Viżta Pastorali - Birgu

Page 1

Viżta Pastorali fil‑Parroċċa tal-Birgu

Drag Image Here

www.knisja.mt RITRATTI TAL-VIŻTA PASTORALI: www.knisja.mt / ritratti

16 TA’ ĠUNJU - 21 TA’ ĠUNJU 2019


Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz Levita Martri, il-Birgu Għeżież membri tal-Parroċċa tal-Birgu, huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dawn il-jiem se niġi f’din il-parroċċa għażiża għall-Viżta Pastorali. Il-komunità parrokkjali tagħkom, it-tieni l-eqdem parroċċa wara l-Katidral, kienet dejjem tħares lejn San Lawrenz bħala l-protettur u l-eżempju tagħha. U dan mhux b’kumbinazzjoni.

Drag image Here

Sa miż-żminijiet tan-nofs, anke wara l-bini tal-Belt Valletta, il-Birgu kien il-port ewlieni f’Malta li fih laqa’ nies minn kull ġens li tħalltu ma missirijietna u missirijietna tħalltu magħhom. In-nies tal-Birgu kienu dawk li jagħtu merħba lil kull min kien iżur pajjiżna għal xi raġuni jew oħra u jilqgħuh b’idejn miftuħa. Huwa minnu li n-nies tal-Birgu kienu jiddependu ħafna mill-kummerċ mal-barranin, iżda huwa minnu li sal-lum dan żviluppa fihom sens qawwi ta’ ospitalità li twaqqa’ l-ħitan tal-kulturi u, fuq l-eżempju ta’ San Lawrenz, ħadu ħsieb dawk li kienu fil-bżonn. Jekk il-Birgu huwa magħruf, minħabba l-aspett storiku, bħala l-belt qatt mirbuħa, l-imġiba tal-Ġirbin mal-barranin għamlet minnhom rebbieħa, kif San Lawrenz kien rebbieħ fuq min ried ikasbar il-fidi u jwarrab fil-ġenb lill-batut. Matul din il-Viżta Pastorali nixtieq immiss b’idejja r-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija u nitlobkom tgħinuni nifhimha iżjed. Bħala l-Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom; nixtieq niltaqa’ magħkom bħala Nsara li tgħixu f’din il-parroċċa għażiża. Ser niltaqa’ mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji; ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom bħala l-Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll. Il-Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

IL-ĦADD 16 TA’ ĠUNJU 8:45 am L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali 9:30 am L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali 10:45 am L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Operaturi Pastorali għal-laqgħa ta’ djalogu fil-Youth Centre IT-TNEJN 17 TA’ ĠUNJU 5:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal u l-katekisti fiċ-ċentru tal-katekiżmu 7:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għal laqgħa ta’ djalogu fil-Berġa ta’ Franza L-ERBGĦA 19 TA’ ĠUNJU 4:45 pm L-Arċisqof iżur lis-Sorijiet Benedittini fil-Monasteru Santa Skolastika 7:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ għal laqgħa ta’ djalogu fil-Youth Centre IL-ĦADD 21 TA’ ĠUNJU 6:15 pm L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Lunzjata tad-Dumnikani 7:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mat-Terzjari Dumnikani u lajċi oħra għand id-Dumnikani 8:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità tal-Patrijiet Dumnikani fil-kunvent


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.