




Fil-mument li qiegħed nipprepara dan il-messaġġ għall-festa ta’ San Filep ta’ din is-sena, il-Knisja Kattolika qiegħda tagħti l-aħħar tislima lil Papa Franġisku li ħalla din il-ħajja l-għada tal-Għid il-Kbir biex jingħaqad ma’ Kristu Rxoxt.
Fl-omelija li għamel l-Arċisqof tagħna Mons. Charles Scicluna, waqt il-quddiesa li ċċelebra b’suffraġju għalih it-Tlieta 22 ta’ April fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fisser kif ix-xewqa ta’ dan il-Papa Franġisku kienet li l-pontifikat tiegħu jkun “messaġġ ta’ tama billi jlaqqa’ l-poplu ta’ Alla malħniena tal-Missier u mal-ferħ li jġib l-Evanġelju”. Itenni jgħid l-Arċisqof: “… jekk tagħsar l-atteġġjament, ilħarsa u l-ħerqa tiegħu li jkun qrib l-iżjed batut, anke meta ġie fostna, tinduna li hemm ragħaj li ħabb lillpoplu tiegħu.”
Ngħaqqad ma’ dan il-ħsieb fuq il-Papa Franġisku u nara wkoll xebh mal-qaddis Patrun tagħna San Filippu li wkoll kien saċerdot li ħabb tassew il-poplu li ntbagħat iservi ġewwa Aġira u bil-ħidma u ż-żelu pastorali tiegħu laqqa’ lill-poplu mal-ħniena ta’ Alla u nissel ferħ bilpredikazzjoni u l-ħelsien mill-ispirti tal-ħażen. San Filep kien ukoll sinjal ta’ tama għan-nies ta’ żmienu. Hekk kien qiegħed iqabbad lil ħutu Nsara t-triq għall-qdusija. L-istess nara llum
Fr Albert Buhagiar
fiż-żminijiet tagħna, fejn tul dawn issnin tal-pontifikat ta’ Franġisku u bilħeġġa u l-kelma qawwija tiegħu kien ta’ ispirazzjoni għalina biex inħarsu ’l quddiem u nimxu fit-triq tal-qdusija.
F’waħda mil-laqgħat ta’ Katekeżi li kien jagħmel nhar t’Erbgħa fuq it-Tama Nisranija kien qal: “Il-Mulej jagħti lilna lkoll it-tama li nsiru qaddisin.” U jgħidilna kif nistgħu naslu għal dan, “… ifisser li int trid tagħmel dmirek il-jum kollu: titlob, tmur għax-xogħol, tieħu ħsieb ta’ wliedek. Imma trid tagħmel kollox b’qalb miftuħa għal Alla, hekk li x-xogħol, anki fil-mard u fit-tbatija, anki fid-diffikultajiet, tkun miftuħ għal Alla. U hekk nistgħu nsiru qaddisin. Ħa jagħtina l-Mulej ittama li nsiru qaddisin. Ma naħsbux
li hi xi ħaġa diffiċli, li iktar faċli tkun delinkwent milli qaddis! Le. Nistgħu nkunu qaddisin għax jgħinna l-Mulej; Hu li jgħinna.” (Udjenza Ġenerali 21 ta’ Ġunju, 2017)
Aħna u niċċelebraw il-festa talpatrun tagħna, inħarsu ’l fuq u naraw f’San Filep qaddis protettur li qiegħed jistenniena ħalli naslu fejn wasal hu, u tant oħrajn qabilna, fissema pajjiżna. Kif isejħilhom Papa Franġisku: “il-kumpanija tal-aħwa l-‘kbar’, irġiel u nisa – il-qaddisin – li għaddew mill-istess triq tagħna, li ħabbtu wiċċhom mal-istess taħbit tagħna u issa qed jgħixu għal dejjem fi ħdan Alla.” Inħoss li dan il-kliem għandu jagħmlilna kuraġġ biex aħna wkoll nixxennqu għas-sema billi minn din id-dinja stess nersqu aktar qrib ta’ Alla, inħobbuh u naqduh skont l-istat tal-ħajja tagħna.
Ejjew niċċelebraw il-festa b’dan l-ispirtu li jqanqal fina x-xewqa li naslu fis-sema pajjiżna. San Filep, protettur tagħna, jakkumpanjana f’din il-mixja ta’ ħajjitna b’tama sħiħa li għad twassalna biex nissieħbu malqaddisin li diġà qegħdin fil-preżenza ta’ Alla fil-ferħ ta’ dejjem fis-sema.
Waqt li nawgura l-festa t-tajba lilkom ilkoll, nitlob il-barka tal-Mulej fuqna li qed niċċelebraw din il-festa f’ġieħ il-patrun tagħna San Filep.
Għalhekk nixtieq nitlob flimkien magħkom. Nitolbu flimkien għal din il-missjoni ġdida, għall-Knisja kollha, għall-paċi fid-dinja, u nitolbu din il-grazzja speċjali lil Marija, l-Omm tagħna.
Talba meħuda mill-ewwel barka “URBI ET ORBI” tal-Qdusija Tiegħu Ljun XIV 8 ta’ Mejju 2025.
‘Is-Sliem’ – Fuljett tal-parroċċa SAN FILEP T’AĠIRA, Haż-Żebbuġ. Ġunju 2025. Inizjattiva tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Media, li hija ffurmata minn: Fr Albert Buhagiar (Arċipriet); Fr Mario Dimech (Viċi Arċipriet); Tonio Galea (Segretarju); u l-Membri: in-Nutar Philip Ellul LL.B, Dip. Not.Pub., LL.D., Anne Marie Farrugia, Joe P. Borg, u Riccardo Flask – Inkarigata mir-Reklamar: Janet Agius – L-għan tal-ħidma tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Media: Li twassal tagħrif fuq ġrajjet u mixjet il-parroċċa u l-ħidma mwettqa mill-Arċipriet u l-kleru, mill-għaqdiet reliġjużi u gruppi oħrajn parrokkjali – Tagħrif li jiswa ta’ ħolqa bejn il-parruċċani kollha u li jservi ta’ tħeġġiġ għal sehem akbar u aktar wiesa’ f’din il-ħidma parrokkjali. Ritratt tal-faċċata: Ritratt ta’ Joe P. Borg.
Il-Ħadd, 1 ta’ Ġunju
Ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep min-niċċa
9.30am Quddiesa għall-familji u wara ssir purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija akkumpanjat mit-tfal talEwwel Tqarbina.
7.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet Dun Albert Buhagiar
7.45pm Ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep, li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Il-kor parrokkjali Magnificat imexxi l-kant. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.
It-Tnejn 2 ta’ Ġunju
Jum it-Tfal u ż-Żgħażagħ
5.00pm Quddiesa għat-tfal tal-parroċċa fil-knisja Arċipretali. Imexxi Dun Nicholas Dimech. Wara l-quddiesa jkun hemm logħob għat-tfal filQasam tal-MUSEUM tas-Subien.
7.45pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ fuq iz-zuntier immexxija minn Dun Roderick Baldacchino.
It-Tlieta 3 ta’ Ġunju
Jum l-Anzjani, il-Morda u l-Familja
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma talMorda. Imexxi Mons Anton Cassar.
6.30pm Quddiesa għall-Koppji. Mistiedna b’mod speċjali dawk il-koppji li żżewġu mis-sena 2021 ’l hawn. Imexxi l-Kanonku Dun Mark Spiteri, Jieħu sehem il-kor parrokkjali Magnificat.
7.30pm Taħdita Kulturali dwar Abramo Gatt u l-arti dekorattiva f’Malta minn Dr Mark Sagona u l-Perit Anthony Gatt.
L-Erbgħa 4 ta’ Ġunju
L-Ewwel Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet
6.30pm Quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali Magnificat. Imexxi l-Kanonku Dun Joe Mizzi. Mistiedna speċjali l-membri tal-għaqdiet reliġjużi, kulturali, soċjali, politiċi u sportivi.
Wara l-quddiesa, issir il-prietka tat-Tridu millKanonku Dun Robin Camilleri, Arċipriet tal-Isla. Tingħad il-Kurunella, jitkanta l-Innu u l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 5 ta’ Ġunju
It-Tieni Jum tat-Tridu – Jum is-Saċerdoti u r-Reliġjużi
6.30pm Quddiesa mmexxija minn Patri Lucian Borg OSA. Janima l-kor parrokkjali Magnificat. Nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
Wara l-quddiesa ssir il-prietka u ċelebrazzjoni tat-Tridu bħall-jum ta’ qabel.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju
It-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Emigranti
6.30pm Quddiesa mmexxija minn Monsinjur Joe Bugeja. Janima l-kor parrokkjali Magnificat. Huma mistiedna b’mod speċjali l-emigranti li se jkunu fostna fil-jiem tal-festa flimkien malqraba tagħhom.
