Kummissjoni Ewropea
Rue de la Loi 200 1049 Brussels, Belgium

Lill-Kummissarju Ewropew Věra Jourová
Għażiża Kummissarju,
Niktiblek fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt, li ser joħroġ fi ftit ġimghat. Jien konxju li l-gvern bagħat is-sottomissjonijiet tiegħu għal dan ir-rapport iżda konvint li l-Gvern Malti qed jaħbilek l-istampa reali f'Malta.
Din l-istampa reali tal-ġustizzja u l-istat tad-dritt f’Malta toħroġ b’mod lampanti mill-inkjesta maġisterjali tal-Vitals (nr 839/19) li qed nibgħatlek hawn mehmuża
Mill-inkjesta joħroġ ċar li l-awtoritajiet governattivi Maltin mhux jikkooperaw mal-ġudikatura Maltija anzi qed jagħmlu minn kollox biex ifixkluha fix-xogħol għall-ġustizzja.
F’każijiet ta’ korruzzjoni, frodi, tixħim u ħasil tal-flus li jinvolvu l-politiċi, l-awtoritajiet governattivi rrifjutaw li jagħtu aċċess għal dokumenti interni lill-maġistrati.
Dan joħroġ biċ-ċar li hemm bżonn ta’ azzjoni politika u anke leġislattiva fuq livell Ewropew li tixpruna azzjoni u attitudni differenti f’Malta biex is-saltna tad-dritt verament tipprevali u ċ-ċittadin ikun protett fit-taxxi li jħallas.
Hawn nikkwota minn paġna 1004 tal-inkjesta:



Infakkrek, li r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt kien irrakkomanda lillGvern Malti biex jiżdiedu l-miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tul tal-investigazzjonijiet ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli. Mhux talli l-gvern m’għamilx dan, talli permezz tal-aġenziji, dipartimenti uħaddiematiegħulijikkontrollapermezzta'bosta pożizzjonijiet ta’ fiduċja,fixkelil-ħidma tal-ġudikatura. Dan mhux aċċettabbli f'pajjiż demokratiku u li hu membru tal-Unjoni Ewropea.
Wasal iż-żmien li l-Ewropa tikxef snienha mal-Gvern Malti u tirrealizza li bid-diplomazija ratba ma ser tasal imkien. Il-poplu Malti jħares lejn l-Ewropa bħala tarka ta’ drittijiet, pero’ ta’ spiss qed nirrealizzaw li dik it-tarka mhix taħdem biżżejjed favur iċ-ċittadin.
Għaldaqstant qiegħed nitolbok biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu pożizzjoni ċara u tkun fuq in-naħa tal-poplu Malti. L-Unjoni Ewropea trid tiddefendi bil-fatti l-ġudikatura fil-Membri Stati, speċjalment meta l-awtoritajiet nazzjonali jonqsu milli jikkooperaw.
Nitolbok tikkunsidra miżuri ġodda aktar effettivi biex il-ġudikatura tkun appoġġata bl-evidenza u b'dokumenti pubbliċi f'investigazzjoni fuq każijiet ta' korruzzjoni. Dan hu fl-interess tal-Maltin u lGħawdxin li ġew frodati minn politiċi korrotti a skapitu tal-pazjenti u nies vulnerabbli.
Nirringrazzjak tal-ħidma tiegħek filwaqt li inselli għalik,
Peter Agius
Kandidat MEP
29 ta' Mejju 2024
