Issuu on Google+

April 2013 Numru 101

Editorjal 3 • Il-kelma tal-Arçisqof 4 • 20 sena tal-KatekiΩmu 5 Is-Sena tal-Fidi 6 • Dwal mill-Konçilju 7 • Sibtu f’˙uti 9 • Frédéric Ozanam 9 • Oliver Friggieri: Tislima lil Kristu Sidna 10 • Bla jdejn u saqajn, imma ntir! 13 • I am different: Aspergers syndrome 18 • Stejjer ta’ fidi 21 • ÛarΩir fil-widnejn 23 • Post mikri 23 • L-iΩg˙ar insett i˙oss 25 Log˙ob 27 • Tfal 29 • Kit tan-Nisrani 30 • Poplu li emmen ... i˙obb 30


BSL

Britannia Tours

Æiti/Pellegrinaææi gœal

Lourdes 4 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Tnejn Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4

MINN

15-20 Lulju 29 Lulju - 3 Awwissu 12-17 Awwissu 26-31 Awwissu

¢489

5 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Æimgœa Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4 Grupp 5

MINN 5-11 Lulju 19-25 Lulju 2-8 Awwissu 16-22 Awwissu 30 Awwissu - 5 Settembru

¢529

5 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Erbgœa Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4 Grupp 5

10-16 Lulju 24-30 Lulju 7-13 Awwissu 21-27 Awwissu 4-10 -10 Settembru

MINN

¢529

Æiti oœrajn Fatima/Portugal 7-14 Lulju Krakow/Poland 28 Lulju - 4 Awwissu Lourdes/Costa Brava 9-11 Settembru Padre Pio/San Giovanni Rotondo/Assisi/Ruma 22-29 Lulju Medjugorje 15-22 Settembru Santiago de Compostela/Madrid/Lourdes 4-13 Awwissu

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


editorjal dun anton portelli

Óar©a 101 Ma stajniex nieqfu mal-ħarġa numru 100 tal-FLIMKIEN. Se nkomplu mexjin. Bħal fil-każ ta’ ħafna affarijiet oħra, xi drabi trid tieqaf ftit biex tieħu naqra nifs u tara fejn int sejjer. L-isfida biex noħorġu magażin li jkun ta’ siwi għall-familji Maltin mhijiex żgħira. Imma fil-fatt x’inhu ta’ valur għalina u għall-familji tagħna? Għaddejna Randan nippruvaw nifhmu kemm ma nistgħux u ma għandniex norbtu qalbna mal-ħwejjeġ ta’ din id-dinja. Fhimna sewwa t-tentazzjonijiet li rebaħ Ġesù: (1) li jkollok bosta ġid (ibdel il-ġebel f’ħobż); (2) li jkollok il-poter (setgħa fuq is-saltniet); u (3) li jkollok lill-Mulej Alla fil-but (l-anġli ma jħallukx tweġġa’). Għalhekk il-valuri tagħna huma dawk ta’ Ġesù. It-tbatija tiegħu ġiet ippremjata mill-Missier. Wasal sal-aħħar tat-taqbida bil-qawwa tal-Ispirtu li tah il-Missier. Hekk ukoll għad jiġri lilna. Il-fidi tagħna għad twassal lilna wkoll għall-qawmien. Dan ikun il-veru Għid il-Kbir tagħna. ■ FLIMKIEN ma jsirx b’xejn!

Għalkemm FLIMKIEN jitqassam b’xejn, fil-fatt ma jsirx b’xejn! Kull xahar il-Kulleġġ tal-Kappillani joħroġ eluf ta’ ewro biex il-magażin jiġi stampat. Għalhekk tkun apprezzata ħafna kwalunkwe donazzjoni li tista’ tagħmel lill-parroċċa tiegħek għal dan l-iskop.

Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

L-aÓÓar kliem ta’ Benedittu XVI Jalla fil-qalb tagħna u fil-qalb ta’ kull wieħed minnkom, tibqa’ dejjem iċ-ċertezza sabiħa li l-Mulej qiegħed ħdejna, li ma jħalliniex waħedna, li Hu viċin tagħna, u qed jgħannaqna miegħu b’imħabbtu. Grazzi. - Udjenza tas-27 ta’ Frar 2013 Re/Visit: the Contemporary Face of Faith

F’din is-Sena tal-Fidi, il-Ġiżwiti Maltin jistednuk tesplora l-fidi mil-lenti tal-arti permezz ta’: • Wirjiet minn artisti kontemporanji fil-knejjes tal-Belt: 24 ta’ Marzu sas-7 ta’ April • Taħditiet għall-pubbliku mill-artisti u minn Fr Daniel Le Blond, Ġiżwita u artist Kanadiż: 4 ta’ April, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu • Esperjenza spiritwali tar-rikkezzi tal-arti ta’ San Ġwann ma’ Fr Jean Paul Hernandez, Ġiżwita Taljan: mis-6 sas-7 ta’ April. Għal aktar informazzjoni: revisit@jesuit.org.mt jew www.revisit.jesuit.org.mt u agħfas ‘like’ fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Revisit-The contemporary face of faith’.

FLIMKIEN b’tipi kbar FLIMKIEN hu disponibbli wkoll f’verżjoni b’tipi kbar għal min għandu diffikultà biex jaqra. Itlob kopja direttament mingħand il-kappillan tal-parroċċa tiegħek. Flimkien April 2013 | 3


Il-kelma tal-arÇISQOF Mons. P. Cremona O.P.

X’rajna, xi smajna, x’nemmnu

D

ak li rajna: Fit-13 ta’ Marzu rajna fumata bianca: il-Papa l-ġdid ġie magħżul! Siegħa wara tħabbar min kien: Jorge Mario Bergoglio. Smajna wkoll li se jissejjaħ Franġisku. U ftit wara ħareġ filgallerija u rajnieh, ħafna minna għall-ewwel darba: twil u b’xeħta ta’ bniedem axxetiku u umli. Sellem bil-buona sera. Talab lin-nies jitolbu għalih u qagħad fis-silenzju, b’rasu baxxuta, sakemm in-nies tablet fuqu qabel ma bierek lilhom: folla kbira ħafna, fix-xita u l-bard. Dak li smajna: Għandu 77 sena, hu l-ewwel Papa Ġiżwita, Arġentin, Isqof ta’ Buenos Aires, mill-Amerika ta’ Isfel l-ewwel Papa mill-Amerika t’Isfel. Għażel li jissemma’ Franġisku - l-ewwel Papa li ssemma’ hekk; isem li ma kienx ifisser pjan għall-futur iżda li jiddeskrivi l-ħajja li kien jgħix. Ma kienx joqgħod f’palazzi, iħobb is-sempliċità. maħbub min-nies, qrib ħafna tal-fqar. Mhux famuż, imma stmat ħafna minn sħabu. Ingħad li fl-aħħar konklavi kien ġab it-tieni l-aktar voti wara Benedittu. Dak li nemmnu: Nemmnu li hu s-suċċessur ta’ Pietru, il-Blata li fuqha Kristu bena l-Knisja tiegħu; Pietru li rċieva l-Ispirtu s-Santu mal-Appostli f’Pentekoste; li għamel l-ewwel tħabbira f’isem Ġesù u f’isem il-Knisja f’Pentekoste. Hu f’dan id-dawl li flimkien mal-qima li tistħoqqlu bħala r-Ragħaj tagħna, irridu bħalma talabna hu li ningħaqdu miegħu bit-talb tagħna ħalli l-Mulej iwieżnu bil-qawwa talIspirtu s-Santu. ■

20 sena tal-KatekiΩmu Matul is-Sena tal-Fidi li qegħdin fiha (Ottubru 2012 sa Novembru 2013) qed infakkru wkoll l-20 sena mill-ħruġ tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. IlKatekiżmu hu mibni fuq erba’ kolonni: 1. STQARRIJA TAL-FIDI: Fl-ewwel parti l-Katekiżmu jitkellem dwar irRivelazzjoni u kif din tasal għandna. Jitkellem dwar l-Iskrittura Mqaddsa u jagħti spjega tal-Kredu, biċċa biċċa. 2. IS-SAGRAMENTI TAL-FIDI: IlKatekiżmu jispjega kif is-salvazzjoni tagħna hija preżenti fil-liturġija u fis-seba’ Sagramenti. 3. ĦAJJA TA’ FIDI: Din it-taqsima titkellem dwar kif nistgħu nilħqu l-iskop li għalih ħalaqna Alla, partikolarment billi ngħixu l-Kmandamenti. 4. IT-TALB F’ĦAJJA TA’ FIDI: Ma jistax ikollok relazzjoni ma’ Alla mingħajr it-talb. Għalhekk il-Katekiżmu jitkellem ukoll dwar x’jiġifieri talb u l-importanza tat-talb. Fih ukoll kummentarju fuq it-talba tal-Missierna.