Wara l-quddiesa ssir il-prietka u ċelebrazzjoni tat-Tridu bħall-jum ta’ qabel.
Is-Sibt 7 ta’ Ġunju
Lejlet il-Festa
8.00am Quddiesa kantata u jitkanta t-Te Deum.
5.30pm Quddiesa
6.30pm Purċissjoni tat-Translazzjoni tar-relikwa ta’ San Filep mill-Knisja tal-Anġli għall-Knisja Arċipretali u jitkanta l-Ewwel Għasar solenni. Imexxi l-Arċipriet Dun Albert Buhagiar.
8.00pm Quddiesa
Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju
Jum il-Festa
7.00am Quddiesa
8.00am Quddiesa solenni konċelebrata mmexxija minn Monsinjur Salvinu Micallef. Jinseġ il-paniġierku b’tifħir lil San Filep il-Kanonku Dun Antoine Borg.
10.00am Quddiesa
11.00am Quddiesa
5.30pm Quddiesa li fiha jsir il-kant tat-Tieni Għasar iċċelebrata minn Dun Matthew Sammut, saċerdot novell li jmexxi wkoll il-purċissjoni.
7.00pm Toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Filep.
10.30pm Dħul tal-purċissjoni, tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju
Preżentazzjoni tat-Trabi
7.00pm Quddiesa li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Filep.
Il-kor parrokkjali Magnificat ikun taħt it-tmexxija tad-Direttriċi Stephania Farrugia Frantz.
Il-Mużika tal-Cappella Diacono li tindaqq fil-ġranet tat-Tridu, lejlet u nhar il-festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Mro Raymond Sciberras.
L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw festa li tgħinna lkoll ħalli nimtlew bil-ferħ tal-Vanġelu, biex bħall-patrun San Filep inkunu nistgħu nxerrdu dan il-ferħ qaddis fl-ambjenti u fis-soċjetà kollha tagħna.
Uffiċċju Parrokkjali
“Dar San Ġużepp”, Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ, ZBG 2241
Tel: 2146 0800 (waqt il-ħin tal-uffiċċju biss)
Jiftaħ: It-Tlieta mid-9.30am sal-11.30am; il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm.
Għal appuntament ċemplu lill-Arċipriet Fr Albert Buhagiar.
Korrispondenza: c/o 9, Triq il-Parroċċa, Ħaż-Żebbuġ, ZBG 3361.
Website Uffiċjali: www.parroccazebbugmalta.com
Paġna Uffiċjali fuq Facebook: Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ
Email: parrocca.zebbug@maltadiocese.org
Presbiterju Parrokkjali: Saċerdoti li jservu f’Ħaż-Żebbuġ
Arċipriet Fr Albert Buhagiar • Mob: 7908 0506 • email: buhagiaralbert@gmail.com
Viċi Arċipriet Fr Mario Dimech • Mob: 9947 1200 • email: mariodimech83@gmail.com
Fr Malcolm Saliba • Mob: 7992 7174 • email: salibamal4@gmail.com
Monsinjur Joe Bugeja • Tel: 2146 6107 • email: joe.bugeja@maltadiocese.org
Fr Salv Chircop • Tel: 2146 6369 • email: schircop@iname.com
Mons. Anton Cassar • Mob: 7961 6970 • email: rassacm@gmail.com (Rettur tas-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù)
Mons. Frans Bonnici • Mob: 7999 4653 • email: fransbonnici@libero.it
Fejn jistgħu jsiru żwiġijiet ġewwa Ħaż-Żebbuġ
Trid tirreġistra meta se jsir iż-żwieġ fl-uffiċċju parrokkjali.
Knisja Arċipretali; Knisja ta’ Santa Marija – Ħal Muxi; Knisja tal-Madonna tal-Grazzja; Knisja tal-Visitazzjoni ġewwa Wied Qirda u s-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù.
Ikkuntattjaw lill-Arċipriet Fr Albert Buhagiar fl-uffiċċju parrokkjali.
Magħmudijiet:
Timtela formola fl-uffiċċju parrokkjali u jrid jiġi ppreżentat ċertifikat tat-twelid. Il-magħmudijiet isiru fil-knisja Arċipretali wara l-quddiesa tal-11.00am (i.e. 11.45am) u waqt il-quddiesa tal-5.30pm tal-Ħadd.
Tqarbin tal-Morda: Għat-tqarbin tal-morda, ikkuntattja lil xi ħadd missaċerdoti.
Ftuħ taċ-Ċimiterji tal-Qalb ta’ Ġesù (Triq Sciortino) Il-Ħadd, it-Tnejn u l-Erbgħa, mis-7.00am sal-4.00pm. F’Novembru kuljum fl-istess ħinijiet.
Adorazzjoni u Talb
Adorazzjoni kull nhar ta’ Ħamis fis-6.00pm fil-knisja Arċipretali. Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar bejn is-7.30am u t-8.00am fil-knisja Arċipretali.
Avviżi tal-Parroċċa
Tista’ ssib l-avviżi tal-parroċċa kull ġimgħa fuq ilpaġna ta’ Facebook jew fuq il-website tal-parroċċa flimkien ma’ informazzjoni oħra rigward il-funzjonijiet u l-attivitajiet kurrenti.
Quddies fil-knisja Arċipretali u l-kappelli ġewwa Ħaż-Żebbuġ.
Fil-knisja Arċipretali:
Matul il-ġimgħa: fis-6.00am; fis-7.00am; fit-8.00am; fis-6.30pm
Is-Sibt: Fil-5.15pm u fis-6.30pm
Il-Ħadd: Fis-7.00am, fit-8.00am, fid-9.30am, fil-11.00am; fil-5:30pm u fis-7.00pm.
Santwarju Qalb ta’ Ġesù: Matul il-ġimgħa: fis-6.15pm Is-Sibt: fis-6.15pm, Il-Ħadd: fis-6.15pm.
Kappella tal-Grazzja: Is-Sibt, fit-8.00pm.
Kappella Santa Marija – Ħal Muxi: Matul il-ġimgħa: it-Tlieta u l-Ġimgħa fis-7.30am. Il-Ħadd: fit-8.00am.
Kappella San Ġorġ Preca ta’ Ħal Mula: Is-Sibt: fis-7.00pm.
Perit Anthony Gatt
F’Ottubru li għadda, ġie mniedi l-ktieb Eclecticism and the Baroque Revival in the Decorative Arts in Malta: The context for Abramo Gatt (1863-1944), riċerkat u miktub minn Dr. Mark Sagona, il-Kap tad-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, u l-Perit Anthony Gatt, li huwa dexxendent tal-artist Gatt. Il-ktieb jinkludi wkoll kontribuzzjoni mill-istudjużi Ingliżi Prof Tessa Murdoch u Dr Roderick O’Donnell, u għandu fotografija meraviljuża ta’ Abner Cassar. Dan l-istudju huwa ppubblikat minn Midsea Books u huwa t-tieni volum minn sensiela ta’ studji dwar l-arti dekorattiva f’Malta u l-kuntest internazzjonali, maħruġa mid-Dipartiment talArti u l-Istorja tal-Arti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta.
Is-suġġett ewlieni ta’ dan l-istudju huma x-xogħlijiet artistiċi li ddisinja Abramo Gatt għal ħafna knejjes madwar Malta u Għawdex. Minħabba l-fatt li l-Knisja Arċipretali ta’ ĦażŻebbuġ hi mogħnija b’bosta xogħlijiet ta’ dan l-artist, din is-sena t-taħdita kulturali annwali li ssir fil-ġimgħa talfesta se ssir mill-awturi ta’ dan il-ktieb.
Dr Sagona u l-Perit Gatt se jiddiskutu x-xogħlijiet ta’ dan l-artist, il-kuntest storiku u artistiku li ħadem fih, kemm dak lokali u internazzjonali, kif ukoll irrabta li kellu ma’ Ħaż-Żebbuġ. Abramo Gatt kien l-aqwa disinjatur ta’ żmienu u x-xogħlijiet dekorattivi tiegħu jirriflettu b’mod ċar il-kuntest eklettiku ta’ żmienu li juru influwenzi kemm Vittorjani kif ukoll elementi ornamentali internazzjonali li wieħed isib f’diversi ċentri Ewropej ta’ żmienu. Il-faxxinu ta’ dan l-artist huwa l-fatt li minkejja li qatt ma ħareġ barra minn Malta, Gatt xorta rnexxielu jassorbi ħafna ideat internazzjonali, li allura jagħmluh figura importanti fl-iżvilupp tal-arti dekorattiva Maltija u allura wkoll Ewropea.
b’imgħallmin jagħmlu l-istess xogħol, daħal jaħdem it-tarzna. Fit-tarzna, Abramo stabilixxa ruħu bħala l-imgħallem tal-‘Pattern Shop’ fejn kienu jiġu ppreparati mudelli bi preċiżjoni għall-funderija. Lil hinn mit-tarzna u x-xogħol tal-kartapesta, Abramo stabilixxa ruħu u baqa’ magħruf l-aktar bħala d-disinjatur ewlieni f’pajjiżna ta’ opri artistiċi li jżejnu l-knejjes tagħna, b’mod partikolari fiż-żminijiet tal-festa.
