
Novena tal-Milied
Mit-Tnejn 16 ta’ Diċembru sat-Tnejn 23 ta’ Diċembru, niċċelebraw in-novena tal-Milied. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser nitolbu t -talba tan-novena quddiem Ġesù Ewkaristija bi ħsibijiet fuq il -personaġġi talPresepju.
It-Tnejn 16 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Djakonija flimkien mal-Komunità ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija
It-Tlieta 17 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Familja
L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-Grupp tal-Abbatini
Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-membri tal-Azzjoni Kattolika
Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-Grupp Kariżmatiku
Is-Sibt 21 ta’ Diċembru
5.15 pm Quddiesa animata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija
6.30 pm Quddiesa fis-Sala Parrokkjali (Id-Domus)
7.30 pm Kunċert mill-Joy Gospel Singers. Dħul b’xejn. Jintlaqgħu offerti għad-Dar tal-Providenza.
Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru
9.30 am Quddiesa għat-tfal u l-familji li fiha jsir it-Tberik talBambini.
It-tfal mistiedna jġibu l-Bambin tagħhom biex jitbierek.
It-Tnejn 23 ta’ Diċembru
6.30 pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Liturġija
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru Lejlet il-Milied
Il-quddies filgħodu jkun bħal fost il-ġimgħa.
4.30 pm Qrar minn diversi saċerdoti
5.15 pm Quddiesa
6.00 pm Purċissjoni b’Ġesù Bambin immexxija mill-membri
tal-MUSEUM li tgħaddi minn dawn it-toroq: De Rohan, l-Isqof, Misraħ San Filep, il-Kbira, Tal-Grazzja, Franġisk
Zahra, Fra Ferd Mattei, il-Mitħna, il-Kbira, it-Twila, Pawlu
Balzan, id-Duluri, Dun Mikiel Xerri, Frans Sammut, Mons.
Milanesi, Triq Sciortino u Misraħ San Filep.
6.30 pm Quddiesa
7.15 pm Ċelebrazzjoni madwar Ġesù Bambin immexxija mill -membri
tal-MUSEUM
10.45 pm Velja tal-Milied bil-prietka mit-tfal
11.30 pm Quddiesa Solenni tal-Lejl tal-Milied
L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru Il-Milied
Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.
9.30 am Quddiesa speċjali għat-tfal u l-familji bil-prietka tal-Milied mit-tfal
Jiem ta’ Kwaranturi
Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija
Il-Ħamis 26 u l-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru
8.30 am – 12.00 pm Ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet
4.30 pm Ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet
6.00 pm Talba tal-Għasar
6.30 pm Quddiesa kantata
Is-Sibt 28 ta’ Diċembru
8.30 am – 12.00 pm Ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet
4.30 pm Ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet
5.15pm Quddiesa
6.00 pm Talba tal-Għasar
6.30 pm Quddiesa kantata
Festa tal-Familja Mqaddsa
Ftuħ tas-Sena tal-Ġublew fl-Arċidjoċesi ta’ Malta
Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru
Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.
9.30am Quddiesa għat-tfal u l-familji bit-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ
Solennità ta’ Marija Omm Alla
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru L-Aħħar tas-Sena
Il-quddies filgħodu jkun bħal fost il-ġimgħa.
4.30pm Adorazzjoni fis-skiet
5.15 pm Quddiesa
6.10 pm Talba tal-Għasar
6.30 pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla f’għeluq is-sena bil-kant tat-Te Deum u Barka Sagramentali
Il-ġbir fil-quddies ta’ flgħaxija jingħata bħala offerta lid -Dar talProvidenza.
L-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2025 L-Ewwel Tas-Sena
Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.
Il-ġbir fil-quddies jingħata bħala offerta lid -Dar tal-Providenza.
Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2025
Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.
9.15 am Il-Wasla tal-Maġi – nistiednu lit-tfal u l-familji biex jakkumpanjaw lill-Maġi miċ-Ċentru Ta’ Warda sal-Knisja Arċipretali.
9.30 am Quddiesa għat-tfal u l-familji
Festa tal-Magħmudija tal-Mulej
Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2025
Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.
Rigali ta’ Mħabba
Matul dan iż-żmien tal-Milied, bħala komunità parrokkjali se nkunu qed ngħinu lill-Kċina ta’ Marta; kċina li twaqqfet millKummissjoni Djakonija tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u li minnha jitqassmu ikliet fid-djar għal persuni fil-bżonn.
Għalhekk mit-8 sal-24 ta’ Diċembru se nkunu qed niġbru għotjiet ta’ ikel fil-Knisja Arċipretali. Dawk li jixtiequ joffru xi donazzjoni ta’ flus jistgħu jagħmlu l-offerta tagħhom fl-envelopes li hemm ħdejn l-Altar tal-Kunċizzjoni u jgħadduha lil xi ħadd mis-saċerdoti jew ipoġġuhom fil-kaxxi li jinsabu quddiem l -altar fil-Knisja Arċipretali.
