KullHadd_29.01.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 29 ta’ Jannar, 2017

Ħarġa Nru 1,229 Prezz €1

TAL-FUTBOL ENTUŻJASTI Id-dinja tal-futbol hija fost l-iktar entużjasta għall-proposta li għamel il-Gvern ilbieraħ. Persuni li jeċċellaw fl-isport, fl-arti jew fir-riċekra jingħataw ċittadinanza għall-mertu. Paġna 8

ĠGANTI GĦAL MALTA

Mistenni jitħabbar dalwaqt kif kumpanija meqjusa bħala ġgant fid-dinja talfantasy sports se tkun qed tibda taħdem minn pajjiżna. Iżda, din mhix l-unika waħda. F’kummenti esklussivi ċ-Chairman tal-Awtorità dwar il-Logħob, Joseph Cuschieri, ikkonferma kif hemm 15-il kumpanija li huma interessati li jibdew jaħdmu minn Malta wara bidla fir-regolamenti li għamlet lill-pajjiżna fost tal-ewwel li se jirregola l-fantasy sports. Paġna 3

L-INDJA T-TAMA L-ĠDIDA Jidher li l-familji Maltin li jridu jaddottaw għandhom tieqa ġdida, bl-Indja tkun il-pajjiż li jidher li qed joffri l-iktar tama lill-ġenituri prospettivi. Paġna 7

L-ISTAMPERIJA KOMUNI GĦAL TORPIANO U ŻAREN • JASON AZZOPARDI AĊĊETTA LI L-PERIT TAD-DAR ĊENTRALI JAGĦMEL L-ISTIMA TAL-KUNTRATTUR • STIMA LI GĦANDHA L-KUNDANNA TAL-AWDITUR ĠENERALI Meta Jason Azzopardi kien Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet aċċetta li l-bord li ta l-istima ta’ kemm kellu jħallas Żaren Vassallo, għall-art tal-Löwenbräu, ikun immexxi mill-Perit li ħadem fuq id-Dar Ċentrali, anke jekk Żaren Vassallo kien wieħed millkuntratturi involut fil-bini. Eventwalment il-Professur Alex Torpiano u l-bord li mexxa ħarġu b’valutazzjoni li l-Awditur Ġenerali kkritika bil-bosta għax qal li ma setax jifhem kif tħallsu ftit mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal xi ħaġa li tiswa tmien miljun ewro. KullĦadd tista’ tiżvela kif dan ma kienx l-uniku proġett li ħadmu fuqu ż-żewġ persuni involuti fil-proċess li kien sar f ’każ li qiegħed ikun meqjus bħala skandlu. Saħansitra Żaren Vassallo qal li kien imwiegħed kompromess millMinistru qabel sar dan il-bord. Paġna 6


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.