Ma jistax jonqos li għall-Bormla. Abramo Gatt iddisinja bosta opri bħall-ventartali, gandlieri, missali u apparat ieħor, ħafna drabi maħduma fil-fidda mid-ditta Antonio Ghezzi e Figlio ta’ Milan. Għal din il-parroċċa fl-1905 huwa ddisinja wkoll l-istatwa titulari tal-Kunċizzjoni u fl1903 skolpa fl-injam l-istatwa devota ta’ San Ġużepp li mill-ewwel ġiet imfaħħra pubblikament mill-komunità artistika ta’ dak iż-żmien, fosthom minn Giuseppe Calì u Carlo Darmanin. Kif mistenni, dawn ix-xogħlijiet ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta parroċċi, bil-fratellanza tar-rużarju ta’ ĦalQormi jkunu minn ta’ quddiem biex jikkummissjonaw lil Abramo biex jiddisinja opri għall-Knejjes tagħhom. F’Ħaż-Żebbuġ, il-prokuratur Dun Salv Zammit, li tant kien jemmen fil-ħiliet tan-nies li jaħdmu t-tarzna, ikkummissjona lil Abramo għal diversi proġetti fil-Knisja ta’ San Filep. L-aktar żewġ proġetti grandjużi kienu t-tużell iddisinjat fl-1911 kif ukoll il-faċċata tal-orgni, iddisinjata fl-1909. Matul il-festa ta’ San Filep, fil-knisja naraw diversi opri oħra ddisinjati minn Gatt fosthom diversi trieħi tal-bellus bir-rakmu tad-deheb, ventartali tal-fidda, il-linef, l-arkaturi tan-navi, kif ukoll id-disinn tad-damask.
Abramo Gatt twieled Bormla u tgħammed fil-Knisja Kolleġġjata tal-Kunċizzjoni fil-5 t’Ottubru 1863. L-ewwel formazzjoni artistika tiegħu ħadha fl-iskola teknika talKottonera fejn dik il-ħabta kien jgħallem il-pittur Lazzaro Pisani wara li rritorna lura mill-istudji tiegħu f’Ruma. Jingħad ukoll li Gatt għamel xi żmien bħala apprentist fixxogħol tal-kartapesta ma’ Carlo Darmanin. Bl-esperjenza li kiseb, huwa ħadem diversi statwi fil-kartapesta b’dawk l-aktar magħrufa jkunu l-istatwi tal-Veronika u l-Kurċifiss tal-Vara l-Kbira li għadhom jinħarġu sal-lum fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Bormla.
Fil-bidu tal-karriera tiegħu kien jaħdem skultura għall-għamara, iżda l-fatt li l-Kottonera kienet miżgħuda
Għalkemm f’ċirkostanzi diffiċli, r-rabta ta’ Abramo Gatt ma’ Ħaż-Żebbuġ kompliet tikber meta flimkien ma’ ħutu u n-neputijiet ħarġu mid-dar tagħhom f’Bormla u ġew joqogħdu fi Triq San Ġużepp, kantuniera ma’ Triq ilParroċċa hekk kif faqqgħet il-gwerra. Abramo miet f’din id-dar fejn baqa’ joqgħod sat-28 ta’ Marzu 1944.
Din it-taħdita kulturali se ssir nhar it-Tlieta 3 ta’ Ġunju fis7:30pm fil-Knisja Arċipretali. Kulħadd huwa mistieden. Il-pubblikazzjoni l-ġdida tkun tista’ tiġi akkwistata dakinhar għal prezz speċjali, u l-awturi jkunu jistgħu jiffirmaw il-kopji.
Dun Frans Bonnici
L-arkivju tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ tasal għalih mis-sagristija tan-naħa tal-artal tal-Erwieħ. F’nofs it-taraġ li jmur fuq il-knisja hemm żewġ kmamar żgħar. Fihom hemm ’il fuq minn elf volum li fihom dokumenti fuq il-ġrajja tal-parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira.
Hemm dokumenti li fihom hemm il-Magħmudijiet, il-Griżmi, il-familji, il-mejtin midfunin fiċċimiterji u hemm ukoll l-ismijiet tat-toroq u n-numru tad-djar bl-ismijiet ta’ min kien joqgħod fihom.
Hemm dokumenti fuq il-bini tal-knisja u l-bidliet li saru fiha u kull oġġett li naraw fiha: l-altari, l-istatwa ta’ San Filep u tal-qaddisin l-oħra, l-armar u t-tiżjin tal-knisja.
Hemm volumi fuq l-Għaqda tas-Saċerdoti u fuq il-konfraternitajiet tal-lajċi: tal-Agunija, tasSagrament, tal-Karità, taċ-Ċintura, tar-Rużarju u ta’ San Ġużepp.
Hemm ukoll kotba bil-quddies li sar, min tahom u għal liema intenzjoni tahom u min qaddishom.
L-arkivju fih librerija li fiha kotba kbar tal-kant li kienu jkunu fil-kor tal-knisja, messalini li fuqhom il-qassisin kienu jgħidu l-quddiesa. Hemm ukoll kotba antiki li xi qassisin ħallew lill-knisja.
Qassisin u lajċi fl-imgħoddi passat u fil-qrib qallbu dawn il-volumi u dokumenti u minnhom ħarġu kotba u artikli fir-rivista tal-parroċċa tagħna u tawna tagħrif wisq interessanti.
Tliet affarijiet li nixtieq ngħidilkom huma dawn: 1. Tarmux kotba u lanqas affarijiet reliġjużi jew li għandhom x’jaqsmu mal-knisja. 2. Min m’għandux fejn iżommhom, jeħodhom l-Uffiċċju Parrokkjali għall-arkivju. 3. Min jiftakar ġrajjiet li seħħew fil-parroċċa jiktibhom jew issirlu intervista dwarhom, u wkoll, min għandu ritratti ta’ ġrajjiet talimgħoddi jagħmel kopja għall-arkivju.
Kull oġġett li jingħata għall-arkivju għandu jkollu l-isem u l-kunjom ta’ min tah biex tibqa’ tifkira.
fransbonnici@libero.it
Fuq inizjattiva ta’ Bro Charles Muscat, il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ irċeviet bħala donazzjoni Kappa, Velumeral u stola b’xogħol tar-rakkmu biddeheb biex jintużaw waqt il-liturġija fil-festi prinċipali.
Bro Charles, reliġjuż minn Ħaż-Żebbuġ li ħa ħsieb li dan l-ilbies liturġiku jasal fil-parroċċa mill-Amerka, huwa membru tal-Missionaries of St Charles, magħrufin bħala l-iScalabrinians, imwaqqfin mill-Isqof John Baptist Scalabrini fis-sena 1887 biex iwettqu ħidma fost l-immigranti u r-refuġjati.
Nirringrazzjaw lil Bro Charles li ħa l-inkarigu biex dan l-ilbies liturġiku jinġieb fil-knisja tagħna u jitgawda fil-festi.
for delivery at local events and supermarkets.
Contact us at 7787 3133
Fr Malcolm Saliba
F’dan il-Ġublew tat-Tama, il-Papa Franġisku mhux biss jirrifletti dwar it-tama iżda jipproponi kuntesti differenti li fihom it-tama tista’ tiġi miżrugħa fid-dinja. F’paragrafu tlettax tad-dokument It-tama ma tqarraqx bina, il-Papa Franġisku jirrifletti fuq wieħed mis-sinjali taż-żminijiet fejn iħares lejn il-migranti li minħabba raġuni jew oħra jkollhom jitilqu minn pajjiżhom biex ifittxu refuġju, xogħol u fuq kollox bil-ħolma li jsibu dinja aħjar. Għalhekk, bħala Kummissjoni Djakonija ddeċidejna li bħala pellegrini tat-tama nibdew nakkumpanjaw ilparruċċani li mhumiex Maltin permezz tal-grupp blisem ‘Encounter’. L-għan tal-grupp huwa li niltaqgħu mal-migranti u nakkumpanjawhom fl-isfidi kontinwi u fl-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan għalhekk ikun xhieda ta’ Knisja li ssir sinjal ta’ tama f’ħajjithom. Din il-viżjoni tħeġġeġ lill-grupp ‘Encounter’ fil-parroċċa biex imur lil hinn mill-mentalità tal-‘barrani’ u jsir, kif hemm miktub fleżortazzjoni appostolika, Evangelii gaudium, “komunità ta’ komunitajiet” (par. 28). F’dan id-dawl, il-parruċċani mhux Maltin ma jkunux biss sempliċiment dawk li qed jingħataw l-għajnuna soċjali, iżda jsiru membri attivi fil-komunità billi jikkontribwixxu huma wkoll bil-ħiliet tagħhom fil-liturġija u fis-servizz.
