawn huma ftit mill-kwotazzjonijiet famużi tiegħu. Aqrahom bil-mod. 1. Il-fidi tfisser li tagħmel l-ewwel pass avolja ma tkunx qed tara t-taraġ kollu. 2. Jiġi żmien li jekk iżżomm ħalqek magħluq tkun qiegħed tittradixxi. 3. Huwa biss fid-dlam li tista’ tara l-kwiekeb. 4. Jekk ma tistax ittir, iġri. Jekk ma tistax tiġri, imxi. U jekk ma tistax timxi, tkaxkar. Imma tagħmel x’tagħmel … ibqa’ sejjer ’il quddiem. 5. Id-dlam ma jistax ikeċċi d-dlam; id-dawl biss jista’. Il-mibegħda ma tistax tkeċċi l-mibegħda; l-imħabba biss tista’. 6. Tħalli lil ħadd iniżżlek tant fil-baxx li jġiegħlek tobogħdu. 7. Dik il-liġi qadima dwar ‘għajn għal għajn’ għad tħalli lil kulħadd agħma. 8. Xi drabi jiġi żmien li jkollok tieħu pożizzjoni li la tkun safe u lanqas popolari, imma teħodha għax ilkuxjenza tgħidlek li hekk għandek tagħmel.

9. Min ma għandux xi ħaġa li lest li jmut għaliha mhuwiex lest li jgħix. 10. Inġustizzja xi mkien hija theddida għall-inġustizzja kullimkien. 11. Jien għandi ħolma li xi darba tfal subien u bniet suwed għad iżommu jdejn tfal subien u bniet bojod. 12. Hawn nies li mhumiex kapaċi jgħixu flimkien għax jibżgħu minn xulxin; jibżgħu minn xulxin għax ma jafux lil xulxin; ma jafux lil xulxin għax ma kkomunikawx ma’ xulxin. 13. Min mhux kapaċi jaħfer mhux kapaċi jħobb. Hemm xi ħaġa tajba anki flagħar persuna fostna, u hemm xi ħaġa ħażina anki fl-aktar persuna tajba fostna. Jekk nagħrfu dan, tonqos fina t-tendenza li nobogħdu lill-għedewwa tagħna. 14. Ħadd ma għandu dritt joħnoqlok ilħolm tiegħek.


April 2019

Imma issa qed nibża’ Esperjenza ta’ Martin Luther King Lejla waħda, lejn l-aħħar ta’ Jannar, dħalt tard fis-sodda, wara ġurnata mimlija. Il-mara tiegħi, Coretta, kienet diġà raqdet. Kienet se tmur għajni bija meta daqq it-telefon. Leħen irrabjat qalli: “Haw, ja iswed, aħna ġa ħadnielek kulma ridna. Qabel tgħaddi din il-ġimgħa se jkun iddispjaċiek li ġejt hawn (filbelt ta’ Montgomery).” Niżżilt it-telefon, imma ma stajtx nagħlaq għajn m’għajn. Ħassejt il-beżgħat tiegħi jgħaffġuni taħthom kollha f’daqqa. Kont wasalt f’punt fejn ma flaħtx aktar. Qomt mis-sodda u bdejt nimxi minn naħa għal oħra tal-kamra. Fl-aħħar mort sal-kċina u għamilt naqra kafè. Kont lest li nċedi. Bil-kikkra tal-kafè quddiemi, bla ma missejtha, ippruvajt insib mod kif noħroġ mixxena bla ma nidher beżżiegħ. Għajjien mejjet kif kont, propju meta ħassejt li l-kuraġġ kien marli kollu, iddeċidejt li npoġġi l-problema li kelli quddiem Alla. B’rasi bejn idejja baxxejt rasi għal fuq il-mejda tal-kċina u tlabt ngħajjat.