Hearing aids you try at home No upfront costs...No commitment...No risk! Try it, wear it, love it! Wouldn’t it be great if you could try a product before making a significant investment...to make sure it fits your needs and lifestyle before saying, “I’ll take it?” And, if you didn’t have any upfront payment, well, that would be better yet! Most companies cant let you do this, of course. But at Cleartone Hearing we can. Our clinic has been selected as the only hearing healthcare provider in Malta to provide this totally new and unique service.

FREE 4 week trial Our FREE 4 week trial of Unitron’s Moxi range will give you the opportunity to try the very latest hearing aid technology in everyday life without any upfront cost or commitment. We invite you to take advantage of this limited-time opportunity*, call us today on 214 30571. Cleartone Hearing is the official Malta distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our clinics running from Monday 22nd April Saturday 27th April. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571 *First come, first served basis

CA NO LL W

A standard clinic fee will apply.


IS-SENA TAL-FIDI Fr Hector Scerri

Matul is-Sena tal-Fidi qed inwasslu, permezz tal-Kredu, il-veritajiet l-aktar çentrali tal-fidi Nisranija. Erfa’ l-artikli biex fi tmiem is-Sena jkollok f’idejk ©abra fil-qosor tal-fidi tag˙na.

Jiena nemmen f’Ìesù li tela’ fis-smewwiet u qieg˙ed in-na˙a tal-lemin ta’ Alla l-Missier li jista’ kollox Erbgħin jum wara l-qawmien ta’ Ġesù millimwiet, huwa “kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla” (Mk 16:19).

L-aħħar dehra pubblika ta’ Kristu Rxoxt tintemm bid-dħul tal-umanità tiegħu, darba għal dejjem, fil-glorja ta’ Alla. Issħaba u s-sema li jissemmew firrakkonti tal-Axxensjoni ta’ Ġesù huma simbolu tal-glorja ta’ Alla.

It-Tlugħ fis-sema ta’ Ġesù hu għalina verità tal-fidi li tgħidilna mhux biss fatt veru dwar Ġesù Rxoxt, imma wkoll li aħna lkoll imsejħin għallistess glorja li aħna nittamaw li għad ngħixu miegħu fil-glorja.

“Il-ferħ tad-dixxipli wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù jikkoreġilna l-idea tagħna ta’ din il-ġrajja. It-tlugħ fis-sema ma jfissirx li Ġesù mar f’żona mbiegħda tal-Univers, imma jfisser li huwa baqa’ qrib, tant li d-dixxipli jħossuh preżenti fosthom, u dan iqanqal il-ferħ fihom” (Il-Papa Benedittu XVI).

“Għax Kristu qiegħed għand il-Missier, mhuwiex ’il bogħod, imma qrib tagħna. Issa m’għadux aktar f’post wieħed fid-dinja, kif kien qabel it-tlugħ fis-sema: issa qiegħed preżenti għal kulħadd – matul l-istorja kollha – u għal kull post” (Il-Papa Benedittu XVI).


konÇilju vatikan

Alla li tista’ kollox, agħmel li b’ferħ qaddis irroddulek ħajr, għax Kristu Ibnek, bit-tlugħ tiegħu fis-sema, imexxina bla heda ’l quddiem fit-triq tagħna lejk, u jimliena bit-tama li aħna, il-ġisem tiegħu, għad naslu wkoll għal dik il-glorja li fiha daħal hu, ir-Ras tagħna, Ibnek Ġesù Kristu Sidna... (Mil-Liturġija tasSolennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-sema).

“Ġesù jitlaq huwa u jbierek. Hu jitlaq ibierek u jibqa’ fit-tberik tiegħu. Idejh jibqgħu miftuħa fuq din id-dinja. L-idejn ta’ Ġesù li jbierku huma bħal saqaf li jħarisna” (Il-Papa Benedittu XVI).

Dwal mill-Konçilju

X

’differenza ġab il-Konċilju Vatikan it-Tieni? Probabbli li ħafna jwieġbu li bis-saħħa tal-Konċilju għandna l-quddiesa bil-Malti u s-saċerdot m’għadux iqaddes dahru lejn in-nies. Imma fil-fatt il-bidla li ġab il-Konċilju Vatikan it-Tieni hija ferm akbar minn hekk. Il-bidla l-kbira li ġab ilKonċilju kienet fil-viżjoni, speċjalment filmod ġdid kif il-Knisja tħares lejha nnifisha u lejn id-dinja ta’ madwarha. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni kien it-tieni Konċilju tal-Knisja li tlaqqa’ fil-Vatikan. Fil-Flimkien ta’ Awwissu 2012 hemm lista sħiħa tal-21 Konċilju li saru fl-istorja. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni nfetaħ formalment mill-Papa Ġwanni XXIII fil-11 ta’ Ottubru 1962. Wara tmiem l-ewwel sessjoni, miet Ġwanni XXIII u minfloku nħatar Pawlu VI li mexxa l-kumplament tal-Konċilju u ppromulga 16-il dokument. Il-Konċilju ntemm fit-8 ta’ Diċembru 1965. Erbgħa minn dawn id-dokumenti huma ta’ importanza kbira, u jissejħu Kostituzzjonijiet: (1) Dei Verbum - dwar ir-Rivelazzjoni, u juri lil Alla jkellem lillbniedem fil-Bibbja u t-Tradizzjoni (2) Sacrosanctum Concilium - dwar il-Liturġija bħala t-tweġiba tal-bniedem lil Alla fil-qima tiegħu (3) Lumen Gentium - dwar il-Knisja li tħares u tirrifletti dwarha nfisha (4) Gaudium et Spes - fejn il-Knisja tirrifletti dwar ir-relazzjoni tagħha mad-dinja. Fuq suġġeriment ta’ qarrejja ta’ Flimkien, millħarġa li jmiss se nibdew inġibu siltiet qosra minn xi dokumenti tal-Konċilju. ■ Flimkien April 2013 | 7


IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.