B’riżultat ta’ dan, matul din is-sena pastorali 20242025, ġew skedati sensiela ta’ laqgħat fejn il-migranti jistgħu jiltaqgħu ma’ Nsara oħra mhux Maltin biex jixhdu l-fidi tagħhom kif ukoll ma’ professjonisti Maltin li joffru għajnuna lill-migranti b’mod ħolistiku. Dawn il-laqgħat isiru fuq livell ta’ djalogu illi jagħtu prijorità li nisimgħu l-migranti. Matul din is-sena pastorali, il-membri mhux biss se jkunu ltaqgħu ma’ professjonisti iżda wkoll ma’ migranti li jinsabu Malta li mhux biss jagħtu xhieda
tal-ħajja tagħhom iżda wkoll jaqsmu t-tamiet u l-isfidi tagħhom waqt li jgħixu f’pajjiż ieħor. Esperjenzi sbieħ li għexna flimkien magħhom kienu meta kellna magħna koppja Asjatika li dan l-aħħar ġiet mgħammda millArċisqof ta’ Malta waqt il-Vġili tal-Għid tas-sena l-oħra fejn taw xhieda tal-fidi waqt li jgħixu f’pajjiż barrani; kellna professjonista minn Missio Malta li ħejjiet ukoll spazji ta’ talb għall-migranti matul iż-żmien tar-Randan biex jirriflettu, jitolbu u jittamaw għal futur aħjar kif ukoll kellna magħna l-eks Kap tal-Kummissjoni Migranti, ir-Reverendu Dr Anton D’Amato li kien mistieden mhux biss biex jirrappreżenta l-kummissjoni, iżda wkoll biex jisma’ d-diffikultajiet tal-migranti u t-tamiet tagħhom filwaqt li jindirizzahom għal għajnuna professjonali u konkreta fejn hu meħtieġ. Dawn il-professjonisti jħeġġu lill-migranti biex ma jitilfux it-tama, iżda bil-għajnuna ta’ oħrajn, jistgħu jegħlbu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.
Barra mill-formazzjoni fuq livell uman, il-membri jingħataw l-ispazju biex jikkontribwixxu fil-komunità. Fil-fatt, matul l-Avvent u r-Randan kif ukoll fiż-żmien ta’ matul is-sena, il-migranti janimaw il-quddiesa talĦadd filgħodu billi jkantaw innijiet u jaqraw il-qari. Din l-opportunità tgħinhom ikollhom irwol attiv u responsabbli fil-parroċċa, filwaqt li japprezzaw ukoll l-ospitalità offruta mill-komunità stess meta flimkien magħhom wara l-quddiesa nkomplu naqsmu dan ilferħ tal-quddiesa flimkien. Fuq livell soċjali, xi membri tal-grupp qed jirċievu wkoll għajnuna mingħand Loop Djakonija biex jiġu pprovduti bżonnijiet essenzjali tagħhom, bħall-ikel u l-ħwejjeġ, minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji. Dawn huma eżempji konkreti ta’ sinjal
ta’ tama għall-migranti peress li dawn il-prattiċi jixhdu li l-parroċċa ssir ukoll aġent biex tiffaċilita t-tamiet talmigranti.
It-Talba għall-Ġublew tat-Tama, miktuba millPapa Franġisku, titlob il-grazzja tal-Missier biex “tibdilna f’bdiewa ħawtiela taż-żerriegħa talVanġelu.” Ningħaqad ukoll mal-Papa Franġisku fit-talb biex aħna wkoll niddixxernu s-sinjali tażżminijiet, waqt li nħobbu lill-oħrajn, speċjalment dawk li jinsabu fil-periferiji tas-soċjetà. Jalla l-vulnerabbli jirrikonoxxu li aħna lkoll pellegrini tat-tama filwaqt illi nimxu u nħarsu ’l quddiem biex infittxu ndewwu l-ġrieħi fil-kultura tagħna u l-paċi fi qlubna. Hekk kif nimxu ’l quddiem,
jalla l-impenn pastorali tagħna jibqa’ msaħħaħ, biex nassiguraw li d-dinjità ta’ kull persuna, irrispettivament min-nazzjonalità tagħha, tkun imħarsa u rispettata.
Il-Papa Ljun XIV (Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost), huwa l-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika. Huwa twieled fl-14 ta’ Settembru 1955, f’Chicago Illinois, l-Amerka. Daħal mal-Patrijiet Aġostinjani u għamel il-Professjoni Solenni tiegħu fl-Ordni Agostinjan fid-29 t’ Awwissu 1981, u fid-19 ta’ Ġunju 1982 ġie ordnat Saċerdot. Għadda l-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu jaqdi l-ministeru pastorali fl-Ordni Agostinjan. Huwa qeda l-ministeru saċerdotali bħala Reliġjuż fil-Perù għal diversi snin li matulhom kien kappillan, uffiċjal djoċesan, għalliem fis-seminarju u amministratur. Fl-2001 ġie magħżul bħala Ġenerali tal-Ordni Agostinjan sal-2013. Fit-12 ta’ Diċembru 2014 ġie ordnat Isqof u f’Settembru tas-sena ta’ wara ilPapa Franġisku ħatru Isqof ta’ Chiclayo fil-Perù sal-2023.
F’Jannar tal-2023 il-Papa sejjaħlu ġewwa Ruma u nnominah Prefett tad-Dikasteru tal-Isqfijiet u President tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina. Fil-Konċistorju ta’ Settembru 2023 il-Papa ħatru Kardinal. Fit-8 ta’ Mejju 2025, ġie magħżul bħala il-267 Papa.
The Meat Shop, Paris Str. Ûebbu© Contact Numbers: 2146 3066 / 7906 5881
Opening Hours Monday to Friday: 7.30am – 18.30pm
7.30am – 13.00pm
Andrè J. Galea B.Ed(Hons) Melit., PGDEAM Melit.
Propju din is-sena (2025) l-istatwa ta’ Sant’Agata tal-parroċċa tagħlaq 130 sena minn meta nħadmet mill-artist Vincenzo Cremona fl-1895. Kien propju għall-ħabta tal-1893 meta n-negozjant Antonio Callus kien ikkummissjona lil Cremona sabiex jaħdimlu din l-istatwa minħabba wegħda li kien għamel mal-istess qaddisa wara l-fejqan millkorriment tat-tifla tiegħu Rożarja fil-magna tal-għaġin li kellu fi Triq ilKbira. Vincenzo Cremona kien l-ewwel sawwar abbozz tal-istess statwa sabiex ikun jista’ jaħdem l-istatwa fuqu. Dan l-abbozz, li llum huwa propjetà tiegħi personali, Cremona kien ħadmu għallħabta tal-1893/4. Dak iż-żmien iddrawwa kienet li min iħallas għal xi statwa iżomm l-abbozz tagħha hu, kif ġara fil-każ tal-bużbużnannu tiegħi Antonio.
