L-AÓÓAR PAÌNA
Kit g˙an-Nisrani Nissu©©erilek tibda ©©orr mieg˙ek kit b’dawn l-affarijiet: nuççali, biçça lasktu, lapes, gomma, karta ta’ ˙ames ewro, ˙elwa, ftit ingwent u borƒa te jew ftit kafè. Óa ng˙idlek g˙alfejn... Nuċċali: biex tara l-kwalitajiet tajba fl-oħrajn. Jekk hawn xi ħadd li ma tara xejn tajjeb fih jew fiha, ikollok bżonn in-nuċċali żgur! Biċċa lasktu: biex tiftakar li fejn jidħlu opinjonijiet jew gosti, mhux bilfors tiegħek biss tajba!
Karta ta’ 5 ewro: biex tiftakar li int tiswa ħafna għall-familja tiegħek u ħbiebek. Ħelwa: biex tfakkrek li kulħadd ikollu bżonn kuljum il-ħlewwa tal-inkuraġġiment, ta’ tislima, ta’ tbissima, ta’ taptipa fuq l-ispalla, ta’ tgħannieqa.
Lapes: biex tikteb il-barkiet u l-affarijiet sbieħ li għandek u li tirċievi kuljum.
Ftit ingwent: biex tiftakar li għandek tfejjaq il-weġgħat li stajt ikkaġunajt jew innutajt fl-oħrajn jew fik innifsek.
Gomma: biex tfakkrek li kulħadd jista’ jiżbalja, u b’daqshekk ma tkunx waqgħet id-dinja!
Borża te jew ftit kafè: dan ifakkrek li kuljum trid issib ħin ta’ serħan biex tieħu ftit saħħtek! ■
Dan il-kit ġorru miegħek kullimkien. Jekk m’għandekx, jew xi darba jintiliflek, naf b’xi Ħadd li dejjem ikollu xi wieħed żejjed. Jekk titolbu, jagħtik wieħed ġdid. Lil Dan issibu dejjem jistenna fit-tabernaklu. Mibgħuta minn Isabelle Jenkins, Żurrieq
Poplu li emmen... i˙obb
JUM IL-KARITÀ
Il-Ħadd 14 ta’ April niċċelebraw Jum il-Karità. L-offerti li jinġabru fil-quddies tas-Sibt 13 ta’ April filgħaxija u l-Ħadd, 14 se jmorru għad-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti u Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika u l-CARITAS. Fil-jiem li ġejjin fil-knejjes se jkun hemm qfief fejn jitqiegħdu oġġetti tal-ikel, li se jgħinu tfal u adolexxenti li fit-tfulija tagħhom ikunu sabu ruħhom f’diffikultajiet. Agħmel l-offerta tiegħek f’dawn il-kontijiet: APS – 10543110022 jew BOV – 40010162286 jew HSBC – 033157108050 (l-istess kontijiet li jintużaw fil-‘Kampanja RTK Familji fil-Bżonn’). 30 | Flimkien April 2013