Electric Scooter

Platform Lift

Curved Stairlift

CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN

Straight Stairlift

Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com


MARIAPOLI 2013 ANNA CARUANA COLOMBO

Sibtek f’˙uti

K

ont gradwata, ħafna ħbieb, impjieg tajjeb, bosta attivitajiet, u familja magħquda. Wara x-xogħol, kont inżur lil Ġesù Sagramentat u nistaqsieh, “Xi trid minni Mulej?” Darba waħda stednuni għal laqgħa, u aċċettajt. Konna xi għaxar żgħażagħ. Qrajna u qsamna bejnietna kif konna qed ngħixu l-‘Kelma tal-Ħajja’ (silta mill-Vanġelu) u kantajna Bridges, kanzunetta dwar l-għaqda. Ħassejt ferħ kbir, li wara fhimt li kien il-ferħ tal-preżenza ta’ Ġesù f’nofsna. Ftit wara mort magħhom għall-ewwel ‘Mariapoli’, fejn mijiet ta’ nies ta’ kull età minn kull qasam tal-ħajja, qasmu flimkien kif qed jgħixu l-Vanġelu. Kienu mill-

Moviment tal-Fokolari. Ħassejt li kont sibt lill-Mulej, li kien qed jgħidli, ‘Irridek tħobbni fil-konkret, f’dawk ta’ madwarek, kull jum’. Fhimt li ma stajtx nasal waħdi. Kien hemm bżonn li ningħaqad ma’ oħrajn biex ikun Ġesù f’nofsna li jdawwalni. Il-Mariapoli, jew ‘Belt ta’ Marija’, hija okkażjoni biex ngħixu kif jistgħu jkunu l-bliet tagħna kieku kellhom ikunu tassew Insara. Il-Mariapoli f’Malta din is-sena se ssir bejn it-13 u l-14 ta’ April. Għal aktar informazzjoni: Stellaelise, Triq il-Ħuttaf, Kappara (21385801; focfmt@go.net.mt) jew Vita Nuova, Triq Agius de Soldanis, Sta. Venera (21486112; focmmt@go.net.mt). ■

SOÇJETÀ SAN VINÇENZ DE PAUL

EMILY BARBARO-SANT

Frédéric Ozanam

O

zanam twieled Milan fl-1813. Hu u studenti tamparu fl-università ta’ Sorbonne kienu jiddiskutu dwar kif jistgħu jgħinu lill-foqra ta’ Pariġi. Lill-istudenti sħabu darba qalilhom, “Ma nistgħux nibqgħu passivi u siekta f’nofs dinja li qed issofri. Jekk aħna nħossuna żgħar biex negħlbu l-faqar fi Franza, ejjew nibdew billi naraw x’nistgħu nagħmlu fuq bażi personali biex ngħinu lill-foqra.” Kien it-23 ta’ April 1833, meta flimkien ma’ oħrajn waqqaf l-ewwel Konferenza tal-Karità, li sentejn wara ssemmiet għal San Vinċenz de Paul bil-

għan li taħdem favur il-ġustizzja u l-imħabba lejn il-proxxmu l-aktar fil-bżonn. F’Malta s-Soċjetà nbdiet minn Dr Paolo Pullicino fl-1850. Fost dawk li mexxewha f’Malta nsibu lil Mons. Isidor Formosa fundatur tal-Ursolini. Il-ħidma talmembri tinkludi żjarat lill-morda u għoti ta’ għajnuna biex ilbnedmin jgħixu fid-dinjità li jistħoqqilhom.  Fil-200 sena mit-twelid ta’ Ozanam se jsiru diversi ċelebrazzjonijiet. Għal aktar tagħrif, ikkuntattja lil Joe Attard (21/79410914) jew George V. Spiteri (79302311). Żur is-sit www.ssvpglobal.org. ■ Flimkien April 2013 | 9


100 SENA MILL-KUNGRESS EWKARISTIKU Oliver Friggieri

Fl-okkaƒjoni tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar Malta bejn it-23 u s-27 ta’ April, 1913 qed in©ibu talba miktuba mill-Professur Oliver Friggieri f’g˙amla ta’ rakkont li jevoka l-©rajjiet li fihom Kristu kien miç˙ud. Hi stqarrija ta’ fiduçja fi Kristu, fil-kuntest ta’ epoka li qieg˙da ter©a’ tikkumbatti l-idea ta’ Alla, li fiha hu attiv ©mielu l-ateiƒmu militanti ta’ ƒmienna

Tislima lil Kristu Sidna Quddiem il-Kurçifiss

S

tenniek Adám li fittex ’l Alla fl-Éden. Stenniek bil-qalb muġugħa Ġób, u l-kárba Għaddiet minn fómm għal fómm sa Ġeremíja. Stennewk proféti li għażilthom Ínti Kif frixt fuq fómmhom is-sigrieti tíegħek Biex tul is-sekli fétħu dil-mogħdíja Minn fejn ridt tgħaddi Ínt, meta ż-żmien wásal Fil-milja tíegħu. – Għáddi u ibqa’ díeħel, Muléj, fit-triq qadíma li stenníetek! La tinħasádx: Int táf x’se ssib fil-bníedem Li qalbu ssúqu ’l háwn u ’l hínn bla jágħraf Minn fejn se jgħáddi biex jiltaqa’ míegħek. In-nies se jistaqsuk mnejn ġéjt, min Ínti, Mín bagħtek biex ġellidt lil-lúm ma’ lbíeraħ. Se jémmnu, ma jemmnúx, se jiġru míegħek Bil-palm f’idéjhom u bl-osanna f’fómmhom. Se jitolbuk il-ħóbż u Int se ttíhom Il-kélma li tgħejjíxhom, u l-ġuħ tágħhom 10 | Flimkien April 2013

Se jíbqa’ jrid il-ħóbż għax hékk hu l-bníedem. Se jfittxu fik miráklu, u se jistágħġbu, Imbagħad jinséw u l-għáġeb se jifxílhom. Se jitolbuk ix-xhíeda li Int Álla, U se jemmnúk, u se jsejħulek mídgħi, U Ínti se tweġibhom bis-silénzju, U s-skiet ikun għalik akkúża ġdída: Tkun ħáti li tkellímt, ħáti li tískot. U se jeħduk fi ġníen biex tégħreq démmek, Se tkun mibjúgħ bi rħís u mżéblaħ b’béwsa. Se tfittex kenn fil-ħbíeb u m’íntx se ssíbhom. Il-kótra se tkun táf li Int bla ħtíja U xórta se tixlik li ksírt il-líġi, U b’leħen wíeħed se tgħajjátlek: “Sállbu!” U se jtellgħuk sal-Gólgota biex wáħdek Iġġorr salíb li Ínt għażílt minn jéddek U stajt m’għażíltx qabel ma nżilt hawn ísfel. Se tkun miċħúd minn sħábek, wáħdek táqa’ Għal tliet darbíet u tqúm sakemm tintélaq


Fuq għuda msállba, se jtellgħúk imdéndel Tistenna tliet sigħát biex ruħek tóħroġ. Se jieħdok l-għátx, u xéjn ħlief ħáll ma ttíegħem. Se tlissen il-kelmíet tal-áħħar wáħdek, U l-kótra tidħaq bík u tifhmek kóntra. Se ssáqsi ’l Alla tiegħek għála télqek, U ’l ruħek trodd f’idéjh u tniżżel rásek, U tískot, u s-skiet tiegħek jíbqa’ déjjem Minn dak in-nhár, għal élf, u elfejn séna. Int għidt: “Kóllox mitmúm!” u l-kelma żżómmha. In-nies se jistennéw li sséħħ il-wégħda Li tajt li tqúm mill-qábar, se jitħáwdu Sakemm jinqásmu bejn favúr u kóntra, Għax nár ġejt tixħet fl-árt u ridtu jáqbad.

Matul is-sékli n-nies jgħaddu minn táħtek Jarawk hemm fúq fis-solitúdni tíegħek, U kóllha jistennewk tlíssen kelm’óħra Biex il-kalvárju t’elfejn sena jgħáddi, U jgħáddi kull kalvarju t’élf sen’óħra. Żammejtha biss għalík din it-tmien kélma. Int skítt għal déjjem, iżda s-skíet jitkéllem.

