www.kullhadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Diċembru, 2017
Ħarġa Nru 1,277 Prezz €1
• Minn għada jidħlu fis-seħħ diversi miżuri tal-baġit 2018 • Għexieren ta’ miżuri li se jħallu l-miljuni għand il-poplu • Dak imħabbar mill-Ministru tal-Finanzi jibda jinħass fi bwiet in-nies Mal-bidu tas-sena ġdida, fis-sigħat li ġejjin, il-pajjiż se jara jidħlu fisseħħ numru kbir ta’ inizjattivi li tħabbru fil-baġit għal din is-sena. Inizjattivi ta’ baġit uniku għax sar b’surplus finanzjarju wara ħafna snin u għax la kellu żidiet fit-taxxi u lanqas introduzzjoni ta’
taxxi ġodda. Xi ħaġa rari għallbaġits mhux biss f ’Malta iżda anke madwar id-dinja. Fost oħrajn hemm żidiet għallpensjonanti u għall-ħaddiema bil-gazzetta KullĦadd tfakkar 25 miżura ewlenija tal-baġit 2018 u tibda tanalizza l-effett tagħhom.
JGĦAJRUH BIT-TAXXA
FTEHIM DWAR IL-MESSAĠĠI TAL-MEXXEJJA Illejla, l-istazzjonijiet ONE u Net Television, se jkunu qed ixandru l-messaġġi għall-ewwel tas-sena tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Din hija l-ewwel darba li l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi se jxandru l-messaġġ tal-mexxej tal-partit oppost wara ftehim bejn iż-żewġ partiti bil-għan li l-poplu jingħata messaġġ ta’ għaqda u maturità politika. Għal darb’oħra l-messaġġ tal-Prim Ministru se jkun messaġġ ta’ tama u viżjoni għall-poplu Malti u Għawdxi fejn filwaqt li jimmarka s-suċċessi kbar li kiseb pajjiżna s-sena li għaddiet, jitkellem fuq dak li jrid mill2018 bil-għan li pajjiżna jkun imħejji aħjar għall-ġejjieni.
“SMAJT ’L OMM KARIN TGĦAJJAT HELP HELP ”
40 sena wara l-qtil ta’ Karin Grech Tony Camilleri ma jistax ineħħi minn quddiem għajnejh ix-xena li ra meta daħal fil-kċina tal-familja Grech ftit wara li Karin fetħet l-ittra bomba indirizzata lil missierha. “Smajt ’l ommha tgħajjat help help u dħalt,” jgħid Tony filwaqt li mal-KullĦadd jirrakkonta dak l-episodju ikrah fl-istorja Maltija. Ara paġna 9
Il-kont tat-taxxa ta’ Adrian Delia kompla jpoġġi fuqu pressjoni interna wara li qed ikun ikkritikat li għal darb’oħra fi ftit xhur qed jidher li mhux iżomm kelmtu. Esponenti tal-Partit Nazzjonalista tkellmu dwar kif hu kien qal li kellu jħallas kollox salaħħar tas-sena għax ibigħ ishma li kellu f ’kumpaniji. Iżda, sal-bieraħ kien qed jgħid li bagħat proposta lid-Dipartiment tat-Taxxa biex iħallas binnifs u qed jistenna risposta. Fost dawk li kritikawh kien hemm ħaten Beppe Fenech Adami, il-kandidat Kevin Cassar u l-kandidati Nazzjonalisti David Thake u Wayne Hewitt. Ara paġna 4
Ara paġni 6 u 7
MILL-BAGALJA ISSA GĦALL-BUT