Ittra lill-Kummissarju Ewropew Iliana Ivanova

Page 1

Kummissjoni Ewropea

Rue de la Loi / Wetstraat 200 1049 Brussell

Lill-Kummissarju Ewropew Iliana Ivanova

Għażiża Kummissarju,

Ippermettili nibda billi nikkongratulak għax-xogħol sfieq li qed tagħmel flimkien mat-tijm tiegħek filportafoll ambizzjuż assenjat lilek.

Qed niktiblek minn Malta, l-iżgħar Stat Membru fil-familja Ewropea.

Pajjiżna, bħall-pajjiż minn fejn ġejja inti, gawda bi kbir mill-Ewropa u aħna l-Maltin irridu nkomplu nikkontribwixxu u nipparteċipaw bi sħiħ fil-proġett sabiħ tal-kostruzzjoni Ewropea.

L-esperjenzi tal-Ewropa sa mill-bidu tagħha jgħallmuna li l-progress tagħna jissawwar fil-kuraġġ tagħna li nbiddlu dak li jeħtieġ jinbidel. Illum qed niktiblek biex naħdmu flimkien fuq bidla meħtieġa fil-programmi Ewropej taż-żgħażagħ.

Jiena nkun ħafna maż-żgħażagħ f’Malta u nħeġġiġhom jipparteċipaw fil-proġetti Ewropej. Aħna li ġejjin minn pajjiż gżira, għandna bżonn qawwi li nipparteċipaw fl-inizjattivi Ewropej. Iż-żgħażagħ tagħna partikolarment għandhom bżonn aktar exposure għal kulturi u stili ta’ ħajja differenti filkontinent. Aħna li ngħixu fil-gżejjer nistgħu nibbenefikaw ħafna minn esperjenzi ta’ taħlit ta’ esperjenzi u mentalitajiet. Għalhekk il-programmi Ewropej għandhom rwol fundamentali għal Malta u l-Maltin. Fil-fatt il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Maltin hija qawwija – fl-aħħar programm tadDiscoverEU per eżempju applikaw il-fuq minn 700 żagħżugħ u żagħżugħa. Din hija waħda mill-għola rati ta’ parteċipazzjoni fl-Ewropa.

Sfortunatament iżda, meta l-Kummissjoni tiġi biex tagħżel il-parteċipanti għall-programm DiscoverEU jkunu ħafna l-Maltin li qed jibqgħu barra għax il-postijiet disponibbli qed jiġu assenjati abbażi ta’ proporzjonalita bejn il-pajjiżi skont id-daqs tal-popolazzjoni.

Jiena nifhem li l-Kummissjoni Ewropea irid ikollha riga u l-proporzonalita hija riga prima facie oġġettiva. Pero dan qed jitradixxi l-obbligu tagħna skont it-trattati li naġevolaw il-gżejjer skont ilkelma u l-ispirtu tal-politika ta’ koeżjoni. Dan huwa meħtieġ ukoll biex il-Kummissjoni Ewropea tirrispondi għas-sejħa tal-Parlament Ewropew li f’Ġunju tal-2022 talab li jkun hemm politika speċifika favur il-popli fil-Gżejjer tal-Unjoni Ewropea.

Nemmen għaldaqstant li l-Kummissjoni Ewropea għanda taddatta l-kriterji tagħha b’mod li talloka aktar opportunitajiet fil-programmi tagħha għal żgħażagħ minn gżejjer bħal Malta u Ċipru b’mod li jkun hemm element ta’ prinċipju ta’ proporzjonalita digressiva li talloka aktar postijiet fil-programmi Ewropej lil gżejjer u territorji anqas konnessi mal-kontinent Ewropew.

Nittama li din it-talba tiġi kunsidrata mis-servizzi tiegħek diġà mill-implimentazzjoni tal-programm

DiscoverEu li għadu kif fetaħ illum. Inħares il-quddiem li niddiskuti din il-proposta fid-dettall miegħek fil-ġimgħat li ġejjin.

Peter Agius Kandidat MEP

16 ta’ April 2024

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.