Kull min xi darba kellu ċ-ċans li jidħol fis-sagristija l-qadima tal-knisja sabiex jara din l-istatwa mill-viċin, żgur innota s-sbuħija tagħha u t-teknika millaqwa li uża Cremona sabiex sawwar din l-istatwa. Din ilkompożizzjoni dettaljata li ħoloq Cremona tippermetti lil
min qed iħares lejha sabiex jiffoka fuq il-moviment tal-linji u l-forom. Filpaneġġi u l-pjiegi extravaganti tal-ilbies tal-qaddisa jidher sew id-dinamiżmu u l-kuntrast li ried joħloq Cremona. L-effett chiaro scuro u tas-sens narattiv kif interpretati minn Cremona b’tant sengħa, joħolqu ċertu drama sabiex titqanqal ċertu paċi u devozzjoni f’min qed iħares lejn din l-istatwa. Il-piż talqaddisa qed iserraħ fuq sieqha l-leminija filwaqt li s-sieq tax-xellug qiegħda ftit lura donnu Sant’Agata tidher bħallikieku miexja. Din toħloq linja daqsxejn djagonali li tkompli toħroġ l-effett ta’ moviment f’din l-istatwa. Is-simboliżmu reliġjuż li ried joħloq Cremona huwa dak ta’ Sant’Agata miexja lejn Ġesù – irrigal ta’ dejjem u li kienet tant tħobb, wara t-tortura u l-martirju li rċeviet. Ix-xagħar twil skur li jinżel fuq spallitha l-leminija u jibqa’ nieżel fuq daharha sakemm jistrieħ fuq iċ-ċinturin li hemm ma’ qaddha, joħloq linja vertikali sabiex jikkomplimenta kemm malpjiegi tal-mant kif ukoll mas-sens ta’ drama li ried joħroġ Cremona fil-kompożizzjoni tiegħu. Ta’ min wieħed jinnota li Cremona qagħad attent ukoll sabiex juri l-anatomija tas-saqajn taħt it-tunika ħamra, li qegħdin iserrħu fuq il-blat tal-pedata simbolu tal-ħajja sempliċi u qaddisa li għexet Sant’Agata. Il-pedata, li hi kemxejn wiesgħa u goffa, hija maħduma b’ċertu ħsieb u sengħa u permezz tat-tkabbir fl-ispazju fejn qiegħda tistrieħ l-istatwa, Cremona joħloq il-kontrapiż neċessarju għallbilanċ u l-istabbilità mixtieqa minnu.
Il-linji u l-forom tal-istatwa huma msawra b’attenzjoni kbira minn Cremona sabiex il-kuntrast li ried joħloq jikkumplimenta mal-istil psewdobarokk li fuqu kien iħobb jaħdem l-istatwi tiegħu. Il-kuluri newtrali li juża Cremona fuq il-mant ta’ Sant’Agata, l-isfar dehbi u l-aħdar, jikkumplimentaw lil xulxin, filwaqt li l-aħmar tattunika jispikka u joħloq kuntrast kbir. Sabiex itaffi mill-
kuntrast tal-kulur aħmar tat-tunika, Cremona joħloq disinji b’kulur dehbi fuq it-tunika kollha, inkluż linji fittruf tal-għonq u tal-kmiem tagħha. B’hekk permezz ta’ dan it-taħlit u t-tqabbil ta’ kuluri u disinji, Cremona jirnexxilu jagħti dehra klassika u unika lil din l-istatwa filwaqt li joħloq effett aktar imqabbeż u tridimensjonali. Apparti mid-disinji fuq it-tunika ħamra, Cremona għamel ukoll xi disinji b’kulur dehbi mal-borduri tal-mant sabiex jikkumplimentaw mal-moviment psewdobarokk u jispikkaw aktar il-linji u l-forom tal-paneġġi li jagħtu iktar dimensjoni dinamika u spiritwali lill-istatwa. Flistatwi reliġjużi u psewdobarokki ta’ Vincenzo Cremona, ġeneralment il-poża tal-idejn tiddetermina r-rabta talqaddis/a mal-imħabba divina u din narawha wkoll flistatwa ta’ Sant’Agata ta’ Cremona. Lil Sant’Agata, huwa ħadimha bl-id il-leminija fuq sidirha jew “fuq qalbha” filwaqt li f’idha x-xellugija qed iżżomm werqa tal-palm.
L-id il-leminija fuq sidirha viċin qalbha tfakkarna flimħabba kbira li Sant’Agata kellha lejn Ġesù u li kienet tqisu bħala l-unika awtorità f’ħajjitha. Il-palma fl-id ix-xellugija tfakkarna fil-ġenna li rebħet permezz ta’ qawwietha bil-martirju u l-mewt tagħha.
Talba:
Verġni Glorjuża u Martri Agata, int li lqajt il-qdusija ta’ Alla f’ħajtek b’moħħok u b’qalbek; int li, imsaħħa millgrazzja ta’ Alla, b’kuraġġ batejt l-aktar turmenti atroċi sal-punt li tajt ħajtek biex tkun fidila lejn l-Evanġelju, dawwar ħarstek b’benevolenza lejna u għinna nimitaw is-safa tal-qalb tiegħek u niġbdu l-ispirazzjoni millkuraġġ tiegħek, nibqgħu sodi u b’saħħitna fil-fidi mhedda b’kull mod minn tant avversitajiet ta’ din iddinja u li nagħmlu lilna nfusna. Ammen.
Kunċert tal-Milied mill-Joy Gospel Singers bis-sehem tal-kor tat-tfal mill-parroċċa tagħna. Grazzi lill-persuni kollha li taw sehemhom u lill-isponsors Caprice Ltd. u Attrans Ltd.
L-Abbatini għamlu żjara lill-anzjani tad-Dar Madre Margherita f’Ħal Qormi. Kienet laqgħa sabiħa fejn it-tfal u l-anzjani kantaw u talbu flimkien.
Il-Grupp tal-Ġimgha l-Kbira 2025 flimkien mal-Arċipriet Fr Albert Buhagiar u r-reffiegħa wara d-dħul tal-Irxoxt.
Vestizzjoni tal-Abbatini flimkien mal-Arċipriet Fr Albert Buhagiar, il-Viċi Fr Mario Dimech u l-leaders.
Fiż-żmien tal-Milied, iż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna li jattendu ċ-Ċentru Ta’ Warda taw ftit mill-ħin tagħhom f’attivitajiet ta’ volontajat varji...
Mumenti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq it-300 sena minn meta ġiet fostna r-Relikwa ta’ San Filep, bħala parti mit-Translazzjoni Solenni, ir-Relikwa nġiebet mill-Knisja tal-Lunzjata sal-Knisja Arċipretali u wara saret it-Talba tal-Għasar u ingħatat il-Barka Sagramentali.
20.5.24 ġew inawgurati u mberkin żewġ mużajċi bix-xbihat ta’ Kristu u tal-Madonna fil-Kappella tal-Adorazzjoni magħrufa bħala ċ-Ċenaklu.
Ċelebrazzjoni Ekumenika flimkien ma’ ħutna l-Insara Kopti li jiltaqgħu fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù.
Is-Sena tal-Ġublew tat-Tama bdiet fl-24 ta’ Diċembru 2024 meta Papa Franġisku fetaħ il-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru filVatikan.
Fis-17 ta’ Jannar 2025 sar l-ewwel pellegrinaġġ biex nimmarkaw il-Ġublew tat-Tama fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, permezz ta’ ċelebrazzjoni ekumenika flimkien ma’ ħutna l-Insara Kopti li jiltaqgħu fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù.
Fil-11 ta’ Frar 2025 saret mixja ta’ fidi, preżentazzjoni dwar il-Beatu Carlo Acutis u ċelebrazzjoni tal-quddiesa bis-sehem tal-adolexxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena fil-parroċċa tagħna. Waqt il-quddiesa l-adolexxenti ppreżentaw it-talba tagħhom biex jirċievu dan is-sagrament.
Fit 2 ta’ Mejju 2025 saret il-mixja ta’ tama mill-Knisja Arċipretali għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi f’din is-Sena tal-Ġublew. It-tema għal din il-mixja kienet ‘’Marija Omm it-Tama’’ fejn tlabna flimkien it-talba tar-Rużarju u kantajna innijiet Marjani fix-xahar iddedikat lil Sidtna Marija.
Mixjiet ta’ Tama li huma skedati iktar tard matul din is-sena:
Fl-4 ta’ Lulju 2025 se jsir pellegrinaġġ mill-Kappella tas-Sorijiet għall-Knisja Arċipretali. It-tema tal-pellegrinaġġ huwa: “San Ġużepp – eżempju ta’ tama fis-sejħa nisranija.”
Fit-12 ta’ Settembru 2025 se jsir pellegrinaġġ mill-Knisja Arċipretali għall-knisja tal-Grazzja. Din il-mixja se titmexxa mill-Kummissjoni Familja fejn se nkunu qed inħarsu lejn it-tama fil-familji tagħna.
Fit-3 ta’ Ottubru 2025 se jsir pellegrinaġġ barra l-parroċċa bit-tema ‘‘Il-Knisja Mimlija Tama.” Iktar dettalji jingħataw ’il quddiem.
"Heritage cultured in a glass"
Our Wines and Spirits shop is located at: 'VINARTE GALLERY' 50; Triq il-Kbira, Ħaż Żebbuġ, Malta
Dun Karm Attard twieled ĦażŻebbuġ fil-15 t’Ottubru, 1940. Missieru kien Ġużeppi u ommu Filippa née Costa. Ta’ ħdax-il sena daħal is-Seminarju, ilFurjana. Għamel sitt snin fis-seminarju taż-żgħar. Imbagħad għamel l-eżami tal-Matrikola biex jidħol l-Università u jkompli jistudja għal saċerdot.