Il-kliem li għedt lil Alla dak il-lejl għadhom imwaħħlin f’moħħi sal-lum: “Jien qiegħed hawn biex niġġieled għal xi ħaġa li nemmen li hi tajba. Imma issa qed nibża’. In-nies qed jistennewni mmexxihom, u jekk se jarawni dgħajjef u bla kuraġġ, huma wkoll se jieqfu. M’għandix saħħa. Ma baqagħli xejn aktar. Wasalt f’punt fejn ma nistax niffaċċjaha waħdi.” F’dak il-mument kelli esperjenza tal-preżenza ta’ Alla li qatt qabel f’ħajti ma kont ħassejt. Minn ‘Stride Toward Freedom’, ta’ Martin Luther King

21


22

April 2019

Żg ħ a ż ag ħ

Emmanuel Camilleri

Battalji minn kull naħa

I

l-film ‘Indivisible’ jirrakkonta l-ġrajja vera ta’ Darren Turner, li kien fl-armata, u martu Heather. Kienu determinati li jgħixu fidili lejn Alla, lejn it-tliet uliedhom u lejn pajjiżhom. Mal-wasla ta’ Darren f ’Fort Stewart, l-armata tiġi ordnata titlaq lejn l-Iraq. Darren u Heather jiftiehmu li waqt li hu jkun mal-armata, martu tipprova tgħin lin-nisa tas-suldati l-oħra huma u jistennewhom jiġu lura. Minkejja l-wegħda li Darren u Heather ikunu taw lil xulxin, il-battalji li jgħaddu minnhom – hu fil-gwerra fl-Iraq u hi lura f ’pajjiżha tissapportja l-familji tas-suldati – iħallu l-feriti fuqhom ukoll. Isibu ruħhom f ’sitwazzjoni differenti milli kienu ħasbu. Darren kien iġġieled wisq battalji fuq il-front tal-gwerra, u Heather kienet tat saħħitha biex issabbar nisa li tilfu lil żwieġhom – imma l-battalja taż-żwieġ tagħhom kienu qed jitilfuha. Forsi ħadd minna mhu sejjer għall-gwerra – għall-inqas hekk nittamaw – imma f ’ċertu sens ilkoll għandna l-battalji u l-gwerer tagħna. Min jaf kemm iġġelidna battalji fil-ħajja u forsi wkoll irbaħniehom, imma konna

qed nitilfu battalji aktar importanti! Min jaf kemm irbaħna l-battalja tal-eżamijiet u l-istudji, imma spiċċajna tlifna ħbiberiji jew relazzjonijiet! Min jaf kemm-il darba rbaħna lilna nfusna biex nagħtu mill-ħin tagħna għal nies fil-bżonn, imbagħad ma tajniex kas tal-ġenituri u ħutna stess! Min jaf kemm iffukajna fuq il-gwerra talkarriera tagħna u tal-ħajja materjali tagħna, u ftit ftit tlifna l-valuri tagħna, il-fidi, u lil Alla. Dan ix-xahar niftakru fil-Passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, kif ukoll fil-Qawmien tiegħu mill-mewt. Anki hu kellu l-ħafna battalji tiegħu f ’ħajtu: mal-Fariżej li kien moħħhom biex jaqbduh f ’xi żball, mal-appostli stess li xi drabi fixkluh milli jkompli l-missjoni li ntbagħat iwettaq, max-Xitan li ttentah diversi drabi. Fil-battalji u l-gwerer ta’ ħajjitna u tal-fidi tagħna xi drabi se naqilgħu u nindarbu, xi drabi se naqgħu u nitilfu, imma bleżempju u l-grazzja ta’ Dak li qam millmewt għal dejjem nistgħu nerġgħu nqumu. L-importanti mhux li taqa’. L-importanti li terġa’ tqum.



