Ħarsa lejn IN-NOMINA TA’ TONI ABELA
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar, 2016
Ara paġna 3
Ħarġa Nru 1,177 Prezz €1
RIGAL GĦALL-KABINETT QABEL L-ELEZZJONI
RESPONSABBILTÀ TAS-SEWWIEQ
L-inkjesta dwar l-inċident li seħħ fl-4 ta’ Ottubru li għadda fl-attività ta’ Paqpaqli għal L-Istrina, ikkonkludiet li l-kawża prinċipali tal-inċident kien issewwieq. Apparti minn hekk, irriżulta wkoll li l-kumitat organizzattiv tal-attività għandu r-responsabbiltà għal kawżi sekondarji ta’ dan l-inċident. Madankollu, dejjem skont l-inkjesta li tmexxiet mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera flimkien ma’ tlettax-il espert, il-President ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca, ġiet eżonerata. Dan hekk kif irriżulta li l-attività saret biss taħt l-awspiċi tagħha u li hi ma kellhiex sehem fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment. Interessanti huwa l-fatt li din l-inkjesta daħlet f ’ħafna dettall tant li fiha 1,700 paġna. Ara paġna 4
RAPPORTI TAL-AWDITUR TAĦT IT-TAPIT
Kienet deċiżjoni meħudha minn Kastilja fl-1 ta’ Frar tal-2013, xahar qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, li ħeġġet lill-ministri u s-segretarji parlamentari biex jieħdu d-dar magħhom it-tieni karozza li kien xtralhom il-Gvern minn flus il-poplu. L-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech ibbenefika sew minn din id-deċiżjoni li bħalha ma kinitx ittieħdet f ’leġiżlaturi preċedenti. Il-KullĦadd ra ċ-ċirkolari li nħarġu qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008 u tal-2013. Bejniethom hemm differenza waħda. F’tal-2013, fejn kien hemm possibbilità kbira li l-PN iġarrab telfa, ġie miżjud id-dritt biex il-ministri u s-segretarji parlamentari jixtru karozza bi prezz maħdum miċ-Ċivil skont il-proċedura stabbilita wkoll f ’din il-kampanja elettorali. Ara paġna 2
Ftit aktar minn ġimgħa wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-każ ta’ Triq Zekka, li wassal għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon, spikka l-aktar l-impenn u s-serjetà tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-governanza tajba qed iwettaqha mhux biss bil-kliem iżda wkoll bl-azzjoni. Madankollu, din ir-riżenja wara rapport tal-Awditur Ġenerali hija totalment ġdida fil-politika Maltija. Dan hekk kif, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, kienu saru diversi rapporti mill-istess Awditur, iżda d-differenza kienet li qatt ma kien hemm riżenja ta’ xi ministru jew segretarju parlamentari li kien implikat, u dawn ir-rapporti ntefgħu taħt it-tapit u ġew injorati kompletament. Ara paġna 5