Ritratt
Ir-ritratt tal-faċċata ta’ dan il-fuljett huwa ta’ Bambin tax-xema’, propjetà tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Santwarju tal-Qalb ta' Ġesù
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru
6.15 pm Quddiesa
8.30 pm Velja tal-Milied
9.00 pm Quddiesa tal-Lejl tal-Milied
L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru
6.15 pm Quddiesa
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru
5.00 pm Adorazzjoni u Rużarju
6.15 pm Quddiesa
L-Erbgħa 1 ta’ Jannar
6.15 pm Quddiesa
Kappella ta’ Santa Marija, Ħal Muxi
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru
8.00 pm Quddiesa tal-Lejl tal-Milied
L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru
8.00 am Quddiesa
L-Erbgħa 1 ta’ Jannar
8.00 am Quddiesa
Kappella tal-Madonna tal-Grazzja
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru
8.00 pm Quddiesa
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru
8.00 pm Quddiesa
Ċentru ta’ Ħal Mula
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru
7.00 pm Quddiesa
It-Twelid ta’ Ġesù, għajn ta’ tama
Siltiet minn Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku - 21 ta’ Diċembru 2016
It-tama daħlet fid-dinja bl-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla. Hu jidħol fid-dinja u jagħtina l-qawwa li nimxu miegħu: Alla jimxi magħna f’Ġesù u jekk nimxu miegħu lejn il-milja tal-ħajja dan jagħtina l-qawwa li ngħixu b’mod differenti lpreżent anki jekk mhux nieqes mit-taħbit..... Din it-tama li tagħtina it-Tarbija ta’ Betlehem, toffri destinazzjoni, destin tajjeb għall -preżent, is-salvazzjoni lillbnedmin, l-hena lil min jintelaq f’idejn Alla.
Fid-djar tal-Insara, matul iż-żmien tal-Avvent, jitħejja l-presepju, skont tradizzjoni li tmur lura sa San Franġisk ta’ Assisi. Fis -sempliċità tiegħu, ilpresepju jittrasmetti t -tama; kull wieħed mill-persunaġġi hu mgħaddas f’din latmosfera ta’ tama. Qabel xejn ninnutaw il-post li fih jitwieled Ġesù: Betlehem, Belt ċkejkna tal-Lhudija fejn elf sena qabel kien twieled David .... mhix il -Belt Kapitali, u għalhekk hi ppreferuta mill -Providenza Divina, li tħobb taħdem permezz taċ-ċkejkna u l-umli. Hemm jitwieled Ġesù, il-mistenni mill-ġnus, li fih jiltaqgħu t-tama ta’ Alla u t-tama tal-bniedem.
Imbagħad inħarsu lejn Marija, Omm it -tama. Bl-‘iva’ tagħha hi fetħet lil Alla lbieb tad-dinja tagħna: il-qalb żagħżugħa tagħha kienet mimlija bit -tama, imqanqla kollha kemm hi mill -fidi; hekk Alla għażilha sa minn qabel u hi emmnet il-kelma tiegħu. Biswit Marija hemm Ġużeppi, li ġej min -nisel ta’ David. Anki hu emmen kliem l-anġlu, u meta jħares lejn Ġesù fil -maxtrua, jimmedita kif dik it-Tarbija ġejja mill-Ispirtu s-Santu. Alla nnifsu amarlu jsejjaħlu ‘Ġesù’. F’dak l-isem hemm it-tama għal kull bniedem, għax permezz ta’ dak l-Iben ta’ mara, Alla se jifdi lill -bnedmin kollha mill-mewt u mid-dnub. Għalhekk importanti li nħarsu lejn il-presepju! U nsibu hemm ukoll ir-rgħajja, li jirrapreżentaw lill-umli u l-foqra li kienu jistennew il -Messija, il-“faraġ’ ta’ Iżrael” (Lq 2:25) u “l-fidwa ta’ Ġerusalemm” (Lq 2:38). F’dik it -Tarbija jaraw it-twettiq tal-wegħdiet u jittamaw li s-salvazzjoni ta’ Alla sa fl -aħħar tilħaq lil kull wieħed minnhom. Minnhom nitgħallmu li s -sigurtajiet tagħna mhux se jsalvawna. L-unika ċertezza li tista’ ssalvana hi dik it -tama f’Alla. Issalvana għax hi qawwija u tmexxina bil-ferħ fil-ħajja, bir-rieda li nagħmlu l-ġid, bir-rieda li nkunu ħienja għal dejjem.
Għeżież, niċċelebraw tassew il-Milied tal-Mulej jekk nilqgħu lil Ġesù, żerriegħa ta’ tama li jixħet fix-xquq tal-istorja personali u komunitarja tagħna. Kull ‘iva’ lil Ġesù li qed nistennewh jerġa’ jiġi fil -glorja hi żerriegħa ta’ tama. Ħa jkollna fiduċja f’din it-tama li għad twarrad f’din l -‘iva’: “Iva, Ġesù, int tista’ ssalvani, int tista’ ssalvani.”
