KullĦadd_30.05.2021

Page 1

L-EKONOMIJA GĦAL LI KIENET QABEL BDIET IL-PANDEMIJA Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju, 2021

Ħarġa Nru 1,455

Rapport f’paġna 3

Prezz €1

L-aħħar fażi ta’ xogħlijiet li kienu qed isiru lbieraħ fuq il-moll f’Ta’ Liesse, fil-Belt Valletta, li se joffri faċilitajiet tal-ogħla livell għallpassiġġieri tal-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer. Is-servizz, li se jibda proprju minn nhar it-Tlieta li ġej, se jingħata minn erba’ katamarani ta’ żewġ kumpaniji, il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries Gozo. Il-vjaġġi se jkunu mifruxin fuq ġurnata sħiħa b’intervalli ta’ nofs siegħa bejn kull vjaġġ mill-Port il-Kbir għall-Port tal-Imġarr u viċiversa f’inqas minn 45 minuta. Rapport f’paġna 5

INTERESS QAWWI F’MIŻURI LI JĦAJRU TURISTI JŻURUNA Minn qabel jinfetaħ l-Ajruport it-Tlieta li ġej, ġie rreġistrat interess qawwi għal numru ta’ miżuri li ġew offruti mill-Gvern biex nattiraw it-turisti fostna dan is-sajf. Wara aktar minn sena ta’ restrizzjonijiet kawża tal-pandemija, li laqtet l-agħar lil din l-industrija, l-indikazzjoni hi mill-aktar pożittiva. Ċifri f’idejn il-KullĦadd jindikaw li l-lukandi lokali fl-aħħar jiem kienu diġà rreġistraw mal-awtoritajiet loka­ li madwar 30,000 turist li bbukkjaw minn jedd­hom magħhom, waqt li l-interess minn barra kien qed jiżdied ukoll, grazzi għal għotjiet li jlaħħqu sa €100 biex jintefqu fostna. Ma’ dawn

kien hemm ukoll numru mdaqqas ta’ 2,150 applikazzjoni minn dilettanti talgħadis għal skema oħra ta’ benefiċċju offrut mill-Istat. F’pakkett ta’ miżuri ta’ €20 miljun imħabbrin f’April li għadda bl-iskop li tiġi megħjuna l-industrija turistika, il-Gvern nieda numru ta’ skemi, fosthom dik li turisti jingħataw €100 biex jonfquhom fostna jekk joqogħdu f’lukanda ta’ ħames stilel. Dawk li jibbukkjaw akkomodazzjoni f’lukanda ta’ erba’ stilel jirċievu għotja ta’ €75, waqt li turist li jagħżel lukanda ta’ tliet stilel jieħu €50. Jirriżulta li l-Awtorità Maltija għat-

Turiżmu (MTA) ukoll daħlet fi ftehi­miet varji ma’ aġenti tal-ivvjaġġar barranin li jiġu kkumpensati għat-turisti kollha li jħajruhom iżuru pajjiżna fiż-żmien li ġej. L-MTA diġà kkommettiet ftit inqas minn €2 miljun għal turisti li bbukkjaw b’dan il-mod, waqt li għad hemm ftehimiet oħrajn sospiżi ma’ operaturi f’pajjiżi li għadhom fuq il-lista l-ħamra ta’ Malta. Parti mill-flus ta’ din il-miżura hi riservata għal titjiriet charter li mistennija jsiru appena jidħol fis-seħħ il-passaport tal-vaċċin Ewropew. Tkompli f’paġna 4

LUKANDI Diġà bbukkjaw minn jeddhom f‘lukandi lokali mat-30,000 turist u gawdew sa €100 kull wieħed biex jonfquhom f’pajjiżna

OPERATURI TURISTIĊI Ftehimiet ma’ aġenziji li jħajru turisti jżuruna jintitolawhom għal €1.8 miljun … riserva għal titjiriet charter

GĦADDASA Jidħlu 2,150 applikazzjoni eliġibbli fl-iskema għal dilettanti tal-għadis …terz tal-baġit allokat hu diġà meħud


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_30.05.2021 by Kullħadd Editor - Issuu