Ikun dak li trid Ínt. F’idéjk tintréħa Muléj, dir-rúħ, li toħlom bíss bit-Tábor, U ’l Bétlem taraha mbíegħda mill-Kalvárju. Dir-rúħ, Muléj, tistenna li l-imsíemer Jinqálgħu, u s-salib jiżżárma u jásal It-tíelet júm tad-dáwl li jbiddel kóllox. Int tírkeb fuq iż-żmíen u s-sekli jgħáddu Kont qiegħed taħseb f’dán fin-nieqa f’Betlem Minn taħt għajnéjk. Int tibqa’ ġdíd bħal déjjem, U rájt quddiem għajnejk x’kellek tisténna. U xórta t-tliet imsiemer hémm ħalléjthom, Għażilt kif xtáqt, u stájt għażílt mod íeħor. Iqattru d-démm biex din il-fidwa tkómpli. Dín hi t-triq tqíla li terraqt f’did-dínja Għáliex ma taqlagħhómx war’elfejn séna? Li Int ridt iġġellídha mágħha nfísha. Fuq Bétlem dehret kéwkba u kienet tníxxi Imbíerek mela tkún f’din l-għażla tíegħek, Minn kmíeni d-démm, u d-démm snin wara ġéra Muléj li dħalt fl-Istórja biex biddíltha. Ma’ ġísmek mífni, u qáttar sa fuq l-għólja Jien għandi l-għátx, u tkún ir-ríeda tíegħek. Li refgħet is-salíb, u llúm hémm għádu Kóllox mitmúm, u f’ídek nerħi rúħi. Biex kull min jitla’ ħdéjk bil-ġrieħi tíegħu Minn mindu skítt kull kélma tíegħek tídwi Jimtédd hu wkóll maġénbek fuq salíbu, Biex tíġbor fiha s-séns li jfisser kóllox, U minn hemm fúq jistenna l-méwt u l-qáwma, Elfejn sen’ílu, illúm, u élf sen’óħra. ■ Elfejn sen’ílu, illúm, u elf sen’óħra. Krístu li bdejt tissállab fuq maxtúra, Imkéċċi fi twelídek, maħrúb, mhédded, Imfáħħar u mibgħúd, dal-Milied tíegħek Ma jferraħníex ħlief b’ħafna dmúgħ f’għajnéjna. Imxejtha wáħdek it-triq iebsa kóllha U Ínt u tíela’ l-Gólgota ħsibt f’Bétlem, U rġajt ftakart li t-tnéjn jixxiebhu f’kóllox. Sa llum ukóll, minn háwn, għadek tinstéma’ Titníehed f’agunija t’elfejn séna, Ħáj déjjem u bla klíem, déjjem imsállab.

L-Art Imqaddsa mal-FranÌiskani PellegrinaÌÌi 2013

• L-Art Imqaddsa: 1-9 ta’ Mejju; 22-30 ta’ Mejju; 17-25 ta’ Lulju; 4-12 ta’ Awwissu; 4-12 ta’ Settembru • L-Art Imqaddsa u l-Ġordanja: 4-14 ta’ April • L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru Tagħrif jew booking: Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8 Triq Santa Luċija, Valletta. 2124 2254; comalt@ofm.org.mt Flimkien April 2013 | 11


insurance cover also includes...

FREE Home assistance and emergency services. • FAILURE OF ELECTRICAL SUPPLY • DAMAGE TO DOOR LOCKS • WATER LEAKAGES • BREAKAGE OF GLAZING TO EXTERNAL WINDOWS OR DOORS

middlesea Home insurance Policy

Your home is a cherished and valued possession. Ensure that your home building and its contents are well protected with a Home insurance. Our unique policy will cover the cost of the callout and labour that is necessary for the repair of the home emergency. if it matters to you, it matters to us.

T: 2124 6262 | middlesea.com Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 120313 737 JOB 36406 03/13


Nies li emmnu Robert Aloisio

Bla idejn u saqajn,

imma ntir! Timma©inak bla dirg˙ajn u bla idejn? La tg˙annaq, la tmiss, u ma taqbad xejn b’idejk. Issa imma©inak ukoll bla saqajn! La timxi, la ti©ri, la tiƒfen, u lanqas toqg˙od bil-wieqfa. Kif kienet tkun ˙ajtek?

F

l-1982 f’Melbourne, l-Awstralja, twieled Nick Vujicic, bla idejn u bla saqajn. Missieru Boris, qassis Protestant, kien ħdejn martu Dushka meta twieled Nick. Meta t-tabib qallu, ‘Ibnek la għandu idejn u lanqas saqajn!’ ħa xokk enormi. Għall-bidu ommu ma riditx iżżommu f’idejha jew treddgħu. Damu ħafna biex aċċettaw li Alla ‘ma kienx ħa żball’ jew li ‘ma kienx insiehom.’ Fi tfulitu Nick kellu jiffaċċja problemi bħall-bullying u nuqqas ta’ self-esteem kif ukoll dipressjoni u solitudni. Nick jgħid: Lil Alla kont nistaqsieh, ‘Għaliex ħadtli jdejja u saqajja? Għaliex jien differenti? X’kien l-iskop ta’ ħajti?’ U sakemm ma jweġibnix ma kontx bi ħsiebni ngħix skont ir-rieda tiegħu. Xtaqt immut. Jekk Alla ma kienx se jwaqqaf id-dwejjaq tiegħi, kont se nwaqqafhom jien. Ta’ 8 snin ippruvajt negħreq fil-banju, imma ma rnexxilix. Kienet l-imħabba li kelli għall-

ġenituri li żammitni. Kont inħobbhom wisq. Ġibt quddiem għajnejja l-funeral tiegħi, u x’sens ta’ ħtija kienu se jħossu ommi u missieri. Wara kollox ma setgħux jagħmlu aktar milli għamlu. Ommu darba qaltlu, ‘Nick, Alla lilek irid jużak. Ma nafx kif, ma nafx meta, imma Alla se jużak.’ Dak il-kliem daħallu f’qalbu. ‘Skoprejt,’ qal Nick, ‘li Alla jista’ jfejjaqni bla ma jbiddel iċ-ċirkustanzi tal-˙ajja tiegħi.’ Aktar ma kiber, minkejja d-diżabilità, irnexxielu jitgħallem jaħsel snienu, jagħmel xagħru, juża l-kompjuter u jgħum. Nick konvint li r-rebħa tiegħu fuq id-diffikultajiet, kif ukoll il-passjoni li għandu għall-ħajja, kollha ġejjin mill-fidi, mill-familja, mill-ħbieb u mill-ħafna nies li inkoraġġewh. Meta kellu 15-il sena, qara kapitlu 9 tal-vanġelu skont San Ġwann. Kien hemm li Nick iddeċieda li jagħti ħajtu kollha lil Ġesù. F’din is-silta Ġesù ġie mistoqsi Flimkien April 2013 | 13


dwar ir-raġel imwieled għama: ‘Għaliex dar-raġel twieled hekk?’ Ġesù wieġeb, ‘Ġralu hekk biex l-għemil ta’ Alla jidher fih.’ Nick jemmen li Alla kien qed iwieġeb il-mistoqsija li hu kien għamel tant drabi: Għaliex? Għaliex għamiltni hekk? Nick ikompli: U t-tweġiba kienet mistoqsija oħra: ‘Inti tafdani?’ Meta twieġeb iva għal dik il-mistoqsija, kollox jidħol f’postu. Xejn iktar ma seta’ jagħtini l-paċi, lanqas par idejn u saqajn. Ridt inkun naf il-verità dwar jien min jien, għaliex qiegħed fid-dinja, u fejn sejjer meta ma nibqax hawn. Din il-verità ma sibtha mkien ħlief f’Ġesù. Nick kompla jistudja u ggradwa flAccountancy u l-Financial Planning. Ta’ dsatax Nick beda jwettaq il-ħolma tiegħu li jagħti kuraġġ u tama lil ħaddieħor billi jaqsam magħhom l-esperjenza tiegħu. Nick konvint li biex tegħleb id-diffikultajiet l-aktar ħaġa importanti hija l-attitudni li jkollok lejhom. Illum Nick jgħix California. Għandu kumpannija ta’ motivational speaking bl-isem Attitude Is Altitude. Fi Frar 2012 Nick iżżewweġ lil Kanae Miyahara, u fi Frar li għadda twildilhom tifel li semmewh Kiyoshi James.   Nick ikompli: Diffiċli ma taqtax qalbek meta tisma’ lil min jgħidlek li m’int tajjeb għal xejn, li ma jridx ikollu x’jaqsam miegħek. Imma jekk ma tkunx taf il-verità dwarek innifsek ma tistax tkun liberu, għax tibda taħseb li l-gideb li tisma’ dwarek huma verità. Imma meta smajt il-Kelma ta’ Alla u sirt naf il-verità dwari nnifsi, allura ma bqajtx raġel bla idejn u saqajn. Jien iben Alla. U jekk Alla ma jagħmilx miraklu għalija, allura sinjal li għandi nkun jien ilmiraklu ta’ Alla għal ħaddieħor, biex isalva. 14 | Flimkien April 2013