24

April 2019

ULIEDNA

Joyce Callus

Tibnix fuq is-sejjieħ

B

iex uliedna jħossuhom sodisfatti, ferħanin u kapaċi għandhom bżonn jisimgħu inkuraġġimenti bħal: • “Meta ċedejt iċ-ċikkulata lil ħuk kont ġeneruża ħafna. Prosit!” • “Jogħġbuni l-kuluri li użajt fit-tpinġija.” • “Napprezza ħafna l-isforz li għamilt biex mort tixtrili llum, avolja kont għajjien!” Fil-verità dan jgħodd mhux biss għattfal imma wkoll għalina l-kbar. Aħna wkoll inħossuna ferħanin u inkuraġġuti, speċjalment wara li nagħmlu xi ħaġa diffiċli jew li ħsibna li m’aħniex kapaċi nagħmlu. U aktar ma nkunu inkuraġġuti, aktar se nagħmlu sforz u nistinkaw, u dan jerġa’ jġegħilna nħossuna aktar sodisfatti u ferħanin. Sfortunatament hawn min għadu jaħseb, forsi għax hekk trabba, li biex it-tfal jirnexxu l-ewwel trid tmaqdarhom u ċċekkinhom ħalli “jikbru sew u mhux rotob”. Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nibnu fuq issejjieħ. Biex tikkoreġi ma għandekx għalfejn tmaqdar. Meta mmaqqdruhom jew inqabbluhom mal-oħrajn inkunu qed inkissruhom u naqtgħulhom qalbhom. Tfal li jirċievu ħafna tmaqdir u li jiġu mqabbla mal-adulti jew ma’ ħbiebhom se jħossuhom inferjuri. Veru li kultant il-ħsieb li tħossok inqas minn ħaddieħor jista’ jservi biex inissel

fik ix-xewqa għat-tagħlim u biex tirnexxi, iżda meta t-tmaqdir isir fit-tul u mhux ikkumpensat b’mumenti ta’ inkuraġġiment u apprezzament, ir-riżultat ikun li t-tfal jitilfu l-istima tagħhom infushom u jieqfu jippruvaw għax jgħidu, “Għalxejn nipprova!” Ikkritika inqas, għallem aktar Jekk irridu ngħinu lil uliedna jimxu ’l quddiem, jeħtieġ ngħallmu aktar milli nikkritikaw billi: • Naċċettaw li t-tfal jistgħu jiżbaljaw għax għadhom qed jitgħallmu. • Indawru żball f ’lezzjoni. • Insemmulhom it-tajjeb li għandhom. • Niffukaw fuq l-isforz li jagħmlu u mhux fuq ir-riżultat. • Ma nippretendux perfezzjoni. • Ma nagħmlux preferenzi u ma nużawx theddid jew kastigi imma inkuraġġiment. • Nisimgħu u nikkoreġu bl-imħabba. Meta nagħmlu hekk inkunu qed nibnu fuq il-blat, mhux fuq is-sejjieħ. Meta wliedna jgħaddu minn żmien ta’ ansjetà, stress u insigurtà, jistgħu jitilfu s-sbuħija tat-tfulija, il-gost fit-tagħlim, u l-pjaċir tal-isbaħ żmien tal-ħajja. Ikunu qed jirriskjaw li jduru lejn dak li hu negattiv, li jagħmlu għażliet kontra n-normi tal-familja u tas-soċjetà. Jaslu biex mhux biss iweġġgħu huma imma wkoll ibikku lil ta’ madwarhom.

Ftakar: aktar faċli tibni tfulija tajba milli tipprova tirranġa jew ‘issewwi’ adult.


Nutar Dott. R. Caligari

IN - NUTA R

April 2019

25

Id-Denunzja Min jagħmilha? Meta għandha ssir?

