
It-Tama tas-Salib (ara Ġw 12: 24-25)
Siltiet mill-Katekeżi tal-Papa Franġisku – 12 ta’ April 2017
It-tama titwieled mis-salib. Il-Papa ifisser dan billi jirreferi għal kliem Ġesù
fir-rakkont tal-Vanġelu ta’ San Ġwann wara li jidħol Ġerusalemm: “Jekk ilħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott” (Ġw 12:24).
Ġesù ġab lid-dinja tama ġdida u dan għamlu bħaż-żerriegħa: sar ċkejken
ċkejken, bħal ħabba tal-qamħ; ħalla l-glorja tiegħu tas-Sema biex ġie fostna: “waqa’ fl-art”. Imma dan ma kienx biżżejjed. Biex jagħti l-frott Ġesù għex l-imħabba sal-aħħar, ħalla li jitkisser mill-mewt bħal żerriegħa li titkisser taħt l-art. Proprju hemm, fl-iktar punt estrem li fih tbaxxa – li hu wkoll logħla punt tal-imħabba – warrdet it-tama. Jekk xi ħadd minnkom jistaqsini:
“Kif titwieled it-tama?”. “Mis-salib. Ħares lejn is-salib, ħares lejn Kristu Kurċifiss u minn hemm tasallek it-tama li ma tgħib qatt iżjed, dik li tibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem”. U din it-tama warrdet sewwasew bil-qawwa talimħabba li hi l-ħajja ta’ Alla.
L-imħabba vera tgħaddi mis-salib. ...Is-salib hu t-triq obbligatorja, imma mhux id-destinazzjoni, hu biss mogħdija: id-destinazzjoni hi l-glorja, kif jurinal-Għid...l-imħabbatagħtidawllill-ħajjautagħtiwkollsenslit-tbatija. U kull wieħed u waħda minna jista’ jistaqsi lilu nnifsu: “Jiena nħobb? Tgħallimt inħobb? Qed nitgħallem kuljum inħobb ftit iżjed?”, għax limħabba hi l-mutur li jmexxi t-tama tagħna.
Għeżież ħuti, f’dawn il-jiem, jiem ta’ mħabba, inħallu jdawwalna l-misteru ta’ Ġesù li, bħal ħabba tal-qamħ, imut biex jagħtina l-ħajja. Hu ż-żerriegħa tat-tama tagħna. Nikkontemplaw il-Kurċifiss, għajn ta’ tama. Nieqfu quddiemu, inħarsu lejh u ngħidulu: “Miegħek xejn mhu mitluf. Miegħek nista’ dejjem nittama. Int it-tama tiegħi”.
FIL-KNISJA ARĊIPRETALI
Il-Ħamis 10 ta’ April Lejlet il-Festa ta’ Marija Addolorata
6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika u Qrar
6.30pm Quddiesa
Il-Ġimgħa 11 ta’ April Festa ta’ Marija Addolorata
6.00am Quddiesa
7.00am Quddiesa
8.00am Quddiesa
9.30am Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Primarja
5.00pm Qrar
5.30pm Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali
6.15pm Pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Marija
Addolorata, li jgħaddi minn Triq Sciortino, Triq Paris, Triq Frans Sammut, Triq il-Kbira, Pjazza San Filep u jintemm fil-Knisja Arċipretali
7.30pm Quddiesa
Is-Sibt 12 ta’ April Lejlet Ħadd il-Palm
5.00pm Talba tal-Għasar
5.15pm Quddiesa bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ
6.30pm Quddiesa
Il-Ħadd 13 ta’ April Ħadd il-Palm
7.00am Quddiesa
8.00am Quddiesa
9.00am Ċelebrazzjoni tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ
f’Misraħ l-Isptar u wara ssir purċissjoni sal-Knisja
Arċipretali u ċelebrazzjoni tal-quddiesa li fiha
jinqara r-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej
It-tfal huma mħeġġa jieħdu sehem u jilbsu b’ilbies
Lhudi.
11.00am Quddiesa
5.30pm Quddiesa
7.00pm Quddiesa
It-Tnejn 14 ta’ April It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa
6.10pm Talba tal-Għasar
6.30pm Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali
7.00pm Riflessjoni fuq il-Pjagi ta’ Kristu
It-Tlieta 15 ta’ April It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa
6.10pm Talba tal-Għasar
6.30pm Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali
7.00pm Riflessjoni fuq is-Seba’ Kelmiet ta’ Kristu msallab
L-Erbgħa 16 ta’ April L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa
6.10pm Talba tal-Għasar
6.30pm Quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali
7.00pm Riflessjoni fuq l-Akbar Imħabba
Il-Ħamis 17 ta’ April Ħamis ix-Xirka
9.30am Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha jsir it-tberik taż-żjut
5.30pm Qrar
6.30pm Quddiesa Solenni b’tifkira tal-Aħħar Ikla
tal-Mulej.