Jikkonkludi: Nirringrazzja ’l Alla talli ma semg˙ax it-talba li għamiltlu meta kelli 8 snin biex jagħtini idejn u saqajn. Tafu għaliex? Għax għalkemm bla idejn u saqajn Alla xorta qed jużani madwar id-dinja. Nikkalkula li f’dawn l-aħħar 6-7 snin aktar minn 200,000 iltaqgħu ma’ Ġesù għallewwel darba. Irrid ngħid lilek li qed taqra li Alla jħobbok. Hu ma jinsiex il-weġgħa tiegħek. Ma jinsiex il-familja tiegħek. Forsi bħalissa qed tipparaguna t-tbatija tiegħek ma’ tiegħi, imma l-qawwa tiegħek mhux minn hemm trid iġġibha. Il-qawwa ġġibha f’isem il-Mulej Ġesù. Il-qawwa ssibha meta tqabbel it-tbatijiet tiegħek mal-imħabba infinita ta’ Alla. Ma rridx li jinbidlu ċ-ċirkustanzi tiegħi. M’għandix bżonn idejn u saqajn. Kulma għandi bżonn huma l-ġwienaħ tal-Ispirtu Santu. Jien qed intir, għax naf li hemm Ġesù jżommni. Taqtax qalbek minn Alla, għax Alla qatt ma hu se jaqta’ qalbu minnek. Ara s-sit www.lifewithoutlimbs.org dwar Nick Vujicic. ■ Ibnek jew bintek gay?

Drachma Parents huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom, u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla. Il-laqgħa li jmiss se ssir il-Ħamis 4 ta’ April, Millennium Chapel, San Ġiljan, fis-7pm, fejn ikun hemm Quddiesa. Għal aktar tagħrif ċempel 79442317.

Hekk MagÓÌun! Il-personalità tiegÓi u kif nitlob Mill-Ġimgħa, 19 ta’ April filgħaxija sal-Ħadd, 21 wara nofsinhar Imexxi Fr. Alfred Micallef, SJ Dar Manresa, Rabat, Għawdex. Ibbukkja: 21556635


www.wiccgdidtaleuro.eu

IL-KARTA L-ĠDIDA TAL-€5 Fit-2 ta’ Mejju 2013 l-Unjoni Ewropea sa tkun qed tniedi karta ġdida tal-€5. Importanti li tkun taf il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-€5 l-ġdida.

Ħoss

Ħares

Mejjel

Kif tinħass il-karta

Watermark bil-wiċċ

Ologramma bil-wiċċ

Ħoss il-karta tal-flus. Tinħass tqarqaċ u soda.

Ħares lejn il-karta tal-flus kontra d-dawl. Ix-xbieha mitfija tidher aktar ċara u turi l-wiċċ tal-figura mill-mitoloġija Griega, Europa, il-valur tal-karta tal-flus u bieb (tieqa). Il-wiċċ jidher ukoll fl-ologramma.

Mejjel il-karta tal-flus. L-istrixxa kulur il-fidda fuq il-lemin turi l-wiċċ ta’ Europa – l-istess bħalma jidher fil-watermark. Fl-istrixxa jidhru wkoll bieb (tieqa) u l-valur tal-karta tal-flus.

Stampar imqabbeż Ħoss il-karta tal-flus. Fuq in-naħa ta’ quddiem hemm sensiela ta’ linji qosra mqabbżin fit-truf tax-xellug u tal-lemin. Ix-xbieha ewlenija, l-ittri u n-numru l-kbir tal-valur ukoll jinħassu eħxen.

Numru aħdar żmerald Mejjel il-karta tal-flus. In-numru jleqq fir-rokna t’isfel tax-xellug juri effett bid-dawl li jidher miexi ’l fuq u ’l isfel. In-numru jibdel il-kulur ukoll minn aħdar żmerald għal blu skur.

IL-KARTA TAL-€5 LI QED TINTUŻA BĦALISSA TIBQA' VALUTA LEGALI


NEW

The Easisave Fixed Term Deposit

Powered by FIMBank

Superior Returns on euro Fixed Term Deposits Minimum Deposit:

3 month 6 month 9 month

2.70% 3.00% 3.15%

1 year 3.50% 2 year 4.00% 3 year 4.25%

Above interest rates are quoted on a gross per annum basis.

Easisave Helpdesk:

2132 2102 • www.easisave.com

FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution in Malta with company registration C17003, is regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. The Bank is a participant of the Depositor Compensation Scheme in Malta. Terms and conditions apply.


ULIEDNA Jean Pierre Magro

I am different I always knew I was different, ‘special’. But not the kind of ‘special’ my mother thought I was!

I

was simply not like everyone else. There was always an unexplainable difference in my strange behaviour. I excelled in many fields, but struggled with simple things. For most of my life I was labelled ‘antisocial’, ‘arrogant’, ‘aloof’ and ‘weird’. I couldn’t keep a friendship for more than a year. I couldn’t interact with people and found myself being a mere observer. I couldn’t understand myself. I was stuck in this limbo, alone. I learnt how to be charming. I could entertain a whole class, but I struggled to carry on the most basic of conversations. Deep inside, I knew there was something wrong with me. I only felt safe when I was alone, locked in my room, hidden away behind piles of books. Stories made sense. They offered a set of patterns that I could follow and understand. So I tried to re-create patterns and adopt rituals. These eventually turned into obsessions, but at least they helped me survive the ever-growing loneliness. Human contact, affections and relationships remained beyond my reach. 18 | Flimkien April 2013

I wanted to fit in but I just couldn’t. I felt as though I was inside this bubble, always watching but unable to fully interact. I tried not to think about it, but it is always there. How could I not care about anything or anyone? I hated society. I did not want to be bound by its rules. I never shared my fears. I thought they were silly. I thought they were just growing pains. As a teenager I hated weekends. I hated going out. I used alcohol, large amounts of it, to dull that pain. With alcohol everything became ‘bearable’. I was no longer inadequate. But I was fooling myself. As I grew older and more independent I realized that changes in patterns caused violent outbursts. Anything that veered from my pre-determined plan appeared tragic. There was no form of compromise. So I isolated myself. I hid from the world and once again found solace in books. People around me grew worried, believing I was depressed. My fear of any form of interaction had a disastrous effect on my job. But I refused to seek help.