M

eta persuna tiġi nieqsa, il-qraba għandhom imorru għand nutar tal-għażla tagħhom biex jibda l-proċess biex jinfetaħ it-testment u jiġi stabbilit min huma l-eredi tal-mejjet (‘decuius’) u jiġu rilaxxati l-flus li jkun hemm fil-banek u l-ishma (shares) li jkunu f ’isem il-mejjet favur l-eredi. Barra minn hekk, kull min jiret proprjetà immobbli għandu d-dmir jagħmel dik li tissejjaħ ‘dikjarazzjoni causa mortis’ (denunzja). Din tkun kuntratt iffirmat mill-eredi u l-legatarji li jkunu wirtu proprjetà immobbli fejn jiddikjaraw il-valur tal-proprjetà li wirtu u jħallsu t-taxxa dovuta. Il-ftuħ tat-testment u anki d-denunzja mhux bilfors iridu jsiru għand in-nutar li jkun iffirma t-testment. X’taxxa trid titħallas? Ma hemm l-ebda taxxa dovuta fuq flejjes f ’kontijiet il-bank u lanqas fuq propjetà mobbli bħal vetturi. It-taxxa titħallas biss fejn hemm proprjetà immobbli (bini). Ir-rata tat-taxxa hija 5%, diment li ma jkunx hemm xi eżenzjoni mit-taxxa jew rati mnaqqsa minħabba xi ċirkustanzi. Il-liġi tipprovdi diversi eżenzjonijiet mit-taxxa favur il-konjuġi li jkun baqa’ ħaj u favur ulied il-mejjet. Il-konjuġi li jkun għadu ħaj ikun eżenti mit-taxxa fuq il-valur tad-dar tar-residenza ordinarja tal-

konjuġi l-mejjet. Ikun eżenti wkoll f ’każ ta’ użufrutt imħolli lilu/ha minn martu/żewġha fuq kwalsijasi proprjetà. Fil-każ tal-ulied, l-eżenzjoni mit-taxxa tapplika biss f ’każ li l-proprjetà li jirtu tkun id-dar ta’ abitazzjoni u r-residenza ordinarja tal-ġenitur tagħhom matul perijodu sħiħ ta’ tliet snin qabel il-mewt. Biex l-ulied jingħataw din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq iddar residenzjali ta’ missierhom jew ommhom huwa kruċjali li jagħmlu d-dikjarazzjoni causa mortis fi żmien sena mill-mewt talmejjet. Jekk le, jitilfu l-eżenzjoni u jkunu obbligati jħallsu t-taxxa. Għall-benefiċċju tal-eredi, hu essenzjali li dan il-kuntratt isir dejjem u mill-iktar fis possibbli għar-raġuni li: • Mingħajr il-kuntratt tad-dikjarazzjoni causa mortis ma jkunx jista’ jsir il-bejgħ tal-istess proprjetà. • Il-liġi tipprovdi skont ta’ €250 mit-taxxa dovuta (kemm-il darba t-taxxa dovuta tkun inqas minn €2,300 u d-denunzja tkun saret fi żmien sitt xhur mill-mewt). • Jekk taqbeż sena mill-mewt, l-eredi jeħlu mgħax ta’ 8% fuq it-total tat-taxxa dovuta. • L-ulied jitilfu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dar ta’ abitazzjoni tal-missier jew talomm f ’każ li d-denunzja ssir aktar minn sena mill-mewt tal-ġenitur tagħhom.


Saħħaħ il-kunfidenza ta' uliedek

Id-dar �egħi, mal-familja, indipenden�

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' �kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern 133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta Mobile: (+356) 99 242 320 Email: info@stairsindependent.com Web: www.stairsindependent.com


LOG Ħ OB

Mimdudin 1. Ma jridx ikun tal-bnazzi biss (5) 3. Bla ħotob; imfattra (5) 6. Kif titlob id-drawwa taċ-ċerimonji (11) 8. Diretturi; mexxejja; kapijiet ta’ komunità (7) 12. Pum tal-metall ma’ bieb ta’ barra (7) 15. Sengħa tal-biedja (11) 16. Qawl: ‘Pappa u nejna għat------ mhux għallirġiel kbar’ (jiġifieri l-ħlewwa mat-tfal żgħar ma tgħoddx għall-kbar) (5) 17. L-alfabet Malti fih 30 waħda (5) Weqfin 1. Logħba tal------ (bi blalen żgħar tal-ħġieġ) (5) 2. Ħajt miġbur mill-fosdqa tad-dud (5) 4. Serratizzi (5) 5. Għammar; għex (5) 7. L-għaxar xahar tas-sena (7) 9. L-ewwel mara (3) 10. Funzjoni reliġjuża (3) 11. Nofs in-nofs (5) 12. Logħba antika tat-tfal fejn kulħadd jiġri biex jaħrab mill-‘qattus’ (5) 13. Kbir mhux żgħir fl-età; matur (5) 14. Aħbar; messaġġ (5)