Lejn is-Seminarju
Minn ċkunitu xtaq isir saċerdot. F’mistoqsija u tweġiba, Dun Karm stqarr li hu laqa’ l-istedina li għamillu l-Mulej bil-ferħ. Meta l-ġenituri tiegħu saru jafu li hu xtaq isir saċerdot ferħu ħafna u għamlu ħilithom kollha biex jgħinuh. Fil-fatt qatt ma gergru mill-ispejjeż u dejjem riduh jixtri l-kotba biex jibqgħu għandu biex meta jerġa’ jiġi bżonnhom, isibhom.
Meta kien għadu fis-Seminarju taż-żgħar kien rebaħ kompetizzjoni f’konkors dwar il-Bibbja li għalih daħlu nies minn Malta kollha. Bħala premju ġie mibgħut xi ġimgħa fl-Art Imqaddsa fejn ħa sehem f’konkors ieħor dwar il-Bibbja.
Dam tmien snin fis-seminarju maġġuri. Partikularment Dun Karm kien iħobb l-istudju tal-lingwi anki l-Latin u l-Grieg. Dun Karm tgħallem sewwa l-kant Gregorjan li hu l-kant uffiċjali tal-Knisja. Għamel tlitt snin jistudja l-Filosofija u erba’ snin it-Teoloġija.
Kien żmien it-Tieni Konċilju tal-Vatikan. Is-seminaristi kienu jisimgħu lill-Professuri tal-Morali u tad-Dommatka, tal-Iskrittura, tad-Dritt Kanoniku u tal-Istorja tal-Knisja u l-Patristika jlissnu ftit ftit l-ewwel tagħlim tal-Konċilju
waqt il-lectures tagħhom fl-Università. FisSeminarju u fil-parroċċi l-iktar effett li kien qiegħed jagħmel il-Konċilju kienet il-bidla kif issir il-quddiesa.
Saċerdot
Fil-11 ta’ Marzu, 1967, Dun Karm Attard kien ordnat saċerdot minn Mons. Mikiel Gonzi. Fis-16 ta’ Lulju, 1967, Dun Karm iċċelebra l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm beda x-xogħol tiegħu ta’ saċerdot filparroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-Arċipriet kien Mons. Lawrenz Cachia. Il-Festa ta’ San Filep u l-festi kollha tas-sena liturġika kienu jitolbu ħafna mis-saċerdoti. In-nies talparroċċa kienu jitolbu ħafna mis-saċerdot. Il-quddies, il-qrar, it-tqarbin tal-morda u t-tberik tad-djar kienu jitolbu programm sħiħ. Is-saċerdoti kienu jaħdmu flimkien biex isir il-ġid spiritwali li l-Knisja trid tagħti lill-insara fil-parroċċa tagħhom.
Dun Karm kien ikun fis-sagristija u b’galbu liema bħalu kien iqiegħed l-ostji fil-pissidi, mazz mazz maddawra tal-pissidi sakemm jimlieh. Dun Karm kien iqarben lin-nies madwar il-presbiterju meta n-nies kienu jduru maċ-ċint li jagħlaq l-altar. Il-vuċi tiegħu kienet tinstema’ qawwija meta fil-quddies tal-mejtin u fil-funerali kien ikanta r-requiem bil-mużika Gregorjana. Dun Karm kien iħobb imur il-Mużew tas-subien fejn kien jagħmel laqgħat lis-soċi dwar il-Bibbja jew l-Iskrittura. Kien ilbidu ta’ dak li iktar tard f’ħajtu Dun Karm beda jagħmel f’ħafna parroċċi.
Kappillan il-Qrendi
Minn Ħaż-Żebbuġ Dun Karm mar il-parroċċa talQrendi. Il-Festa hija Santa Marija, jew aħjar it-Tlugħ fisSema tal-Madonna. Fil-mistoqsija u tweġiba li saritlu, Dun Karm jgħid li għamel sbatax-il sena bla sagristan, imma hu dejjem żamm il-knisja nadifa. Il-festa ta’ Santa Marija kienet titlob ħafna xogħol. It-tiżjin tal-knisja jibda minn xahar qabel; imma meta tgħaddi l-festa, kien idum ġimagħtejn oħra biex iżarma u jagħmel kollox f’postu. Fil-parroċċa tal-Qrendi ssir ukoll il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Dun Karm stqarr li ma kienx iħobb jagħmel differenzi bejn il-festi “għax fil-liturġija huwa Kristu li jkun jopera u Kristu jinqeda bis-saċerdot biex iwassal issalvazzjoni lil kulħadd”.
It-tagħlim tal-Bibbja
Kull nhar ta’ Tnejn Dun Karm kien jagħmel konferenza fuq il-Bibbja. Nhar ta’ Tlieta kien jagħmel il-laqgħa talAzzjoni Kattolika tan-nisa. Darba fix-xahar kien jagħmel il-lezzjoni tal-membri tal-Prayer Group Kariżmatiku. Sa minn meta kien is-Seminarju, l-istudju tal-Bibbja kien
l-aktar suġġett favorit tiegħu. Dun Karm kien jemmen li s-saċerdot għandu missjoni li jxandar il-Kelma t’Alla u mhux il-fehma personali tiegħu.
Fuq talba tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. Dun Karm irreveda t-traduzzjoni tal-Bibbja li l-Professur Pietru Pawl Saydon kien għamel għall-Malti. Xi Kappillani kienu jitolbuh imur fil-parroċċi tagħhom biex jagħmel konferenzi fuq il-Bibbja.
Barra minn hekk Dun Karm Attard ippubblika s-Salmi fi ktieb li fih spjega l-istess Salmi.
Fid-Dar tal-Kleru
Meta spiċċa minn Kappillan fil-Qrendi, Dun Karm daħal id-dar tal-Kleru. Kien iqaddes kuljum lis-sorijiet tad-Dar tal-Kleru. Dun Karm inħatar Kanonku ta’ Birkirkara. Beda jservi din il-parroċċa l-iktar bit-talb talliturġija tas-sigħat, bil-quddies u bil-qadi tas-servizzi li l-Knisja dejjem tagħti lill-komunità nisranija.
Dun Karm miet id-Dar tal-Kleru fit-18 ta’ Jannar, 2025 u ndifen fiċ-ċimiterju tal-Qrendi fejn qabel kien difen lil ommu u lil missieru.
Nifirħu lil Mons. Fr Joe Bugeja li issa ilu jservi fil-parroċċa tagħna sa mill-1995 kif ukoll iqaddes ġewwa l-Knisja ta’ Santa Marija f’ Ħ al Muxi, li qed jiċċelebra s-60 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Tul dawn is-sittin sena huwa serva bħala Kappillan/Arċipriet ta’ Santa Luċija, iż- Żejtun, Stella Maris tas-Sliema u l-Imsida.
Għal 8 snin kien Direttur tal-Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio).
Tnejn sal-Ġimgħa: 8.00am – 5.00pm Sibt: 8.00am – 12.00pm
Mdina Road, Żebbuġ Tel: 2146 0878, 9910 1131
285, Triq Frans Sammut Ħaż-Żebbuġ ZBG1900
Mob: 7946 0168 9921 5455
Email: labarbon@hotmail.com
Robert Gauci Tied Insurance Intermediary
Vjal il-Helsien, Haz-Zebbug, ZBG 2079 27461664, 99478757 robert@rginsurance.com.mt
Monday to Thursday: 9:00 till 12:30 - 15:00 till 19:00 Friday: 9:00 till 12:30 - 15:00 till 17:00 Saturday: 9:00 till 12:00
Robert Gauci huwa licenzjat bhala Intermedjarju marbut ta’ MAPFRE taħt l-Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. MAPFRE tirreferi ghal MAPFRE Middlesea p.l.c. (C-5553) u MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722). L-entitajiet kollha huma awtorizzata taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal- Assigurazzjoni. L-intermedjarju u l-entitajiet kollha huma regolati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Patri Carmel Delia twieled fil-25 ta’ Frar, 1937, is-Siġġiewi minn Manwel Delia u martu Ġeroloma Sammut u ġie mgħammed dakinhar stess fil-Knisja Arċipretali ta’ ĦażŻebbuġ. Carmel beda jmur l-iskola elementari u mbagħad daħal student fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Kien imur il-MUSEUM għad-duttrina.