I had resigned myself to being slightly eccentric. Which artist isn’t? So I vented my unattainable need for companionship through my writing. I believed and hoped that one day, things would change. But they didn’t. They just got worse. Then an epiphany! My youngest nephew was diagnosed with Aspergers syndrome. I started to read about it and things started to make sense. So I devoured everything I could find and suddenly I understood – This was me! All those years of silence and fear faded away. Everything became clear. Aspergers syndrome is an autistic-related condition of which few people are aware. Because of this, it is often wrongly dismissed as ‘nothing’. But it is there, hovering above you … conditioning you. I’ve lived with Aspergers all my life. Sometimes the loneliness eats me from inside, making it almost unbearable. But there is nothing I can do. It is beyond my grasp. At work I am constantly admonished by both employers and colleagues for my lack

of diplomacy and my harsh attitude. The condition will always have some residual effect no matter how much I try. I do try. But I also recognize that I have grave limitations. The biggest problem is when others fail to recognize it and judge you constantly for things over which you have no control. I do not seek pity. I simply want to raise awareness of this condition. Aspies are people who are wired in a different way, who perceive life in a different way. But we still share one fundamental want in common with everyone else. We all seek to be happy. April is Autism awareness month. Visit: www.autismparentsassociation.com ■ Weekend gÓall-miÛÛewÌin Organizzat miÇ-Çentru Injazjan tal-Ispiritwalità

Okkażjoni għall-koppji miżżewġin biex iġeddu u jiċċelebraw il-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Il-koppji jkollhom ħin bejniethom kif ukoll ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Mill-Ġimgħa 5 ta’ April fis-7pm, sal-Ħadd 7, wara l-pranzu Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Ibbukkja: 21416916 Flimkien April 2013 | 19


Wirja Tal-Fjuri ,Qsari, Frott, Óxejjex U Arti©©janat FIL-ÌONNA TA’ SANT’ ANTON U FIL-KAPPELLA RUSSA TAL-PALAZZ, Ó’ATTARD. InkluΩ PROGRAMM TA’ ÛFIN, MUÛIKA U DIMOSTRAZZJONIJIET T’ARRANÌAMENTI TAL-FJURI U TROBBIJA TAN-NAÓAL. SERVIZZ T’IKEL U XORB .

D˙ul- 2 euro. Tfal ta˙t it-12 il-sena b’xejn. Nhar IS-SIBT 4 TA’ MEJJU mis-2.00 pm sal-10.00 pm u l-ÓADD 5 TA’ MEJJU mit-8.00am sad-9.00pm. Ûur il-websajt - themaltahorticulturesociety@webs.com


ITTRI MIll-qarrejja

Ittra Rebbie˙a

Talba ta’ Ωag˙Ωug˙

ITTRI TAL-QARREJJA

Mulej, nixtieq li jkolli l-paċi f’qalbi, li nsib min iħobbni, li nsib min jifhimni. Għinni Mulej fid-diffikultajiet li niltaqa’ magħhom. Għinni nikber f’żagħżugħ tajjeb u bilgħaqal. Nixtieq li nsir nafek aħjar u li nibda relazzjoni miegħek, biex int issir l-akbar ħabib tiegħi. McAlister Spiteri

Biex nag˙tu spazju g˙all-˙afna ‘stejjer ta’ fidi’ li waslulna, dan ix-xahar qed in©ibu ittra wa˙da biss. Din reb˙et il-voucher ta’ €20 li jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport. Ibg˙at l-ittra tieg˙ek email: flimkien@maltadiocese.org jew bilposta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Is-seba’ wild

Meta r-ra©el telaqna

Jgħidu li s-seba’ wild ikun speċjali u differenti. U hekk kien! Binti Maria twieldet b’Down Syndrome. Hekk kif rajtha għall-ewwel bkejt. Wara sitt itfal b’saħħithom qatt ma stennejt tifla Down. Żewġi mill-ewwel ħabbha, u inkuraġġieni naċċettaha, imma jien ma stajtx. Niftakar qalli, ‘Kieku rbaħna lotterija, kont taċċettaha?’ Imma jien għedtlu ‘Mela li jkollok tarbija Down hija rebħ ta’ lotterija?’ Imma llum ngħid li dakinhar fil-fatt konna rbaħnieha lotterija. Illum jiddispjaċini li għedt dak il-kliem. Issa li qed nikber qed ninduna li Alla kien qed jippjana l-futur tiegħi meta bagħatli lil Maria. Issa saret ħajti u l-ferħ tiegħi. It-tfal l-oħra llum kollha ssetiljati u baqagħli lilha biss miegħi, li tant tieħu ħsiebi. Jekk għandkom ulied bħal Maria, taqtgħux qalbkom. Għallmuhom dak li hu tajjeb. Fuq kollox kellmuhom dwar Alla, u ssibu sapport u kenn kbir. Naċċertakom li wlied Down huma ħafna aħjar milli tirbaħ lotterija! Ines Farrugia, Tal-Pietà

STEJJER TA’ FIDI

Wara s-sej˙a li g˙amilna, irçevejna ˙afna ‘stejjer ta’ fidi’ mill-qarrejja. Dan ix-xahar qed in©ibu biss tnejn. Stejjer o˙ra jidhru fil˙ar©iet li ©ejjin. Grazzi lil kull min kitbilna.

Dawn l-aħħar xhur ġrat ħaġa f’ħajti li qatt ma stennejtha, imma li qawwietli l-fidi tiegħi. Jien u żewġi għandna tifel illum ġuvnott. Sa mill-ewwel snin taż-żwieġ, żewġi beda jfittex il-ħbieb u joħroġ waħdu magħhom. Skoprejt wara li kien alkoħoliku anki qabel iż-żwieġ meta konna għadna għarajjes. Nixtieq niftaħ għajnejn iżżgħażagħ u l-għarajjes għax l-alkoħoliżmu huwa marda li diffiċli tfiq minnha. Filwaqt li żewġi lil ibni kien isawtu ħafna, jidgħi dagħa tal-waħx, u dejjem jgħajjat magħna, mal-ħbieb kien differenti: jiċċajta u jidħaq, u kulħadd jgħidli, ‘X’raġel għandek!’ Ftit ilu żewġi ppakkja kollox u telaqna. Ibni u jien tlabnieh diversi drabi jerġa’ lura imma għalxejn, u ma stajtx naċċettaha li telaqna. Waqt pellegrinaġġ Marjan seħħet bidla f’ħajti li għenitni naċċetta li issa rrid naqdef waħdi, mat-tifel, bla żewġi. Kien hemm li sibt il-paċi u aċċettajt is-sitwazzjoni. Bl-għajnuna ta’ Alla din l-esperjenza ta’ separazzjoni nbidlet f’esperjenza ta’ fidi. Qed insib ħafna għajnuna fil-grupp ta’ talb li nattendi u nħossni viċina aktar ta’ Alla. Imġarrba Flimkien April 2013 | 21


Fava Trading Ltd | t/a Chemex Malta | T: 00356 2137 6929 | F: 00356 2137 8190


SAÓÓITNA Dr Peter Ferry MD, M.Sc, FRCP 

Qabadni t-tinnitus malli g˙alaqt is-sittin. Xi drabi jkun qawwi, u bla waqfien, lejl u nhar. L-ispeçjalista tal-ENT tani xi pilloli imma ma nixtieqx nibqa’ ne˙odhom. X’jikka©unah? Jista’ xi darba jieqaf g˙alkollox? RF