April 2019

27

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Irbaħ pizza għal tnejn mingħand Saracino’s Café (Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995) billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, il-Furjana. Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: M. Debono, Mosta

Soluzzjoni Tisliba Marzu Mimduda: 1. MAPPA, 3. KAMPA, 6. DIZZJUNARJU, 8. ABBASSO, 12. LUKANDA, 15. KOINĊIDENZA, 16. AGAPE, 17. POSTA. Weqfin: 1. MEDJU, 2. PIZZA, 4. MARIO, 5. ADULT, 7. URAGANI, 9. BLU, 10. SID, 11. ANKRA, 12. LSIRA, 13. ARNIES, 14. MNARA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana. Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda). Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor 6

3

1

7

9

2

5

8

4

7

4

5

8

6

3

2

1

9

8

9

2

4

1

5

7

6

3

4

7

6

5

2

8

3

9

1

3

1

8

9

4

7

6

5

2

2

5

9

6

3

1

8

4

7

5

8

3

1

7

4

9

2

6

9

2

4

3

8

6

1

7

5

1

6

7

2

5

9

4

3

8

1

4

5

1

9

4

2

6 4

9 6 3

1

5

9 6

5

7

3

7

2

1 1

8

6 3 5 Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor: A. Storace, San Ġwann

9 1

5

4

9

7

1

8

7

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Claudia Cini


28

April 2019

R IĊETTA

John Sultana

Il-ħaruf tagħna

I

t-twapet antiki bl-iġmla fid-deżert imrakkmin fuqhom, il-purtieri kkuluriti riħa ta’ boċċi tal-kamla, u l-cushions riħa ta’ qedem bil-ġmiemen fit-tarf kienu joħorġu mill-gwardarobba darba fis-sena. Kien ikun ġej it-tberik! U aħna, ta’ tfal li konna, nittawlu mill-bieb jew it-tieqa biex naraw fejn wasal il-kappillan bl-abbati miegħu, nistennewh bil-figolla f ’idejna biex iberikhielna. Il-kelma ‘figolla’ probabbli ġejja mill-kelma ‘figura’. Fl-antik kienet popolari l-forma tal-ħuta, simbolu ta’ Kristu kif rajna x-xahar l-ieħor, imma l-figolla favorita tiegħi kienet dik forma ta’ ħaruf. Lili l-ħaruf ifakkarni fi Kristu jbati imma wkoll fi Kristu rebbieħ. Hekk kienu jġibuh fl-istampi: ħaruf biddemm iċarċar imma wkoll bil-bandiera tar-rebħa f ’idu. Għal-Lhud ukoll il-ħaruf kien simbolu ta’ ħelsien għax dakinhar li ħarbu mill-iskjavitù fl-Eġittu kellu sehem importanti ħafna d-demm tal-ħaruf imċappas mal-ġnub tal-bibien. Din il-ġrajja importanti l-Lhud għadhom ifakkruha f ’ikla speċjali, jgħidulha ‘seder’, li fiha jieklu ikel li jfakkar il-ġrajja tal-ħelsien tagħhom: taħlita tixbah it-tajn tal-briks li ma kinux baqgħu jaħdmu, ilħaxix morr, u naturalment il-ħaruf mixwi. Din kienet l-ikla li Ġesù ċċelebra maddixxipli fl-Aħħar Ċena, imma b’tifsira ġdida: il-ħaruf tal-Għid issa kien hu stess, id-demm kien se jkun tiegħu, u r-rebħa kienet issa fuq id-dnub.