Fit-2 ta’ Ottubru, 1953, Carmel daħal fin-novizzjat tal-Kumpanija ta’ Ġesù jew kif inhuma msejħin ukoll, il-patrijiet Ġiżwiti, biex jieħu l-formazzjoni tiegħu fil-ħajja reliġjuża. Dak iż-żmien in-novizzjat kien in-Naxxar. Kienu ħafna n-novizzi, u sħabu għadhom jiftakruh bi mħabba kbira. Sa minn dak iżżmien, kien ġa magħruf għall-ħila tiegħu għall-predikazzjoni. Wara n-novizzjat, Patri Carmel mar fil-belt ta’ Pullach, filĠermanja, u hemmhekk studja l-Filosofija. Fl-1960, ġie lura Malta u beda l-maġisteru li kien żmien meta bħala patri Ġiżwita għamel esperjenza jgħallem fl-iskola ta’ San Alwiġi. Barra milli kien jgħallem lill-istudenti, Patri Carmel daħal jistudja fl-Università ta’ Malta. Dan kien il-bidu ta’ karriera twila jgħallem.
Fl-istess sena, Patri Delia beda jgħallem ilFilosofija fil-comprehensive year u fl-Università ta’ Malta. Imma kien jgħallem fil-karissimat u fl-INSEREM li kien l-Istitut tat-tagħlim tatTeoloġija tar-Reliġjużi.
Fl-1971, Patri Delia mar fil-belt ta’ Innsbruck fl-Isvizzera biex jagħmel id-Dottorat fil-Filosofija.
Fit-22 t’April, 1977, Patri Carmel Delia għamel l-aħħar voti fil-ħajja reliġjuża. Bejn l-1982 u l-1986, Patri Carmel kien jaħdem il-Vatikan fis-Segretarjat GħallBnedmin li ma Jemmnux. Fl-1986, beda jgħallem il-Filosofija fl-Università Gregorjana f’Ruma stess. Fl-1991 reġa lura n-Naxxar u kien jgħallem il-Filosofija fl-Università. Fl-1993, mar filkunvent tal-Ġiżwiti fl-Imsida.
Mis-sena 2000, Patri Carmel Delia ngħata kollu kemm hu għall-ministeru pastorali. Kien kapaċi jaħdem mannies u jkun jafhom minn ġewwa. Ħafna nies kienu jfittxuh għall-korsijiet ta’ kull xorta bħal laqgħat ta’ formazzjoni, irtiri spiritwali u quddies animat. Saħansitra, fl-2002 kien jgħallem l-Etika f’St Dorothy’s School u l-Junior Lyceum.
Mill-1962 sal-1965, Patri Carmel Delia mar fl-Università ta’ Oxford, l-Ingilterra biex jispeċjalizza fl-istudju tal-awturi klassiċi, jiġifieri l-lingwi tal-Latin u l-Grieg. Mill-Ingilterra Patri Carmel mar l-ewwel l-Amerka, fil-belt ta’ Kansas biex jistudja t-Teoloġija u wara kompla jistudja t-Teoloġija fil-belt ta’ Napli, l-Italja.
Meta spiċċa dan l-istudju, fl-1968, Patri Carmel ġie Malta u kien ordnat imur in-Naxxar. Kien jgħallem San Alwiġi u l-karissimat. Fl-1969, Patri Carmel kien jaħdem ma’ patrijiet sħabu fit-Teenagers Correspondence Club, li kienet esperjenza edukattiva mal-adolexxenti.
Patri Carmel Delia kien ordnat saċerdot fl-14 ta’ Settembru, 1969 f’Malta.
Bejn l-2003 u l-2007, Patri Carmel Delia kien Lyon, Franza, fejn kien jaħdem f’Sources Chrétiennes. Mill-2008 sal-2012, Patri Delia mar Pariġi u kien jeżerċita l-ministeru pastorali; kien ukoll bibljotekarju u arkivista tal-Provinċja tal-Ġiżwiti filkomunità Pedro Arrupe-Vanves.
Meta ġie lura Malta, Patri Carmel Delia ntefa’ għall-ħidma pastorali. Fl-2016 kellu sena sabbatika li fiha kien liberu millinkarigi tiegħu biex issaħħaħ fl-ispirtu tiegħu. Kien joqgħod in-Naxxar fejn baqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu.
Patri Carmel Delia miet in-Naxxar fil-31 ta’ Diċembru, 2024.
Nota: Ħajr lill-Patri John Scicluna SJ li tana din il-kitba.
Rendikont tal-Festa ta' San Filep 2024
Dħul €
Ġabra Speċjali 20/05/2024 1628
Ġbir nhar il-Festa 2901
Ġabra fil-ħruġ min-niċċa 2221
Offerti fl-envelops + donazzjonijiet 7780
Ġabra fid-dħul tal-purċissjoni 548
Reffiegħa tal-vara 550
Ġbir waqt it-Tridu 1110
Dħul mir-Reklami 1620
Total tad-dħul 18358
Ħruġ €
Orkestra Cappella Diacono 4040
Dawl tat-toroq u meters 4540
Servizz ta’ Saċerdoti
Tridu u Paniġierku
purċissjoni
Daqq tal-qniepen
Servizz ta’ Sigurtà
Magażin Sliem u stampar 2361 Trattamenti/drinks eċċ.
Festa 12 ta’ Mejju (Anniversarju tar-Relikwa)
Rendikont tal-Festa ta' San Ġużepp 2024
Dħul
ħruġ min-niċċa u quddiesa
ta’ Saċerdoti
Tridu u Paniġierku
purċissjoni
Il-parroċċa tagħna ġabret ukoll fondi għal diversi entitajiet bejn Ġunju 2024 u Mejju 2025, li kienu jammontaw għal €33,502. Dawn kienu maqsuma hekk:
Obolo di San Pietro – €2,600 • Ġabra tal-Art Imqaddsa – €2,276 • Ġabra tal-Missjoni – €4,752
• Ġabra tal-iskejjel tal-Knisja – €1,010 • Avvent offerti Kċina ta’ Marta – €1,500 • Ġabra tal-Providenza – €15,113
• Ġabra tas-Seminarju – €3,406 • Ġbir Terremot Myanmar – €690 • Karus ta’ Mħabba (missjoni Perù) – €822
• Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju (Azzjoni Kattolika) – €603 • Ġabra Dar tal-Kleru (Ħamis ix-Xirka) – €730
Nistgħu ngħidu li l-imħabba ta’ Pawlu Azzopardi lejn il-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa kienet fih sa minn meta kien żgħir.
Fil-bidu tas-snin 80, l-Arċipriet Dun Lawrenz Cachia kien talbu jagħmel bradella ġdida għall-Madonna tad-Duluri. Fl-istess perjodu għamel libsa biex jibda jilbes ta’ suldat Ruman. Fl-1984, daħal bħala membru tal-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira. Ftit wara, jiġifieri fl-1988, kien ingħata l-inkarigu tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira flimkien ma’ Philip Grech u ma’ kumitat magħmul minn numru ta’ voluntiera.
F’dan il-perjodu kien kompla jikber l-interess fil-purċissjoni fejn kien hemm żieda qawwija ta’ parteċipanti ġodda. Tkompla x-xogħol fit-tibdil tal-bradelli kollha li kien baqa’. Dan il-proġett ħa tul ta’ żmien.
Fl-2014, l-Arċipriet Dun Daniel Cardona, ħatar kumitat ġdid fejn Pawlu baqa’ fih sa ma miet. Filwaqt li nitolbu għal ruħu, nittamaw li issa Pawlu ngħaqad ma’ Kristu Rxoxt għal dejjem fis-sema.
Nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2025, hekk kif ġriet l-aħbar li ħalliena Emanuel Zammit, li kulħadd kien jafu bħala Leli z-Zelli jew l-Leli l-abbati, il-mezzi soċjali mtlew b’messaġġi ta’ ringrazzjament u tifħir għalih mill-poplu Żebbuġi. Leli kien maħbub minn kulħadd. Wara l-inkuraġġiment minn Mons. Lawrence Cachia, Leli kien beda jagħti s-servizz tiegħu bħala abbati. Leli serva bħala abbati għal iktar minn 45 sena. Kien jagħti s-servizz tiegħu prattikament kuljum, filgħodu u filgħaxija. Fil-funerali, magħmudijiet u tiġijiet, hemm kien ikun, jgħin. Leli kien ukoll jgħin lis-sagristani u lill-voluntiera li kienu jgħinu fil-knisja flarmar għall-festi u għal ċelebrazzjonijiet oħra.
Leli kien deskritt mill-ex Arċipriet, Dun Daniel Cardona, li mexxa l-quddiesa tal-funeral, bħala rigal għall-parroċċa, għall-familja tiegħu u għal kull min kien jafu. Fil-quddiesa tal-funeral tiegħu, barra diversi saċerdoti, attendew ukoll numru sabiħ ta’ abbatini li
diversi minnhom kienu jagħtu servizz miegħu fuq l-artal. Leli kien iħobb idoqq il-qanpiena fis-servizz li jagħti u ma tantx kien iħobb iċediha lil sħabu. L-abbatini sħabu kien iħobbhom u huma kollha kienu jħobbuh u jieħdu gost filpreżenza tiegħu. Il-parroċċa dejjem uriet apprezzament lejn Leli matul is-snin billi tagħtu opportunità li jitla’ Ruma darbtejn biex jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI u mal-Papa Franġisku. Leli wkoll kellu x-xorti, fost mawriet oħrajn, li jżur fejn twieled Ġesù, Betlehem u mar fuq ilqabar ta’ Kristu.