ÛarΩir fil-widnejn B

it-tinnitus nifhmu dawk il-ħsejjes li tisma’ minn ġewwa widnejk stess. Ma jkunux ġejjin minn barra. Bħala ħsejjes ivarjaw minn ċempil, żarżir, tisfir, tħammim jew damdim. Ivarjaw ukoll skont il-polz talpazjent. Il-ħsejjes jistgħu jkunu l-ħin kollu jew jiġu u jmorru. L-aktar li jinstemgħu spiss huwa meta tkun fil-kwiet jew fis-sodda qed tipprova torqod! It-tinnitus huwa komuni f’kull età. Ħafna drabi jkun temporanju. Bejn 1 u 10 fil-mija ta’ min jesperjenzah, it-tinnitus ikun il-ħin kollu, u jaffettwalu ħażin il-kwalità tal-ħajja. Il-kawża tat-tinnitus ħafna drabi ma tinstabx. Jirriżulta minn messaġġi li joriġinaw mill-widna jew min-nerv tassmiegħ lejn il-moħħ, fejn jiġu interpretati bħala ħoss. F’każijiet rari t-tinnitus jiżviluppa meta l-widna tibda tixjieh u wieħed jibda jittarrax. Hemm ukoll raġunijiet oħra, fosthom il-Meniere’s disease, xi mediċini, ħsara fil-widna, L-AVUKAT

tumur fin-nerv tal-widna, anemija, mard tat-tajrojd jew tad-dijabete. Ta’ min jgħid li xi fatturi psikoloġiċi fosthom l-ansjetà, l-istress jew id-dipressjoni jistgħu jagħmlu t-tinnitus agħar milli fil-fatt ikun. It-tabib jeżaminalek widnejk u n-nervituri ta’ wiċċek, u jagħmillek eżami tas-smiegħ. Xi kultant ikun hemm bżonn scan tal-moħħ, speċjalment meta t-tinnitus ikun fuq naħa waħda biss. Meta tinstab il-kawża tat-tinnitus, din tista’ titreġġa’ lura, billi pereżempju jitneħħew xi mediċini li jkunu qed jikkawżawh. L-aktar importanti hu li t-tabib jispjega li ma jkunx hemm mard serju li qed jikkawża l-ħoss. Tista’ tuża xi forma ta’ ħoss jew mużika biex tgħatti l-ħoss li jkun ġej minn widnejk. Jekk għandek problema ta’ smiegħ, ilbes hearing aid biex tamplifika l-ħsejjes normali li s-soltu ma tkunx qed tisma’, u hekk tgħatti l-ħsejjes tat-tinnitus. ■ Dr Raymond Zammit

Post mikri

G˙andi post mikri. Issa li g˙addew tliet snin, kemm saret il-kera? Minn wara l-1 ta’ Jannar 2013, il-kera tista’ togħla bl-istess rata li bih tkun għoliet il-ħajja, skont l-istatistika maħruġa mill-NSO. Ibg˙at id-diffikultajiet legali tieg˙ek: Flimkien, Avukat, Kurja, Floriana. Ti˙ux din it-twe©iba b˙ala parir legali. G˙al problemi legali, fittex g˙ajnuna professjonali. Flimkien April 2013 | 23


AMBJENT Paul Portelli

L-iΩg˙ar insett i˙oss... … u l-içken farka tag˙mel id-dell. Hekk jg˙id il-qawl Malti a˙seb u ara meta l-insetti jinqerdu bil-miljuni!

A

ktar minn nofs il-ħlejjaq fid-dinja huma insetti. Il-friefet, in-nemus, id-dubbien u l-ħanfus huma fost l-insetti. Hu maħsub li fid-dinja hawn bejn 6 u 10 miljun speċi differenti. Il-parti l-kbira talinsetti jgħixu fil-foresti u l-ġungli tropikali. Peress li dawn il-foresti qed jinqerdu b’rata mgħaġġla, numru ta’ speċi qed jisparixxu saħansitra qabel niskopruhom! Imma l-insett x’inhu eżatt? L-insetti għandhom skeletru fuq barra. Ġisimhom fih tliet partijiet: ras, toraċi u żaqq. Għandhom tliet pari saqajn, għajnejn komposti u par antenni. L-insetti għandhom importanza ekoloġika kbira u jagħmlu impatt qawwi fuq ħajjitna. In-naħal ilhom eluf ta’ snin jitrabbew għall-għasel, ix-xemgħa u prodotti oħra. Hekk ukoll id-dud tal-ħarir li jitkabbar għall-ħarir. Insetti bħall-friefet tal-kaboċċi kapaċi jagħmlu ħafna ħsara fl-għelieqi, filwaqt li oħrajn bħan-nemus u d-dubbien iġorru l-mard. Imma d-dubbien għandu wkoll sehem importanti fiċ-ċiklu tan-natura. Hawn ħafna speċi ta’ dubbien. Ħafna minnhom jieklu materjal organiku, u jgħinu biex oġġetti mejtin jiddekomponu malajr; dubbien ieħor idakkar il-fjuri. Mingħajr dawn, ilproduzzjoni agrikola tkun ħafna anqas.

Madwar 50-60 sena ilu l-bdiewa bdew ibexxu ċerta kimika velenuża fl-għelieqi biex jeqirdu l-insetti li jagħmlu ħsara u fl-istess ħin iżidu l-produzzjoni agrikola. Illum kulħadd intebaħ li dawn il-veleni jagħmlu aktar ħsara milli ġid għax mal-insetti mhux mixtieqa jinqerdu wkoll insetti li huma ta’ benefiċċju. Anki n-naħal tal-għasel kultant qed ikun vittma tal-pestiċidi. Dan l-aħħar daħlet l-agrikoltura organika biex jiġi evitat l-użu ta’ kimika li tagħmel ħsara. Fl-agrikoltura organika jintużaw insetti oħra biex jiġu kontrollati insetti li jagħmlu ħsara. Dan intuża b’suċċess f’Malta daqs mitt sena ilu, meta kien tfaċċa insett Awstraljan li beda jeqred is-siġar taċ-ċitru, bħal-larinġ. Malajr ġiet impurtata ħanfusa li fl-Awstralja tgħix fuq dan l-insett u l-industrija tal-larinġ hekk ġiet salvata. Meta mmorru nixtru, aħna l-konsumaturi għandna nfittxu prodotti organiċi biex filwaqt li nnaqqsu l-ħsara lill-ambjent inkunu qed nieħdu ħsieb saħħitna. ■ Be still and know that I am God

Irtir għal persuni bejn 20 u 35 sena, 10-12 ta’ Mejju St Joseph Retreat House, Rabat €55 għall-weekend kollha Jitmexxa minn team ta’ Ġiżwiti Ċempel 79827742 jew email: inygo@jesuit.org.mt Flimkien April 2013 | 25


LOGÓOB Claudia Cini

Mimdudin 1. Prodott tas-siġar u x-xtieli (5) 3. Dak li jidher fuq wara tas-suġġett ewlieni (5) 7. Ġenituri u wlied (7) 9. Inħall; sar tari (4) 10. Riħ li jonfoħ mil-Libja (4) 11. Dawran mar-ritmu tad-daqq (4) 12. Imġiba; azzjoni (4) 16. Reċipjent żgħir tal-landa (4) 18. Jiċħad l-eżistenza ta’ Alla (4) 19. L-iżgħar wild f’7 Mimduda (7) 20. Post mudlam u sieket (5) 21. Biljett li jissarraf fi flus jew rigal (5)

Tisliba 1

2

3

4

5

6 7

8

9

10

11

12

13

14

16

15

17

18

Weqfin 19 1. Post viċin Raħal Ġdid (5) 2. Għabra (4) 4. Ġabra ta’ karti miżmumin bi klipp (4) 5. Bexxiexa biex tinħasel (5) 20 21 6. Triq minn ġo muntanja (4) 7. Insett ikkulurit b’żewġ pari ġwienaħ (7) Soluzzjoni Tisliba Marzu: Mimdudin: 1. TOQBA, 3. BTALA, 8. Kapaċità; ħila (7) 7. TRUMBUN, 9. ĦSAD, 10. NANI, 11. SJUF, 12. TOND, 16. SOLL, 13. Żgarratura (5) 14. Ċilindru tad-dawl irqiq u tal-ħġieġ (4) 18. SERP, 19. ATTRATT, 20. DAMMA, 21. STIMA. Weqfin: 15. Boċċa jew żibġa kbira (5) 1. TIEÓU, 2. BARD, 4. TMUN, 5. AVVIÛ, 6. SMIN, 7. TALJOLA, 17. Orazzjonijiet; suppliki (4) 8. NANNIET, 13. ISWED, 14. TURU, 15. EPOKA, 17. LTIM, 18. STAT. 18. Dan għandu għajnu, u l-ħajt Rebbie˙: J. Fava, Birkirkara għandu widintu (4) Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, Mrie˙el Ibg˙at it-twe©iba sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefon u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana.