Figolla ħaruf (Għal żewġ figolli) L-għaġina: 400gr dqiq self raising; 150gr marġerina; 150gr zokkor; 2 bajdiet; qoxra maħkuka u meraq ta’ nofs lumija; ftit ilma u ftit essenza tal-vanilla. Ħallat id-dqiq mal-marġerina. Ħabbat flimkien il-bajd u z-zokkor. Żidhom mattaħlita tad-dqiq. Żid l-ingredjenti l-oħra biex tiġi għaġina ratba, u ħalliha toqgħod għal ftit qabel taħdimha. Mili: 200gr lewż pur mitħun; 100gr zokkor; 125gr ilma; ftit essenza tal-lewż morr. Metodu: Saħħan l-ilma u z-zokkor fuq nar baxx. Kif jiftaħ jagħli neħħi minn fuq innar. Żid il-lewż mitħun u ħawwad tajjeb u ħalliha tiksaħ. Sadattant iftaħ l-għaġina u aqta’ żewġ forom indaqs ta’ ħaruf. Fuq pjanċa li fuqha tkun tfajt ftit dqiq poġġi l-ewwel forma, idlikha bit-taħlita tal-lewż u għatti bit-tieni forma tal-ħaruf. Saħħan il-forn minn qabel u aħmi għal xi nofs siegħa (200C). Oħroġ il-figolli, qegħidhom fuq gradilja u ħallihom jiksħu. Meta jiksħu, żejjinhom biċ-ċikkulata li tkun dewwibt banju marija jew bl-icing billi tħallat 100gr icing sugar ma’ 4 mgħaref ilma. L-Għid it-tajjeb!


G Ħ ALINA T-TFAL

Kompetizzjoni bi premju

Osanna!

April 2019

29

10

kot ba pre bi mju

Fost in-nies li laqgħu lil Ġesù bil-friegħi tal-Palm f’Ġerusalemm kien hemm ħafna tfal. Tixtieq li kont wieħed minnhom? Din l-istorja nfakkruha f’Ħadd il-Palm, jiġifieri l-Ħadd ta’ qabel l-Għid. Agħti l-kulur lill-istampa u ibgħatha bid-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel 10 tpinġijiet li jitilgħu bil-polza jirbħu ktieb kull wieħed ġentilment mogħti minn Horizons. Rebbieħa tax-xahar l-ieħor li telgħu bil-polza: Z. Schembri, Gudja; M. Muscat, Mellieħa; C. Falzon, Mġarr; W. Galea, Pembroke; M. Farrugia, Raħal Ġdid; R. Vassallo, Siġġiewi; F. Sultana Loporto, Swieqi; G. Gauci, Tarxien; E. Brincat, Żabbar; T. Schembri, Żurrieq.


30

April 2019

T

I S PI R AZZJONI

Tliet siġriet

liet siġriet fuq għolja bdew jitħaddtu dwar il-ħolm tagħhom għall-futur. L-ewwel qalet: ‘Nixtieq insir senduq sabiħ, mimli deheb u ħaġar prezzjuż, u kulħadd jammira sbuħiti.’