Leli ser jibqa’ fil-memorja ta’ ħafna minna u ser jibqa’ f’qalbna.
Grazzi Leli!
Ronald Saliba
Mhux l-għan tiegħi, li f’dan l-artiklu, nagħti xi tagħrif dwar l-istorja tal-fratellanzi f’raħalna. Dwar dan issuġġett, digà nkiteb ħafna, minn nies aktar mgħallma minni. Se nagħti biss ftit tagħrif dwar il-fratellanzi ta’ żminijietna f’Ħaż-Żebbuġ.
Huwa fatt magħruf li l-biċċa l-kbira tal-fratellanzi f’raħalna, jew kienu mietu jew waslu biex.
Kien l-Arċipriet preżenti, il-W.R. Dun Albert Buhagiar, li wera x-xewqa li tingħata mbuttatura biex il-fratellanzi f’Ħaż-Żebbuġ jerġgħu jieħdu l-ħajja.
Bdejna b’laqgħa biex flimkien naraw eżatt x’inhi l-qagħda llum. U sibna li l-fratellanzi tal-Karità u taċĊintura kienu mietu għalkollox, filwaqt li dik tasSagrament kienet agunija. Fl-ewwel laqgħa li kellna ġie deċiż li l-ewwel u qabel kollox naraw li l-fratellanza tasSagrament tieħu l-ħajja, u dawk tal-Karità u ċ-Ċintura nitħabtu biex forsi jkunu jistgħu jieħdu l-ħajja wkoll. Għal dan il-għan, inħatar rettur ġdid għall-fratellanza tasSagrament. Daħal għal din il-ħidma s-Sur Joe Camilleri. Il-fratellanzi tal-Karità u taċ-Ċintura tħallew f’idejn issagristan preżenti, is-Sur Nathan Camilleri.
Rajna wkoll li tiġi miġbura database tal-fratelli llum u f’liema fratellanza kienu msieħba. Il-qagħda xejn ma kienet waħda sabiħa; fratelli kien hemm biss 34 u ħafna mill-kunfratiji u muzzetti jew kienu nieqsa jew inkella fi stat tal-biki. Allura mill-ewwel tajna bidu għall-ħidma
biex nerġgħu nqajmu l-interess fil-fratellanzi. Bi pjaċir ninnotaw li fi żmien sena, sar ħafna xogħol li wieħed jista’ jagħrfu waqt il-purċissjonijiet, fejn mhux biss żdied in-numru tal-fratelli, imma wkoll li l-kunfratiji u l-muzzetti saru suriet in-nies. Ejja nagħrfu li għal dan ix-xogħol kollu kienu jinħtieġu eluf ta’ ewro li kollha ġew mingħand benefatturi. Ninnotaw ukoll li n-numru ta’ Fratelli fil-fatt issa qabeż il-mija u huma mqassma hekk: Fratellanza taċ-Ċintura 3; Fratellanza tad-Duluri 32; Fratellanza tal-Karità 10; Fratellanza tar-Rużarju 10; Fratellanza tas-Sagrament 33; Fratellanza ta’ San Ġużepp 11.
Inħeġġu biex dawk li jixtiequ jissieħbu f’xi fratellanza jkellmu jew lir-rettur ta’ dik il-fratellanza jew inkella lillArċipriet li mbagħad jagħmlilhom il-kuntatt mar-rettur ta’ dik il-fratellanza li jkunu jixtiequ jissieħbu fiha.
Ma nistax nagħlaq dan il-ftit tagħrif mingħajr ma nsemmi li din is-sena jaħbat għeluq l-450 anniversarju mit-twaqqif tal-fratellanza tas-Sagrament. Minn tagħrif li tani r-rettur tal-istess fratellanza, din twaqqfet f’ĦażŻebbuġ nhar is Sibt, 5 ta’ Frar waqt żjara fir-raħal tagħna minn Monsinjur Pietro Dusina. Għal dan l-anniversarju qegħdin isiru tħejjijiet biex dan l-avveniment jiġi mfakkar kif jixraq. Tagħrif dwar dan jingħata aktar tard.
Nagħlaq billi nerġa’ ntenni s-sejħa biex aktar Żebbuġin jissieħbu f’xi fratellanza.
John Zammit
Kien għall-ħabta tas-sena 1813 meta sar tentattiv biex titwaqqaf Fratellanza ad unur Marija Addolorata. Kien żmien qalil fejn Malta u l-Maltin sofrew ħafna minħabba l-pesta (1813-1814)
Dan ma rnexxiex. Iżda wara numru ta’ snin Ġann Patist Debono magħruf bħala Ta’ Mas, ħa inizjattiva ġdida u rnexxielu. Fl-1866 twaqqfet kanonikament il-Fratellanza tad-Duluri fis-16 ta’ Settembru, 1866 mill-Isqof Gaetano Pace Forno. Jingħad li din twaqqfet minn ħaddiema tax-xatt li dak iż-żmien kienu numerużi f’Ħaż-Żebbuġ. Din il-Fratellanza għadha tiffunzjona sal-lum.
Il-Fratellanza dejjem ħadet ħsieb il-festa tad-Duluri li ssir f’Settembru.
Fl-1904 nġabet statwa tad-Duluri maħduma f’Lecce l-Italja. Is-sena l-oħra sarilha restawr bżonnjuż mill-bravu Jesmond Bonello għax kellha xi ħsarat.
Il-Fratellanza dejjem ħadet ħsieb li jsiru opri artistiċi filknisja. Ta’ min isemmi s-salib talebbanu xogħol Filippu Vella (1871). Dan sewa 180 skud u tħallas millFratellanza tad-Duluri, Sodalità talAgunija u tal-Via Crucis. Il-pedestall tiegħu hu disinn ta’ Lazzru Pisani. Illum dan is-salib joħroġ proċessjonalment f’Ras ir-Randan u fil-Ġimgħa l-Kbira. Fl-1869 u fl1875 saru żewġ lanterni tal-fidda maħduma minn Pawlu Busuttil. Fil-bidu tas-seklu għoxrin sar salib tal-kewba bil-korp ta’ Kristu talfidda mastizz aktarx disinn ta’ Antonio Sciortino. Dawn jinħarġu fil-purċissjoni ta’ San Filep u tadDuluri li ssir f’Settembru.
Ta’ min isemmi li fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, il-lanterni li jintużaw mas-salib tal-Via Sagra kienu tal-fratellanza u ġew mogħtija lill-grupp li jieħdu ħsieb il-purċissjoni. L-istellarju tal-vara tad-Duluri tal-Ġimgħa l-Kbira jiġi misluf mill-fratellanza. Dan hu l-istess wieħed li jintuża f’Settembru.
Il-gastri indurati bid-deheb li jintużaw malistatwa tal-Irxoxt huma wkoll mogħtija millfratellanza. Dawn kienu jintużaw mal-istatwa qabel saru l-puttini bl-anġli fl-1985.
Fil-festa tad-Duluri f’Settembru l-knisja tkun imżejna kif jixraq u titlob il-liturġija b’ventartali, gandlieri indurati u fjuretti fuq kull artal.
Il-pedestalli tal-anġli wżati fis-Sepulkru, Qalb ta’ Ġesù, ġew restawrati mill-ex-sagristan Emmanuel Chircop.
Il-bibien prinċipali tal-knisja sarulhom it-tiswijiet neċessarji u ġew miżbugħa mill-ġdid. Inbidlet l-irħama tal-art fil-bieb ta’ wara n-niċċa ta’ San Ġużepp minn Alfred Agius.
Il-koppla issa hija mdawla mill-ġdid wara restawr estensiv li sar fuqha.
Ġie mneħħi t-toilet li kien hemm fis-sagristija l-antika u saru tnejn ġodda. Fi spazju ieħor sar ukoll toilet aċċessibbli għal nies bil-wheelchair.
• All kind of facials
• All kind of massages
• Body Treatments
• Eyebrow shaping
• Threading
• Waxing
• Electrolysis
• All kind of Slimming Treatments
• Manicure / Pedicure Treatments
• Gel Nail Extensions
• Laser Treatments
• Soak Offs
• Make-up (Manual & Air Brush)
• Make-up Courses
• Endless Skincare brands
• Make-up and Gift Sets