KullHadd_30.10.2016

Page 1

TINSIEX! www.kullhadd.com Il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru, 2016

Ħarġa Nru 1,216 Prezz €1

WASAL!

Kif kien imbassar wasal il-maltemp. Għalkemm dan ir-ritratt tad-Dipartiment tal-Informazzjoni juri xena mill-isbaħ, il-konsegwenzi f’diversi partijiet tal-pajjiż kienu koroh. Il-maltemp ikkawża ħsarat u l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Direttorat tat-Tindif fost oħrajn kienu impenjati f’diversi partijiet tal-pajjiż. Ara paġna 8

Ritratt: JASON BORG (DOI)

BLA ROĦS Niżvelaw rapport tal-Enemalta: Fi żmien Gvern Nazzjonalista l-prezzijiet tal-enerġija jorħsu biss b’ċuċata ta’ 0.7% filwaqt li dan ilGvern raħħashom b’25%.

Ara paġna 3

MARKA TAJBA • Analiżi teknika turi kif il-baġit jgħaddi mit-test tal-Caritas • Iktar familji qed ilaħħqu mal-ħtiġijiet bażiċi • Iż-żidiet fil-benefiċċji ogħla miż-żieda fil-basket bażiku

TEST TAD-DNA Tissokta l-investigazzjoni b’rabta mal-waqgħa tal-ajruplan li nhar itTnejn ħalliet ħames persuni mejta. Ara paġna 9

Analiżi teknika tal-aħħar żewġ rapporti tal-Caritas u d-dħul tal-pensjonanti u familji bilpaga minima turi kif illum ferm iktar anzjani u familji qed jifilħu jħallsu għall-basket bilħtiġijiet bażiċi skont ir-rapport tal-Caritas. Dan grazzi għall-benefiċċji li l-Gvern introduċa fl-aħħar baġits, bħall-in-work benefit, fost oħrajn. Għal dan il-għan kienet kruċjali wkoll iż-żieda fil-pensjonijiet. L-ewwel waħda f ’25 sena. Skont l-analiżi teknika li qegħdin nippubblikaw f’paġni 4 u 5, ilpensjonanti kollha qed jgħaddu mill-basket tal-Caritas. Iż-żidiet li ħadu mill-2013 sal-2017 huma ħafna aktar milli żdied il-basket tal-Caritas. Kważi l-ġenituri kollha li jaħdmu bi tfal taħt is-16-il sena wkoll qed jgħaddu mit-test talCaritas. Hemm minnhom li ħarġu mill-faqar f ’dawn it-tliet snin għax sal-2012 ma kinux jgħaddu mit-test, filwaqt li hemm familji li għalkemm għadhom ma jlaħħqux mal-basket tal-Caritas resqu ferm qrib tiegħu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.