It-tieni qalet: ‘Jien irrid insir vapur kbir u b’saħħtu, inġorr nies importanti, insalpa sa truf l-art.’ It-tielet: ‘U jien irrid inkun l-aktar siġra twila u dritta fid-dinja; in-nies iħarsu lejn ilfriegħi tiegħi għoljin kważi sas-sema. Hekk kulħadd jibqa’ jiftakarni.’ Għaddew is-snin jistennew il-ħolm tagħhom iseħħ. Jum fost l-oħrajn waslu xi ħaddiema biex jaqtgħuhom. Meta ġew għall-ewwel siġra, qalu: ‘Din tidher b’saħħitha. Naqtgħuha u nbigħuha lil xi mastrudaxxa.’ Is-siġra tbissmet. Fl-aħħar se taqta’ xewqitha li ssir senduq. Imma meta nġiebet fil-ħanut tal-mastrudaxxa, għamilha kaxxa li minnha jieklu l-annimali. Poġġewha fi stalla u mlewha bit-tiben. Imma hi mhux dan kienet ħolmot! Dwar it-tieni, il-ħaddiema qalu: ‘Din naqtgħuha u nbigħuha lil xi tarzna talvapuri.’ Tbissmet ukoll, għax il-ħolma tagħha wkoll kienet se sseħħ: kienet se ssir vapur kbir. Imma ġara li għamluha dgħajsa żgħira. Addijo l-ħolma tagħha li ssir xini li jġorr nies importanti! It-tielet siġra bdiet tibża’ ħafna li jekk tinqata’ ma jirnexxilhiex issir siġra twila u dritta. Imma f ’kemm ilna ngħidu l-ħaddiema qatgħuha u meddewha ħdejn

l-oħrajn fl-art. Wara ftit qattgħuha fi twavel u tħalliet barra fix-xita u x-xemx. It-tliet siġriet bkew xortihom ħażina. Għaddew ħafna snin sakemm darba, f ’dik l-istalla daħlu mara u raġel. Il-mara kienet waslet biex twelled. Il-mara welldet u qiegħdet it-tarbija fil-maxtura, magħmula mill-injam tal-ewwel siġra. Dak il-ħin issiġra ħasset li għandha ġo fiha l-akbar teżor li qatt setgħet iġġorr! Għaddew aktar snin u grupp ta’ rġiel telgħu fuq dgħajsa magħmula bl-injam tat-tieni siġra. Il-mexxej tagħhom ħassu għajjien u raqad fuq wara. F’nofs ta’ baħar qamet maltempata kbira. Is-siġra bdiet tinkwieta, imma dak li kien rieqed qam u ordna lillbaħar: ‘Iskot!’ U l-maltempata waqfet u r-riħ siket. It-tieni siġra indunat li kienet qed iġġorr l-aktar persuna importanti li qatt setgħet iġġorr. Fl-aħħar nett xi ħadd qabad l-injam tat-tielet siġra. Tkaxkret matul it-toroq dojoq ta’ belt qadima minn raġel ifflaġellat, u ċċappset b’demmu. Lil dan ir-raġel sallbuh mal-injam tas-siġra, u għollewh fl-għoli sakemm miet. U minn dakinhar kulħadd baqa’ jħares lejn dak ir-raġel mislub mas-siġra. Il-ħolm tat-tliet siġriet kien seħħ ħafna aktar milli qatt immaġinaw. Alla kien qabad il-ħolm tagħhom u nisiġhom fl-aktar ħolma sabiħa: il-ferħ tagħhom stess!


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Up to â‚Ź5000 Email: info@liftservices.com.mt in government grants Website: www.liftservices.com.mt *subject to eligibility, terms and conditions Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


MARATONA b’risq it-tfal l-aktar minsija fil-missjoni

26, 27 u 28 ta’ April 2019

DIN TIZITA... Tifla mill-Etjopja bla saqajn u bi driegħ wieħed li fil-Maratona ta’ Jannar sabet sponsor minn Malta Bħal TIZITA hemm ħafna tfal oħra li qed jistennew sponsor

AGĦTI ĦAJJA LIT-TFAL FIL-MISSJONI 5160 2042 għal donazzjoni ta’ €10 5170 208 għal donazzjoni ta’ €15 5180 2061 għal donazzjoni ta’ €25 5190 2065 għal donazzjoni ta’ €50 SMS 50618198 għal donazzjoni ta’ €4.66 SMS 50619284 għal donazzjoni ta’ €11.65

Xandiriet fuq l-istazzjonijiet lokali kollha televiżivi

Nhar is-Sibt 13 ta’ April (l-għada tad-Duluri) agħti tama lit-tfal fil-missjoni f ’Arani Issa ma’ Joseph Chetcuti fuq


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.