Wara l-Quddiesa, issir it-Translazzjoni
Solenni bis-Sagrament sal-Altar tar-Riposizzjoni
8.30pm Viżti mmexxija mill-membri tal-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan
9.30pm Ħin għall-Viżti
10.30pm Viżti mmexxija mis-saċerdoti
Il-Knisja Arċipretali tagħlaq f’nofsilejl.
Se jkun hemm ukoll Altar tar-Riposizzjoni fis-Santwarju
tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja, filKappella ta’ Sidtna Marija tal-Anġli, fil-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi u fil-Kappella taċ-Ċentru ta’ Ħal Mula.
18 ta’ April Il-
Jum ta’ Sawm u Astinenza
6.30am Tiftaħ il-Knisja Arċipretali
7.00am Viżti mmexxija mill-membri tal-Każin u Banda 12th May
8.00am Viżti mmexxija mill-membri tal-Għaqda Każin
Banda San Filep
9.00am Talb ta’ Sbieħ il-Jum immexxi mis-saċerdoti
10.00am Viżti mmexxija mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija
11.00am Ħin għall-Viżti sa nofsinhar
3.00pm Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Kristu, bil-qari tarRakkont tal-Passjoni, l-Adorazzjoni tas-Salib u l-Liturġija tal-Ewkaristija
5.00pm Parata tas-Suldati minn Misraħ l-Isptar sa Misraħ
San Filep
5.30pm Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li tgħaddi minn
Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien, Triq il-Kbira u tintemm fil-Knisja Arċipretali.
Is-Sibt 19 ta’ April Sibt il-Għid
8.00pm Velja tal-Għid tal-Qawmien tal-Mulej, li tinkludi tTberik tan-Nar u l-Mixgħela tad-Dawl, il-Liturġija tal-Kelma, il-Liturġija tal-Magħmudija u l-Liturġija tal-Ewkaristija
Il-Ħadd 20 ta’ April Ħadd il-Għid
7.00am Quddiesa
8.00am Quddiesa
9.00am Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, li
tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ San Filep, Triq il-Kbira, Triq Frans Sammut, Triq Paris, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien, Triq Dun Miju
Zarb, Triq il-Kbira, Triq l-Isqof, Triq Luret Vella, Triq Sciortino, Misraħ San Filep.
9.30am Quddiesa għat-tfal u l-familji
It-tfal huma mistiedna li jġibu magħhom il-Karus ta’ Mħabba li tqassam lilhom fir-Randan.
11.00am Quddiesa
12.00pm Tberik tal-figolli fuq iz-zuntier tal-Knisja
Arċipretali u dħul tal-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt
5.30pm Quddiesa
7.00pm Quddiesa
Il-Ħadd 27 ta’ April Festa tal-Ħniena Divina
Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu bħal kull nhar ta’ Ħadd.
5.30pm Quddiesa kantata
6.15pm Adorazzjoni Ewkaristika
7.00pm Quddiesa
Ritratt tal-Faċċata – Dettall mill-Vara ta’ Kristu fl-Ort tal-ĠetsemanniĠużeppi Caruana, il-Marċjol, 1955. Ritratt ta’ Joe Borg.
FIS-SANTWARJU TAL-QALB TA’ ĠESÙ
Il-Ġimgħa 11 ta' April – Festa ta’ Marija Addolorata
6.15pm Quddiesa bis-Sagrament tad-Dilka tal-Morda.
Wara l-Quddiesa tingħad il-Via Matris.
Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta' April – Ħadd il-Palm
6.15pm Liturgija ta’ Ħadd il-Palm bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ
It-Tnejn 14, it-Tlieta 15 u l-Erbgħa 16 ta' April
6.15pm Quddiesa bi ħsieb spiritwali bi tħejjija għat-Tliet Ijiem Mqaddsa
Il-Ħamis 17 ta' April – Ħamis ix-Xirka
6.15pm Quddiesa tat-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej
7.45pm Viżti
9.30pm Siegħa Adorazzjoni organizzata
Il-Ġimgħa 18 ta’ April – Il-Ġimgħa l-Kbira
8.00am Liturġija tas-Sigħat quddiem l-Artal tar-Ripożizzjoni
8.30am Viżti u Qrar
(Mill-10.00am ’il quddiem is-Santwarju se jkun riservat għall-Insara Kopti.)
3.30pm Tifkira tal-Mewt ta' Kristu
Is-Sibt 19 ta' April – Sibt il-Għid
8.30am Liturġija tas-Sigħat
7.30pm Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Ghid
Il-Ħadd 20 ta' April – Ħadd il-Għid
6.15pm Quddiesa