Alfakodo A

N

H+D

UxU

B

I+H

O

X-M

C

G÷U

P

B÷K

D

A÷A

Q

S+O

E

W+D

R

M+Z

F

LxU

S

P+U

20

G

X-D

T

I+J

H

P+O

U

F÷L

I

E÷K

V

O+E

J

M+D

W

Y-A

K

M÷N

X

W+W

L

OxK

Y

SxK

M

P+L

Z

S-L

2

4

13 3

F’din il-log˙ba, l-ittri mill-A saz-Z g˙andhom valur numeriku. Ta’ xi w˙ud di©à jidhru fil-kolonni tal-lemin. Imla l-kumplament tal-valuri ta’ kull ittra billi tag˙mel uƒu mill-˙jiel li hemm fil-kolonni tan-nofs. Irba˙ 2 kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana. Soluzzjoni ta’ Marzu A 2 N 10

B 22 O 17

C 16 P 9

D 3 Q 14

E 18 R 21

F 13 S 7

G 26 T 11

H 4 U 24

I 20 V 6

J 19 W 15

K 25 X 8

L 5 Y 12

Rebbie˙: D. Barr, Óal Qormi Flimkien April 2013 | 27

M 1 Z 23


TENA jgħinuk tadatta aħjar għar-realtà TENA FLEX

Bilqiegħda

It-TENA Flex huwa prodott magħmul mill-aqwa materjali biex jgħinuk tħossok komdu/a l-ħin kollu. Il-kwalitajiet li jagħmlu dan il-prodott speċjali u superjuri għal prodotti oħrajn huma: Meta xxarrab il-prodott – int tibqa’ niexef/niexfa.

Bilwieqfa

Il-ġilda tiegħek tibqa’ naturali bla ma tinstelaħ. Iċ-ċinturin SuperfitTM jassigura li l-prodott joqgħod sew miegħek, filwaqt li l-lakstu tal-ġenb ma jillikja qatt.

TENA jipprovdu prodotti ta’ kwalità li jagħmlu l-ħajja inqas diffiċli kemm għal min jużahom, kif ukoll għall-carers.

Għal SAMPLE B’XEJN jekk jogħġbok ibgħat e-mail fuq tena@pharma-cos.com jew ċempel 2144 1870

www.tena.com.mt

Il-materjal fuq barra mhuwiex plastik, allura ma jħaxwix.


dis Il-Qad ar h tax-xa

PAÌNA GÓAT-TFAL Claudia Cini

Bernadette Soubirous Twieldet fis-7 ta’ Jannar 1844 f’Lourdes, Franza

Kienu foqra ħafna, jgħixu kollha f’kamra ċkejkna Bernadette kienet ferrieħa u kellha fidi kbira f’Alla Kienet tgħin lil ommha, u tieħu ħsieb ħutha iżgħar minnha Fil-11 ta’ Frar 1858 kienet ma’ oħtha Toinette u l-ħabiba Jeanne

Log˙ob bi premju

Jigsaw Puzzle

Da˙˙al dawn il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt ismijiet ta’ kuluri. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jg˙inuk. G˙id liema huma s-sitt kuluri. L-ewwel twe©iba tajba tirba˙ voucher ta’ €10 li jissarraf g˙and Alfsons Enterprises Ltd, il-Óamrun. Ibg˙atha ma’ ismek u l-indirizz: Flimkien, JIGSAW PUZZLE, Kurja, Floriana.

Bernadette kellha oppożizzjoni kbira mill-pulizija

Għamlet l-ewwel tqarbina ta’ 14-il sena

Bdew jemmnuha meta qalet li qed tara lill-Immakulata Kunċizzjoni u bdew ifiequ ħafna morda. Mietet: 16 ta’ April 1879

A

B

A

Ó

A

J

Sas-16 ta’ Lulju 1858 Bernadette kellha b’kollox 18-il dehra

Ħdejn ix-xmara Bernadette semgħet tfajla ssejħilha u flimkien qalu r-Rużarju

A

L

D

A

A

R

M

A

E

D

A

D

I

Ó

R

I

K

Ó

R

I

S

F

J

F

S

W

Soluzzjoni tal-Jigsaw Puzzle ta’ Marzu Ì Ì I P T X

A K U D N D IE T U M M U

B A R R A N

U I U S

Rebbie˙: A. Sammut, il-Ba˙rija Flimkien April 2013 | 29


L-AÓÓAR PAÌNA

Kit g˙an-Nisrani Nissu©©erilek tibda ©©orr mieg˙ek kit b’dawn l-affarijiet: nuççali, biçça lasktu, lapes, gomma, karta ta’ ˙ames ewro, ˙elwa, ftit ingwent u borƒa te jew ftit kafè. Óa ng˙idlek g˙alfejn... Nuċċali: biex tara l-kwalitajiet tajba fl-oħrajn. Jekk hawn xi ħadd li ma tara xejn tajjeb fih jew fiha, ikollok bżonn in-nuċċali żgur! Biċċa lasktu: biex tiftakar li fejn jidħlu opinjonijiet jew gosti, mhux bilfors tiegħek biss tajba!

Karta ta’ 5 ewro: biex tiftakar li int tiswa ħafna għall-familja tiegħek u ħbiebek. Ħelwa: biex tfakkrek li kulħadd ikollu bżonn kuljum il-ħlewwa tal-inkuraġġiment, ta’ tislima, ta’ tbissima, ta’ taptipa fuq l-ispalla, ta’ tgħannieqa.

Lapes: biex tikteb il-barkiet u l-affarijiet sbieħ li għandek u li tirċievi kuljum.

Ftit ingwent: biex tiftakar li għandek tfejjaq il-weġgħat li stajt ikkaġunajt jew innutajt fl-oħrajn jew fik innifsek.

Gomma: biex tfakkrek li kulħadd jista’ jiżbalja, u b’daqshekk ma tkunx waqgħet id-dinja!

Borża te jew ftit kafè: dan ifakkrek li kuljum trid issib ħin ta’ serħan biex tieħu ftit saħħtek! ■

Dan il-kit ġorru miegħek kullimkien. Jekk m’għandekx, jew xi darba jintiliflek, naf b’xi Ħadd li dejjem ikollu xi wieħed żejjed. Jekk titolbu, jagħtik wieħed ġdid. Lil Dan issibu dejjem jistenna fit-tabernaklu. Mibgħuta minn Isabelle Jenkins, Żurrieq

Poplu li emmen... i˙obb

JUM IL-KARITÀ

Il-Ħadd 14 ta’ April niċċelebraw Jum il-Karità. L-offerti li jinġabru fil-quddies tas-Sibt 13 ta’ April filgħaxija u l-Ħadd, 14 se jmorru għad-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti u Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika u l-CARITAS. Fil-jiem li ġejjin fil-knejjes se jkun hemm qfief fejn jitqiegħdu oġġetti tal-ikel, li se jgħinu tfal u adolexxenti li fit-tfulija tagħhom ikunu sabu ruħhom f’diffikultajiet. Agħmel l-offerta tiegħek f’dawn il-kontijiet: APS – 10543110022 jew BOV – 40010162286 jew HSBC – 033157108050 (l-istess kontijiet li jintużaw fil-‘Kampanja RTK Familji fil-Bżonn’). 30 | Flimkien April 2013



Flimkien April 2013